3 minute read

ENFASI FUQ IS-SOSTENN QAWWI TAL-

Next Article
Perfett”

Perfett”

Tkompli minn paġna 1

It-tieni rapport pożittiv kien ippubblikat mill-aġenzija internazzjonali S&P Global Ratings li wkoll ħabbret titjib fir-rating tal-Enemalta għal BB-, l-aħjar wieħed flaħħar għaxar snin. Dan filwaqt li sostniet li l-prospetti għal dan ir-rating huma stabbli.

Advertisement

L-upgrade tal-Enemalta seħħ minkejja l-inċertezza fis-settur tal-enerġija fid-dinja, tant li diversi kumpaniji fissettur raw il-klassifikazzjoni tagħhom titnaqqas jew tikseb prospett negattiv għaż-żmien li ġej.

Bil-maqlub, l-esperti tal-S&P Global Ratings jinnotaw kif “il-Gvern Malti kien qed jipprovdi appoġġ finanzjarju kontinwu u fil-ħin … fil-kriżi kollha talenerġija” (“the Maltese Government has been providing continuous and timely financial support … throughout the energy crisis”).

B’riżultat ta’ din l-għajnuna, il-qagħda finanzjarja tal-Enemalta wkoll tjiebet tant li l-aġenzija internazzjonali ħasset li għandha tagħti rating aħjar lil din il-kumpanija. Minbarra hekk, grazzi għall-istess deċiżjoni tal-Gvern, l-esperti internazzjonali jħossu li l-Enemalta mhix se tkun qed tiffaċċja xi problemi ta’ likwidità fiż-żmien li ġej, tant li flaħħar tal-2022 din kellha assi likwidi ta’ madwar €37 miljun.

L-istqarrija tal-S&P Global Ratings issostni li “r-rating tal-Enemalta jkompli jiġi sostnut mill-appoġġ straordinarju tal-Gvern Malti” (“the rating on Enemalta continues to be underpinned by extraordinary support from the Maltese government”).

Ta’ min jinnota wkoll li, mill-2013 lil hawn taħt amministrazzjonijiet Laburisti, ir-rating tal-Enemalta kien imtejjeb darbtejn, bid-differenza ma’ dak li kien seħħ taħt Gvernijiet Nazzjonalisti meta din il-kumpanija sofriet xejn inqas minn tmien downgrades.

L-esperti ta’ S&P Global Ratings jirrimarkaw li fil-kuntest preżenti huma ma jarawx sitwazzjoni fejn il-Gvern inaqqas l-appoġġ tiegħu lejn l-Enemalta u għalhekk jemmnu li t-tariffi tad-dawl f’pajjiżna se jibqgħu stabbli, speċjalment ukoll fid-dawl tal-qagħda finanzjarja tal-Gvern Malti li qed igawdi minn rating pożittiv mill-istess aġenzija ta’ kreditu.

Fl-eqqel ta’ kriżi internazzjonali, fi tmiem il-pandemija tal-COVID-19 u bilkriżi li rriżultat mill-Gwerra fl-Ukrajna li splodiet il-prezzijiet kollha relatati maż-żejt, il-gass u l-fuels, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet ħarġet qatta bla ħabel kontra l-appoġġ li ġie offrut immedjatament mill-Gvern u saħansitra ddikjaratu bħala sparpaljar ta’ fondi pubbliċi.

Iżjed minn hekk, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech ukoll iddikjara li s-sussidji, li bihom il-Gvern iffranka lill-familji u lin-negozji kull żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, mhumiex sostenibbli. Kien qal ukoll li ladarba l-prezzijiet jogħlew minn barra, allura kellhom jogħlew ukoll f’pajjiżna.

Mhux l-istess jaħsbuha l-imsieħba soċjali Maltin, li jfaħħru l-intervent talGvern bħala s-salvazzjoni tan-norma- lità lokali u li l-għajnuna li rċevew kienet fundamentali biex Malta ma tgħaddix mis-saram li għaddew u għadhom għaddejjin minnu pajjiżi oħrajn.

Fl-istess ħin l-esperti internazzjonali jkomplu juru l-istagħġib tagħhom kif din il-politika tal-Gvern Malti għenet anke lill-ekonomija biex tqum malajr fuq saqajha mid-daqqiet tal-aħħar snin u tal-mument.

Ta’ din l-istess fehma kienu wkoll l-esperti ta’ DBRS Morningstar, aġenzija internazzjonali oħra ta’ kreditu. Fit-tielet rapport favur Malta, li ġie ppubblikat nhar il-Ġimgħa filgħaxija, din l-aġenzija kkonfermat ir-rating ta’ pajjiżna bħala A (high) stable, l-aħjar rating li qatt ingħatajna mingħandha.

L-esperti ta’ din l-aġenzija sostnew li “Malta rreġistrat wieħed mill-aktar rkupru veloċi fl-Unjoni Ewropea” mill-isplużjoni tal-prezzijiet tal-enerġija fid-dinja” (“the government support measures played a key role in helping the economy weather the pandemic... have helped to shield economic activity from the spike in global energy prices”). għall-fondi Ewropej.

Kawża ta’ hekk, l-esperti tad-DBRS Ratings isostnu li pajjiżna mhux se jiffaċċja riskji ta’ riċessjoni kif qed jiffaċċjaw pajjiżi oħrajn madwarna fejn l-effetti ekonomiċi tal-kriżi tal-enerġija qegħdin jinħassu bil-bosta.

Filwaqt li l-Oppożizzjoni dejjem tgħid li l-miri fiskali tal-Gvern huma wisq ottimisti, ir-rapport jgħid li “DBRS Morningstar hi tal-fehma li l-pjan fiskali tal-Gvern hu kredibbli, meħud kont tat-track record finanzjarju tal-pajjiż qabel il-pandemija” (“DBRS Morningstar views the government’s fiscal plan as credible given Malta’s track record of fiscal reduction before the pandemic”).

Minkej­ja l-inċertezza fis-settur, il-klassifikazzjoni tal-Enemalta wkoll ġiet imtejba wara s-sostenn mill-Gvern… mill-2013 dan ir-rating tjieb darbtejn, kontra t-tmien darbiet li tnaqqas taħt Gvernijiet Nazzjonalisti

L-esperti tal-aġenzija jsostnu wkoll li d-dejn pubbliku f’Malta “jibqa’ maniġġabbli” (“remains manageable”), filwaqt li l-qagħda fil-finanzi pubbliċi qed titjieb u tidher stabbli. Fil-fatt, skont id-DBRS, din is-sena kapaċi jkun possibbli li l-Gvern imur anke aħjar mill-miri fiskali li tħabbru filBaġit.

(“Malta recorded one of the quickest recoveries in the European Union”), xi ħaġa li ġiet attribwita għall-politika tal-Gvern. Fil-fatt, ir-rapport isostni li “l-miżuri ta’ sostenn tal-Gvern lagħbu rwol prinċipali biex għenu l-ekonomija tiffaċċja b’suċċess il-pandemija … għenu biex jipproteġu l-attività ekonomika

Skont id-DBRS, l-ekonomija Maltija se tkompli tikber fis-snin li ġejjin minħabba l-qagħda finanzjarja tajba tal-familji f’pajjiżna, kif ukoll għax l-investiment pubbliku mistenni jkun sostnut grazzi

Ir-rapport ifaħħar ukoll il-ħidma tal-Gvern fejn tidħol governanza u jgħid li “l-ħruġ ta’ Malta mil-lista l-griża tal-Financial Action Task Force jirrifletti l-progress sinifikanti u l-impenn politiku biex jinżammu standards għoljin” (“Malta’s exit from the FATF’s grey list reflects the country’s significant progress and political commitment to maintaining high

This article is from: