2 minute read
INKUNU HEMM GĦAL KULĦADD
jħalli l-ebda dubju. Insemmi l-legat fil-qasam soċjali. Tant miżuri sabiex ikunu aġevolati fost l-iktar nies li jifilħu l-inqas. Insemmi l-legat fil-qasam tad-drittijiet ċivili. Minn pajjiż anakronistiku, li ma jimxix maż-żmien, għal pajjiż li jservi ta’ eżempju għall-oħrajn. Insemmi l-legat fil-qasam tax-xogħol u l-ekonomija. Fost l-ikbar rati ta’ tkabbir ekonomiku u fost l-inqas rati ta’ qgħad fl-istorja.
ja għas-Servizzi Korrettivi, u jagħżlu li jirriformaw ruħhom qabel joħorġu lura fil-komunità/soċjetà.
Advertisement
Dan hu Gvern ta’ kulħadd. Tal-ħaddiem u ta’ min iħaddem, taż-żgħażagħ, l-anzjani, it-tfal, nisa, u rġiel ġejjin minn fejn ġejjin u jemmnu x’jemmnu. Hu Gvern ta’ kulħadd, għax dak li nemmnu fih, dak li jagħmilna aħna min aħna. It-twemmin tagħna hu dak li ma nħallu lil ħadd waħdu, lil ħadd ma jaqa’ lura.
Il-legat ta’ dan il-Gvern f’diversi oqsma huwa wieħed li ma
Ma’ dawn hemm bosta setturi oħrajn li huma ta’ suċċess mhux biss għall-Gvern, iżda fuq kollox u l-aktar importanti, ta’ suċċess għall-familji Maltin u Għawdxin. Xogħolna u d-dover tagħna huma li nkunu hemm għal kulħadd u fuq dan irrid nikteb żewġ kelmiet.
Iva, hemm bżonn li nkunu hemm anke għal dawk li huma fost l-iktar emarġinati u preġudikati ngħid jiena, fis-soċjetà tagħna. Hawnhekk irrid insemmi dawk il-persuni li jkunu skontaw sentenza fl-Aġenzi-
Ħafna minn dawn il-persuni jkunu għaddew minn għarbiel ta’ riabilitazzjoni estensiva sabiex is-sistema karċerarja, flimkien ma’ diversi għaqdiet li jaħdmu fil-qasam, jerġgħu mhux biss iġibu lura lil din il-persuna f’termini ta’ mġiba, iżda sabiex il-persuna tkun ippreparata taffaċċja l-ħajja barra l-ħitan tal-ħabs.
Il-proċess riabilitattiv huwa taħlita ta’ ħafna affarijiet. Iżda l-aktar valur importanti huwa li jkun hemm turija ta’ impenn lejn l-individwu, il-provediment ta’ xogħol, u t-tisħiħ soċjali, edukattiv u psikoloġiku. Il-parti tagħna qed nagħmluha. Malli priġunier jidħol filfaċilità jsir pjan personali mibni fuq il-ħtiġijiet tiegħu. Iżda mhux biss. Flimkien ma’ numru ta’ NGOs, kif diġà semmejt aktar ’il fuq, bħall-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl, Caritas,
Sedqa u RISe nassiguraw li jkun hemm programmi, għajnuna addizzjonali u aktar opportunitajiet ta’ integrazzjoni mill-ġdid fil-komunitajiet.
Iżda l-biċċa tagħna mhix biżżejjed. Fil-ħajja li qed ngħixu, kont bankarju hu bażiku. Trid kont bankarju biex il-flus talpaga jidħlu hemm. Trid kont bankarju bħala student biex ikollok fejn tirċievi l-istipendju. Issa immaġinaw priġunier. Daħal il-ħabs għax żbalja. Iżda ddeċieda li jbiddel il-mixja tiegħu. Mar il-programm tad-droga. Ħa l-għajnuna kollha li kien hemm bżonn. Ħadem fil-ħabs u daħħal xi ħaġa żgħira ta’ dik il-ħidma. Il-professjonisti kollha jirrimarkaw progress. Irid joħroġ fid-dinja ta’ hawn barra. Jerġa’ jibni r-relazzjoni mal-familja li xi ftit jew wisq tkun taħt pressjoni meta tkun bejn erba’ ħitan. Irid isib xogħol ħalli lill-familja jmantniha u fuq kollox irid jagħmel dan biex jagħmel bħall-maġġoranza u jgħix il-ħajja tiegħu.
Xogħol isib. Imur biex jiftaħ kont u jeħel. Il-ħajja ta’ qabel, il-ħajja tal-passat saret il-garanti ta’ din il-persuna. Mhux ix-xogħol li sab. Mhux il-fatt li jrid jerġa’ jibda mill-ġdid. Kif jista’ eks priġunier jibda mill-ġdid? Kif jista’ jirċievi l-paga b’mod legali bħal kulħadd. B’din is-sempliċi azzjoni, binnuqqas ta’ azzjoni u kompassjoni ma’ dan l-eks priġunier, ma’ dan il-bniedem ħieles li patta ta’ għemilu, li ħa l-ġustizzja, taf terġa’ titfgħu lura għad-dinja ta’ qabel fi ftit ħin. Dak hu li s-soċjetà ma tridx, u ma jaqblilhiex. Din il-miżura li ngħinu biex xi ħadd li biddel ħajtu, jieħu l-bażiku, hi soċjali daqskemm huma miżuri oħra fiskali li tajna. L-għan tagħna huwa li jkollna soċjetà ġusta. Ejjew naraw li dik is-soċjetà ma tkunx waħda li tibqa’ tikkastiga lil min ikun diġà ħa l-ħaqq. Għandna dover li nkunu hemm għal kulħadd u dak hu li qed nagħmlu u li nibqgħu nagħmlu.