1 minute read

Il-Karnival

Next Article
Daħla

Daħla

Maskarat tini perlina

Għax warajk għandek xadina

Advertisement

U fit-toroq briju wieħed, F’dan iż-żmien tal-Karnival.

Kul kemm tiflaħ ħelu u laħam, Ċanga friska jew majjal...

U xi ċejċa jew xi ħelu, Tal-penit bi tliet kuluri...

Wiċċ imġiddem b’tapp tas-sufra, B’par mustaċċi nħossni kburi.

Xugaman ma’ rasi ngebbeb, Sejf tal-għuda qisni Tork.

Xi purtiera ngeżwer miegħi, u f’saqajja nilbes qorq.

Xi subien ta’ tifla jilbsu

U xi bniet isiru rġiel, Maskarati b’xi kostumi, Kollha ġlieġel u tant ġmiel.

Karozzini liebsa għall-festa, Minnhom xita ta’ perlini, Dawra ġelu b’lewża friska, Tfal jixxabbtu bħax-xadini.

Għax illum il-Karnival, Għax il-festa tax-xitan, ix-xitan irid ikanta għandu denbu daqs ta’

Qawl il-Karnival: Meta l-missier jagħmel Karnival l-ulied jagħmlu r-Randan. (Jekk il-missier iberbaq flusu l-familja tbati ħafna.)

Mill-poeżija sib 10 kelmiet u imla l-vojt (l-għ u l-ie kaxxa waħda).

Wara li timla din it-tisliba, qiegħed dan il-kliem f’ordni alfabetiku:

Vers Tronk: Vers li jagħlaq b’kelma li għandha l-aċċent fl-aħħar sillaba. Liema sillaba tgħodd bħala tnejn skont ir-regoli tal-metrika. Eż.: Ċan/ga/ fris/ka/ jew/ maj/jal

This article is from: