Spazji pubbliċi aqwa għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

Page 1

www.mychoice.pn

It-Tnejn, 4 ta’ Marzu

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

Spazji pubbliċi aqwa għaż-żgħażagħ Kwalità ta’ ħajja aħjar mhux biss billi jkollok serħan il-moħħ għax għandek job tajjeb, opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ u servizzi tas-saħħa tal-aqwa kwalità, imma anki billi jkollok stil ta’ ħajja aħjar, faċilitajiet ta’ sport u rikreazzjoni u spazji pubbliċi tajbin

U kien għalhekk li f’dawn l-aħħar ħames snin il-Gvern imbarka fuq lista twila ta’ proġetti li l-iskop tagħhom kien sempliċi għall-aħħar – il-ħolqien ta’ aktar proġetti ta’ spazji miftuħa fejn iżżgħażagħ imorru jirrilassaw u jiddevertu. Kien għalhekk li l-Gvern immexxi millPartit Nazzjonalista sebbaħ pajjiżna biex iż-żgħażagħ u l-familji tagħhom jgħixu aħjar f’ambjent b’saħħtu għal

ii

saħħitna. F’dawn il-ħames snin ilGvern żied l-ispazji miftuħa għat-tfal, għaż-żgħażagħ u għall-familji. Fil-jiem li għaddew kien inawgurat il-Family Park mill-isbaħ f’Marsaskala. Morru u gawdu dan l-ispazju miftuħ ideali għal skop ta’ rikreazzjoni għallmembri kollha tal-familja. Dan il-Family Park mifrux fuq 85,000 metru kwadru u li kien żviluppat b’investiment

Fatti u Ċifri Aktar minn 100 proġett ta’ tisbiħ f’kull rokna ta’ Malta u Għawdex

ta’ €7,000,000 sa tmiem is-snin tmenin kien fi stat ħażin ħafna tant li ħalla effett negattiv fuq in-naħa ta’ isfel ta’ Malta għaliex din l-art insterqet u ntużat bħala miżbla mill-gvernijiet talpassat. Kien għalhekk li l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħadem u stinka biex din l-art tintradd lura lill-poplu b’valur u bi skop għall-familji.

iii

Dan il-proġett hu ħolqa oħra fil-kullana ta’ proġetti ta’ spazji miftuħa għall-familja kollha – Pjazza San Ġorġ, il-Park Xrobb l-Għaġin, Pjazza Sant’Anna, is-Saluting Battery fil-Barrakka ta’ Fuq, Ġnien George Bonello du Puis, Ġnien Marija tal-Anġli f’Baħar iċ-Ċagħaq, l-Adventure Park f’Ta’ Qali, l-estensjoni talPark Nazzjonali fis-Salini, it-tisbiħ tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali b’inklużjoni ta’ Dog

titkellem int Spazji rikreattivi għall-familja kollha u anki faċilitajiet għaż-żgħażagħ

vi

Park, il-masġar taż-żebbuġ f’Raħal Ġdid, il-Pjazza talUrsolini fi Gwardamanġa, l-il-masġar Cliff Micallef f’Pembroke, it-tisbiħ f’ San Maison fi Gwardamanġa, il-Water Park f’Buġibba, irrinnovazzjoni ta’ Ġnien Villa Rundle f’Għawdex, il-Ġnien it-Tliet Għoljiet f’Marsalforn, u tant u tant proġetti oħra li saru għat-tgawdija ta’ uliedna, taż-żgħażagħ u talfamilji tagħna.

muscat jagħżel ħażin Muscat jagħmel Ministru tal-Finanzi ammiratur tal-ekonomija Mintoffjana


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.