3 minute read
FL-ISFOND TA’ REALTÀ TIGDEM
jirċievu l-kontijiet tal-enerġija tagħhom wara xitwa kiesħa flaħħar xhur. Hi realtà kiefra fejn fi stati membri oħrajn tal-Unjoni Ewropea qed jiġu impostati kontijiet esaġerati, minħabba li l-prezzijiet tal-enerġija għolew prattikament fid-dinja kollha.
kien fundamentali biex ikollna l-akbar tarka possibbli għalina.
Advertisement
Il-polz tal-poplu jibqa’ l-akbar indikatur tal-ħajja fil-pajjiż. Riflessjoni tal-għażliet u d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-amministrazzjoni fil-mument propizju u r-riżultati li dawn effettivament joħolqu fl-interess nazzjonali u għall-ġid komuni. Għaldaqstant, ir-ritmu li bih iħabbat dak il-polz hu l-kejl ta’ kemm hi tajba jew le l-politika mħaddna.
Għalhekk meta llum titlaqqa’ Konferenza Ġenerali oħra tal-Partit Laburista u ninsabu ġimagħtejn bogħod miċ-ċelebrazzjoni tal-festa tal-ħaddiem, l-Ewwel ta’ Mejju, ma nistgħux bħala Maltin u Għawdxin ma nqisux f’liema direzzjoni miexi pajjiżna. U dan mhux b’inqas ukoll fil-kuntest partikolari li tinsab fih id-dinja llum, speċjalment il-kontinent Ewropew. Issa li bdiet ir-rebbiegħa, ħafna ċittadini Ewropej qed
Stħarriġ tal-opinjoni pubblika wara ieħor madwar l-Ewropa jixhdu kif l-akbar inkwiet fost il-familji u n-negozji Ewropej bħalissa hu kif se jkampaw biex iħallsu tali spejjeż. Fl-aħħar xhur ukoll kellhom jixxaħħu mill-għajxien bażiku tagħhom, bil-għan li d-daqqa tal-kontijiet tkun minima kemm jista’ jkun, waqt li hu rrapportat kif mhux biss eluf ta’ familji tkaxkru lejn il-livell tal-faqar, iżda kif hu maħsub li eluf ta’ anzjani wkoll tilfu ħajjithom għax ma kinux f’qagħda li jsaħħnu djarhom biżżejjed fil-pajjiżi kesħin.
Insegwu l-aħbarijiet internazzjonali u naraw dak li qed jiġri fi Franza u fir-Renju Unit, biex insemmi biss tnejn millpajjiżi taħt tensjoni simili. Nies jipprotestaw minħabba li l-gvernijiet tagħhom mhumiex joffrulhom biżżejjed protezzjoni għall-għoli tal-ħajja, xprunat mill-prezzijiet tal-enerġija, fost oħrajn.
Imbagħad għandek lil Malta, fejn ir-realtà hi kompletament l-oppost. Mhux għax l-inflazzjoni m’affettwatniex ukoll, iżda l-għaqal fid-deċiżjonijiet talGvern Laburista, immexxi millPrim Ministru Robert Abela,
Minkejja ċ-ċirkostanzi u wara tliet snin ta’ pandemija, għandna familji li komplew jimxu ’l quddiem, jinfatmu mill-faqar, flok bil-maqlub; li għandhom rekord ta’ tifdil filbanek, flok imħassbin għax ma jifilħux għal spejjeż mhux ippjanati; u kapaċi jgawdu l-ħajja kemm jista’ jkun qrib in-normalità.
Minkejja ċ-ċirkostanzi wkoll, għandna negozji li qed ikomplu jinvestu u jkabbru l-attività tagħhom, mhux jagħlqu l-bibien; li biħsiebhom iżidu l-ħaddiema, mhux ikeċċu; li huma sodisfatti b’andament ekonomiku mill-aqwa, minflok iħabblu rashom dwar id-destin tagħhom għax ma jidher l-ebda dawl fit-tarf tal-mina.
Ġimgħa ilu ċċelebrajna l-festi tal-Għid. Ħadt l-opportunità tat-temp sabiħ Malti biex segwejt numru ta’ purċissjonijiet tradizzjonali tal-Irxoxt. Kull fejn tmur nies ma taqta’ xejn u attività kummerċjali b’saħħitha. Restoranti ppakkjati u ħwienet mimlijin.
Li jfisser ħaġa waħda biss –il-poplu Malti hu fiduċjuż millpreżent daqskemm mill-ġejjieni. Fiduċjuż li pajjiżna se jibqa’ miexi ’l quddiem, li hawn ekonomija stabbli u b’saħħitha. U dan iż-żmien ta’ serħan talmoħħ u anke prosperità qawwija ġej biss minħabba d-deċiżjonijiet għaqlin tal-Gvern.
Li r-riżultati tagħna huma ferm aħjar minn ta’ ħaddieħor mhux b’kumbinazzjoni, iżda konferma oħra tal-kompetenza ekonomika u l-għaqal b’ruħ soċjali tal-Gvern Laburista. Gvernijiet oħrajn qed ikollhom iżidu l-piżijiet, mhux biss it-toqol esaġerat bil-prezzijiet tal-elettriku, tal-gass u tal-fuels, li aħna assolutament m’għandniex, iżda wkoll oħrajn bħall-età tal-irtirar, waqt li aħna għat-tmien darba qed inżidu r-rati tal-pensjonijiet. Għandek universitajiet Ewropej li qed jitnaqqsulhom il-fondi allokati mill-gvern, iżda f’pajjiżna mhux biss l-edukazzjoni terzjarja hi wkoll b’xejn, iżda se jerġgħu jiżdiedu l-istipendji. Għandek eluf kbar ta’ Ewropej bla xogħol u f’Malta l-problema hi n-nuqqas ta’ ħaddiema.
Hu dan l-għaqal ekonomiku u fiskali li jsaħħaħ il-fiduċja u qed joħloq prosperità ġdida f’Malta. Mhux ta’ b’xejn għandna l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Ewropa u d-doppju tal-medja. Hu għalhekk ukoll li f’pajjiżna qatt ma kien hawn daqstant opportunitajiet ta’ xogħol u rekord ta’ nuqqas ta’ qgħad.
Dan hu l-isfond li fuqu llum mhux biss il-Prim Ministru jista’ jindirizza l-Konferenza Ġenerali Laburista b’rasu mgħollija, iżda wkoll għalina li nipparteċipaw b’entużjażmu konxji li ma jistax ikollna tmexxija aħjar.
Ma jfissirx li m’hemmx iżjed xi jsir jew li m’hemmx min, b’xi mod, xorta jħossu li mhux miexi ’l quddiem biżżejjed bħal ħaddieħor, minkejja li żdiedet l-għajnuna bla preċedent. Partit Laburista fil-Gvern qatt ma kien supperv. Anzi dejjem baqa’ umli u marbut mal-poplu biex jibqa’ jifhem x’inhuma l-isfidi li fadal jiġu indirizzati. Ħaddieħor, li għadu mogħni (!) bl-istess arroganza u s-suppervja li l-poplu rema ’l barra mit-tieqa ħafna snin ilu, nafu x’kienu jkunu s-soluzzjonijiet tiegħu f’ċirkostanzi bħalma qed ngħixu llum. Kemm għax esperjenzajnieh qabel l-2013 kif ukoll għax il-Kap tal-Oppożizzjoni attwali għadu jipprietka l-istess politika ta’ awsterità u piżijiet sal-lum il-ġurnata.
Dan m’għandu bl-ebda mod jikkonslana. Anzi, biex nibqgħu relevanti bħala partit, irridu nħarsu dejjem ’il quddiem biex nibqgħu ntejbu, waqt li xorta nżommu f’moħħna dak li nkiseb fl-aħħar għaxar snin, għax dak hu wkoll dak li jiddefinixxina.
Flimkien għandna sfidi oħrajn importanti x’negħlbu. L-irrelevanza u l-inkompetenza ta’ ħaddieħor titfa’ biss aktar responsabilità fuqna bħala l-unika għażla serja u vijabbli għall-futur ta’ pajjiżna. Ifisser li rridu naħdmu aktar minn qatt qabel biex, ma’ kull suċċess ġdid li jikseb pajjiżna, nibqgħu nirbħu l-appoġġ meħtieġ.