Programm tal-Festa Il‑Ġimgħa, 5 ta’ Awwissu – Bidu tal‑Kwindiċina – Marija Assunta tressaqna lejn Ġesù fl‑Ewkaristija Il-parroċċa qed tistieden lil kulħadd biex il-mixja għall-festa nibdewha madwar Ġesù flEwkaristija. Filgħodu, is-saċerdoti tal-parroċċa jwasslu lil Ġesù Ewkaristija lill-morda li jitqarbnu fi djarhom kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. 8.00 a.m. Espożizzjoni ta’ Ġesù Sagramentat fil-knisja għal talb u adorazzjoni privata sa 12.00 p.m. 8.30 a.m. Qrar minn konfessur barrani. 9.00 a.m. Mument ta’ adorazzjoni organizzat, immexxi mis-Superjur Joe Fenech. 6.30 p.m. Quddiesa tal-bidu tal-Kwindiċina ċċelebrata mill-ispazju miftuħ Dylan Zahra fi Triq Ġużè Ellul Mercer (quddiem il-grawnd tal-futbol). Imexxi l-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia. Wara, purċissjoni bis-sagrament li tgħaddi minn dawn it-toroq: Ġużè Ellul Mercer, Ġużi Cutajar, il-31 ta’ Diċembru 1678, l-Irdum, il-Kbira, Santu Rokku u l-Parroċċa. Fil-knisja ssir il-funzjoni tal-Kwindiċina u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Is‑Sibt, 6 ta’ Awwissu – Jum il‑Komunità Parrokkjali taħt il‑patroċinju ta’ Santa Marija Filgħaxija jkollna quddiesa waħda fil-parroċċa. Il-ġbir f’din il-quddiesa jkun għall-ispejjeż talfesta ta’ ġewwa. 6.30 p.m. Quddiesa għall-komunità parrokkjali ta’ Ħad-Dingli ċċelebrata minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali. Imexxi Mons. Carmelo Refalo, Arċipriet tax-Xagħra. Wara, madwar l-istatwa għażiża ta’ Santa Marija ssir Velja Marjana, il-funzjoni tal-Kwindiċina u tingħata l-Barka Sagramentali. Fi tmiem jingħata l-mandat lirreffiegħa tal-istatwa ta’ Santa Marija u nsellmu lill-patruna tar-raħal tagħna. Ilpoplu kollu ta’ Ħad-Dingli mistieden jattendi. 8.30 p.m. Pasta Night organizzata mill-Kumitat Festa Esterna f’Misraħ Ġużè Abela. Il‑Ħadd, 7 ta’ Awwissu – Ma’ Marija Assunta nitolbu biex joħroġ ġid spiritwali mill‑festa Il-ġbir fil-quddies tal-lum ikun għall-ispejjeż tal-festa ta’ ġewwa. 9.30 a.m. Quddiesa għall-familji bit-tfal organizzata mill-Kummissjoni Tfal. Fiha ssir ilvestizzjoni tal-abbatini l-ġodda u t-tiġdid tal-wegħdiet mill-abbatini l-oħra. Imexxi l-Kan. James Saydon, Direttur taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju talArċisqof. Il-funzjoni tal-Kwindiċina u ċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika jsiru qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija. It‑Tnejn, 8 ta’ Awwissu – Jum it‑tifkira tat‑twaqqif tal‑banda u l‑inawgurazzjoni tal‑proġett tal‑każin tal‑Għaqda Mużikali Santa Marija 6.30 p.m. Quddiesa kkonċelebrata mill-Arċipriet, il-Kan. David Farrugia u minn Mons. Louis Camilleri f’Misraħ Frenċ Abela. Tieħu sehem il-banda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħad-Dingli b’tifkira mit-twaqqif tagħha. Fi tmiem issir il-funzjoni talKwindiċina. 7.30 p.m. Tibda ċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tal-proġett tal-bini mill-ġdid tal-parti l-antika u l-estensjoni tal-każin u ssir il-mixgħela tal-faċċata tal-istess binja. Wara, jinħaraq logħob tan-nar tal-ajru mill-istess għaqda.