Saħħaħna l-ambjent għall-familji kollha - Futur fis-Sod

Page 1

www.mychoice.pn

Is-Sibt, 23 ta’ Frar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

Lejn park għall-familja flok mostru ta’ miżbla fil-Magħtab

Saħħaħna l-ambjent għall-familja kollha L-ambjent u l-ħarsien ta’ saħħet il-poplu dejjem kienu fuq quddiem tal-aġenda tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista Matul din il-leġiżlatura l-Gvern ħa għadd ta’ miżuri millaktar importanti biex jitħares l-ambjent ta’ madwarna. Ittieħdu wkoll miżuri importanti li jħarsu saħħet il-poplu. Fost l-oħrajn wieħed isemmi x-xogħol mill-aktar importanti biex ingħalqu l-miżbliet. Il-Gvern tul din il-leġiżlatura investa €28 miljun għar-riabilitazzjoni talmiżbliet tal-Magħtab, dik ta’ Wied il-Għajn u dik fil-Qortin f’Għawdex. Tajjeb li jingħad li x-xogħol li qed isir fil-Magħtab wassal biex sa issa tneħħew aktar minn 170 miljun metru kubu ta’ gass ħażin.

ii

Bit-tneħħija tal-gassijiet, l-arja ta’ madwar il-Magħtab tjiebet tant li l-livell taddijossina naqas b’99 fil-mija. Tajjeb li kulħadd japprezza li kieku baqgħet tintuża l-miżbla tal-Magħtab u ma sarux l-investimenti f’engineered landfill u fl-impjant ta’ Sant’Antnin, kieku fil-preżent il-miżbla tal-Magħtab hi 33 sular ogħla milli hi bħalissa. Ix-xogħol ta’ riabilitazzjoni fiz-zona tal-Magħtab qed jissokta b’ritmu tajjeb u l-iskop hu li dawn l-inħawi jinbidlu f’park kbir ta’ daqs ta’ ħames grounds tal-football. Anki f’Wied il-Għajn qed isir investiment importanti. Dan l-investiment jammonta

Fatti u Ċifri €28 miljun f’investiment għar-riabilitazzjoni tal-miżbliet

għal €6 miljun u l-iskop hu li finalment iz-zona tinbidel fi spazju miftuħ ta’ rikreazzjoni għat-tfal u l-familji kif ukoll f’Ċentru tal-Viżitaturi. Dan il-park għandu kobor ta’ tnax-il ground tal-football u se jkun fih attrazzjonijiet oriġinali f’pajjiżna bħal maze magħmula mill-pjanti. F’Għawdex, preċiżament fil-miżbla tal-Qortin, diġà sar ħafna xogħol importanti fuq it-trattament tal-gass u kien istallat apparat b’investiment ta’ miljun ewro. Minn dawn kienu trattati aktar minn 400 tunnellata ta’ gass ħażin. Ir-riabilitazzjoni tal-Qortin qed issir b’investiment ta’ €3.5 miljun.

iii

titkellem int Il-Gvern wettaq b’suċċess aktar minn mitt proġett ta’ tisbiħ

Il-Gvern qed ikompli jinvesti fil-ħarsien tal-ambjent. Flaħħar jiem sar pass ieħor biex il-Magħtab jiġi riabilitat f’park nazzjonali. Dan hekk kif b’investiment ta’ €8.5, f’dik li kienet il-miżbla tal-Magħtab ġie installat dak li jissejjaħ Regenerative Thermal Oxidizer - impjant li jittratta l-gassijiet velenużi li joħorġu mill-muntanja tal-Magħtab biex dawn ma jibqgħux joħorġu fl-arja u jniġġsu l-ambjent. Dan l-investiment huwa finanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea. Dan l-Oxidiser se jkun qed jaħdem 24 siegħa kuljum u l-proċess kollu tal-installazzjoni tiegħu mistenni jkun lest sal-aħħar ta’ din is-sena. Bħalissa diġà qed jieħu l-gassijiet minn madwar 275 bir li tħaffru apposta fil-partijiet kollha madwar il-miżbla tal-Magħtab. Il-pajpijiet għaddejjin minn naħa għall-oħra tal-miżbla li jidhru faċilment minn min ikun qed isuq fil-Coast Road huma propju l-mezz li millbjar iwasslu l-gassijiet lejn dan l-impjant. F’dawn il-bjar qed jinġemgħu l-gassijiet li jridu jiġu trattati u li kaġun tagħhom f’partijiet mill-muntanja t-temperatura titla’ saħanistra sa mitejn grad minħabba n-nirien interni taħt l-art. L-impjant qed jittratta kważi l-gass kollu li jinħoloq minn dik li kienet miżbla, ħlief għall-gass methane - li hu gass li diġà qed jinġibed biex minnu tiġi ġġenerata l-enerġija. Dan il-proġett, li diġà gie approvat mill-Gvern, ukoll hu finanzjat mill-UE u se jinvolvi investiment ta’ tletin miljun ewro mill-budget li Malta ħadet mill-Ewropa għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013. Intant, minbarra dan il-proġett, bħalissa għaddej ukoll xogħol fuq il-miżbla l-antika ta’ Marsaskala li minkejja li ġiet magħluqa fl-1979, tletin sena ilu, il-gassijiet minnha għadhom ħergin sal-lum. F’dan is-sit ukoll saru bjar apposta biex jinġabru dawn il-gassijiet li f’dan il-każ jitwasslu sal-Impjant ta’ Sant’Antnin li jinsab filviċinanzi, fejn jinqerdu. Proċess simili għal dan qed isiru wkoll fil-Miżbla talQortin, f’Għawdex, li wkoll ingħalqet mill-Gvern. Kemm is-sit f’Marsaskala kif ukoll dak f’Għawdex, bħall-każ talMagħtab, jinsabu fil-proċess li jinbidlu wkoll f’park għallfamilja.

vi

muscat jagħżel ħażin Jinstab l-involviment ta’ Joe Cordina, l-Amministratur Finanzjarju tal-Labour


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Saħħaħna l-ambjent għall-familji kollha - Futur fis-Sod by Partit Nazzjonalista - Issuu