1 minute read
FRAR JIRREĠISTRA TURIŻMU REKORD
Fix-xahar ta’ Frar li għadda ġew irreġistrati l-aqwa riżultati fl-istorja tal-industrija turistika lokali, anke aħjar minn dawk fl-istess perjodu ta’ erba’ snin ilu, l-2019, li kienet sena rekord għal pajjiżna. Il-Ministeru għat-Turiżmu laqa’ l-aħbar b’sodisfazzjon wara li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ippubblika ċ-ċifri.
Jirriżulta li fl-istess xahar, il-volumi, l-iljieli f’pajjiżna u n-nefqa turistika qabżu r-riżultati miksuba fl-aħħar sena qabel Malta ntlaqtet millCOVID-19 u mir-restrizzjonijiet kollha fl-ivvjaġġar li din ġabet magħha.
Advertisement
In-numru ta’ turisti li ġew f’pajjiżna matul Frar ta’ din is-sena kien ta’ 132,513-il turist. Minn aspett ta’ volumi jfisser żieda ta’ 6% fuq l-istess perjodu tal-2019 meta dak iż-żmien ġew 125,198 turist.
In-numru ta’ ljieli li qattgħu t-turisti f’pajjiżna matul dan l-istess xahar kien ta’ 816,220 lejl, żieda ta’ 5.4% fuq Frar tal2019 li b’kollox kien irreġistra 774,589 lejl.
B’mod sinifikanti, in-nefqa tat-turisti li żaruna fil-perjodu telgħet b’mod qawwi b’aktar minn €15-il miljun jew żieda ta’ 22% imqabbel mal-istess xahar fl-2019 – minn €71,156,000 għal €86,920,000.
Il-Ministru Clayton Bartolo, li hu responsabbli mis-settur, irrimarka li dawn ir-riżultati jirriflettu l-ottimiżmu u l-fiduċja li jeżistu fis-settur talospitalità. “Dawn iċ-ċifri juruna kemm il-kwantità u l-kwalità fit-turiżmu jistgħu jimxu id f’id flimkien. Ninsabu determinati biex inkomplu naħdmu ħalli verament nilħqu l-mira tagħna billi negħlbu l-istaġjonalità mis-settur turistiku Malti,” qal Bartolo.
Sadanittant, l-Ajruport
Internazzjonali ta’ Malta (MIA) din il-ġimgħa wkoll ippubblika ċ-ċifri tal-moviment ta’ passiġġieri tiegħu għall-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena. B’kollox għaddew total ta’ 1,245,525 passiġġier. Minn dawn, 487,117il persuna għaddew mill-MIA f’Marzu waħdu, żieda ta’ 2% fuq l-istess perjodu qabel faqqgħet il-pandemija.
Din iż-żieda kienet riflessa wkoll f’seat load factor b’saħħtu fl-istess xahar ta’ 83.5%, b’żieda ta’ 2.2% fuq l-2019.
Diviżjoni tal-Istrateġija u l-Implimentazzjoni (Fondi UE) Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u Artijiet
Sejħa għal Konsultazzjoni Pubblika
Id-Direttur Ġenerali, Diviżjoni tal-Istrateġija u l-Implimentazzjoni (Fondi UE) fi ħdan il- Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u Artijiet, jgħarraf lill- pubbliku nġenerali u partijiet interessati, bissejħa għall-konsultazzjoni pubblika dwar l-inizzjattivi ta’ Malta għal REPowerEU bħala parti millFaċilità ta’ Rkupru u Reżiljenza (RRF) għal Malta. Id-Dokument jista’ jiġi aċċessat fuq l-indirizz tas-sit elettroniku hawn taħt https://fondi.eu/programme/recovery-and-resilience-plan/ jew billi tinkiseb kopja mid- Diviżjoni tal-Istrateġija u l-Implimentazzjoni, Sezzjoni Fondi Ewropej, 32, House of Catalunya, Triq Marsamxett, Il-Belt Valletta, VLT 1850.
Dawk interessati huma mistiedna jibagħtu proposti, suġġerimenti u kummenti fuq l -indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt jew billi jibgħatu bil-posta indirizzata lid- Diviżjoni tal-Istrateġija u lImplimentazzjoni, Sezzjoni Fondi Ewropej, 32, House of Catalunya, Triq Marsamxett, Il-Belt Valletta, VLT 1850.
Sottomissjonijiet jistgħu jintbagħtu sal-17:00hrs CEST tal-Gimgħa, 21 t’April, 2023 Proposti li jaslu tard ma jiġux ikkunsidrati.