Frawlu u l-Furketta

Page 1

FRAWLU u l-Furketta


Darba twieled Frawlu u kien Frawlu tassew tajjeb.



Frawlu issa kiber sew...


u spiss kien iħobb jiltaqa’ ma’ sħabu l-frott tal-bott, imqattgħin biċċiet żgħar, li kienu jgħixu fl-istess kċina bħalu.


Tadama darba qaltu biex joqgħod attent minn Furketta, għax jispiċċa mqatta’ bħall-bqija tal-frott f’dik il-kċina.


“Furketta ma tħenn għal ħadd. Taqbdek taħt idejha u tqattgħek biċċa biċċa”, widdbitu tadama mqattgħa.


U hekk ġara, darba fost l-oħrajn, waqt li kien sejjer iżur lil sħabu, Furketta ħatfitu taħt idejha.



Issara mhux ftit Frawlu sabiex jipprova jinħall mill-qabda ta’ Furketta


biċċa, wara biċċa, Furketta bdiet tqattgħu.


Frawlu issa kien qata’ qalbu li jeħlisha minn taħt id Furketta


però feraħ mhux ftit, meta ra lilu nnifsu mqatta’, u nduna li issa ser jispiċċa bħal sħabu l-frott,u jkun wieħed minnhom.



Frawlu issa kien kollu ħerqan, biex Furketta tagħmel xogħolha malajr kemm jista’ jkun ħalli jmur ħdejn sħabu, speċjalment ħdejn tadama mqattgħa.


Ħsieb u Fotografija Joseph Vassallo


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.