Futur fis-Sod - 20,00 post tax-xogħol ġdid

Page 1

www.mychoice.pn

It-Tnejn, 7 ta’ Jannar 2013

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

20,000 post tax-xogħol ġdid Matul din il-leġiżlatura l-politika għaqlija tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista wasslet biex inħolqu aktar minn 20,000 post tax-xogħol ġdid

Prijorità assoluta talGvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul din il-leġiżlatura kienet ix-xogħol u l-ħolqien talopportunitajiet tax-xogħol. Din il-ħidma qawwija tal-Gvern favur aktar impjiegi għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin tat il-frott tagħha tant li matul din il-leġiżlatura l-opportunitajiet tax-xogħol żdiedu b’aktar minn 20,000 impjieg ġdid. Il-ħidma tal-Gvern f’dan ir-rigward kienet b’riżultat ta’ politika ċara – il-Gvern ried li min irid jaħdem ikollu aktar opportunitajiet ta’ xogħol. B’aktar xogħol u xogħol aħjar titjieb ilkwalità tal-ħajja tiegħek u tal-familja tiegħek. Għalhekk il-Gvern investa b’mod qawwi biex iħajjar aktar kumpaniji u fabbriki jiftħu f’Malta u joħolqu x-xogħol għallMaltin u l-Għawdxin. Il-kompetizzjoni, biex pajjiżi differenti jiġbdu

ii

investiment lejhom, mhix żgħira. Għall-investiment ġdid li nġieb f’Malta tattiswija tal-ajruplani kienu qed jikkompetu għalih aktar minn 150 post differenti. Fabbriki, li kienu diġà jaħdmu f’pajjiżi oħra, għażlu li jittrasferixxu aktar linji ta’ produzzjoni f’Malta u waqqfu f’pajjiżna units ta’ riċerka u żvilupp. Is-settur finanzjarju f’pajjiżna kompla jikber u jimpjega aktar ħaddiema, minkejja dak kollu li kien għaddej fid-dinja. Fil-qasam tat-turiżmu, ilGvern ħadem biex għamel skemi ħalli jiżdiedu t-turisti li jiġu f’Malta u dan issarraf fit-tisħiħ tal-impjiegi f’din l-industrija. Il-Gvern ħoloq ukoll inizjattivi ġodda favur is-self-employed, u s-sidien tal-ħwienet u n-negozji żgħar u medji. Dawn kienu mħeġġa biex jinvestu aktar u jimpjegaw aktar ħaddiema. Għamilna riformi biex nibqgħu kompetittivi.

Fatti u Ċifri Approvati 130 fabbrika ġdida u estensjonijiet ta’ fabbriki

Ir-riżultat ta’ dan kollu kien li matul din il-leġiżlatura nħolqu aktar minn 20,000 post tax-xogħol ġdid. Dawn l-impjiegi l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħadem għalihom kuljum. It-tkattir tax-xogħol hu riżultat tad-deċiżjonijiet li l-Gvern ħa biex iħajjar aktar investiment ġdid f’pajjiżna. Huma frott il-fiduċja li l-investitur privat għandu fid-direzzjoni ekonomika li l-Gvern mexa biha. IlGvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħoloq ixxogħol għaliex investa bissħiħ fl-edukazzjoni u wera li l-ħaddiema Maltin huma ta’ ħila, kapaċi u jadattaw għat-tibdil li l-iżvilupp iġib miegħu. L-isfidi fil-qasam ekonomiku kienu u huma kbar u jridu jkunu indirizzati kuljum, iżda d-determinazzjoni talGvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista hi akbar.

iii

43,427 talba lill-ETC għal nies li jridu jaħdmu Konferma ta' kemm ilpolitika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista wasslet biex jitkattru l-opportunitajiet taxxogħol f'pajjiżna tista' tittieħed minn statistika uffiċjali tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) - bejn l-2008 u l-2011, l-ETC, kellha 43,427 vakanza rreġistrati magħha.

titkellem int It-tkattir tax-xogħol ingħata prijorità kbira f’din il-leġiżlatura

vii

Dan ifisser li f’dan il-perjodu ta’ erba’ snin lill-ETC daħlulha 43,427 talba għal ħaddiema minn min ried iħaddem. Dawn ir-rikjesti saru minn kumpaniji u persuni b’postijiet tax-xogħol fissuq Malti jew Għawdxi. Jirriżulta li diversi kienu s-setturi tax-xogħol li għalihom saru dawn ittalbiet, fosthom fit-turiżmu, fil-fabbriki, f’kumpaniji talassigurazzjoni, f’kumpaniji fis-settur finanzjarju, fl-industrija tas-servizzi, flindustrija tal-kostruzzjoni u opportunitajiet ta’ xogħol fi ħwienet. Kien hemm ukoll talbiet għal nies li riedu jaħdmu fil-qasam soċjali. L-akbar ammont ta’ talbiet għall-impjiegi ġodda saru fl-aħħar sena meta kien hemm 13,653.

Lenti fuq Lawrence Gonzi: il-bniedem tar-riżultati


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.