www.mychoice.pn
Is-Sibt, 19 ta’ Jannar
SUPPLIMENT
f’din l-Elezzjoni
20 13
Inkomplu nsaħħu l-istipendji għall-istudenti 18,600 student u studenta qed jieħdu l-istipendju. F’dawn il-ħames snin il-Gvern firex aktar l-istipendju li jingħata lill-istudenti. Din is-sena l-investiment fl-istipendji hu ta’ €23 miljun. Studenti f’ċirkostanzi speċjali jgawdu stipendju ogħla Kuntrarjament għall-politika ambigwa tal-Malta Labour Party dwar l-istipendji li jingħataw l-istudenti għax ikomplu jistudjaw, ilGvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kompla jifrex l-istipendji biex hekk aktar studenti jikkwalifikaw għalih. Matul dawn il-ħames snin beda jingħata stipendju wkoll lill-istudenti li għandhom aktar minn 30 sena biex tiġi inkoraġġita l-edukazzjoni tul il-ħajja Barra minn hekk l-istudenti li qed isegwu kors ta’ degree fl-MCAST qed jingħataw stipendju bħall-istudenti flUniversità:
ii
nn Qed jingħata stipendju lill-istudenti li jsegwu l-Foundation Course flMCAST u r-Revision Course fil-Giovanni Curmi Higher Secondary School nn Beda jingħata stipendju lil żgħażagħ meqjusa fi żvantaġġ u li qed isegwu programm ta’ taħriġ u ħiliet biex itejbu l-kwalifiki tagħhom u jsibu xogħol aħjar. 71 żagħżugħ u żagħżugħa qed isegwu dan il-programm nn Żgħażagħ Għawdxin li jistudjaw f’Malta minbarra li jingħataw l-istipendju, minn din is-sena qed jingħataw €400 oħra kull
Fatti u Ċifri 2,000 student megħjuna biex jissoktaw jistudjaw barra minn Malta
nn
nn
nn
nn
iii
3 xhur biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż li jkollhom Studenti li l-ġenituri tagħhom m’għandhomx dħul ta’ aktar minn €10,000 fis-sena jkollhom aktar appoġġ finanzjarju. Studenti li jkunu l-Junior College jew l-MCAST flok €83 kull erba’ ġimgħat jingħataw €124 kull 4 ġimgħat bħala stipendju Studenti universitarji flok jingħataw €83 jingħataw €251 kull 4 ġimgħat L-istudenti li qed ikomplu l-istudji tagħhom wara li jtemmu s-sekondarja żdiedu minn 43 fil-mija fl1999 għal 83 fil-mija.
Aktar żgħażagħ Għawdxin ikomplu jistudjaw Aktar żgħażagħ Għawdxin qed ikomplu bl-istudji tagħhom kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta. Medja ta’ 550 żagħżugħ u żagħżugħa fis-sena jattendu s-Sixth Form ta’ Għawdex, filwaqt li oħrajn isegwu korsijiet fl-ITS f’Għawdex, fl-MCAST u anki fiċ-ċentru tal-Università f’Għawdex stess. Qed ikun hemm żieda wkoll fl-istudenti Għawdxin li jkomplu javvanzaw fl-istudji tagħhom: • L-istudenti fl-MCAST f’Għawdex żdiedu minn 44 fl-2002 għal 243 student u studenta • L-istudenti li jsegwu korsijiet fl-MCAST f’Malta żdiedu minn 5 fl-2001 għal 181 fl-2011 • L-istudenti fl-ITS f’Għawdex żdiedu minn 26
titkellem int L-Università ta’ Malta b’numru rekord ta’ studenti żgħażagħ u adulti
vi
fl-2001 għal 82 fl-2011 • Illum l-istudenti Għawdxin fl-Università huma 1,035 – id-doppju ta’ kemm kienu 10 snin ilu • Żdied l-investiment fl-MCAST f’Għawdex u fiċċentru tal-Università biex saru aktar faċilitajiet għallistudenti. Fost l-oħrajn saru laboratorji ġodda tal-ICT u workshops fl-istallazzjoni elettrika, fil-welding, fl-inġinerija mekkanika u x-xogħol talinjam. Studenti li jkomplu bl-istudji tagħhom f’Malta jingħataw allowance ieħor, minbarra l-istipendju biex ikopru l-ispejjeż addizzjonali. Illum l-istudenti kollha Għawdxin li jistudjaw f’Malta qed jingħataw allowance ieħor ta’ €400 kull tliet xhur.
muscat jagħżel ħażin Meta fl-1996 l-MLP kien fil-Gvern għolla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma