www.mychoice.pn
Is-Sibt, 16 ta’ Frar
SUPPLIMENT
f’din l-Elezzjoni
20 13
Ħmistax-il Ċentru Klabb 3-16, u aktar fis-snin li ġejjin Matul din il-leġiżlatura l-Gvern Nazzjonalista imbarka fuq programm ta’ ftuħ ta’ ċentri għat-tfal wara l-ħin tal-iskola S’issa f’din il-leġiżlatura nfetħu ħmistax-il ċentru. Dawn iċċentri jibqgħu miftuħin sas-6 p.m. waqt li l-ġenituri jkunu għadhom xogħol. Dawn iċ-ċentri f’diversi bliet u rħula – magħrufa aħjar bħala Ċentri Klabb 3-16 – huma mferrxa f’diversi lokalitajiet, fosthom f’Birkirkara, fil-Mosta, filFgura, fiż-Żurrieq, f’San Pawl il-Baħar, f’Wied il-Għajn, f’San Ġwann, Ħal Qormi, f’ĦażŻebbuġ, fir-Rabat, f’Pembroke,
ii
f’Ħaż-Żabbar, fil-Ħamrun u f’Birżebbuġa. F’dawn iċ-Ċentri Klabb 3-16 qed jattendu studenti li jmorru skejjel pubbliċi, skejjel privati indipendenti u fi skejjel tal-Knisja. Fis-sessjonijiet kollha ta’ dawn iċ-ċentri qed jipparteċipaw mijiet ta’ tfal. Il-Gvern immexxi millPartit Nazzjonalista hu determinat li fis-snin li ġejjin ikompli jiftaħ aktar ċentri minn dawn f’aktar
Fatti u Ċifri 3,000 tifel u tifla għamlu użu mis-servizz ta’ Ċentru Klabb 3-16
lokalitajiet. Sadattant qed isiru wkoll il-Homework Clubs, il-Klabb Ħilti, il-Malta Writing Programme u s-Summer Writing Camp. Dawn kollha jgħinu lit-tfal fl-istudji tagħhom. Dawn l-inizjattivi kollha jixhdu l-impenn qawwi talGvern li jinvesti b’kull mod possibbli fit-tfal sa minn ċkunithom billi jipprovdilhom it-tagħlim kollu li jkollhom bżonn.
iii
Aktar minn 3,800 student bil-faċilità ta’ Learning Support Assistant magħhom Għaliex il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jrid li ħadd ma jaqa’ lura, inkluż l-istudenti li jkollhom bżonn xi tip ta’ għajnuna biex huma wkoll jimxu ‘l quddiem, allura aktar minn 3,800 tifel u tifla fliskejjel pubbliċi, tal-Knisja u Indipendenti għandhom il-faċilità ta’ Learning Support Assistant magħhom u mħallas mill-Gvern. Hawn mas-700 tifel u tifla ta’ etajiet differenti li jattendu fi 32 Nurture Group fi skejjel primarji talGvern jew Learning Support
titkellem int Skejjel tal-aqwa kwalità biex jgħinu lil uliedna jitgħallmu u jimxu ‘l quddiem
vi
Zones fi skejjel sekondarji. L-istudenti jattendu f’dawn il-gruppi minħabba li jkollhom diffikultajiet soċjali, emozzjonali jew ta’ mġiba u għalhekk jingħataw għajnuna partikulari biex jirbħu dawk id-diffikultajiet. It-tfal jipparteċipaw fi programmi speċjalizzati. Il-Gvern immexxi millPartit Nazzjonalista hu determinat li jissokta blaqwa investiment possibbli għal dawn l-istudenti biex huma wkoll jimxu ‘l quddiem.
muscat jagħżel ħażin Fl-1996, il-Labour wiegħed li ma jmissx l-istipendji... għamel il-maqlub