www.mychoice.pn
Il-Ħamis, 28 ta’ Frar
SUPPLIMENT
f’din l-Elezzjoni
20 13
Serħan tal-moħħ għaż-żgħażagħ Żmien iż-żgħożija hu żmien mill-isbaħ u mill-aktar eċċitanti. Aktar u aktar jekk iż-żgħażagħ ikollhom l-opportunitajiet tat-tagħlim u t-taħriġ li jkunu jridu u x-xogħol li jixtiequ... u wkoll l-attivitajiet tad-divertiment
Imma lil hinn mill-istudju, it-taħriġ u x-xogħol iżżgħażagħ għandhom ukoll il-ħajja privata tagħhom, il-ħin tal-mistrieħ u l-ħin għaddivertiment. U fl-aħħar snin iż-żgħażagħ jafu tajjeb kemm il-Gvern investa bis-sħiħ biex anki f’dan ir-rigward ħajjet iż-żgħażagħ tkun waħda mħawra fejn ikunu jistgħu jgawdu l-mistrieħ tagħhom bl-aqwa mod possibbli.
ii
Għal sena waħda wara l-oħra l-Gvern attira lejn pajjiżna l-kunċert kbir l-Isle of MTV li ġibed lejh folol ta’ eluf ta’ żgħażagħ Maltin u barranin. Żgħażagħ li ddevertew u ħadu gost f’atmosfera mill-isbaħ flisfond ta’ ambjent tipiku Malti u f’ambjent sajfi li flimkien joffru l-aqwa ingredjenti għal spettakli ta’ dan it-tip. F’dawn il-kunċerti ħadu sehem uħud mill-aqwa
Fatti u Ċifri 25,000 job ġdid għaż-żgħażagħ fil-ħames snin li ġejjin
kantanti u mużiċisti fl-Ewropa u fid-dinja. Il-lista hi twila u l-line up għal kull kunċert dejjem kienet magħmula minn kantanti u mużiċisti mill-aqwa. Insemmu biss lillfamuża Lady Gaga, il-kantant Enrique Iglesias u lill-grupp Black Eyed Peas li kulħadd jaf kemm huma popolari fix-xena internazzjonali. Il-kunċerti tal-Isle of MTV finalment servew ukoll biex għamlu reklam stupend
iii
lill-gżejjer Maltin għax wara ġew murija fuq stazzjonijiet internazzjonali segwiti minn miljuni ta’ telespettaturi. Imma lil hinn mill-kunċerti tal-Isle of MTV matul dawn l-aħħar snin iż-żgħażagħ kellhom l-opportunità li jattendu għadd kbir ieħor ta’ kunċerti tal-aqwa kwalità minn kantanti ta’ fama internazzjonali miġjuba Malta mis-settur privat – Claudio Baglioni, Gianni Morandi,
titkellem int Aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ Għawdxin f’Għawdex stess
vi
Riccardo Cocciante, Zucchero, Marco Masini, Laura Pausini, Antonello Venditti, Lucio Dalla u ħafna oħrajn. Protagonista ieħor ta’ tant u tant kunċerti mill-aqwa f’Malta jibqa’ l-bravu Malti Joseph Calleja li ta’ kull sena ta kunċerti brillanti liż-żgħażagħ u lill-udjenza Maltija u barranija li ġiet apposta Malta għal dawn il-kunċerti li fihom Joseph Calleja dejjem kellu mistieden barrani biex jakkumpanjah.
muscat jagħżel ħażin Muscat jagħżel ħażin, jigdeb u jaħbi fl-aktar deċiżjonijiet importanti