www.mychoice.pn
It-Tlieta, 5 ta’ Marzu
SUPPLIMENT
f’din l-Elezzjoni
20 13
1,000 ewro biex tiskopri pajjiż Ewropew
L-Ewropa llum hi aħna. Proposta innovattiva tal-Partit Nazzjonalista għaż-żgħażagħ hi li Gvern Nazzjonalista jagħti sa 1,000 ewro liż-żgħażagħ biex isiru familjari ma’ pajjiż Ewropew Waħda mill-proposti filProgramm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista tħeġġeġ liżżgħażagħ jiskopru xi pajjiż Ewropew u waqt li jkunu qed jagħmlu dan isegwu wkoll xi kors ta’ lingwa barranija biex jiffamiljarizzaw lilhom infushom aktar mal-istess pajjiż li jkunu qed iżuru. Fil-Programm Elettorali f’paġna 28 – punt 38 intitolat “Mal-21 skopri pajjiż Ewropew ieħor – il-Partit Nazzjonalista qed iħeġġeġ liż-żgħażagħ
ii
biex “malli tagħlaq il-21 sena, tingħata għotja ta’ massimu ta’ 500 ewro biex iżżur pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea u twessa’ l-għarfien tiegħek skont programm approvat.” Il-Programm Elettorali talPartit Nazzjonalista jissokta li “jekk issegwi kors ta’ lingwa barranija waqt din iż-żjara, l-għotja titla’ sa massimu ta’ 1,000 ewro.” L-iskop ta’ din il-proposta mill-aktar eċċitanti u interessanti hi biex aktar
Fatti u Ċifri 25,000 post tax-xogħol fil-ħames snin li ġejjin, ħafna minnhom għaż-żgħażagħ
żgħażagħ ikabbru l-għarfien tagħhom dwar il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea billi jżuru dawn il-pajjiżi, jitgħallmu dwarhom, jitħalltu man-nies f’dawn il-pajjiżi u hekk fl-istess waqt ikunu qed ikabbru t-tagħrif u l-għerf tagħhom. B’dan il-mod l-istess żgħażagħ ikollhom l-opportunità wkoll li jiffamiljarizzaw aktar malkulturi differenti li kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea
iii
titkellem int Aktar żgħażagħ jafu l-lingwi jfissru tkattir tax-xogħol
joffri. Għax kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea għandu l-karatteristiċi partikulari tiegħu. Iva familja waħda kbira fi ħdan l-Unjoni Ewropea, iżda fl-istess waqt kulħadd jibqa’ jħaddan l-għeruq, iċ-ċiviltà , l-istorja u l-kultura tiegħu. Dan hu l-kobor tal-Unjoni Ewropea – diversità u kulturi differenti taħt l-istess kappa. U hu għalhekk li l-Partit Nazzjonalista – li jqis liżżgħażagħ fiċ-ċentru tal-
vi
politika tiegħu – iħeġġiġhom biex jimirħu f’oqsma ġodda u jikbru u jimxu ‘l quddiem. Dan hu l-kobor tal-Partit Nazzjonalista – jara l-ħin kollu kif se jinvesti fiż-żgħażagħ... jassiguralhom l-istipendji dovuti lilhom, ikabbrilhom l-opportunitajiet tat-tagħlim u t-taħriġ u, fuq kollox, ikompli jkabbrilhom l-opportunitajiet tax-xogħol. Xogħol ta’ kwalità bi dħul tajjeb għall-istess żgħażagħ u għall-familji tagħhom.
muscat jagħżel ħażin Muscat jiddeċiedi ħażin bil-kbir: ħadem biex nibqgħu barra l-Unjoni Ewropea