1 minute read

Il-Babaw talĠimgħa l-Kbira

Next Article
Fid-Duluri

Fid-Duluri

Kont maz-zija l-purċissjoni, f’daqqa smajt ktajjen resqin, irġiel liebsa libsa bajda, bil-kapoċċ imgħottijin.

Kont tħaxkint ma’ djul iz-zija, ħsibthom kienu xi Babaw, id-dmugħ ġelben minn għajnejja, tlabt bil-ħniena li nżarmaw.

Advertisement

Ilmaħt wieħed riesaq lejja, għajnu żżebbeġ minn ġot-toqob, kelli msarni ġo saqajja, kif ma’ wiċċi dana qorob.

Smajtu lili jsejjaħli, leħnu kien dak familjari, beda jidħak żaqqu taqbeż, b’idu sa foroqli xagħri.

Kien iz-ziju Benedittu, ħadt nifs qawwi u striħajt, mhux Babaw kif kont qed naħseb, Illi jiena miexi rajt.

Mill-poeżija u mit-tpinġija, islet għaxar kelmiet u imla l-vojt. (l-ie u l-għ kaxxa waħda)

DjulKtajjenKapoċċBabawSaqajja

TIKKA Termini Letterarji

Personifikazzjoni: Meta jingħataw xejriet umani lil oġġetti jew annimali.

Eż.: f’daqqa smajt ktajjen resqin,

This article is from: