www.mychoice.pn
Il-Ħamis, 21 ta’ Frar
SUPPLIMENT
f’din l-Elezzjoni
Aktar xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin Il-ħolqien tal-opportunitajiet tax-xogħol mill-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul dawn il-ħames snin li għaddew kien fiċ-ċentru tal-politika tiegħu. Inkluż żieda ta’ 700 impjieg full-time f’Għawdex Iż-żieda fl-opportunitajiet taxxogħol f’Għawdex stess għallGħawdxin wasslet biex matul dawn il-ħames snin ta’ din il-leġiżlatura żdiedu l-persuni li joqogħdu f’Għawdex u li issa qed jaħdmu f’Għawdex stess. Jirriżulta fil-fatt li f’dawn ilħames snin l-impjiegi full-time f’Għawdex żdiedu b’700. Dawn iċ-ċifri jkomplu jikkonfermaw l-għaqal talpolitika li mexa biha l-Gvern li joħloq l-opportunitajiet tax-xogħol għall-Għawdxin f’Għawdex stess.
ii
Opportunitajiet li wasslu biex inqas Għawdxin ikollhom għalfejn jaqsmu lejn Malta biex jaħdmu u jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum. U dawn l-opportunitajiet tax-xogħol inħolqu wkoll permezz tad-diversi proġett kapitali li l-Gvern imbarka fuqhom f’Għawdex stess. Dan kollu bil-mira preċiża li l-Gvern ikompli jtejjeb ilkwalità tal-ħajja tal-Għawdxin. Dan kollu seta’ jsir b’suċċess grazzi għall-impenn tal-Gvern li jindirizza l-isfida partikulari
Fatti u Ċifri 200 kumpanija Għawdxija qed igawdu mill-iskema MicroInvest
li għandu Għawdex fil-qasam tax-xogħol permezz ta’ numru ta’ miżuri u inizjattivi li taw aktar opportunitajiet lill-operaturi u lill-individwi f’Għawdex, fosthom dawk marbuta mal-iskema MicroInvest u l-Employment Aid Programme. Dan kollu serva wkoll biex minkejja t-taqlib fis-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali filqasam tax-xogħol, f’Għawdex is-sitwazzjoni tat-tkattir talimpjiegi kienet waħda pożittiva u stabbli.
iii
titkellem int Twettqu b’suċċess għadd kbir ta’ proġetti li jsaħħu l-ambjent
20 13
Proġetti kapitali f’Għawdex bi skop soċjo-ekonomiku F’dawn il-ħames snin il-Gvern immexxi millPartit Nazzjonalista ħaseb biex iwettaq f’Għawdex għadd sabiħ ta’ proġetti kapitali biex jiżdiedu l-opportunitajiet tax-xogħol għall-Għawdxin f’Għawdex stess. Fost l-oħrajn kien hemm proġetti importanti fl-oqsma tal-infrastruttura tat-toroq, tas-saħħa u tal-ambjent. Fir-rigward talinfrastruttura tat-toroq f’Għawdex tul din illeġiżlatura nbnew millġdid għoxrin kilometru ta’ toroq arterjali. Dawn huma mifruxa madwar Għawdex u, fost l-oħrajn, jinkludu l-bini mill-ġdid tat-Triq ta’ Pinu u
vi
t-Triq tax-Xlendi. Dawn iż-żewġ toroq ifissru żieda ta’ 2.5 kilometri ta’ toroq ġodda mibnija skont standards Ewropej u li qed ikomplu jsebbħu d-dehra ġenerali ta’ Għawdex. Saru diversi xogħlijiet f’toroq oħra, fosthom ukoll fit-triq tad-Dwejra, fi Triq Franġisk Portelli u Triq San Lawrenz. Proġett ieħor kbir kien dak fit-triq prinċipali li mixXewkija tagħti għar-Rabat. Dan il-proġett għandu jtejjeb l-aċċess f’Għawdex sa mill-port tal-Imġarr, filwaqt li ttrasforma d-dehra ta’ din it-triq prinċipali f’Għawdex.
muscat jagħżel ħażin Muscat kien jaf b’każ ta’ blokka droga f’każin Laburista