Noħolqu 25,000 jobġdid għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

Page 1

www.mychoice.pn

Is-Sibt, 2 ta’ Marzu

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

Noħolqu 25,000 job ġdid għaż-żgħażagħ Matul il-ħames snin li ġejjin Gvern Nazzjonalista jkompli joħloq aktar jobs għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin, fosthom ukoll għaż-żgħażagħ li jkunu jridu jidħlu fid-dinja tax-xogħol Fil-ħames snin li għaddew il-Gvern taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi ħoloq 20,000 impjieg ġdid. Minkejja li l-kumplament tal-pajjiżi madwarna kienu milquta minn kriżijiet diffiċli li heddewlhom l-ekonomiji tagħhom, jew li saħansitra fallewhom, pajjiżna, għax kellu tmexxija għaqlija, baqa’ miexi ‘l quddiem u kompla joħloq l-opportunitajiet tax-xogħol. Din hi d-direzzjoni li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern irid

ii

ikompli jimxi fuqha matul il-ħames snin li ġejjin – ilħolqien ta’ 25,000 impjieg ġdid ieħor biex iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin ikollhom opportunitajiet ġodda fejn jaħdmu bi qligħ tajjeb għalihom u għall-familji tagħhom. Il-Partit Nazzjonalista filProgramm Elettorali tiegħu jirriafferma l-impenn tiegħu biex ikattar l-opportunitajiet tax-xogħol u jgħid bl-aktar mod ċar li l-ħaddiema kollha

Fatti u Ċifri 20,000 impjieg ġdid maħluqa fl-aħħar ħames snin għaż-żgħażagħ

u ta’ kull età huma riżorsa prezzjuża għalih. Għaldaqstant jitkomplew u jitwessgħu l-iskemi biex meta persuna tkun mingħajr xogħol u tkun qed tieħu l-benefiċċji talqgħad, issib ukoll l-għajnuna meħtieġa biex tkun tista’ titħarreġ u tkun tista’ taħdem numru ta’ sigħat fil-ġimgħa mingħajr ma titlef il-benefiċċji. Il-Partit Nazzjonalista ħoloq ambjent ekonomiku li fih seta’ jinħoloq ix-xogħol u xogħol b’pagi aħjar. Dan l-ambjent

iii

il-Partit Nazzjonalista filGvern ħolqu għaliex Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea – xi ħaġa li Muscat u sħabu kienu bil-qawwa kollha kontra – u nfetħu swieq u opportunitajiet ġodda għaliex il-Gvern investa f’setturi ġodda. Mhux biss, iżda nħoloq ix-xogħol għaliex ilGvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista investa filkompetittività tan-negozju u tal-industrija, għaliex investa

titkellem int Il-bniedem għandu importanza kbira fil-politika tal-Partit Nazzjonalista

vii

fir-riżorsi umani tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin, fosthom fiż-żgħażagħ li ngħataw kull opportunità biex jistudjaw u jimxu ‘l quddiem. Pajjiżna se jkompli jikseb storja ta’ suċċess fil-qasam tal-opportnitajiet tax-xogħol għaż-żgħażagħ għax kif għamel matul il-ħames snin li għaddew se jkompli jippremja x-xogħol, għaliex se jkompli jżomm it-taxxi baxxi u, fuq kollox, għaliex se jkompli jżomm il-finanzi fis-sod.

muscat jagħżel ħażin Mhux kapaċi jmexxi l-każin tiegħu ta’ Ħal Safi, aħseb u ara l-pajjiż


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Noħolqu 25,000 jobġdid għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod by Partit Nazzjonalista - Issuu