10,500 student f'700 kors fl-Universita' - Futur fis-Sod

Page 1

www.mychoice.pn

Il-Ġimgħa, 15 ta’ Frar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

10,500 student f’700 kors fl-Università ta’ Malta Malta għandha waħda mill-eqdem universitajiet fid-dinja u llum kibret għal 10,500 student li qed jattendu 703 korsijiet

Fl-Università ta’ Malta: Investiment ta’ €50.6 miljun

L-Università ta’ Malta tgawdi minn storja kbira ta’ suċċess. Mhux b’kumbinazzjoni, iżda għaliex matul is-snin sar fiha investiment qawwi millGvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista. Matul din il-leġiżlatura komplew jiżdiedu l-istudenti fl-Università ta’ Malta li żiedet ukoll għal 703 korsijiet li torganizza fuq livell kemm fulltime, kif ukoll part-time. Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fetaħ il-bibien tal-Università ta’ Malta għal dawk l-istudenti kollha li xtaqu

ii

jkomplu jistudjaw u jinvestu fil-ħiliet tagħhom. F’dawn il-ħames snin ta’ din il-leġiżlatura ggradwaw b’kollox aktar minn 20,000 student. Dawn sabu impjiegi fost l-20,000 impjieg ġdid li l-Gvern ħoloq fl-ekonomija Maltija. Dan hu f’kuntrast kbir ma’ kif il-MLP kien isabbat il-bibien tal-Università ma’ wiċċ l-istudenti li ħteġilhom ikollhom il-parrinu biex jittantaw jidħlu fl-Università ta’ ftit korsijiet. Kuntrast kif ma’ dak li

Fatti u Ċifri 1,030 student Għawdxi qed jattendu l-Università ta’ Malta

esperjenzajna f’dawn il-ħames snin – f’Malta l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jgħin lill-istudenti biex ikomplu javvanzaw u jistudjaw, u barra minn Malta ż-żgħażagħ jiffaċċjaw problemi kbar minħabba li ma kellhomx ilfinanzi fis-sod. Bi Gvern Nazzjonalista matul il-ħames snin li ġejjin din l-istorja ta’ suċċess tkompli u l-popolazzjoni tal-Università, li llum taqbeż l-10,500 student, tkompli tiżdied b’sodisfazzjon kbir għal kulħadd.

iii

L-investiment fl-Università ta’ Malta kiber minn sena għal sena tul din il-leġiżlatura u minn €30 miljun fl-2008 żdied għal €50.6 miljun fl-2012. Dawn huma flus ivvutati direttament fiż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin li jridu jkomplu jistudjaw u jimxu ‘l quddiem biex hekk jippreparaw lilhom infushom ħalli jagħmlu karriera ta’ suċċess. Il-Gvern hu determinat li jkompli jinvesti fl-Università ta’ Malta u għalhekk imbarka fuq proġett ta’ tkabbir bl-iskop li l-istudenti Maltin u Għawdxin ikollhom

titkellem int L-opportunitajiet tat-tagħlim u t-taħriġ illum il-ġurnata nfirxu u twessgħu

vi

aktar fejn jimirħu filwaqt li l-Università ta’ Malta jkollha fejn tkompli żżid is-servizzi li toffri. Illum kulħadd jieħu gost li anki l-istudenti Għawdxin, minkejja ċertu diffikultajiet li jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom, qed jiżdiedu fl-ammont fost il-popolazzjoni studenteska. Fil-fatt matul din is-sena akkademika l-għadd ta’ studenti Għawdxin ilaħħaq għal aktar minn 1,030 student – id-doppju ta’ kemm kienu għaxar snin ilu.

muscat jagħżel ħażin Scicluna, sieħeb Muscat, hu xettiku ħafna dwar is-sistema tal-istipendji


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.