1 minute read

Fid-Duluri

Next Article
Il-Karnival

Il-Karnival

Kont ma’ ommi tfajjel ċkejken, miexi nitlob f’purċissjoni, imma ħsiebi ħarab bija u waqajt fit-tentazzjoni.

Kelli ħelwa fil-ġakketta, żaqqi tgorr mejjet bil-ġuħ, malli ommi ħarset lura kont pront blajtha ħadt ir-ruħ.

Advertisement

Indunat u ħarsa tatni, Qaltli… “Issa penitenza, imxi ħafi bla kalzetti,” bżajt taqbadni l-influwenza.

U saqajja kesħu silġa, ma flaħthomx ridt l-art tiblagħni, niftakarha dik il-lejla, b’tant stagħġib kull min jarani.

Meta l-purċissjoni ntemmet, fuqi ġie l-kappillan, tani qagħqa tal-Appostli, qalli xieraq ġest bħal dan.

U feraħli qalli bravu, tifel bħalek qatt ma rajt. Mur fissirlu xi tbatija…

Il-kalvarju jiena rajt. Reno Saliba

Qawl ir-Randan: Fid-Duluri (i.e. ġimgħa qabel il-Ġimgħa l-Kbira) tmur il-bilbla u tiġi l-alwetta.

Hekk jagħmlu dawn iż-żewġ għasafar għall-ħabta tad-Duluri.

Il-Fittiexa: Sib dawn il-kelmiet misluta mill-poeżija, ‘Fid-Duluri’, fil-fittiexa hawn taħt.

OmmiPurċissjoniĠkieket Żaqqi Ruħ Ħarsa

PenitenzaKalzettiSilġaKappillanQagħqaAppostli

TIKKA Termini Letterarji

Metafora: Tixbiha diretta bejn żewġ affarijiet b’mod aktarx moħbi, mingħajr l-użu ta’ kliem bħal, donnu u qisu. Tintuża b’mod immaġinattiv li jirrappreżenta xi ħaġa oħra. Eż.: Il-kalvarju jiena rajt.

This article is from: