1 minute read

TLIET RAPPORTI POŻITTIVI OĦRA LIL MALTA F’ĠIMGĦA

Next Article
Perfett”

Perfett”

L-IMF, l-S&P u d-DBRS jikkonfermaw b’mod ċar il-fiduċja fit-tmexxija lokali, bil-maqlub għall-bqija tal-Ewropa

Fi spazju ta’ ftit jiem, tliet rapporti ppreparati b’mod indipendenti minn aġenziji differenti barranin, kellhom ilkoll kliem ta’ tifħir għad-direzzjoni li baqa’ għaddej fiha pajjiżna, grazzi għad-deċiżjonijiet u l-politika talGvern Laburista f’dawn iż-żminijiet ta’ sfidi bla preċedent internazzjonali. Minbarra hekk, huma wkoll tejbu t-tbassir preċedenti tagħhom għaż-żmien li ġej. Fl-ewwel rapport, il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) irreveda ’l fuq it-tbassir tat-tkabbir ekonomiku għal pajjiżna. Wara li f’rapport, li kienu ħarġu fi Frar, l-esperti tal-IMF kienu bassru li l-ekonomija Maltija se tikber bi 3.3% din is-sena, issa f’April ħassew li kellhom jirrevedu dan it-tbassir għal 3.5%.

Advertisement

Dan fl-istess ħin li, għall-bqija taż-Żona Ewro, huma qed ibassru tkabbir ta’ 0.8% biss, li jfisser li l-ekonomija lokali mistennija tikber b’rata li hi kważi ħames darbiet aktar mill-medja. Fl-istess ħin, il-Ġermanja, li hi l-mutur ekonomiku Ewropew, mistenni jkollha tnaqqis ċkejken fil-ġid nazzjonali.

Fl-istess ħin, l-IMF ukoll tenna li t-tbassir għat-tkab- bir tal-ekonomija dinjija mistenni jkun inqas minn ta’ Malta tant li ma jaqbiżx il-livell ta’ 2.8% din is-sena u 3% fl-2024. Dan tal-aħħar mistenni jibqa’ jsegwi hekk sal-2028.

Skont l-IMF, ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna mistennija tibqa’ stabbli anke s-sena d-dieħla, filwaqt li l-inqas rata ta’ qgħad minn fost il-pajjiżi kollha taż-Żona Ewro wkoll hi antiċipata li tippersisti fostna.

Tkompli f’paġna 4

This article is from: