Proġetti kapitali biex insebbħu kull belt u raħal - Futur fis-Sod

Page 1

www.mychoice.pn

Il-Ħadd, 24 ta’ Frar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

Proġetti kapitali biex insebbħu kull belt u raħal f’pajjiżna Qasam li fih pajjiżna għamel avvanzi kbar f’dawn l-aħħar ħames snin hu dak tad-dehra tiegħu. Pajjiżna llum ingħata dehra sabiħa kif jixraqlu u grazzi għall-proġetti kbar li imbarka fuqhom il-Gvern, dawn il-proġetti wasslu biex kull belt u raħal għandhom dehra ferm isbaħ Hekk jixirqilhom il-Maltin u l-Għawdxin u hu għalhekk li l-Gvern, bosta drabi anki bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali, wettaq sensiela twila ta' inizjattivi biex itejjeb ilprodott Malti. Anki t-turisti li jżuru l-gżejjer Maltin japprezzaw id-dehra isbaħ ta' pajjiżna. Illum il-ġurnata kulħadd jaf kif pajjiżna qed jattira ammonti rekord ta' turisti u bla dubju ta' xejn li parti importanti li qed tikkontribwixxi biex pajjiżna jattira dan il-volum ta' turisti hi d-dehra tiegħu. Fost il-proġetti importanti li twettqu u qed ikomplu jsiru f'pajjiżna hemm ir-restawr,

ii

it-tiswija u r-riabilitazzjoni tasswar li jdawru l-Belt Valletta, lit-tlett ibliet tal-Kottonera, lill-belt l-antika tal-Imdina u liċ-Ċittadella f'Għawdex. Il-Gvern investa mat-€30 miljun biex ta ħajja ġdida lis-swar tal-Belt Valletta. Dan il-proġett ta’ restawr wassal biex kienu restawrati b’mod komplut is-Swar ta’ Sant’Andrija u s-Swar ta’ Santa Barbara, filwaqt li għaddej ukoll xogħol fuq is-Swar ta’ San Kristofru, San Pietru u San Pawl. Minbarra r-restawr fuq isswar infushom, tnedew għadd ta’ proġetti oħra, fosthom dak tal-ftuħ taċ-Ċentru għallInformazzjoni dwar is-Swar fi

Fatti u Ċifri Aktar minn 100 proġett ta’ tisbiħ f’Malta u f’Għawdex

Biagio Steps. Ta’ min ifakkar kif ilGvern tul is-snin ħadem biex illum nistgħu ngawdu aħjar il-patrimonju kulturali ta’ pajjiżna, fosthom il-ftuħ ta’ ġonna taħt is-sur tal-Imdina u fejn qabel kien hemm l-Oil Depot fil-Kalkara, se jsir ġnien b’tema dwar l-Assedju l-Kbir. Bla dubju ta’ xejn li dawn il-proġetti ta’ tisbiħ u restawr juru d-determinazzjoni tal-Gvern li jipproteġi l-patrimonju kulturali talgżejjer Maltin, hekk kif tul din il-leġiżlatura saru bosta proġetti intiżi li jħarsu dan il-patrimonju u jwassluh san lilna l-Maltin u l-Għawdxin u lit-turisti li jżuruna.

iii

20 13

Nagħtu futur lill-passat tagħna... u noħolqu aktar xogħol Grazzi għas-sensiela twila ta' proġetti ta' restawr, konservazzjoni u riabilitazzjoni – proġetti li ħolqu għadd ġmielu ta' opportunitajiet tax-xogħol – il-Gvern qed jirnexxilu jagħti futur lill-passat glorjuż ta' pajjiżna. Ilkoll naqblu li pajjiżna għandu storja rikka li writna mingħand missirijietna li ħallewlna ġojjelli imprezzabbli mhux biss fil-belt kapitali tagħna, iżda f'kull belt u raħal kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex. Il-Gvern tul din illeġiżlatura ħadem u stinka biex wettaq kemm felaħ inizjattivi ta' restawr. Xogħol importanti f'dan ir-rigward qed isir miċ-Ċentru tarRestawr f'Bighi. Jekk wieħed jagħti titwila lejn ix-xogħlijiet ta' riabilitazzjoni li saru jsib

titkellem int Iċ-ċentru tar-restawr f’Bighi jgħin fi proġetti ta’ restawr tal-wirt storiku

vii

il-proġett ta' Misraħ San Ġorġ fil-Belt Valletta, ilVictoria Gate, għadd kbir ta' knejjes u znieter, bereġ, il-Palazz tal-Gran Mastru u l-Berġa ta' Kastilja. Saru wkoll proġetti ta' pavimentar ġdid u toroq fejn ma jgħaddux karozzi biex hekk dawn jistgħu jitgawdew aħjar min-nies. Imma x-xogħol ta' restawr u konservazzjoni ma kienx limitat għall-Belt Valletta biss. Prattikament f'kull belt u raħal saru xogħlijiet importanti. Proġetti ta' kwalità li l-Gvern wettaq b'suċċess u li permezz tagħhom ħoloq l-opportunitajiet taxxogħol, filwaqt li kabbru l-attività ekonomika fiz-zoni turistiċi fejn sar it-tisbiħ, bħalma sar fix-Xatt ta' Marsaxlokk u l-pavimentar f'Paceville.

muscat jagħżel ħażin Il-fatti qed jiċċaraw: min kien tassew involut fl-iskandlu taż-żejt


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.