3 minute read

GVERN

Next Article
Perfett”

Perfett”

DBRS Morningstar:

Il-miżuri ta’ sostenn tal-Gvern lagħbu rwol prinċipali biex għenu l-ekonomija Maltija tiffaċċja b’suċċess il-pandemija u biex jipproteġu lill-poplu mill-għoli tal-prezzijiet tal-enerġija fid-dinja

Advertisement

L-IMPJIEGI FULL-TIME MAL-PRIVAT ŻDIEDU B’10.4% FI ŻMIEN SENA

Fatti li l-PN jinjora, waqt li jiddikjara li l-Gvern Laburista “abbanduna lill-ħaddiema” standards”).

L-għadd ta’ persuni impjegati full-time fis-settur privat fl-2022 żdied b’10.4% fi żmien 12-il xahar, waqt li fis-Settur Pubbliku naqsu b’0.6% bejn Novembru 2021 u sena wara, skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), li kkwota ċifri ta’ JobsPlus.

Dan l-iżvilupp importanti fil-ħolqien tax-xogħol f’pajjiżna juri kif, sa Novembru li għadda, l-impjiegi full-time fis-settur privat żdiedu b’19,860 biex qabżu l-211,021. Bil-maqlub, dawk l-impjiegi full-time malGvern naqsu b’aktar minn 300 persuna.

Komplessivament in-numru ta’ persuni b’impjieg full-time f’Novembru żdied bi 8% fuq l-istess xahar tas-sena ta’ qabel, b’żieda ta’ 8.6% u 7.1% fl-ingaġġ ta’ rġiel u nisa rispettivament meta mqabblin mal-2021.

L-aktar setturi li kkontribwew għal din iż-żieda fl-impjiegi kienu dawk tas-servizzi amministrattivi, tal-akkomodazzjoni u tal-ikel.

L-għadd ta’ persuni li kellhom part-time bħala x-xogħol primarju tagħhom żdied bi 3.4% fuq l-istess xahar tas-sena ta’ qabel.

Ta’ min ifakkar, kif irrapportat mill-KullĦadd fi Frar li għadda, li sa tmiem Settembru li għadda kien hemm 256,524 persuna taħdem full-time, skont l-istess NSO. Dan ifisser li, meta mqabbel ma’ Marzu 2013 meta spiċċa l-aħħar Gvern Nazzjonalista, sas-sena l-oħra kien hemm żieda ta’ aktar minn 100,000 full-timer f’pajjiżna.

Bħala medja, kull ġurnata taħt amministrazzjoni Laburista kien hemm żieda ta’ 29 impjieg full-time, jew aktar minn impjieg kull siegħa, li jsarraf ukoll fi tliet ħaddiema full-time għal kull tnejn li kien hemm qabel il-bidla fil-Gvern għaxar snin ilu.

Dan filwaqt li r-rapport jirrimarka li “Malta għamlet progress sinifikanti fit-titjib tal-qafas istituzzjonali u ta’ governanza fl-aħħar snin, fosthom fl-implimentazzjoni ta’ riformi fis-sistema ġudizzjarja” (“Malta has made significant progress in improving its governance and institutional framework in recent years, including implementing reforms to the justice system”).

Kif spiss ġie rrimarkat ukoll f’rapporti simili fl-aħħar żminijiet, l-esperti internazzjonali wkoll jinnotaw kif ir-rebħa elettorali tal-Partit Laburista f’Marzu tas-sena l-oħra tat mandat ċar lill-Prim Ministru Robert Abela u dan mistenni jwassal għal “politika wiesgħa ta’ kontinwità u impenn politiku mtenni biex il-qafas istituzzjonali u ta’ governanza fil-pajjiż ikompli jitjieb iżjed fissnin li ġejjin” (“broad policy continuity and continued political commitment to improve the country’s institutional and governance framework in the coming years”).

Kumplessivament, it-tliet rapporti indipendenti minn dawn l-istituzzjonijiet rinomati jkomplu jikkonfermaw kemm pajjiżna qed igawdi minn fiduċja qawwija, frott il-politika ekonomika effettiva u riformista li ħaddan il-Gvern Laburista.

Minn Marzu 2013 ’l hawn ukoll kien hemm żieda ta’ kważi 23,500 impjieg part-time. Jekk wieħed jgħodd kemm l-impjiegi full-time kif ukoll dawk part-time, allura kull ġurnata żdiedu medja ta’ 35 impjieg taħt Gvernijiet Laburisti.

Miż-żieda mingħajr preċedent fl-istorja ta’ pajjiżna ta’ impjiegi full-time kien hemm kważi 91,000 li huma impjegati fis-settur privat. Li jfisser li aktar minn disgħa minn kull għaxar impjiegi full-time ġodda kienu f’industriji privati, bl-aktar setturi li kabbru d-domanda għall-ħaddiema kienu dawk tas-servizzi professjonali u amministrattivi fejn kien hemm żieda ta’ kważi 31,000 impjieg.

Sinifikanti kien il-fatt li, minkejja sentejn tal-agħar effetti bil-pandemija tal-COVID-19, il-lukandi, ir-restoranti u l-azjendi tat-trasport illum jimpjegaw kważi 13,300 impjegat full-time aktar milli kienu jimpjegaw f’Marzu tal-2013. Il-gaming, l-informatika u s-servizzi finanzjarji flimkien kabbru l-forza tax-xogħol tagħhom bi kważi 22,500 full-timer. L-industrija, il-kostruzzjoni u l-ħwienet żiedu aktar minn 17,000 impjegat fulltime fuq medda ta’ disa’ snin u nofs.

Dawn kienu segwiti mis-settur tal-amministrazzjoni pubblika, l-edukazzjoni u s-saħħa, bi tkabbir ta’ kważi 16,500 ħaddiem. Minn dawn ftit inqas minn 10,000 kienu mas-Settur Pubbliku, anke għax kien irreġistrat tkabbir qawwi wkoll fil-privat fis-setturi tas-saħħa u tal-edukazzjoni.

Minbarra hekk, minn analiżi taċ-ċifri fl-għaxar snin li għaddew, ukoll jirriżulta li l-ammont ta’ nisa li kienu

L-analiżi tal-istatistika fiż-żieda tal-impjiegi lokali mill-2013 ’l hawn kif irrapportata minna fi Frar … għalkollox kontra ta’ x’jgħid il-PN, ir-riżultati juru bl-aktar mod ċar min hu l-Partit tal-Ħaddiema qed jaħdmu full-time sa ħames xhur ilu kważi rdoppja fuq Marzu tal-2013, waqt li l-irġiel żdiedu bin-nofs fl-istess perjodu. Dan juri kemm ħafna mit-tkabbir jirrifletti l-inċentivi u s-sostenn qawwi li daħħal Gvern Laburista biex aktar nisa joħorġu jaħdmu, b’mod partikolari ċ-childcare b’xejn, l-In-Work Benefit u t-tapering tal-benefiċċji.

Anke f’Għawdex, is-snin bejn Marzu 2013 u Settembru 2022 fissru bidliet kbar fejn jidħlu l-impjiegi, tant li kien hemm żieda ta’ xejn inqas minn 6,235 ħaddiem full-time, tkabbir ta’ 67% fuq l-għadd ta’ Għawdxin li kienu qed jaħdmu taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista.

Ta’ min jinnota li kważi terz taż-żieda fl-impjiegi fulltime f’Għawdex seħħet mindu Dr Robert Abela sar Prim Ministru fil-bidu tal-2020. Dan jirrifletti s-sensiela ta’ miżuri u skemi, li introduċiet l-amministrazzjoni tiegħu biex l-ekonomija Għawdxija tibda tkun mutur ewlieni tal-prosperità ġdida ta’ pajjiżna.

Bil-maqlub ta’ dan, nhar il-Ġimgħa l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech baqa’ jinjora dan kollu u anke fatti oħrajn magħrufa għal kulħadd, bħal kif il-paga medja nazzjonali żdiedet b’mod sinifikati inġenerali, waqt li naqsu l-Maltin u l-Għawdxin fil-faxex il-baxxi tassalarji fil-pajjiż u żdiedu b’ferm aktar fil-faxex l-għoljin. Hu fil-fatt saħansitra ddikjara li “l-Gvern ta’ Robert Abela abbanduna lill-ħaddiema” u fuq din il-premessa falza ħabbar li se jkun qed jorganizza attività tal-massa fil-forma ta’ protesta nhar l-Ewwel ta’ Mejju.

This article is from: