1 minute read
L-OBBLIGU TAS-SEPARAZZJONI TAL-ISKART JIDĦOL FIS-SEĦĦ
Il-liġi l-ġdida dwar l-obbligu tasseparazzjoni tal-iskart daħlet fis-seħħ minn nhar il-Ġimgħa bil-għan li jitnaqqas kemm jista’ jkun l-iskart li jispiċċa jintrema fil-miżbliet. Is-separazzjoni tal-iskart saret obbligatorja għal kulħadd: għar-residenzi privati, għan-negozji u għall-entitajiet governattivi.
Fl-istess żmien li uffiċjali talinforzar se jkunu qed jimmoniterjaw it-toroq biex jiżguraw li r-regolamenti qed jiġu osservati, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tat bidu għal kampanja edukattiva ta’ sitt xhur.
Advertisement
Wara dan il-perjodu, mill14 ta’ Ottubru jidħlu fis-seħħ il-multi, li jibdew minn €75 għan-negozji u €25 għad-djar.
Dawn jirdoppjaw għal min jikser ir-regolamenti aktar minn darba.
Is-sistema l-ġdida għandha twassal biex pajjiżna jilħaq il-mira tiegħu li l-iskart li jintrema fil-miżbliet jinżel drastikament minn 90% ta’ bħalissa għal 10% sal-2035.