Booklet 2013

Page 1

Kulleġġ San Tumas More Skola Primarja ‘A’ Fgura Ktejjeb ta’ Informazzjoni

 Indirizz:

Kulleġġ San Tumas More

Telefon:

Skola Primarja „A‟ Fgura,

2169 1291 2166 1757

Triq il-Kitba Fgura FGR 2111 e-mail:

Fax:

2180 3648

stmc.fgura.pra@gov.mt

1

St. Thomas More College , Fgura Primary ‘A’


MERĦBA .................................................................................................................................... 4 IL-MISSJONI TAL-ISKOLA.................................................................................................. 4 L-GĦANIJIET TA’ L-ISKOLA .............................................................................................. 4 L-ISTORJA TAL-ISKOLA............................................. ERROR! BOOKMARK NOT DEFINED. SAN TUMAS MORE ................................................................................................................. 5 DHUL FIL- KINDERGARTEN .................................................................................................. 6 INFORMAZZJONI DWAR IT-TFAL ....................................................................................... 6 UNIFORMI TA' L-ISKOLA .......................................................................................................... 6 BASKET TA' L-ISKOLA .......................................................................................................... 7 IL-ĦIN TA’ L-ISKOLA ........................................................................................................... 7 Bejn Settembru u l-31 ta’ Mejju ............................................................................................................ 7 Bejn l-1 ta’ Gunju u l-aħħar tas-sena ..................................................................................................... 7 DĦUL U ĦRUĠ.......................................................................................................................... 7 Kindergarten......................................................................................................................................... 7 Primarja................................................................................................................................................ 8 PUNTWALITA’ .......................................................................................................................... 8 ATTENDENZA .......................................................................................................................... 9 Kindergarten......................................................................................................................................... 9 Primarja................................................................................................................................................ 9 VJAĠĠAR BARRA MINN MALTA ........................................................................................... 9 MARD ......................................................................................................................................... 9 Assenteiżmu ta’ Spiss ......................................................................................................................... 10 PREVENZJONI TA’ MARD .................................................................................................... 10 INDAFA ................................................................................................................................... 10 Indafa Personali .................................................................................................................................. 10 TFAL BI BŻONN TA’ GĦAJNUNA SPECJALI .................................................................... 11 PROTEZZJONI TAT-TFAL ................................................................................................... 11 Bullijar ............................................................................................................................................... 11 Każijiet suspettati ta’ abbuż fuq it-tfal ................................................................................................. 12 SILLABU .................................................................................................................................. 13 IL-KURRIKULU ....................................................................................................................... 13 ATTIVITAJIET EXTRA KURRIKULARI ............................................................................... 13 LAQGĦAT TA’ FILGĦODU ("ASSEMBLY").......................................................................... 13 XOGĦOL TA’ L-ISKOLA U TAD-DAR................................................................................ 14 ASSESSJAR U EŻAMIJIET ................................................................................................. 14 PROMOZZJONI ...................................................................................................................... 14 IMSIEĦBA MAL-ĠENITURI................................................................................................. 15 KOPERAZZJONI ..................................................................................................................... 15 IL-KUNSILL TA’ L-ISKOLA ................................................................................................. 15

2

St. Thomas More College , Fgura Primary ‘A’


DIXXIPLINA FL-ISKOLA...................................................................................................... 16 Livelli ta’ l-Imġiba ta’ l-Istudenti ........................................................................................................ 16 Imġiba mhux aċċettabli ....................................................................................................................... 16 Proprjeta’ ........................................................................................................................................... 16 Imġiba f’Postijiet Komuni................................................................................................................... 16 Inkorraġġiment, Affermazzjoni u Premjijiet ........................................................................................ 16 IL– WEBSITE TAL–ISKOLA.......................................... ERROR! BOOKMARK NOT DEFINED.

3

St. Thomas More College , Fgura Primary ‘A’


MERĦBA

        

Għeżież ġenituri, Nilqgħukom fl-Iskola Primarja „A‟ tal- Fgura li hija waħda mill-iskejjel tal-Kulleġġ San Tumas More(STMC) flimkien mal-Iskejjel Primarji ta': Fgura „B‟, Zejtun „A‟ u Zejtun „B‟, Tarxien, Marsaxlokk Marsascala. L-iskejjel sekondarji tal- Kulleġġ tagħna bħalissa huma: Junior Lyceum taz-Zejtun għall-bniet Junior Lyceum tal– Hamrun għas-subien Skola sekondarja tal– bniet, Tarxien Skola sekondarja tas-subien, Paola Aħna l-istaff ta‟ din l- iskola nagħmlu ħilitna biex flimkien magħkom ngħinu lit-tfal kollha jiżvilluppaw bis-sħiħ it-talenti kollha tagħhom għax kif jgħid il-motto tal-iskola nemmnu li

‘Flimkien naslu’ .

Nisperaw li hawnhekk uliedkom jirnexxilhom jiżviluppaw moħħ indipendenti li hu tant importanti għall-ħajja llum.

IL-MISSJONI TAL-ISKOLA L- iskola STMC Fgura Primarja‟A‟ hija impenjata li tipprovdi ambjent ta‟ tagħlim li jħajjar u jkabbar l-iżvilupp ħolistiku tat-tfal tagħna,filwaqt li toħloq ambjent ta‟ kenn u għożża għallġid tat-tfal bħala individwi u membri tas-soċjeta u li tagħraf is-siwi u s-sehem ta‟ kulħadd

L-GĦANIJIET TA’ L-ISKOLA Aħna nfittxu li  inrawmu ambjent li juri li l-iskola hija post ta‟ għożża li tirrikonoxxi l-valur ta‟ kull individwu u li fih kulħadd jaf kemm id-drittijiet kif ukoll id-dmirijiet.  ngħinu lit-tfal kollha biex jiżviluppaw il-potenzjal intellettwali fl-ogħla livell possibli.  ngħinu lit-tfal biex jieħdu sehem f‟ firxa ta‟ attivitajiet, jieħdu ħsieb saħħithom u jrawmu atteġġjament ta‟ tolleranza u ħniena ma‟ l-oħrajn.  naħdmu bi sħab mal-ġenituri b‟mod effettiv.  inkunu skola progressiva li tħajjar lit-tfal biex ikunu konxji x‟qiegħed jiġri fid-dinja, speċjalment fejn għandu x‟jaqsam l-ambjent. .

4

St. Thomas More College , Fgura Primary ‘A’


SAN TUMAS MORE San Tumas More twieled Londra fl-1478. Kien iben Sir John More, imħallef prominenti. Huwa studja l-liġi fl-Universita‟ ta‟ Oxford ġewwa l-Ingilterra. Wara li spiċċa l-istudji tiegħu huwa beda l-karriera legali li wasslitu salParlament. Fl-1505 huwa żżewweġ lil Jane Colt u kellu erbat itfal. Meta martu mietet ta' eta' żgħira huwa rega‟ żżewweġ armla, Alice Middleton, biex tieħu ħsieb it-tfal tiegħu. Bħala riformatur huwa kellu ħafna ħbieb fosthom isqfijiet u skulari. Fl-1516 kiteb il-famuż ktieb "Utopia". Huwa ġibed is-simpatija tar-re Henry VIII li għażlu u tah karigi għoljin fosthom dik ta‟ Kancillier fl-1529. Madankollu huwa rriżenja fl-1532 fil-quċċata tal-karriera tiegħu. Huwa qatta‟ l-aħħar żmien ta‟ ħajtu jiddefendi l-Knisja bil-kitba tiegħu. Huwa ċaħad lir-Re bħala l –kap tal-Knisja tal-Ingilterra. Ftit wara huwa nstab ħati bħala traditur u saħaq mal-qorti li ma setax imur kontra l-kuxjenza tiegħu. Fuq il-forka huwa qal lill-folla preżenti li hu kien se jmut bħala sserv twajjeb tar-Re, imma Alla jiġi l-ewwel. Huwa sofra l-martirju ta‟ qtugħ ir-ras fis-6 ta' Lulju 1535. Tumas More kien ibbeatifikat fl-1886 u kkanoniżżat bħala qaddis mill-Papa Piju XI fl-1935. Il-festa tiegħu tiġi ċċelebrata fit-22 ta‟ Ġunju u huwa l-patrun tal-avukati‟.

5

St. Thomas More College , Fgura Primary ‘A’


DHUL FIL- KINDERGARTEN It-tfal fil-Kindergarten jibdew l-iskola hekk: F’Ottubru jibdew dawk it-tfal li jagħlqu 3 snin bejn Mejju u Dicembru talistess sena Fi Frar jibdew dawk it-tfal li jagħlqu 3 snin bejn Jannar u April tal-istess sena.

REGISTRAZZJONI

Ir-reġistrazzjoni tat-tfal issir fl-uffiċju tal-iskrivani l-Erbgħa u bejn id-disgħa u l-ħdax ta‟ fil-għodu. 

l-Ħamis

Min jiġi jirreġistra lit-tfal irid ikollu il-karta tal-Identita ta’ wieħed mill-ġenituri.

 L-aħħar kont tad-dawl u l– ilma bħala prova ta’ residenza. It-tfal issirilhom vista tat-tabib tal-iskola qabel ma dawn ikunu jistgħu jibdew jattendu regolarment.

INFORMAZZJONI DWAR IT-TFAL Huwa importanti ħafna li l-iskola jkollha informazzjoni dettaljata dwar l-indirizzi tal-ġenituri kemm tad-dar kif ukoll tax-xogħol, flimkien mannumri tat-telefon kollha. Jekk ikun hemm xi bidliet f‟xi indirizzi, numri tat-telefon tad-dar jew tax-xogħol, kif ukoll numri tat-telefon li jistgħu jintużaw f‟każ ta' emerġenza, dawn għandhom jgħadduhom lill-iskola ħalli jkollha informazzjoni korretta. Huwa importanti wkoll li l-ġenituri kollha jgħaddu t-tagħrif kollu neċessarju lill-iskola biex din tinqeda bih f‟każ ta' emerġenza. L-iskola għandha jkollha informazzjoni fuq l-istorja medika tat-tfal ħalli tkun tista‟ tħares is-saħħa u s-sigurta‟ tat-tfal. Din l-informazzjoni għandha tinkludi dettalji dwar x‟għandu jew x‟ma għandux isir f‟każ ta' xi inċidenti. F‟każijiet ta‟ kustodja, id-dokumenti relevanti għandhom jigu ppreżentati lill-iskola. Kull informazzjoni hija strettament kunfidenzjali. Minħabba sigurta’ ma jingħata l-ebda tagħrif kunfidenzjali bit-telefon.

UNIFORMI TA' L-ISKOLA It tfal ghandhom jigu l –iskola bl-uniformi tal- Kullegg San Tumas More.

   

Importanti li tiftakru li: Kull parti ta‟ l-uniformi għandha tkun immarkata b‟isem it-tifel jew tifla u bil-klassi. It-tfal ma jistgħux jiġu l-iskola b‟xagħar ikkulurit artificjalment. It-tfal ma jistgħux jiġu skola bi ċrieket, ġiżirajjen, imsielet kbar u oġġetti oħra bħal dawn biex ma joħolqux periklu la għal min jilbishom u lanqas għal ħaddiehor. Minbarra dan l-iskola ma tkunx responsabbli għal xi oġġetti li jintilfu. Il-bniet biss jistgħu jilbsu par imsielet żgħar (studs). Huma jibqgħu responsabbli għalihom.

6

St. Thomas More College , Fgura Primary ‘A’


BASKET TA' L-ISKOLA

     

Tajjeb li l-ġenituri jaraw xi jkollhom uliedhom fil-basket ta‟ l-iskola. Il-kotba huma tqal biżżejjed, għalhekk affarijiet mhux neċessarji m‟għandhomx bżonnhom. L-istudenti m‟għandhomx jużaw basktijiet bir-roti għax dawn jagħmlu ħsara fissinsla tad-dahar. Il-Lunch għandu jkun ġo lunch box . It tfal għandu jkollhom ilma ghax-xorb fi flixkun tal- plastik li jagħlaq sew. Għandu jkollhom ukoll sarvetta u tissues. Min jieħu l-ħalib iġib miegħu tazza tal- plastik. Ħadd ma jista‟ jġib miegħu „mobile phone‟ l-iskola Mhux permess „chewing gum‟ Pakketti ta‟ crisps u prodotti simili jew ħelu ma jiġux aċċettati. Inħeġġu lill-ġenituri biex jipprovdu lit-tfal b‟ikel nutrittiv (sandwiches, salads, cerejali u frott).

IL-ĦIN TA’ L-ISKOLA Il-ġurnata ta‟ l-iskola hija mqassma hekk:

     

Bejn Settembru u l-31 ta’ Mejju Nibdew fit-8.30am.(Gates jinfetħu fit-8.20am fil– Primarja) Nispiċċaw fis-2:30pm.(Gates jinfetħu fis-2.15pm fil-KG) Ikun hemm break ta‟ fil-għodu bejn l-10:30am u 10:50am Il-break ta‟ nofs in-nhar ikun bejn 12:30pm u 1:00pm.

Bejn l-1 ta’ Gunju u l-aħħar tas-sena

Nibdew fit-8:15am. (Il-gate fil-Primarja jinfetaħ fit-8.05am) Nispiċċaw f‟12:00. (Il-gate tal-KG jinfetaħ fl-11.50am) Ikun hemm break bejn l-10:30am u 10:50am . .

DĦUL U ĦRUĠ Kindergarten Dawn it-tfal għandhom jużaw il-bieb li jagħti ghall-bitħa taċ-Ċentru tal-Kindergarten, kemm għad-dħul kif ukoll għall-ħruġ. DĦUL Il-ġenituri jwasslu lit-tfal tal-KG1 sal-bieb tal-klassi tagħhom u tal-KG2 sal-bieb tal-Foyer. Il-ġenituri huma mitluba li jerġgħu joħorġu mill-aktar fis ħalli il-gate jingħalaq malajr kemm jista‟ jkun biex tiġi mħarsa s-sigurta tat-tfal. Dan mhux ħin li l-ġenituri jkellmu lill-għalliema tat-tfal għax din tkun qed tieħu ħsieb it-tfal l-oħra tal-klassi. Jekk ikun hemm bżonn il-ġenituri jistennew

7

St. Thomas More College , Fgura Primary ‘A’


sakemm it-tfal ikunu daħlu kollha u jitolbu permess lil xi membru tal-amministrazzjoni biex ikellmu lil-KG Assistant. ĦRUĠ It-tfal tal KG1 jinġabru mill-klassi u tal– KG2 mill-bitħa fis-2.15pm

F’ kaz ta xita qawwija waqt il ħin tal hrug il-ġenituri jidħlu għat-tfal fil klassi tagħhom x’hin iddoqq il- qampiena . Primarja DĦUL It-tfal ta‟ Years 1, 2 u 3 għandhom jidħlu waħedhom mit-tieni bieb fi Triq il-Kitba. Dawn jibqgħu deħlin sal-ewwel bitħa fejn ikun hemm xi ħadd mill-Amministrazzjoni u l-għalliema jistennewhom. Il-ġenituri ta‟ tfal bi bżonnijiet specjali biss jistgħu jidħlu sal-foyer mat-tfal. Importanti: Tfal ma jistgħux jidħlu mill-bieb li jintuża mill-iskola Fgura B jew min-naħa talparking tal-iskola. ĦRUĠ It-tfal tal-YR1 joħorġu mill-bitħa tal-Kindergarten. Il-ġenituri jiġbru lit-tfal minn ħdejn lgħalliema tagħhom. Biex tinżamm l-ordni ħadd m’għandu jaqbad u jieħu lit-tfal qabel jagħti l-permess xi membru tal-amministrazzjoni. It-tfal tal-Yrs 2 u 3 joħorgu sat-tieni gate ta‟ triq il-Kitba mal-għalliema tagħhom. Il-ġenituri huma mitluba li ma jiffullawx quddiem il-gate ħalli it-tfal ikollhom minn fejn joħorgu mingħajr rassa bla bżonn.

PUNTWALITA’ Il-puntwalita‟ hija importanti ħafna. L-istudenti kollha, tal-KG u tal-Primarja huma mistennija jaslu fil-ħin l-iskola u għal xi funzjoni jew attivita‟ oħra fliskola. Tfal li jaslu tard jitilfu l- Assembly. Meta xi studenti jaslu tard, min iwassal lill-istudenti jrid jidħol responsabbli billi jiffirma l-ħin tad-dħul ta‟ l-istudenti u juri l-karta ta‟ l-identita‟ fl-uffiċju

tal-iskrivani. Waqt il-ħin ta’ l-iskola, it-tfal jistgħu jinġabru biss mill-ġenituri stess jew dawk li jieħdu ħsiebhom wara li jieħdu permess mingħand il-Kap ta‟ l-Iskola jew Assistant Kap.  Jekk jiġi xi ħadd ieħor għalihom irid ikollu l-karta ta‟ l-identita‟ u l-firma tal-ġenitur qabel ikun jista‟ jeħodhom.  Qabel jeħuhom iridu jiffirmaw fuq reġistru fl-uffiċju tal-iskrivani.  Tfal weħedhom id-dar ma jintbagħtux, lanqas mal-ġirien jew qraba ħlief f‟xi cirkostanzi partikolari. Dan għall-ġid ta‟ kulħadd

8

St. Thomas More College , Fgura Primary ‘A’


ATTENDENZA Kindergarten Għalkemm l-attendenza fil-kindergarten mhijiex obbligatorja huwa importanti li t-tfal jiġu liskola regolarment. Tfal bil-flissjoni u bis-sogħla għandhom jinżammu d-dar għall-kura. F‟każ ta' mard li jittieħed (hożba,gidri ecc) irid jinġieb ċertifikat tat-tabib li t-tfal jistgħu jerġgħu jibdew jiġu l-iskola. .

Primarja L-attendenza għat-tfal kollha hija obbligatorja bejn l-eta‟ ta‟ ħames snin u sittax-il sena. L-iskola tibgħat tavża lill-ġenituri meta wliedhom ikunu naqsu li jiġu l-iskola. Dan isir billi tintbagħat nota d-dar, u xi drabi anke b‟telefonata. Tajjeb li l-ġenituri jkunu jafu li kull xahar isir rapport lis-“Senior Education Welfare Officer”, ta‟ l-assenzi ta‟ aktar minn tlitt ijiem tax-xahar ta‟ qabel. Dan ikun ifisser li lġenituri jintalbu li jagħtu lill-Kap ta‟ l-Iskola r-raġunijiet għaliex it-tifel/tifla tagħhom ikunu fallew. Nuqqas ta‟ spjegazzjoni tista‟ twassal għal azzjonijiet kontra l-ġenituri. Jinżamm “record” ta‟ l-attendenza tat-tfal fil-“Cumulative Record Card” li jitla‟ magħhom minn sena għal sena. Is-sena skolastika fil-Primarja tibda r-raba‟ Tnejn ta‟ Settembru. Fl-ewwel “term” ikun hemm “Mid-Term Holiday” fl-ewwel, it-tieni, u t-tielet jum ta‟ Novembru. Il-vaganzi tal-Milied huma mit-23 ta‟ Diċembru sas-6 ta‟ Jannar. Il-Vaganzi tal-Għid normalment jibdew nhar l-Erbgħa ta‟ qabel l-Għid u jispiċċaw l-Erbgħa ta‟ wara l-Għid.

VJAĠĠAR BARRA MINN MALTA Biex jingħata permess għal assenteiżmu mill-iskola għal skop ta‟ safar, hemm bżonn ta‟ eżenzjoni temporanja. Il-ġenituri jridu jiġu l-iskola bil-biljett tal-ajru u trid tinkiteb ittra ffirmata miż-żewġ ġenituri li qed jitolbu l-permess biex uliedhom ikunu jistgħu jsiefru. Jekk is-safra tkun itwal minn tliet ġimgħat il-permess irid joħrog mill-Welfare office tad-Direttorat tal-Edukazzjoni. Għalhekk l-arranġamenti jridu jsiru kmieni kemm jista‟ jkun.

MARD Tfal morda huma eżentati milli jattendu l-iskola. F‟każ li t-tfal ma jfallux aktar minn tlett ijiem f'xahar ma jkunx hemm bżonn ta‟ ċertifikat. Mir-raba‟ jum, anke jekk il-ġranet ta‟ l-assenza ma jkunux wara xulxin, ikun hemm bżonn ta‟ ċertifikat ta‟ tabib li:  jindika għaliex it-tfal ma jkunux jistgħu jattendu

9

St. Thomas More College , Fgura Primary ‘A’


 Jagħti d-data ta‟ meta jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jiġu skola. Iċ-ċertifikat irid jinġieb mill-aktar kmieni possibbli u mhux ġranet jew ġimgħat wara. Napprezzaw ħafna jekk meta t-tfal ma jkunux jistgħu jattendu l-iskola minħabba mard jew xi raġuni valida oħra, tinfurmawna bit-telefon.

Allerġiji Jekk xi tfal ikunu jbagħtu minn allerġiji huwa mportanti li jkollna ċerifikat tat-tabib biex inkunu nafu li t-tfal m‟għandhomx mard li jittieħed.

Assenteiżmu ta’ Spiss Assenteiżmu ta‟ spiss, anki jekk dan ikun kopert b‟ċertifikat mediku, jiġi rrappurtat lil Welfare Section fi ħdan id-Direttorat għas-Servizzi ta‟ l-Istudenti

PREVENZJONI TA’ MARD Skond ir-regolamenti li ħargu mid-Direttorat ta‟ l-Edukazzjoni dwar prevenzjoni ta‟ mard (Cirkulari Nru DPD 3/2006), tfal li juru dawn is-sintomi ta‟ mard imsemmija hawn taħt ma jistgħux jigu aċċettati l-iskola u jridu jintbagħtu d-dar minnufih: deni  sogħla qawwija  ħass hażin  remettar  uġigħ fl-istonku u fiż-żaqq  uġigħ ta‟ ras. .F‟każ ta‟  uġigħ ta‟ ras qawwi akkumpanjat b‟ebusija fl-għonq  telqa u taħwid mentali  żvilupp ta‟ raxx b‟ritmu mgħaġġel it-tfal iridu jiġu iżolati u jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jiġu kkuntattjati immedjatament, jittieħdu urġenti l-isptar. L-iskola xorta tibqa‟ tipprova tikkuntattja lill-ġenituri biex tinfurmahom bis-sitwazzjoni. F‟kas li t-tfal jiġrilhom hekk meta jkunu d-dar, l-iskola trid tiġi nfurmata b‟dan.

Dawn id-direttivi jistgħu jinbidlu skond il-ħtieġa.

INDAFA Indafa Personali Huwa importanti li fil-għodu t-tfal jiġu l-iskola nodfa u bl-uniformi nadifa u pulita. It-tfal dejjem għandhom ikollhom pakkett tissues jew maktur.

10

St. Thomas More College , Fgura Primary ‘A’


Indafa fix-Xagħar Meta jkun hemm suspett li xi studenti għandhom xagħarhom infestata, il-ġenituri jiġu nfurmati biex jibdew il-kura neċessarja. Biex jiġu aċċettati lura l-iskola l-istudenti jridu jġibu magħhom Clearance Medical Certificate (Certifikat li jindika li xagħar it-tifel/tifla huwa nadif).

TFAL BI BŻONN TA’ GĦAJNUNA SPECJALI L-iskola tagħmel minn kollox biex tħares l-interessi tat-tfal li għandhom bżonn ta‟ għajnuna speċjali. Huwa d-dmir tal-ġenituri li jinfurmaw lill-iskola b‟xi problema li jista‟ jkollhom uliedhom biex nieħdu l-passi meħtieġa biex lil dawn it-tfal nagħtuhom għajnuna meħtieġa kemm jista‟ jkun malajr. Jekk xi ġenituri jħossu li wliedhom għandhom bżonn ta‟ xi għajnuna specjali, għandhom jiġbdu l-attenzjoni ta‟ l-amministrazzjoni biex jittieħdu l-passi neċessarji. L-iskola tagħmel minn kollox biex il-kwalita‟ ta‟ tagħlim ikun addattat għall-bżonnijiet tattfal biex dawn jilħqu l-potenzjal tagħhom. Tfal li huma ċċertifikati li għandhom bżonnijiet speċjali tingħatalhom għajnuna mil-LSAs flimkien mal-għalliema skond il-ħtiġijiet tagħhom. Tfal li għandhom diffikulta fil-qari jistgħu jiġu mgħejjuna mill-Complementary teachers. L-iskola toffri ukoll fuq bażi regolari servizz ta‟:

 

Counsellor

Occuptional Therapists

Inclusive Coordinator

Speech therapists

Min jaħseb li għandu bżonn is-servizz ta‟ xi ħadd minn dawn għandu jkellem lillAmministrazzjoni tal-iskola biex isiru appuntamenti jew tintela applikazzjoni skond il-ħtieġa.

PROTEZZJONI TAT-TFAL Bullijar Kull tip ta‟ mġiba verbali jew fiżika li tweġġa‟, tintimida jew iddgħajjef lintegrita‟ u d-dinjita‟ tal-bniedem, bħal tlaqqim, tgħajjir, inkejja, theddid u użu ta‟ vjolenza fiżika huma kollha forom ta‟ bullijar. Bullijar ta‟ kull xorta huwa projbit fl-iskejjel u l-miżuri neċessarji għandhom jittieħdu mill-iskola biex jipprevjenu u jtemmu dawn l-atti. Dawk il-każijiet ta‟ bullijar li liskola m‟għandhiex il-poteri eżekuttivi biex tieħu azzjoni fuqhom u każijiet oħra fejn ilbullijar huwa persistenti u fejn l-iskola għamlet minn kollox biex issolvi l-każ, għandhom ikunu riferuti lill-Bord Nazzjonali ghal-Imġiba.

11

St. Thomas More College , Fgura Primary ‘A’


Każijiet suspettati ta’ abbuż fuq it-tfal Abbuż fiżiku jew psikologiku fuq iż-żgħar itellef l-iżvilupp tat-tfal u l-kapaċita‟ tagħhom biex jikbru, jitgħallmu u jkunu kuntenti. Din taffettwa lit-tfal b‟mod negattiv u tista‟ tagħmlilhom ħsara għal ħajjithom kollha. Hu obbligu ta‟ l-għalliema u l-edukaturi li jirreferu dawn il-każijiet ta‟ abbuż fuq it-tfal, li ġraw jew li huma suspettati, lill-awtoritajiet konċernati u lil dawk li qegħdin joffru servizzi relatati.

12

St. Thomas More College , Fgura Primary ‘A’


SILLABU L-iskola timxi mas-sillabu uffiċjali tad-Direttorat ta‟ l-Edukazzjoni. L-għalliema ta‟ kull klassi jagħmlu ħilithom kollha biex lil kull wieħed u waħda mit-tfal iwassluhom sa dak il-livell li huma jkunu jifilħu għalih. Dan jgħodd għas-suġġetti kollha tas-sillabu. F‟każ ta' xi diffikulta' dwar appuntament mal-Kap ta‟ l-Iskola.

dan,

il-ġenituri

jistgħu

jagħmlu

IL-KURRIKULU Il-kurrikulu joffri lit-tfal tagħna programm ta‟ tagħlim f‟dawn is-suġġetti: Malti Ingliż Xjenza u Teknologija Matematika Studji Soċjali Reliġjon Arti Espressiva u Kreattiva Arti Espressiva u Kreativa tinkludi: Mużika Arti Viżiva Kraft Edukazzjoni Fiżika

Drama

Minbarra t-tagħlim formali, tingħata importanza lil diversi aspetti oħra li jgħinu lit-tfal jiżviluppaw il-personalita‟ tagħhom. Fost affarijiet oħra, it-tfal jiġu mgħallma kif:  Jesprimu ruħhom ċar, bis-sens u bla tlaqliq  Isaħħu l-fiduċja fihom infushom u jagħrfu t-tajjeb tagħhom  Jersqu aktar lejn il-qari  Jirrispettaw lilhom infushom u lill-oħrajn.

ATTIVITAJIET EXTRA KURRIKULARI L-iskola torganizza numru ta‟ attivitajiet “extra” kurrikulari fosthom ħarġiet edukattivi u „‟field trips”. Dawn jistgħu jitqiesu bħala estensjoni ta‟ dak li jsir fil-klassi u b‟hekk qegħdin jgħinu biex jintlahqu l-ghanijiet edukattivi ta‟ l-iskola. Għalhekk l-istudenti huma mistennija li jieħdu sehem f‟ dawn lattivitajiet. F‟dawn il-ħarġiet, l-istudenti għandu jkollhom rispett lejn l-għalliem,il-gwidi u dawk kollha li jgħinu b‟xi mod, u għandhom iġibu ruħhom sewwa. F‟dawn il-ħarġiet it-tfal ikunu mitluba jħallsu għat-trasport, u għall-prezz tad-dħul fejn tkun se ssir l-attivita. Meta tkun ser issir xi ħarġa l-iskola tibgħat nota lill-ġenituri biex jagħtu l-kunsens tagħhom bil-miktub. Mingħajr il-kunsens tal-ġenituri it-tfal ma jkunux jistgħu joħorgu malgħalliema.

LAQGĦAT TA’ FILGĦODU ("ASSEMBLY") Il-laqgħat ta‟ filgħodu huma mezz importanti ta‟ komunikazzjoni bejn l-amministrazzjoni,lgħalliema u t-tfal. Dawn normalment isiru fil-bitħa jew fis-sala ta‟ l-iskola.  nibdew bi ħsieb tal-ġurnata u talba żgħira.  Ngħaddu informazzjoni fuq xi ġrajjiet li jkollhom x‟jaqsmu mad-data tal-ġurnata.

13

St. Thomas More College , Fgura Primary ‘A’


  

Nagħtu avviżi ta‟ xi attivitajiet li jkunu se jsiru fl-iskola. Inħabbru xi riżultati ta‟ kompetizzjonijiet Darba fil-ġimgħa ssir „Special Assembly‟ minn waħda mill-klassijiet quddiem it-tfal kollha. B‟hekk inkunu qed ngħinu lit-tfal juru it-talenti tagħhom.

Darba fix-xahar jinagħtaw ċertifikati ta‟ mertu lil tfal li jkunu spikkaw f‟xogħolhom jew imġibithom.

XOGĦOL TA’ L-ISKOLA U TAD-DAR L-istudenti għandhom jagħmlu l-almu tagħhom fit-twettiq ta‟ xogħolhom. Mhux aċċettabbli li jonqsu milli jagħmlu l-isforzi tagħhom u jieħdu interess f‟xogħolhom. L-istudenti m‟għandhomx jippretendu li xogħol magħmul bi traskuraġni jkun ikkoreġut jew jinghata marka. Ix-xogħol kollu li jingħata għandu jkun magħmul fil-ħin. Jekk għal xi raġuni valida, ix-xogħol ma jkunx ippreżentat fil-ħin, l-istudenti huma mistennija jġibu nota mingħand il-ġenituri tagħhom u jagħmlu larranġamenti meħtieġa ma‟ l-għalliema sabiex jingħataw aktar għajnuna, jew ħin, jekk dan ikun tassew meħtieġ.

ASSESSJAR U EŻAMIJIET It-tfal ma jkollhomx eżamijiet, imma jiġu assessjati fuq ix-xogħol li jagħmlu matul is-sena. Il-ġenituri tat-tfal tal-Yrs 1, 2 u 3 jirċievu „assessment‟ fi Frar u Lulju. Kopja tinżamm milliskola fil-Cumulative Record Cards li jibqgħu telgħin mal-istudenti anke fis-sekondarja.

PROMOZZJONI Jekk il-ġenituri jhossu li t-tfal tagħhom għandhom jirrepetu xi sena,għandhom jagħmlu talba bil-miktub lill-Kap tal-iskola u flimkien jaraw jekk ikunx ta‟ ġid għat-tfal li jirrepetu. Bħala regola, it-tfal ma jitħallewx jirrepetu klassi aktar minn darba waħda fil-kors primarju.

14

St. Thomas More College , Fgura Primary ‘A’


IMSIEĦBA MAL-ĠENITURI Bla dubju ta‟ xejn biex nedukaw lil uliedna u sabiex ittwettiq ta‟ mġiba tajba u dixxiplina effettiva sseħħ fliskola hemm bżonn li l-iskola taħdem id f‟id mal-ġenituri tat-tfal. Għalhekk nixtiequ naraw iżjed ommijiet u missirijiet jieħdu sehem attiv fl-edukazzjoni ta‟ uliedhom. Ikun fl-interess tal-ġenituri stess li jistaqsu lit-tfal x‟għamlu matul il-ġurnata, li jaraw li x-xogħol tad-dar isir kollu, b‟attenzjoni u bil-galbu, u jgħinu „l uliedhom fejn u meta jkun meħtieg. Fejn ikun hemm bżonn iktbu nota lilgħalliema ħalli dejjem taħdmu id f‟id. Nħajjru u nistennew il-ġenituri biex jieħdu sehem aktar attiv fil-ħajja ta‟ l-iskola għall-ġid ta‟ uliedhom.

KOPERAZZJONI Napprezzaw il-koperazzjoni u l-eżempju tajjeb tal-ġenituri fl-imġiba tagħhom stess billi:  Jieħdu interess fl-attivitajiet edukattivi jew soċjali organiżżati mill-iskola.  Jibagħtu t-tfal fil-ħin u jaraw li l-uniformi tkun nadifa u pulita.  Jgħallmu lit-tfal ikunu responsabbli għall-kotba, pitazzi u l-proprjeta‟ ta‟ l-iskola u ta‟ sħabhom.  Juru rispett lejn l-amministrazzjoni u l-għalliema.  Ma jkellmux lill-għalliema qabel u wara l-ħin ta‟ l-iskola, fl-iskola u barra mill-iskola mingħajr permess.  Jilbsu ilbies xieraq meta jiġu l-iskola.  Ma jpejpux meta jwasslu jew ikunu jistennew lit-tfal jew ġewwa l-iskola  Min ikollu xi ilment għandu jagħmel appuntament u jiddiskuti bil-kwiet ma‟ l-kap tal-iskola jew xi membru tal-amministrazzjoni.

IL-KUNSILL TA’ L-ISKOLA Il-Kunsill ta‟ l-Iskola huwa stabbilit bl-Att ta‟ l-Edukazzjoni tal-1988. Normalment l-elezzjoni ghall-Kunsill issir kull sentejn fix-xahar ta‟ Jannar. Il-ġenituri u lgħalliema jivvutaw għall-membri minn fost il-kategoriji tagħhom wara li jkunu gew innominati. Il-Kunsill ta‟ l-Iskola jagħti ideat u għajnuna għal titjib, jgħin biex isiru proġetti utili fliskola u jħares il-faċilitajiet u l-proprjeta‟ fl-iskola biex it-tfal ikunu jistgħu jgawduhom sew. Dan huwa mod effettiv kif il-ġenituri u l-istaff ta‟ l-iskola jaħdmu flimkien fl-aħjar interess tat-tfal. Il-Kunsill ta‟ l-Iskola kull sena jorganizza attivitajiet għall-ġenituri li jvarjaw minn laqgħat ta‟ informazzjoni, attivitajiet edukattivi, attivitajiet ta‟ “fund raising” għall-iskola, u anki ta‟ divertiment. Il-ġenituri u l-għalliema li jixtiequ jagħmlu xi suġġeriment biex jiġi diskuss mill-Kunsill ta‟ lIskola għandhom ikellmu dwar dan lil xi membru tal-Kunsill jew jiktbu lis-Segretarja talKunsill, biex l-ittra tinqara fl-ewwel laqgħa li jkun imiss.

15

St. Thomas More College , Fgura Primary ‘A’


DIXXIPLINA FL-ISKOLA L-aħjar tip ta‟ dixxiplina hija waħda li ma tkunx imposta. Is-suċċess fl-iskola u fil-ħajja huwa marbut ma‟ l-abilita‟ ta‟ kif wieħed jaġixxi f‟sitwazzjonijiet li jinqalgħu minn ħin għall-ieħor. Tfal li jiġu l-iskola b‟attitudni pożittiva lejn it-tagħlim isibu l-ħajja ta‟ l-iskola faċli, u ma jsibu ebda diffikulta‟ biex jimxu mar-regoli ta‟ l-iskola.

Livelli ta’ l-Imġiba ta’ l-Istudenti L-imġiba ta‟ l-istudenti hija msejsa fuq rispett lejn l-individwu, rispett lejn il-ġenituri jew “guardian”, rispett lejn l-oħrajn u l-komunita‟ tal-lokal, rispett lejn l-iskola, rispett lejn lamministrazzjoni, l-għalliema u kull min jaħdem fl-iskola, u rispett ghall-ambjent. Minħabba li l-istudenti għandhom dritt jgħixu f‟ambjent san u dixxiplinat, hu mistenni minnhom li jġibu ruħhom b‟mod tajjeb u ordnat u juru rispett lejn in-nies kollha u lejn ilproprjeta‟, kemm fl-iskola kif ukoll barra minnha.

Imġiba mhux aċċettabli Mhux aċċettat li studenti kontinwament itellfu l-klassi, jgħajtu, iħallu l-klassi mingħajr permess, juru nuqqas ta‟ rispett lejn l-għalliema u lejn l-istudenti l-oħra, jitlajjaw, jagħmlu x-xogħol b‟negligenza, jiġġieldu, jużaw kliem hażin, jilagħbu goff, iġibu ruħhom ħażin ma‟ loħrajn, jitfgħu l-affarijiet lejn l-oħrajn, jibbulijaw lil xi ħadd u jinvolvu ruħhom f‟atti ta‟ vandaliżmu.

Proprjeta’ L-istudenti għandhom ir-rwol importanti fiż-żamma t‟ambjent nadif u attrajenti. L-istudenti għandhom jirrispettaw il-proprjeta‟ ta‟ l-iskola, l-għamara, il-bini, il-kotba, materjal u apparat li jintuża‟ fl-iskola. Huma jeħlu multa jekk jitilfu jew jagħmlu ħsara lil xi oġġett minn dawn. F‟każ li intenzjonalment, l-istudenti jagħmlu ħsara lill-iskola jew lillaffarijiet personali ta‟ l-oħrajn, il-ġenituri jew dawk li jieħdu ħsieb l-istudenti għandhom jagħmlu tajjeb għal din il-ħsara. Il-multi li jeħlu jammontaw għall-prezz ta‟ l-oġġett imkisser jew meqrud. Dan jgħodd ukoll għal min jinqabad jieħu affarijiet ta‟ ħaddiehor.

Imġiba f’Postijiet Komuni Meta l-istudenti jkunu barra mill-klassi, fi btieħi u postijiet oħra komuni, għandhom iġibu ruħhom tajjeb bl-istess mod kif iġibu ruġhom fil-klassi. Għandhom jinżammu livelli għolja ta‟ ndafa u mġiba tajba anki fit-“toilets.”

Inkorraġġiment, Affermazzjoni u Premjijiet

L-iskola temmen li għandu jkun hemm rinfurzar pożittiv u tagħmel dan permezz ta‟:  Tifħir spontanju mill-għalliema, l-Assistent Kap u l-Kap ta‟ l-Iskola  Xi avviżi u ċelebrazzjonijiet li jitħabbru waqt il-laqgħa ta‟ filgħodu  Affermazzjoni ta‟ l-isforzi pożittivi ta‟ l-istudenti fil-“Pupil‟s Cumulative Record Card”  Marki għall-isforzi li jagħmlu l-istudenti f‟kull suġġett fil-kurrikulu  Wirja tax-xogħol ta‟ l-istudenti fil-klassi jew f‟postijiet prominenti fl-iskola

16

St. Thomas More College , Fgura Primary ‘A’


.

Our Golden Rules Respect everyone. Try our best in everything we do. Take time to listen to each other. Be kind and helpful. Be truthful. Be polite and avoid shouting. Walk quietly and calmly around the school. Look after our school and all things in it.

17

St. Thomas More College , Fgura Primary ‘A’


Pubblikazzjoni Kulleġġ San Tumas More Skola Primarja ‘A’ Fgura 2010

18

St. Thomas More College , Fgura Primary ‘A’


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.