Il-Gvern joffri 1334 mediċina b'xejn - Futur fis-Sod

Page 1

www.mychoice.pn

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Frar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

Il-Gvern joffri 1,334 mediċina differenti b’xejn

Introdotta b’suċċess l-iskema ‘Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek’

100,000 ruħ igawdu l-mediċini b’xejn li jagħti l-Gvern. U matul din il-leġiżlatura, il-Gvern kompla joffri aktar u aktar mediċini mingħajr ħlas Fil-fatt matul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ssokta jagħti l-mediċini mingħajr ħlas skont il-bżonnijiet tal-poplu Malti u Għawdxi. Illum il-ġurnata l-Gvern joffri 1,334 mediċina differenti b’xejn lil 100,000 ruħ. Sadattant biex titnaqqas il-problema tal-mediċini out

ii

of stock, il-Gvern biddel l-istruttura li kienet qed titħaddem. Inħatar ukoll Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni u tbiddlet ukoll is-sistema sħiħa ta’ kif il-Gvern kien jordna l-mediċini. Il-Gvern se jdaħħal ukoll sistema ta’ informatika biex tiffaċilita x-xogħol u biex ikun hemm

Fatti u Ċifri €8.5 miljun f’mediċini b’xejn fil-ġlieda kontra l-kanċer

20 13

kontroll aħjar dwar l-ammont ta’ mediċini li jkun hemm in stock. Il-proċess ta’ xiri u tqassim tal-mediċini hu wieħed kumplikat ħafna u allura s-sistema li se tidħol fis-seħħ se tkun maħsuba biex issolvi darba għal dejjem il-problemi relatati mal-amministrazzjoni u anki mad-data.

iii

titkellem int Għall-Partit Nazzjonalista s-saħħa tiġi l-ewwel

Suċċess kbir fil-qasam tassaħħa matul din il-leġiżlatura kien l-introduzzjoni taliskema ‘Spiżerija tal-Għażla Tiegħek’ fejn min ikun intitolat għal xi mediċini b’xejn imur fl-ispiżerija talgħażla tiegħu u jiġbor minn hemmhekk il-mediċini li jkollu bżonn. Hu fatt li grazzi għal din l-iskema ġdida llum ilġurnata hawn eluf ta’ Maltin u Għawdxin li qed jinqdew aħjar u b’aktar kumdità. Matul din l-aħħar sena

vi

din l-iskema kompliet tinfirex ma’ Malta u Għawdex kollha u dan kif kien ippjanat. Illum aktar minn 76,000 persuna minn 57 lokalità differenti qed jiġbru l-mediċini b’xejn minn 159 spiżerija madwar Malta u Għawdex. Din l-iskema se tkompli tinfirex biex il-100,000 ruħ li jieħdu l-1,300 mediċina b’xejn jibdew jeħduhom kollha mill-ispiżerija talgħażla tagħhom.

muscat jagħżel ħażin Konverżazzjoni ta’ Tony Zarb turi x’tip ta’ gvern ikollna jekk jitla’ l-Labour


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.