www.mychoice.pn
Il-Ħamis, 14 ta’ Frar
SUPPLIMENT
f’din l-Elezzjoni
Żieda qawwija fl-edukazzjoni sekondarja ogħla F’dawn il-ħames snin kompla jikber b’mod konsistenti l-qasam tal-edukazzjoni sekondarja ogħla F’dan il-qasam illum jattendu aktar minn 2,000 student. Din iċ-ċifra ta’ studenti hi qabża kbira mill-1,700 student li kienu jattendu fl-2008; qabża ta’ 25%. Fl-iskola Sekondarja Ogħla tan-Naxxar matul din il-leġiżlatura sar investiment qawwi biex l-iskola tlaħħaq aktar man-numru dejjem jikber ta’ studenti. Din l-iskola qed toffri korsijiet u ċans ieħor lil studenti li jkunu sabu xi diffikultà fis-snin ta’ qabel. L-investiment kien jinkludi laboratorju ġdid għall-istudju tal-kimika: aċċess għall-
ii
internet f’kull blokk tal-iskola u żieda ta’ apparat xjentifiku f’kull laboratorju tax-xjenza. Kienu rrinnovati l-gym u l-faċilitajiet sportivi l-oħra tal-iskola. Kienu stallati wkoll 52 whiteboard interattiv u sar irrinnovar fil-blokok kollha. Investiment ieħor kien fis-servizz ġdid fil-librerija tal-iskola li permezz tiegħu ngħaqdu l-libreriji kollha taliskejjel tal-Gvern. Sar ukoll tisbiħ fl-iskola. Is-suċċess ta’ din l-Iskola Sekondarja Ogħla hu kalkulat ukoll mill-fatt li l-parti l-kbira tal-istudenti qed iħejju lilhom infushom għall-Matrikola.
Fatti u Ċifri Skola ġdida kull sena sal-2020
Tliet kwarti mill-istudenti kellhom il-kwalifiki meħtieġa biex jissoktaw bl-istudji tagħhom f’kulleġġ ieħor postsekondarju, bħall-Junior College, iżda għażlu li jibqgħu jistudjaw fl-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi għax huma konvinti mill-kwalità taledukazzjoni li toffri l-Iskola. Avvanzi kbar saru wkoll fl-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Refalo f’Għawdex. F’din l-istituzzjoni sar ħafna titjib fl-ambjent tal-iskola kif ukoll fir-riżorsi. Dan qed jgħin lill-istudenti Għawdxin biex jissoktaw bl-istudji tagħhom f’Għawdex stess.
iii
20 13
2,300 student fil-Junior College Ġ.F. Abela Il-Kulleġġ Ġian Franġisk Abela fl-Imsida hu mimli biż-żgħażagħ dinamiċi u ħerqana biex jitgħallmu u jimxu ‘l quddiem fil-ħajja. Illum il-ġurnata hemm 2,300 student li qed jistudjaw filJunior College tal-Imsida. Fil-Kulleġġ Ġian Franġisk Abela l-istudenti jistgħu jistudjaw is-suġġetti kollha li jixtiequ. Mhux biss isibu ambjent mill-aqwa, iżda jsibu wkoll għalliema mħarrġa u ddedikati li jagħtuhom it-tagħlim kollu li għandhom bżonn. Tagħlim li jew iħejjihom biex ikomplu jistudjaw fl-Università ta’
titkellem int Investiment kontinwu fir-riżorsi umani u fit-tagħmir li bih jitwassal it-tagħlim
vi
Malta jew inkella biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Matul dawn l-ħames snin li għaddew il-Gvern irnexxielu jagħmel għadd ta’ proġetti ta’ fejda filJunior College. Fost l-oħrajn tlesta proġett biex jiżdiedu l-faċilitajiet u l-klassijiet talistudenti. Il-proġett infirex fuq żewġ sulari - inbnew tmien swali tal-lezzjonijiet u għoxrin kamra iżgħar għat-tutorials. Il-kmamar kollha huma mgħammra b’apparat edukattiv tal-aqwa kwalità u tal-aħħar teknoloġija.
muscat jagħżel ħażin Muscat qatta’ ħames snin iżomm l-istess policies tal-passat tal-MLP