3 minute read
IT-TRIQ TAL-MARFA QED TINBENA MILL-ĠDID BI STANDARDS MODERNI
B’referenza għal diversi stqarrijiet riċenti firrigward talinvestiment li qed isir fiżżona talGħadira, Infrastructure Malta wieġbet bilfatti għal dikjarazzjonijiet bla bażi, inkluż millPartit Nazzjonalista, u spjegat ixxogħlijiet neċessarji li qed jitwettqu bilgħan li tinħoloq infrastruttura iżjed sigura.
Waqt li fakkret li żżona hi suġġetta għal inċidenti serji, uħud anke fatali, laġenzija talGvern qalet li linterventi li qed isiru filproġett ta’ Triq ilMarfa, preċiżament bejn irroundabout li tagħti għallArmier u rroundabout li tagħti għal ta’ Pennellu, huma skont listandards moderni.
Advertisement
Dawn se jwasslu għal “infrastruttura li tagħti prijorità lissigurtà tannies li jużawha b’diversi modi, speċjalment għal dawk li jużaw din ittriq bilpass u bittrasport pubbliku.”
Fi stqarrija, Infrastructure Malta spjegat li ttriq kif kienet ma kellhiex bankini u lanqas spazji ta’ parkeġġ adegwati fuq ilkarreġġjata li tagħti għaċĊirkewwa, birriżultat li sewwieqa kienu jipparkjaw ilvetturi tagħhom parzjalment fuq ilkorsija taxxellug b’riskji kbar għalihom u għal vetturi oħrajn li jkunu qed isuqu fuq listess korsija.
Minbarra hekk, “meta dawn issewwieqa u lpassiġġieri f’dawn ilvetturi kienu joħorġu millvetturi tagħhom, irriskji li jintlaqtu minn vetturi oħrajn kien ikun wieħed għoli, minħabba li dawn innies ikollhom bżonn jaqsmu għannaħa loħra tattriq bla bankina.
Għalhekk, ġie deċiż li lparkeġġ għandu jkun filbiċċa lkbira tiegħu fuq innaħa talbajja. Ilprijorità kienet li wieħed jimmassimizza lispazji talparkeġġ minħabba li lGħadira hi destinazzjoni mfittxija minn ħafna, speċjalment fixxhur tassajf,” tenniet laġenzija, li hi responsabbli millbini millġdid tattoroq kollha filpajjiż b’investiment ta’ €700 miljun fuq seba’ snin.
“Għaldaqstant, lispazji talparkeġġi tfasslu b’angolu ta’ madwar 45 gard mannaħa talbajja. F’partijiet limitati, ilwisa’ tattriq ma tippermettix ittfassil ta’ erba’ korsiji (tnejn f’kull direzzjoni), meta wieħed jikkunsidra aċċessorji neċessarji oħrajn, bħal central strips u bankini. Ilkarreġġjata li tagħti għaċĊirkewwa qiegħda għattelgħa u għalhekk jagħmel sens li jkun hemm żewg korsiji ħalli wieħed ikun jista’ jaqbeż vetturi kbar. Ilkarreġġjata li tagħti għallBelt għandha għalhekk partijiet b’korsija waħda għax qiegħda għanniżla, iżda ta’ min wieħed isemmi li lwisa’ totali talkarreġġjata miscentral strip salparkeġġ se tkun ta’ 5.5 metri, u dan jippermetti li żewġ vetturi kbar jgħaddu biswit xulxin f’każ li tieqaf vettura kbira,” kompliet Infrastructure Malta. Jirriżulta wkoll li fiscentral strip se jitħallew ukoll spazji biex, f’każ ta’ emerġenza, ittraffiku jkun jista’ jgħaddi għallkarreġġjata opposta b’mod ikkontrollat minn uffiċjali tattraffiku.
Infrastructure Malta qalet li “ta’ min wieħed jippreċiża li dawn linterventi qed isiru ma’ investiment ta’ madwar €8 miljun, b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħrajn, f’żona li ilha ma tara investiment mistħoqq ’il fuq minn 30 sena,” minkejja wkoll numru ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ awtoritajiet kompetenti mażżmien.
Is-sigurtà fiż-żona, li kienet toffri numru ta’ perikli serji, issa qed tingħata l-prijorità
Listqarrija temmet tgħid li “Infrastructure Malta se tkompli twettaq ilviżjoni talGvern għal titjib fittoroq tagħna, tkompli tieħu deċiżjonijiet li jagħmlu sens u, bħalma qed tagħmel flGħadira, tieħu miżuri neċessarji biex kull min juża lakkwati jagħmel dan blinqas riskji għalih u għal nies oħrajn.”
Ilproġett jgħaqqad ukoll mattitjib li għaddej filpromenade talBajja talGħadira, li flaħħar xhur offra diversi sfidi li mhux dejjem jagħmlu landament taxxogħol faċli. Limmaniġġjar tattraffiku fuq karreġġjata waħda u lmaltemp taxxitwa offra sfidi simili, iżda xxogħlijiet fissit spiċċaw jiffaċċjaw sfidi ħafna akbar minn hekk.
Kif irrapportat millKullĦadd ftit talġimgħat ilu, lakbar sfida f’dan ilproġett kienet iżżmien, minħabba li lmaġġoranza taxxogħol kellu jsir fixxitwa biex ilbajja u lmadwar ikunu mbagħad jistgħu jitgawdew matul ixxhur tassajf.
Fost ħafna problemi, jirriżulta li lpromenade u ttriq kellhom jinbnew millġdid fuq materjal dgħajjef li kull meta kien qed isir liskavar dan jinfetaħ u jispiċċa jaqa’ għal isfel fittrinka li tkun qed titħaffer. Biex dan ma jkunx ta’ periklu għallħaddiema, ittrinek infetħu aktar wiesgħa biex ikunu jistgħu jaħdmu aħjar u mingħajr periklu. Ovvjament, din ilmetodoloġija tawlet aktar iżżmien taxxogħol.
F’partijiet oħrajn ixxogħol ta’ skavar jinżel aktar ’l isfel millivell talbaħar u minħabba lviċinanza malkosta, lilma baħar beda jippenetra fittrinek. F’dan ilkaż kien meħtieġ li jingħata konkos apposta biex jitwaqqaf lilma baħar milli jkompli jidħol fittrinek qabel ikun jista’ jitkompla kull xogħol ieħor.
F’żoni oħrajn illivelli talpromenade u tattriq jinsabu f’livelli aktar għoljin u uffiċjali, li qed jaħdmu fuq ilproġett, qalu lil din ilgazzetta li “hawnhekk sibna problema fejn kien hemm ħafna materjal li beda jimbotta fuq ilħitan eżistenti, tant li wassalhom fi stat li jiġġarrfu jekk ma jsirx intervent fuqhom. Finnaħa tannofs talbajja kellu jinħatt għalkollox ħajt għoli ta’ madwar ħames metri u wiesa’ 25 metru u jerġa’ jinbena millġdid bilblokki kbar talkonkos biex iservi ta’ lqugħ għattriq u lpromenade.”