Insaħħu r-rekord ta’ 153,00 impjieg full-time – Futur fis-Sod

Page 1

www.mychoice.pn

It-Tnejn, 25 ta’ Frar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

Futur fis-sod billi nsaħħu r-rekord ta’ 153,000 impjieg full-time Matul din il-leġiżlatura l-ħolqien tal-opportunitajiet tax-xogħol kien fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista Dan wassal biex illum fil-pajjiż għandna rekord ta’ 153,000 impjieg full time. Din iċ-ċifra setgħet tintlaħaq għax matul dawn il-ħames snin ta’ ħidma ma tieqaf xejn, il-Gvern irnexxielu joħloq 20,000 impjieg ġdid. Fl-isfond ta’ dan ix-xenarju pożittiv – u wieħed ma jridx jinsa kif il-pajjiżi ġirien kienu għaddejjin minn mumenti

ii

tassew ta’ kriżi u diffiċli – ilpolitika għaqlija li tmexxiet mill-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi wasslet biex f’pajjiżna nħolqu l-opportunitajiet tax-xogħol għaż-żgħażagħ. Pajjiżna hu kburi ħafna li grazzi għall-politika b’viżjoni mill-Partit Nazzjonalista kien uniku flimkien mal-Ġermanja fiż-żieda tal-impjiegi u fit-

Fatti u Ċifri 25,000 impjieg ġdid fil-ħames snin li ġejjin biex inkomplu nkattru x-xogħol

tnaqqis tan-nies li jfittxu x-xogħol. U għax f’pajjiżna nħolqu l-opportunitajiet taxxogħol ħafna kienu dawk il-ħaddiema li għażlu li jimxu mill-impjieg tagħhom għal xi impjieg ieħor aħjar biex hekk itejbu l-kundizzjonijiet tagħhom u jkabbru d-dħul tagħhom u tal-familji tagħhom.

iii

20 13

167 fabbrika ġdida jew azjendi bi tkabbir Il-kelliema tal-Malta Labour Party – li kull meta kien filGvern dejjem ġab il-qgħad fil-pajjiż u l-ħaddiema esperjenzaw tnaqqis drastiku fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom – jibqgħu ċċassati li f’dawn ilħames snin il-Gvern ħoloq 20,000 impjieg ġdid. B’kull mezz jippruvaw ixejnu din il-verità. Verità li toħroġ minn statistika uffiċjali li meta tkun iddoqq għal widnejn il-kelliema tal-MLP allura tkun tajba, iżda meta ħafna drabi ma tkunx iddoqq għal widnejn il-kelliema tal-MLP, allura jippruvaw jisparawlha.

titkellem int Pajjiżna baqa’ miexi fid-direzzjoni t-tajba u nħoloq ix-xogħol

vi

20,000 impjieg ġdid fil-ħames snin li għaddew u mira ta’ 25,000 impjieg ġdid fil-ħames snin li ġejjin. Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern hu katalist għall-ħolqien talopportunitajiet tax-xogħol. Għalhekk fil-ħames snin li għaddew infetħu 167 fabbrika ġdida jew inkella azjendi kabbru l-operat tagħhom. Għalhekk ilKorporazzjoni Maltija għax-Xogħol u t-Taħriġ bagħtet lill-employers mat-18,000 ħaddiem biex jimlew postijiet taxxogħol.

muscat jagħżel ħażin Jipprova jħammeġ lil ħaddieħor... imma jinstab min hu tassew involut


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.