www.mychoice.pn
It-Tnejn, 18 ta’ Frar
SUPPLIMENT
f’din l-Elezzjoni
20 13
€33 miljun għall-bini ta’ skejjel ġodda Proġetti li ħolqu x-xogħol Fl-aħħar ħames snin saru għadd kbir ta’ proġetti li tejbu l-kwalità tal-ħajja u ħolqu wkoll xogħol għal ħaddiema b’ħiliet fil-qasam tal-kostruzzjoni u oqsma relatati Prattikament f’kull belt u raħal saru proġetti tal-Gvern u oħrajn mill-Kunsilli Lokali b’għajnuna mill-Gvern. Ħidma kontinwa li tat lill-pajjiż livell tal-għajxien aħjar. Per eżempju fil-qasam tal-edukazzjoni, skola ġdida kull sena fissru 70 ħaddiem jaħdmu fuq il-kostruzzjoni filwaqt li ħamsin ħaddiem
ii
ieħor jipprovdu servizzi marbuta ma’ skola ġdida bħal bankijiet tal-iskola, aluminju u faċilitajiet sportivi. Proġett kbir ieħor hu l-bini l-ġdid tal-MCAST b’investiment ta’ €120 miljun. Fuq dan il-proġett hemm jaħdmu mal140 ħaddiem. Naturalment xejn ma sar b’kumbinazzjoni. Dawn
Fatti u Ċifri Inċentivi għax-xogħol għax ix-xogħol jagħtik dinjità
il-proġetti twettqu għax il-Gvern, b’viżjoni, għaraf li meta jinvesti fi proġetti bħal dawn ikun qed jolqot diversi għasafar b’ġebla waħda. Ikun qed joħloq ix-xogħol għal dawk li jaħdmu għal rashom. U jkun qed itejjeb il-kwalita tal-ħajja tan-nies u d-dehra tal-pajjiż.
iii
Mill-2008 ‘l hawn il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista investa €33 miljun fil-bini ta’ skejjel ġodda mgħammra bl-aqwa teknoloġija u faċilitajiet edukattivi. F’dawn l-iskejjel ilGvern investa €7 miljun fil-faċilitajiet sportivi tagħhom u qiegħed filproċess li jinvesti €3.5 miljun oħra fil-bini ta’ kumpless sportiv indoor għall-Kulleġġ Sant Injazju. Dan kollu wassal biex inħolqu għadd ġmielu ta’ opportunitajiet tax-xogħol li minnhom gawdew il-ħaddiema Maltin u Għawdxin.
titkellem int Diversi proġetti kbar importanti li bihom kien ġenerat ħafna xogħol
vi
L-impenn tal-Gvern hu li jipprovdi edukazzjoni ħolisitka biex uliedna jirnexxu lkoll. Illum l-iskejjel huma attrezzati b’numru ta’ faċilitajiet li jgħinu fl-iżvilupp akkademiku, fiżiku u soċjali tal-istudent fosthom technology workshops, laboratorji tax-xjenza, laboratorji talinformatika, klassijiet għattagħlim tal-arti, laboratorji għat-tagħlim tal-home economics u faċilitajiet sportivi ta’ kwalità għolja. Dan għaliex l-isport u l-edukazzjoni llum huma tassew ikkunsidrati bħala parti minn edukazzjoni ħolistika.
muscat jagħżel ħażin Evarist Bartolo jgħid li sistema ta’ stipendji bħal ta’ Malta ma teżisti mkien