Gunju 2008 Numru 43
SENA MEMORABDik li kellha tkun sena li tibqa mfakkra ghat-titjib kbir fil-facilitajiet sportivi tal-futbol, spiccat b’toghma morra meta fl-ahhar ta’ l-stagun gejna relegati wara biss stagun wiehed fl-Ewwel divizjoni. Ghalkemm fl-istagun tal-football kien wera’ minn kmieni li tlaqna fuq sieq hazina, ghall- kuntrarju issena 2008 kienet qed turi li tista tkun wahda ta’ sodisfazzjon f’dak li huwa titjib fil-facilitajiet sportivi taghna. Dan minhabba grajjiet li awguraw tajjeb biex din is-sena nkomplu nkabbru u nsebbhu dawn ilfacilitajiet fil-Mellieha. Konna qeghdin nesperjenzaw avvenimenti, li qabel stajna biss noholmu li xi darba jistghu jsiru realta’. Kien kmieni fil-bidu ta’ din is-sena li tlesta il-5-a-side pitch bit-turf artificjali fuq il-bejt tal-bini il-gdid. Tkomplew ukoll xogholijiet ta’ ‘finishing’ fuq l-istess bini, fosthom xoghol ta’ dawl u ilma, tqeghid ta’ katusi u xoghol ta’ kisi. Barra minn hekk, kien hemm ix-xoghol tal‘floodlights’ godda fil-grawnd tal-Mellieha li sar permezz tal-Kunsill Lokali. Issa qed nistennew li jibda xxoghol fuq il-wicc tal-grawnd biex isir bit-turf sintetiku, sabiex jispiccaw darba ghal dejjem dawk it-trabijiet li kien ilna mdorrijin bihom ghal dawn l-ahhar 44 sena. Aktar ‘l quddiem din is-sena wkoll, qed nistennew li ser ikun hemm ghajnuna mill-M.F.A., biex inkunu nistghu nkomplu ntejbu l-facilitajiet. Saret talba ghal ghajnuna biex jinbidel il-fence li jdawwar il-grawnd, biex jitkomplew id-‘dressing rooms’ il-godda, biex jinbena stand zghir ghall-ispettaturi, u biex isiru rampi ghall-uzu ta’ persuni b’dizabilita’. Bhalissa qed isir ukoll bini ta’ estensjoni mal-bini ezistenti, biex jiffacilita l-access mid-‘dressing roooms’ ilgodda ghall -grawnd, u qed naghmlu hilitna biex dawn
BLI BI STAGUN ix-xogholijiet jkunu lesti sa meta jigi inawgurat il-wicc il-gdid tal-grawnd. Ghall- kuntrarju l-istagun tal-futbol, kien mimli sfortuna u rizultati mhux mistennija, biex finalment kellna nbaxxu rasna, u naccettaw li nigu relegati ghat-Tieni divizjoni. Il-jum minn filghodu jurik, u hekk gara dan l-istagun li beda hazin mill-ewwel, fejn l-akbar sfortuna kienet ittelf ta’ players. Kellna t-tluq ta’ David Fenech li mar jittanta xortih barra minn Malta, u ftit wara ta’ Chris Borg li siefer lejn l-Awstralja. Bdejna l-istagun minghajr David Cauchi u Wayne Buttigieg li kellhom ‘injury’ serja. Biex tkompli tigina hazina, tlifna lewwel loghba kontra Marsa, li kienu jidhru li ser ikun wiehed mit-timijiet li ser jiggieled ghar-relegation. Kienu tliet punti mitlufa, li fil-fatt swewlna hafna flahhar, biex gejna relegati. Kien jidher izda li stajna nirkupraw, u wara zewg draws u rebha fuq Qormi ittamiet tqawwew. Izda l-isfortuna ippersistiet matul-listagun kollu b’’injuries’ serji lil diversi players regolari bhal Hubert Vella, Ibrahim Tarek, William Borg, Keith Spiteri, Mark Borg, David Vella., u l-aktar wahda gravi dik ta’ Wayne Borg St.John fl-ahhar loghba ta’ l-ewwel rawnd kontra Mosta. In-nuqqas ta’ Wayne inhass ferm, specjalment meta kien hemm nieqes Gianluca Calabretta minhabba sospensjonijiet. L-irtirar qabel il-waqt ta’ xi whud mill-players, li jew kellhom xi disgwid mal-kowc, jew li kienu mwegga’, kompliet tiddghajjef l-iskwadra biex finalment ma kellniex issahha, u l-anqas il-volonta’ necessarja biex nikkumbattu il-glieda tremenda biex insalvaw postna f’din iddivizjoni. Ikompli pagna 2
Pagna 2
Mellieha Sports Club Newsletter
M.F.A. 1st Division 2007/08 Centenary Stadium
Is-Sibt 9 ta’ Frar 2008
MELLIEHA……1
MARSA.…0
[H.T.1-0] Sko: Gianluca Calabretta
Hamrun Ground
Il-Hadd 17 ta’ Frar 2008
MELLIEHA…0
DINGLI S….2
[H.T.0-2] Wara r-rebha konvincenti kontra Marsa, wiehed kien jistenna ahjar mit-tim taghna, kontra avversarji diretti filglieda biex nevitaw ir-relegation. Izda donnu il-players ma hargux daqshekk determinati bhal ma’ ghamlu filloghba ta’ qabel. Ghalkemm Dingli iddominaw territorjament, ftit kellhom konkluzjonijiet u prattikament skurjaw fiz-zewg konkluzjonijiet li ghamlu fil-lasta, zewg goals li anke gew skurjati b’devjazzjonijiet fortunati, fit-23 u 31 minuta. Bejn dawn il-goals Gianluca Calabretta seta kiseb id-draw fl-ahjar azzjoni Mellehija ta’ l-ewwel taqsima, meta xxuttja gholi minn qaghda tajba. Qabel tmiem ittaqsima, Ibrahim Tarek tilef cans iehor li jnaqqas l-iskor, u forsi dak il-hin kien mument tajjeb biex jgholli l-moral tat-tim. Li dhalna nistriehu 1-2 minn taht, forsi kienet tkun storja differenti. Fit-tieni taqsima hadna l-loghba f’idejna u attakkajna bi hgarna, izda ftit irnexxielna inkunu perikoluzi, anke ghaliex il-forwards taghna kienu mizmumin tajjeb. Fl-ahhar 5 minuti spiccajna b’10 minn nies, meta tkecca Sandro Costa Brasilino, u ftit minuti wara tkecca wkoll player ta’ Dingli. L-avversarji diretti l-ohra, Marsa u St.Patrick’s, tilfu l-loghbiet taghhom ukoll, u ghalhekk is-sitwazzjoni baqghet l-istess, bit-tliet timijiet fl-ahhar post b’9 punti.
Rebha importanti li biha lhaqna lill-istess Marsa b’9 punti kull wiehed, flimkien ma St.Patrick’s, li wkoll irnexxielhom jakkwistaw 3 punti fil-loghba ta’ warajna. B’hekk il-glieda tar-relegation kompliet tihrax, u l-loghba li jmiss kontra Dingli ser tkun qiesa decider. Dan ghaliex Dingli ghandhom 2 punti biss aktar minna. Kontra Marsa lghabna loghba tajba, izda hlejna wisq cansijiet ta’ skor biex bqajna fuq ix-xwiek sa l-ahhar suffara tar-referee. Gianluca Calabretta li skorja lgoal tar-rebha wara nofs siegha loghob, kellu jispicca fil-quccata tat-‘top-scorers’ ta’ din id-divizjoni blokkazjonijiet tajba ta’ skor li kellu, izda jew kien sfortunat [laqghat il-lasta b’daqqa ta’ ras sabiha], jew hafna drabi traskurat fil-konkluzjonijiet tieghu. Ma kienx wahdu, ghaliex kemm William Borg, Reuben Vella, kif ukoll Sandro Costa Brasilino, lkoll setghu skurjaw li kienu aktar precizi quddiem il-lasta. Marsa ftit kienu perikoluzi, u Simon Gauci ma kien qatt impenjat serjament. L-importanti izda, kien li akkwistajna tliet punti, u pattejna ghat-telfa xejn misthoqqa kontra l-istess Marsa, fl-ewwel round. Ta’ min jghid ukoll li bhal ma gara f’dik il-loghba, Marsa spiccaw b’ragel inqas qabel tmiem l-ewwel taqsima, izda din id-darba t-tim taghna ma tghax cans lill-avversarji, bhal ma gara fl-ewwel loghba tal-league. Statistika: Kontra Marsa lghabna 16- il darba. Rbahna 7, draw 3, u tlifna 6. Skorjajna 20, kontra 21. Kienet l-ewwel loghba dan l-istagun li fiha ma qlajniex goal. William Borg laghab il-120 loghba tieghu mal-Mellieha, filwaqt li Luke Cauchi ghaqqad l-40.
Statistika: Kontra Dingli lghabna 34 darba. Rbahna 13, draw 11 u tlifna 10. Goals favur 49 kontra 45. Huwa l–aktar tim li lghabna kontrih, laktar li gejna draw, l-aktar li skurjajnilu, u l-aktar li skurjalna fl-istorja tal-klabb taghna. Hubert Vella li rritorna ghal-loghob, wara tliet xhur, laghab il-140 loghba tieghu bil-flokk Melliehi. Ibrahim Tarek li wkoll irritorna wara zmien twil, ghaqqad il-50 presenza.
Formazzjoni: S. Gauci, F. Vella [B.Zammit], M. Abela, M. Borg, L. Cauchi, K. Gauci, Reub. Vella, P.Camilleri, W. Borg, S. Costa Brasilino, G. Calabretta.
Formazzjoni: S. Gauci, F. Vella [H. Vella], M. Abela [Ray Vella], P. Camilleri, W. Borg, L. Cauchi, K. Gauci, Reub. Vella, I. Tarek, S. Costa Brasilino, G. Calabretta.
Ikompli minn pagna 1 B’hekk wara l-ferh ta’ sena ilu, meta rbahna l-promozzjoni, kellna nduqu l-imrar tar-relegation. Issa rridu nergghu nibdew nibnu mill-gdid. Irridu wkoll noqoghdu attenti fil-komportament taghna f’din id-divizjoni fejn ilkompetizzjoni hija intensa, fejn kull loghba hija krucjali u tista jew tghollik ma ta’ fuq, jew tnizzlek l-isfel marrealta’ tal-glieda ghas-salvazzjoni. Ejjew naghamlu kuragg u nirsistu biex flimkien nergghu nibdew mill-gdid, nibnu u nippreparaw biex stagun iehor jerga’ jkun wiehed ta’ sodisfazzjon u li jaghmel gieh lill- Mellieha, bl-attrezzaturi sportivi godda taghna. Alfred Vella Borg President
Mellieha Sports Club Newsletter
Pagna 3
Centenary Stadium Il-Hamis 13 ta’ Marzu 2008
Hamrun Ground
MELLIEHA…0
MELLIEHA…3
TARXIEN…3
[H.T. 0-3] Kontra l-leaders Tarxien, konna nafu li ser tkun loghba difficli, izda ttamajna li ta’ linqas nohorgu b’punt minn din il-loghba. Sa lewwel 25 minuta, ikkontrollajnihom tajjeb, u Tarxien ma rnexxielhom qatt jikkonkludu lejn il-lasta. Min-naha taghna ghazilna li niddefendu u noperaw b’kontrattakki, izda l‘passes’ taghna lejn il-forwards kienu imprecizi, u ma konna qatt perikoluzi. Fil-25 minuta, Tarxien rebhu free-kick barra l-kaxxa ilkbira, li bih fethu l-iskor. Appena minuta wara, r-referee ordna penalty, ghal intervent ta’ Mark Borg fuq avversarju fil-kaxxa l-kbira. Deher car li Mark ittakilja tajjeb, u ha lballun, izda r-referee haseb mod iehor, u Tarxien irduppjaw. Moralment t-tim taghna mar il-bahar, u r-rejazzjoni kienet wahda fjakka, ghalkemm kellna okkazjoni li nnaqqsu li skor izda I.Tarek ma approfittax. Id-daqqa mortali hadniha qabel tmiem l-ewwel taqsima meta Tarxien skurjaw it-tielet goal. Fit-tieni taqsima hrigna ahjar mill-avversarji, li dehru kuntenti jamministraw il-vantagg li kellhom. Konna fuqhom territorjalment u anke lghabna l-ahhar 20 minuta b’ragel aktar, wara li tkeccilhom player. Ta’ min jghid izda, li konna minghajr zewg ‘playmakers’ bhal m’huma Wayne Borg St.John u Sandro Costa Brasilino, u ghalkemm b’rieda tajba, ftit li xejn hloqna attakki perikoluzi, biex rrizultat baqa l-istess sat-tmiem. Statistika: Kontra Tarxien lghabna 27 darba. Rbahna 6, draw 6, u tlifna 15. Skorjajna 21, kontra 46. B’dawn it-tliet goals, Tarxien huma l-aktar tim li skurjalna fl-istorja. Iddebutta mal- Mellieha, Martin Camilleri [ex-St.George’s]. Formazzjoni: S. Gauci, F. Vella [H. Vella], M. Camilleri, L. Cauchi, M. Borg, P. Camilleri, K. Gauci, Reub.Vella, W. Borg [P. Vella], I. Tarek, G. Calabretta.
L-Erbgha 19 ta’ Marzu 2008
VITTORIOSA……6 [H.T.1-3]
Sko: William Borg, Gianluca Calabretta, Ibrahim Tarek
Din it-telfa hallietna nissieltu ma zewg timijiet ohra fil-glieda ghar-relegation, Marsa u St.Patrick’s, filwaqt li Dingli, St.George’s u Vittoriosa jidhru komdi f’nofs il-klassifika. Telfa kbira li certament grat konsegwenza ta’ zbalji difensivi, li gabu fixxejn il-loghob pozittiv fl-attakk, fejn irnexxielna niskurjaw tliet goals, xi haga li ghamilnieha biss kontra Qormi, izda din id-darba hrigna telliefa. Kienu ghaddew biss 11 il-minuta, meta Vittoriosa marru minn fuq minn penalty li nghata ghal fawl ta’ M. Camilleri fil-kaxxa l-kbira. Kellna rejazzjoni tajba hafna, u William Borg gab id-draw b’daqqa ta’ ras minn cross ta’ M. Camilleri. Wara d-draw komplejna nilaghbu tajjeb, u G. Calabretta ghal ftit ma rnexxielux jitfana fil-vantagg, meta mill-qrib tefa barra cross tajjeb ta’ S. Costa Brasilino. Fl-ahhar 10 minuti tal-ewwel taqsima Vittoriosa skorjaw zewg goals kontra x-xejra tal-loghob, wiehed minn freekick dirett u l-iehor wara indecizjoni tad-difiza. Hames minuti mill-bidu tat-tieni half naqqasna ddistakk permezz ta’ Gianluca Calabretta, u bdejna nemmnu li nistghu nsalvaw il-loghba, ghaliex t-tim Melliehi beda jilghab tajjeb u johloq okkazjonijiet tajba. L-aktar li qrobna kien b’xutt sabih ta’ G. Calabretta li mar barra ghal ftit, u iehor ta’ S. Costa Brasilino li l-goaler avversarju salva b’diffikulta. Izda fl-64 minuta zball iehor difensiv, wassal gharraba’ goal ta’ Vittoriosa, u minn dak il-hin ‘il quddiem, il-players taghna donnhom ramew ixxugaman. Il-Birgu skurjaw tnejn ohra, u kien biss flahhar minuta li Ibrahim Tarek, ghamel ir-rizultat aktar rispettabbli, izda kif svolgiet il-loghba l-anqas tista tghidlu ta’ konsolazzjoni. Statistika: Kontra Vittoriosa lghabna 23 darba. Rbahna 9, draw 3, u tlifna 11. Goals favur 33, kontra 35. William Borg skorja t-30 goal tieghu malMellieha, biex issa jinsab wahdu fil-5 post overall fil-klassifika tal-goalscorers Mellehin. Ghal captain Kevin Gauci, kienet il-290 loghba. Formazzjoni: S. Gauci, P. Camilleri, M. Camilleri, H. Vella, L. Cauchi, K. Gauci, W. Borg, Reub. Vella [P. Vella], S. Costa Brasilino, I. Tarek, G. Calabretta.
Pagna 4
Mellieha Sports Club Newsletter
Hibs Ground
It-Tnejn 31 ta’ Marzu 2008
MELLIEHA…2 ST. GEORGE’S…1
Hamrun Ground
Il-Hadd 6 t’April 2008
MELLIEHA..2 ST. PATICK’S.2
[H.T. 2-0]
[H.T. 0-1]
Sko: Gianluca Calabretta, Reuben Vella.
Sko: William Borg, Ibrahim Tarek [pen.]
It-tielet rebha fl-ewwel divizjoni, giet f’mument krucjali ta’ l-istagun, li barra t-tliet punti li akkwistajna, swiet ukoll sabiex tgholli l-moral tat-tim ghalloghba ta’ nhar il-Hadd li gej kontra St. Patrick’s, li tista tkun deciziva ghar-relegation. Mill-bidunett kien jidher li t-tim nizel bi spirtu kumbattiv aktar millahhar loghbiet. Bid-difiza soda u ma taghmel l-ebda zball, bil-players ta’ nofs il-grawnd ma jieqfu qatt, u bl-attakkanti in vena, il-Mellieha taw tassew wirja tajba kemm fi qlubija kif ukoll bhala loghob. Flewwel minuti kellna zewg xuttijiet sbieh ta’ I. Tarek u Reub. Vella salvati mill-goaler, filwaqt li St. George’s kellhom xutt salvat tajjeb minn S. Gauci u iehor jahbtilhom mal-lasta. L-ewwel goal wasal fis-36 minuta, meta pass preciz ta’ K. Gauci, gab wahdu lil Gianluca Calabretta, li wara girja tajba, b’xutt b’sahhtu poggiena fil-vantagg. Appena hames minuta wara rduppjajna permezz ta’ Reuben Vella, b’xutt stupend minn barra l-kaxxa. Dhalna nistriehu b’zewg goals vantagg, xi haga li din is-sena kien ghadu qatt ma rnexxielna. Ir-rejazzjoni ta’ St. George’s kienet mistennija, u bdew joholqu attakk wiehed wara l-iehor, izda min naha taghna l-kontrattakki dejjem kienu perikoluzi, fejn I. Tarek, S. Costa Brasilino u G. Calabretta kienu protagonisti. Bormla qorbu ferm li jiskurjaw fil-50 minuta, izda L. Cauchi qala’ minn fuq il-linja ballun destinat ghal gewwa b’S. Cauci meghlub. Mellieha kellhom jaccertaw mir-rebha ta’ l-inqas fi tliet okkazzjonijiet permezz ta’ G. Calabretta u Reub. Vella. Sitt minuti mit-tmiem St.George’s naqqsu l-iskor, u hawn dehret certa biza’ li r-rebha setghet tahrabilna, izda bi sforz qalbieni fl-ahhar minuti l-players taghna rnexxielhom jiddefendu ir-rizultat. Statistika: Kontra St. George’s lghabna 19 -il loghba. Rbahna 5, draw 6 u tlifna 8. Goals favur 21, kontra 32. Fil-league, kien ilna ma nirbhulhom 10 snin [3-2], mill-istagun 1997/98, fl-ewwel divizjoni. Fin-Knockout rbahnilhom 2-1, fl-istagun 2001/02 fit-tieni divizjoni. David Vella [ii] iddebutta mal-Mellieha fleta ta’ 20 sena. Formazzjoni: S. Gauci, M. Abela, M. Camilleri, P. Camilleri, H. Vella, L. Cauchi, K.Gauci, Reub. Vella, S. Costa Brasilino, G. Calabretta [P. Vella], I. Tarek [D. Vella ii]
B’penalty fl-injury time, skurjat minn Ibrahim Tarek, akkwistajna punt prezzjuz f’dan il-konfront dirett fil-glieda biex nevitaw irrelegation, u zammejna t-tliet punti vantagg li kellna fuq l-istess St. Patrick’s u lMarsa. Il-loghba kienet ekwilibrata, u z-zewg timijiet hassew l-importanza tal-loghba, biex flewwel taqsima ftit kien hemm konkluzjonijiet lejn il-lasti, izda tliet minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, St. Patrick’s kisbu l-vantagg. Fit-tieni taqsima hrigna determinati u appena ghaddew tmien minuti skorjajna l-goal tad-draw permezz ta’ William Borg li bir-ras tefa’ gewwa, free-kick preciz ta’ Reuben Vella. St. Patrick’s dehru mahsuda, u it-tim taghna kompla jilghab tajjeb. Izda fil-61 minuta Gianluca Calabretta gie muri l-karta s-safra ghat-tieni darba, u gie mkecci. B’ragel aktar St. Patrick’s ghamlu kuragg, u hadu f’idejhom il-loghba, ghalkemm fit-73 minuta tkeccilhom player ukoll. Minuta mittmiem tal-hin regolamentari, St. Patrick’s skorjaw dak li kulhadd haseb li kien ser ikun il-goal tar-rebha. Fortunatament ma kienx hekk, ghaliex fit-tieni minuta tal-hin mizjud mir-referee, Kevin Gauci qassam preciz lil William Borg li kien diehel tajjeb fil-kaxxa, izda difensur iffawljah meta xxuttjalu wiccu f’tentativ li jtajjar il-ballun. Irreferee ordna penalty, li b’kalma kbira u bi precizjoni, Ibrahim Tarek skorja, sabiex salvajna punt b’mod drammatiku izda certament meritat. Statistika: Kontra St. Patrick’s lghabna 26 darba. Rbahnilhom 4 darbiet biss, draw 11, u tlifna 11. Goals favur 22, kontra 34. Formazzjoni: S. Gauci, P. Camilleri [M. Abela], M. Camilleri. H. Vella, L. Cauchi, K. Gauci, Reub. Vella, W. Borg, S. Costa Brasilino, I. Tarek, G. Calabretta. .
Mellieha Sports Club Newsletter Hibs Ground
MELLIEHA…0
Is-Sibt 26 t’April 2008
QORMI….......3 [H.T.0-1]
Din kienet wahda mill-aghar loghbiet li lghabna dan l-istagun, u issa s-sitwazzjoi tat-tim filKlassifika hija tassew preokkupanti. Qormi iddominaw il-loghba mill-bidu sat-tmiem, u lassenzi li kellna ma jiggustifikawx il-wirja hazina li kellna. Is-sistema difensiva li nzilna biha kienet tidher li ser taghti l-frott, izda meta Qormi fethu l-iskor wara 28 minuta, ma kienx hemm risposta min-naha Mellehija, u ma rnexxielna qatt ninkwetaw serjament lid-difiza Qormija. Iz-zewg goals l-ohra gew skorjati fit-tieni taqsima fit-72 minuta, u 3 minuti mit-tmiem. Min-naha taghna fl-ewwel taqsima kellna free-kick ta’ Reuben Vella salvat mill-goalkeeper f’korner, u fit-tieni taqsima William Borg kellu okkazjoni tajba li jgib id-draw izda tefa’ barra minn qaghda tajba. Statistika: Kienet l-20 loghba kontra Qormi. Rbahna 7, draw 6, u tlifna 7. Goals favur 22, kontra 26. Iddebuttaw Matthew Ciantar li ghandu 20 sena, u Owen Calleja fl-eta ta’ 17 l-sena. Formazzjoni: S. Gauci, M. Abela [M. Ciantar], P. Camilleri, M. Camilleri, L. Cauchi, H. Vella, K. Gauci, W. Borg, Reub. Vella [O. Calleja], S. Costa Brasilino, I. Tarek,
Pagna 5 Hamrun Ground
Il-Hadd 4 ta’ Mejju 2008
MELLIEHA…1 SENGLEA….3 [H.T.0-1] Sko: Ibrahim Tarek
Ghalkemm ghadna m’ahniex matematikament relegati, din it-telfa halliet lisperanza taghna li nsalvaw, tassew marbutin ma hajta, ghaliex issa kollox jiddependi mill-ahhar loghba kontra Mosta, tim li jrid jirbah bilfors ghall-promozzjoni. Biex stajna nibqghu verament nittamaw, ridna rebha kontra Senglea, izda din mill-bidu dehret difficli ghaliex Senglea skurjaw pratikament fl-ewwel attakk taghhom wara biss zewg minuti. Ir-rejazzjoni taghna kienet pozittiva, izda ma konniex fortunati fil-konkluzjonijiet, u wisq anqas precizi fl-ahhar pass. Ir-referee zbalja meta Gianluca Calabretta gie mwaqqa fil-kaxxa, u minflok ordna penalty, ammonixxa lill-player. Ftit qabel fil15- il minuta, konkluzjoni mill-qrib ta’ William Borg giet salvata tajjeb millgoalkeeper. Zewg minuti qabel tmiem ittaqsima, Ibrahim Tarek laqat il-lasta direttament minn free-kick. Ghalkemm hrigna determinati li ngibu d-draw, kienu Senglea li fil-5 minuta tat-tieni taqsima irduppjaw, u fit-82 minuta ghamluhom tlieta. Il-goal ta’ konsolazzjoni skurjah Ibrahim Tarek zewg minuti mit-tmiem. Statistika: Kontra Senglea lghabna 12 -il darba. Rbahna 3, draw 6, u tlifna 3 [tnejn minnhom dan l-istagun]. Skurjajna 16, kontra 18. Il-goalkeeper Simon Gauci laghab l20 loghba tieghu mal-Mellieha. Formazzjoni: S. Gauci [J. Abela], P. Camilleri [D. Vella ii], M. Camilleri [F. Vella], H. Vella, L. Cauchi, W. Borg, Reub Vella, K. Gauci, S. Costa Brasilino, I. Tarek, G. Calabretta.
Pagna 6
Hamrun Ground
11 ta’ Mejju 2008
2ND. Division Knock-out
MELLIEHA…0
MOSTA…3
[H.T. 0-2]
Ergajna tlifna kontra Mosta, it-tielet wahda din is-sena, telfa li kkundannatna definitivament ghat-tieni divizjoni. Mill-ewwel kienet tidher li ser tkun loghba difficli, izda ttim Melliehi, li rega’ kellu players importanti nieqsa, ghamel dak kollu li seta’ biex irazzan lil Mostin li riedu rebha biex ikomplu jissieltu ghall-promozzjoni. Mosta fethu l-iskor prattikament bl-ewwel xutt li taw wara 10 minuti. Fis-27 minuta ergajna rajna l-isfortuna tippersisti maghna, meta daqqa ta’ ras sabiha ta’ Robert Muscat habtet mal-minduda, bil-ballun jinzel fuq il-linja fatali u jigi kklerjat. Minflok id-draw, wasal it-tieni goal tal-Mostin, ezatt qabel il-halftime, meta konna qeghdin nilaghbu l-ahjar loghob. Fit-tieni taqsima deher li il-players Mellehin qatghu qalbhom u ghalkemm ippruvaw jaghmlu rejazzjoni, din kienet wahda fjakka, biex sat-tmiem Mosta skurjaw goal iehor ghal rizultat finali ta’ 0-3. Statistika: Kienet it-18 - il loghba kontra Mosta. Rbahna 7, draw 2 u tlifna 9. skorjajna 23, kontra 26. Kienet l-20 loghba dan listagun tat-tim Melliehi, u zewg players biss laghbu l-loghob kollu; il-Captain Kevin Gauci u Reuben Vella. Formazzjoni : S. Gauci [J. Abela], M. Abela [O. Calleja], H. Vella, F. Vella, Ray Vella, M, Camilleri, K. Gauci, W. Borg, Reub. Vella, S. Costa Brasilino, R. Muscat [I. Tarek]
Hibs Ground
Il-Hadd 13 t’April 2008
MELLIEHA…0
MOSTA…2 [H.T.0-0]
Fil-Kwarti-finali tan-Knock-out, tlajna biex nilaghbu kontra t-tim li bhalissa jinsab fl-ewwel post tal-klassifika tal-ewwel divizjoni, u b’cans kbir li jitilghu premier. Kemm ahna kif ukoll Mosta, hadna din il-loghba aktar bhala speci ta’ friendly, minhabba l-importanza tal-impenji li ghandna fil-qrib fil-league, konxji wkoll li lahhar loghba tal-league ser tkun bejnietna, u taf tkun decisiva ghaz-zewg timijiet. Mosta kienu l-ahjar tim matul il-loghba, izda ttim Melliehi ddefenda tajjeb u fl-ewwel taqsima zewg saves tajba ta’ Simon Gauci kienu determinanti sabiex l-iskor baqa 0-0. Sakemm Mosta skorjaw l-ewwel goal fil-65 minuta, konna qedin nittamaw li ta’ l-inqas nisfurzaw il-hin barrani. Fil-fatt konna ahna l-aktar li qrobna li nifthu liskor, meta fit-53 minuta, free-kick dirett ta’ Ibrahim Tarek habat mal-lasta, bil-goalkeeper meghlub. Mosta skorjaw it-tieni goal kwarta mittmiem, izda dan ma qatax qalb il-players Mellehin, li bdew joholqu attakk wara l-iehor, biex ta’ l-inqas niskurjaw goal ta’ konsolazzjoni. L-aktar li morna qrib kien b’xutt ta’ G. Calabretta salvat b’diffikulta mill-goalkeeper, u b’xutt iehor ta’ Ib. Tarek li gie salvat minn fuq il-linja. Statistika: Kienet is-17-il loghba kontra Mosta. Rbahna 7, draw 2, u tlifna 8. Goals favur 28, kontra 28. F’din il-loghba ddebutta Robert Muscat fl-eta ta’ 17 il-sena. Reuben Vella laghab il110 loghba mal-Mellieha. Formazzjoni:S. Gauci [J. Abela], F. Vella, M. Abela [D. Vella ii], H. Vella, P. Camilleri, K. Gauci, W. Borg, Reub. Vella, S. Costa Brasilino, G. Calabretta [R. Muscat], I. Tarek.
Pagna 7
Mellieha Sports Club Newsletter
ANALIZI TA’ DAN L-ISTAGUN Minn Sunny Abela [Football Manager] Dak li kellu jkun stagun ta’ konsolidament ta’ l-istatus li akkwistajna l-istagun ta’ qabel, spicca biex kien ta’ ritorn ghall-passat, jigifieri t-Tieni divizjoni, fejn konna ghamilna tmien snin, bejn l-1999 u 2007. Konna nafu li kien ser ikun stagun difficli, izda qabel l-istagun hdimna sabiex ghall-inqas ikollna skwadra li tkun tajba bizzejjed biex inzommu postna fl-Ewwel divizjoni. It-tir taghna kien li nzommu l-iskwadra li tlajna biha, blistess coach, u nsahhuha b’xi akkwisti li l-klabb kien jiflah ghalihom finanzjarjament. Sfortunatament mill-ewwel tnaqqas il-potenzjal tat-tim meta weggghu ghall-kumplament ta l-istagun zewg players zghazagh promettenti filwaqt li siefru tnejn ohra. B’hekk tlifna erba players li l-istagun ta’ qabel kienu regolari, ghalkemm akkwistajna erbgha ohra; zewg difensuri, attakkant, u midfielder Brazilian, issa li f’din id-divizjoni kien konsentit li jkollok barrani. Fl-opinjoni tieghi iz-zewg difensuri li akkwistajna f’Jannar, Patrick Camilleri u Martin Camilleri taw sehemhom. L-attakkant Gianluca Calabretta kien tajjeb hafna sa nofs l-istagun, izda mbaghad naqqas xi ftit fit-tieni parti ta’ listagun, barra li kien sospiz f’zewg loghbiet importanti lejn tmiem l-istagun. L-akbar dizappunt tal-klabb kien ilBrazilian Sandro Costa Brasilino. Meta rajnih jilghab fit-training, u fl-ewwel ‘friendlies’, konna hsibna li sibna dak il-player li ghandna bzonn f’nofs il-grawnd. Il-heffa u t-teknika tieghu kienet impressjonanti, izda minnu stennejna player li bl-esperjenza tieghu imexxielna nofs il-grawnd, u anke jaghti kontribut tajjeb fl-attakk. Ghalkemm kellu xi ‘flashes’ tal-genn f’xi loghbiet, fejn fi tnejn minnhom, gie maghzul mill-gazzetti, bhala lplayer tal-loghba, spicca ma kienx konsistenti. Nuqqas kbir iehor kien, li f’dsatax-il loghba ma skorjax ballun. Dwar il-players l-ohra nista nghid li kollha kellhom l-‘ups and downs’ taghhom. Fil-bidu kien hemm hafna entuzjazmu, izda meta r-rizultati ma bdewx gejjin, u l-kowc htieglu jaghmel xi tibdil dan it-tibdil mhux dejjem kien accettat b’mod sportiv, u kien hemm minn anke waqaf jilghab. Dan ghalija kien dizappunt kbir, specjalment minn dawk il-players li kienu jhabbtu fuq sidirhom, u jghidu li jhobbu t-tim Melliehi. Dan l-atteggjament gab anke lil kowc f’diffikulta, u forsi kien hawnhekk li l-kowc naqas li juri l-esperjenza necessarja kif wiehed ghandu jittakilja dawn l-affarijiet. Min-naha l-ohra ghall- kowc m’ghandix hlief kliem ta’ apprezzament ghal kull ma ghamel malMellieha matul dawn l-ahhar tliet snin. Fl-ahhar mill-ahhar kien hu li kien fit-tmun meta akkwistajna lpromozzjoni l-istagun l-iehor. Dwar ir-rizultati li ksibna, kullhadd jafhom u m’ghandix ghalfejn noqghod nidhol fid-dettal, izda kien hemm tliet episodji li nemmen li kienu krucjali u effettwaw l-andament tat-tim. L-ewwel wiehed kien l-ewwel loghba kontra Marsa. Kienet loghba li stajna nirbhuha facilment. Konna nafu li konna qeghdin naffrontaw l-aktar tim daghjjef f’din id-divizjoni, u li kien ser ikun wiehed mit-timijiet li ser jiggieled ghar-relegation. Barra minn hekk ghamilna siegha shiha nilaghbu bi player izjed, m’approfittajniex ruhna u tlifna 1-3, tliet punti li swew qares fl-ahhar. Episodju iehor kien meta wegga’ serjament Wayne Borg St.John kontra Mosta fl-ahhar loghba ta’ l-ewwel rawnd. Wayne kien ghaddej minn forma tajba, u kien ghadu kif skorja l-gowl li bih naqqasna l-iskor ghal 1-2. In-nuqqas tieghu mhux biss hassejnih f’dik il-loghba, izda ghall- kumplament ta’ l-istagun, ma kellniex min jiehu postu, u batejna ferm fl-attakk, specjalment meta kellna wkoll nieqes lil Calabretta. L-ahhar episodju krucjali kien meta fil-loghba kontra St.Patrick’s, loghba li li kieku rbahna konna kwazi nkunu salvi, tkecca ghal zewg karti sofor Gianluca Calabretta, f’mument li l-loghba kienet f’idejna, u St.Patrick’s dehru rassenjati, ghalkemm l-iskor kien 1-1. Minn dak il-hin St. Patrick’s qamu fuq taghhom u kwazi rebhulna, li ma kienx ghal penalty fl-ahhar li bih salvajna l-loghba. Kien fadal tliet loghbiet li tlifnihom kollha, b’Calabretta sospiz tnejn minnhom. Certament ix-xorti ma kienitx maghna, izda issa hemm bzonn, li nharsu ‘l quddiem u nergghu nibdew mill-gdid. Jien nemmen fil-players Mellehin u fiz-zghazagh taghna, u ghalkemm jinhtieg aktar sagrificcji u rgulija minn uhud minnhom, fil-futur post il-Mellieha jerga’ jkun f’din id-divizjoni. Naghlaq billi nirringrazzja lil kull minn hadem ghall-gid tat-tim matul dan l-istagun. Shabi tal-Kumitat, lillcaptain Kevin Gauci u l-players, lill-kowc Ilir Pelinku, l-isponsors u dawk kollha li ghenu biex jingabru l-flus, specjalment lil Robert Cutajar, u fl-ahhar u mhux l-inqas lil Joe Cauchi l-kowc tal-goalkeepers ghax-xoghol volontarju li jaghmel mal-goalkeepers taghna. L-ahhar kelma ta’ qima tmur ghall-player habib tieghi Ray Vella, li wara 30 sena jilghab mat-tim Melliehi, iddecieda kif jghidu l-inglizi ‘call it a day’. Grazzi Ray ta’ kollox, fejn anke dan l-istagun ghalkemm kont prattikament dejjem mar-reserves, kont ta’ ezempju ghal shabek il-players kemm waqt it-training kif ukoll fuq il-bank tas-sostituti. Nsellimlek mill-qalb.
Mellieha Sports Club Newsletter
Pagna 8
STATISTIKA STAGUN 2007 / 08 Meta naghtu harsa lejn l-istatistika ta’ dan l-istagun, wiehed jista jinnota li barra r-relegation li certament tirrifletti li kienet sena negattiva, hemm affarijiet ohra li huma interessanti, u li jixhdu li kienet sena impenjattiva u difficli. • Dan l-istagun lghabna 20 loghba ufficjali. 18 fil-league, wahda fl-F.A. Trophy, u ohra fin-Knockout. Rbahna 3, draw 4, u tlifna 13. Goals favur 22, kontra 52. Spiccajna fid-9 post fil-league minn 10 timijiet, b’hekk relegati ghat-Tieni Divizjoni wara biss sena fl-Ewwel Divizjoni. •
L-uniku stagun iehor li gejna relegati wara li tlajna, kien dak 1991/92, meta konna Premier.
• Rbahna 3 loghbiet biss, izda ma kienitx l-aghar sena, ghax fl-istagun 1982/83, konna rbahna wahda biss, meta spiccajna l-ahhar fit-Tielet Divizjoni. • Qlajna 52 goal, li huwa rekord assolut. Meta waqajna mill-Ewwel Divizjoni fl-istagun 1998/99 konna qlajna 48 goal, izda f’19-il loghba. Meta konna Premier ukoll qlajna inqas goals: - 46 f’19-il loghba. L-inqas sena li qlajna goals kien fl-istagun 1975/76, meta ksibna l-promotion mir-Raba’ Divizjoni ghat-Tielet. Konna qlajna 5 goals biss, fi 13-il loghba. •
It-telfa ta’ 1-7 ma Floriana fl-F.A. Trophy, kienet l-akbar wahda fl-istorja tal-Mellieha.
• Ma kellna l-ebda loghba li spiccat 0-0, u l-aktar li kien fiha goals kienet it-telfa ta’ 3-6 ma Vittoriosa. • Dan l-istagun lghabna tliet darbiet kontra Mosta u tlifnihom kollha. Tlifna darbtejn ma Senglea u Vittoriosa, darba ma Tarxien, Marsa, Dingli, St. George’s, Qormi u Floriana. Rbahna lil Qormi, Marsa u St. George’s. • Il-Kowc Ilir Pelinku ghamel uzu minn 26 player, li minnhom kien hemm 9 debuttanti:- Sandro Costa Brasilino, Gianluca Calabretta, Patrick Camilleri, Martin Camilleri, David Vella [ii], Robert Muscat, Brendan Zammit, Matthew Ciantar, u Owen Calleja. •
L-izghar wiehed kien Robert Muscat li twieled f’Dicembru 1990 – 17-il sena.
•
L-ixjeh player kien Ray Vella li twieled f’Jannar 1961 – 47 sena.
•
Zewg players biss laghbu l-20 loghba:- Kevin Gauci u Reuben Vella
• Wara 8 staguni rega’ kellna maghna player barrani, Sandro Costa Brasilino, li laghab 19-il loghba, izda ma skorja l-ebda goal. • Ray Vella kompla sahhah il-pozizzjoni tieghu fil-klassifika ta’ l-aktar player li laghab malMellieha – izjed minn 377 loghba. Warajh qieghed joqrob Kevin Gauci [296]. Players ohra li ghadhom jilaghbu u qabzu il-100 loghba huma dawn: - Wayne Borg St.John [177], Hubert Vella [148], William Borg [128], David Vella[i] [121] u Reuben Vella [113]. • Skorjajna 22 goal bejn 6 players. Gianluca Calabretta 7, Ibrahim Tarek 5, Wayne Borg StJohn 4, Reuben Vella 3, William Borg 2, Hubert Vella 1. • Wayne Borg St.John skorja 4 goals ohra dan l-istagun biex tella it-total tieghu ghal 94, minn 177 loghba. Warajh hemm Stephen Deguara [61], u Attila Szonye [41], li naturalment m’ghadhomx jilaghbu. Imbaghad hemm Ibrahim Tarek [38], u William Borg[ 31].
Pagna 9
Mellieha Sports Club Newsletter
Din hija lista tal-iskwadra ta’ dan l-istagun, b’kemm laghbu u skurjaw. Fit-tieni filliera jidher kemm laghbu u skurjaw totalment mal-Mellieha. KEVIN GAUCI REUBEN VELLA SANDRO C. BRASILINO LUKE CAUCHI SIMON GAUCI G. LUCA CALABRETTA WILLIAM BORG IBRAHIM TAREK HUBERT VELLA MARVIN ABELA FABIAN VELLA PAUL VELLA PATRICK CAMILLERI
PL / SC 20 - 0 20 - 3 19 - 0 18 - 0 17 - 0 17 - 7 17 - 2 16 - 5 13 - 1 13 - 0 13 - 0 13 - 0 12 - 0
PL / SC 296 - 18 113 - 11 19 - 0 47 - 0 21 - 0 17 - 7 128 - 31 58 - 38 148 - 12 16 - 0 59 - 0 17 - 0 12 - 0
MARK BORG WAYNE BORG ST.JOHN MARTIN CAMILLERI CHRIS BORG RAY VELLA DAVID VELLA [I] KEITH SPITERI JAMES ABELA DAVID VELLA [ii] BRENDAN ZAMMIT ROBERT MUSCAT OWEN CALLEJA MATTHEW CIANTAR
PL / SC 11 - 0 10 - 4 7-0 5-0 4-0 4-0 3-0 3-0 3-0 3-0 2-0 2-0 1-0
PL / SC 51 - 0 177 - 94 7-0 29 - 0 377 - 29 121 - 0 63 - 7 5-0 3-0 3-0 2-0 2-0 1-0
THANKS, AND GOOD LUCK BY ILIR PELINKU After three memorable years at Mellieha, I decided to join another team, not because I was not happy here, but after being relegated, I thought it was better for Mellieha to start another chapter, with a new coach. I am saying this because Mellieha is in my heart, and really wish all the best for this club. I did all my best for Mellieha, and last year’s promotion was an unforgettable experience. Unfortunately this season, things didn’t go as I hoped, mainly because of circumstances that both me and the committee, had no control on, mostly bad luck. I believed in the squad we had at the start of the season, but then several injuries to key players, made it hard for the team to compete against strong clubs. Still we had the satisfaction to beat one of the promoted clubs; Qormi, and held to a draw the champions Tarxien. I would like to thank the players for their effort, especially those who kept fighting till the end. Special thanks go to the President and the football management, for all their support throughout these years. I wish all the best to Mellieha, and hope that in future the club will find its place in higher divisions, as the Club and its supporters deserve.
LAQGHA GENERALI ANNWALI Il-Laqgha generali annwali tal-Mellieha Sports Club ser issir nhar il-Hadd 15 ta’ Gunju 2008 fl-10:00 a.m. fil-kazin. Inheggu l-membri sabiex jattendu u jippartecipaw f’din il-Laqgha importanti li fiha jinghataw rapporti ta’ x’gara fl-istagun li ghadda, kif ukoll kif mar il-klabb finanzjarjament. Filwaqt li jinhatar ukoll il-Kumitat il-gdid, tinghata wkoll informazzjoni, ta’ x’hemm ipprogrammat ghal futur. Nitolbukhom li tkunu f’postkom ta’ l-inqas 10 minuti qabel tibda l-laqgha.
Pagna 10
Mellieha Sports Club Newsletter
SNOOKER COMPETITION 2008
Bhalissa fil-kazin qieghda tintlaghab kompetizzjoni ‘Open’ tas-Snooker li fiha ippartecipaw membri tal-klabb, kif ukoll players ohra Mellehin. In-numru ta’ players li nkitbu kien 20, u dawn tqassmu bil-polza f’erba’ gruppi preliminari li minnhom jghaddu zewg players ghall-kwarti finali. Il-gruppi kienu komposti kif jidher hawn that : A. Kevin Vella, Charlie Fenech, Neil Chetcuti, Wilfred Cross , Darren Borg. B. Joe Cutajar, Edward Deguara, Victor Muscat, Eddie Fenech, Charlie Camilleri. C. Leonard Vassallo, Patrick Cutajar, Robert Falzon, Joe Chetcuti, Sam Wyatt. D. Natalino Debono, Joe Muscat, Joe Fenech, Bob Westerdale, Sunny Abela. Fil-polza tal-kwarti finali, li issa tkun fuq sistema ta’ Knock-out, ser ikun hemm dawn il-players li kkwalifikaw : Kevin Vella, Wilfred Cross, Joe Cutajar, Victor Muscat, Robert Falzon, Joe Chetcuti, Natalino Debono, Joe Fenech.
PANNU GDID GHALL-BILLIARD Fil-bidu ta’ Mejju matul l-izvolgiment ta’din il-kompetizzjoni, il-Kumitat iddecieda li jinbidel ilpannu tal-billiard tal-kazin. Ix-xoghol tat-tqeghid tal-pannu sar mis-Sur Joe Bartolo, professjonista ta’ dan ix-xoghol, u thallas mis-Sur Natalino Debono. Id-drapp tal-pannu inghata b’xejn mis-Sur Joseph Vella tal- S.V.S. Il-Kumitat, f’isem il-membri, specjalment dawk dilettanti tal-billiard, jixtieq jirringrazzja lil dawn is-sinjuri ghall-ghajnuna li ghogobhom jaghtu lill-Klabb.
BIXKLA L-ahhar tournament li sar dan l-istagun fil -kazin gie, organizzat nhar il-Gimgha 25 ta’April, u fih hadu sehem 17- il tim. Il-kompetizzjoni ntrebhet mit-tim Ninu/ Joe [Centru Laburista], li fil-finali ghelbu lil Sunny/Silvio [M.S.C.] bl-iskor ta’ 6-5. Fl-ahhar ta’ Mejju sar tournament iehor fl-Imperial B.C., u issa s-serje ta’ tournaments, li jintlaghbu b’mod alternattiv fi tliet kazini, ser jergghu jibdew f’Ottubru li gej. Din is-sistema issa ilha ghaddejja ghal dawn l-ahhar 9 snin, u saret popolari hafna mad-dilettanti ta’ din il-loghba tal-karti, fejn ta’ l-inqas darba fix-xahar ghandhom cans jikkonfrontaw il-kapacitajiet taghhom ma shabhom. Nfakkar li t-tliet kazini partecipanti huma Imperial B.C., Sports Club, u Centru Laburista.
Pagna 11
Mellieha Sports Club Newsletter
Mellieħa Northenders Baseball Club F’Marzu li ghadda sehhew avvenimenti importanti fl-isfera tal-baseball Melliehi u anke dak Malti. Fillfatt bhala Mellehin kellna ix-xorti li nospitaw fostna, l-oghla ufficjali tal-Federazzjoni Ewropeja talBaseball, li ltaqghu Malta ghall-konferenza annwali ta’ din l-ghaqda. Din il-konferenza importanti saret fil-Maritim Antonine Hotel & Spa, u l-partecipanti gew alloggjati fl-istess lukanda. B’hekk kellna xxorti niltaqghu maghhom, meta zaru l-Mellieha Sports Club nhar l-Erbgha 26 ta’ Marzu, akkumpanjati mill-membri tal-Mellieha Northerners Baseball Team. Fi tmiem il-konferenza konna mistednin ukoll ghall-ikla li saret filMaritim Antonine & Spa, fejn rega’ kellna l-okkazjoni li nsiru nafu aktar dwar dan l-isport, li, specjalment fil-Mellieha, qieghed izid fil-popolarita. Fil-bidu ta’April, zewg players tal-Mellieha Northerners, il-captain Keith Bartolo u huh Michael, telqu minn Malta ghall-Olanda, fejn gew ingaggati mit-tim Olandiz ta’ l-Ewwel Divizjoni. Jeka Baseball Club minn Breda. Dawn il-players Mellehin ser ikollom ix-xorti li jilaghbu f’wiehed mill-aqwa leagues tal-Baseball fl-Ewropa. Charles van der Meijs, il-general manager tat-tim Olandiz, temm it-trattativi tat-transfer taghhom, waqt li kien Malta, ghall-konferenza annwali tal-Federazzjoni, u pprezenta l-kit ta’ Jeka B.C. lizzewg players, f’cerimonja qasira waqt iz-zjara fil-Mellieha Sports Club. Keith u Michael aktar ‘il quddiem jinghaqdu mat-tim nazzjonali Malti fil-Belgium, fejn ser isiru il-kwalifikazzjonijiet tal-Kampjonat Ewropew tal-Baseball. Malta qieghda fi grupp ma Svizzera, Belgium, Austria u San Marino. Fis-Softball, li huwa prattikament il-baseball feminili, kien hemm ukoll ahbar tajba dan l-ahhar. Dan ghaliex il-captain tal-Mellieha Tigers, Erica Xerri Mallan inghaqdet mat-tim Taljan, Polizzi Generosa, tim li jinsab f’qaghda tajba li jigi promoss ghas-Serie B tal-league Taljan. Erica hija wkoll il-captain tattim Nazzjonali tas-Softball, u tilghab f’zewg rwoli essenzjali f’din il-loghba, dawk ta’ ‘pitcher’ u ‘catcher’. Is-sena l-ohra Erica ippartecipat fi training camp ta’ hmistax-il gurnata mat-tim ta’ Arezzo. Nawguraw success kemm lil Erica, kif ukoll lil Keith u Michael, f’din l-avventura sportiva, u ninsabu certi li ser jaghmlu unur kemm lilhom infushom, kif ukoll lilna l-isportivi Mellehin. Sadanittant kellna dizappunt fil-League Nazzjonali tal-baseball, meta fil-final series il-Mellieha Northerners tilfu 0 – 2 kontra Gozo B.C. Dan il-league irbahnih ghal erba’ snin konsekuttivi, izda issa kien imiss lir-rivali taghna Ghawdxin li jigu nkurunati Champions. Nisperaw li s-sena d-diehla nergghu nkunu ahna li niehdu lura t-titlu Malti.
Il-Mithna Restaurant 45 Main Str Mellieha Tel: 2150404 Mob: 79485817
Pagna12
Mellieha Sports Club Newsletter
NETBALL RESULTS
2ND DIVISION
First Round 11.11.07
Kerygma Banjos vs Mellieha
19 - 12
08.12.07
Mellieha vs All Ages E-motions
27 - 23
16.12.07
Mellieha vs Ta’Xbiex
17 - 41
13.01.08
Mellieha vs Kerygma Kaizers
17 - 43
27.01.08
Mellieha vs United
16 - 31
17.02.08
Mellieha vs Kerygma
37 - 35
02.03.08
United vs Mellieha
26 - 28
06.04.08
Ta’Xbiex vs Mellieha
45 - 27
20.04.08
Kerygma Kaizers vs Mellieha
29 - 26
04.05.08
All Ages E-motions vs Mellieha
35 - 41
Second Round
Netball Team Bugeja Tania
Buttigieg Simona
Cutajar Josianne
Trapani Michelle
Buttigieg Josianne
Cilia Judith
Debono Karen
Zammit Anna
Buttigieg Maria
Corby Antoinette
Fenech Alexia
Mellieha Sports Club 4,Our Lady of Fatima Str, Mellieha Tel: 21523583 Internet: Www.melliehasportsclub.org
Iktbilna Jekk tixtieq tikteb f’din inNewsletter ghandek tibghat il-kummenti tieghek indirizzati : Mellieha Sports Club 4, Our Lady of Fatima Str, Mellieha Board Editorjali Sunny Abela Charles Fenech Anton Vella Proof reading- Alfred Bartolo