www.mychoice.pn
It-Tlieta, 8 ta’ Jannar 2013
SUPPLIMENT
f’din l-Elezzjoni
20 13
Malta bit-tieni l-akbar żieda fir-rata ta’ impjiegi fl-UE Iż-żieda fl-impjiegi wasslet biex pajjiżna għandu l-ħames l-anqas rata ta’ nies ifittxu xogħol fost is-27 pajjiż membru tal-UE
Il-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista favur it-tkattir tal-impjiegi u l-opportunitajiet tax-xogħol wasslet biex f’pajjiżna kellna żieda fl-impjiegi u-tnaqqis fil-qgħad. Dan kollu hu riżultat talinċentivi li l-Gvern qed jagħti
lill-industrija u lis-sidien ta’ negozji żgħar u medji biex jinvestu aktar u jimpjegaw iżjed ħaddiema. Hu riżultat ukoll tal-iskemi ta’ tnaqqis fl-income tax għan-negozji żgħar u medji, l-iskemi għas-sidien tal-lukandi u ristoranti, l-investiment
fl-ekonomija tal-kreattività u l-investiment fit-taħriġ u t-tisħiħ tal-edukazzjoni. Il-Gvern ħadem bissħiħ biex pajjiżna baqa’ kompetittiv. Dan kollu waqt li l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħadem biex jattira aktar
investiment minn barra u jinħoloq aktar xogħol għallħaddiema. Pajjiżna hu t-tieni l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li ħoloq impjiegi. Dan ikkonfermatu l-Kummissjoni Ewropea f’rapport li ppubblikat f’Marzu 2012.
Hu biss bi Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li kulħadd jista’ jkollu rasu mistrieħa mit-tkattir tal-impjiegi u mill-ħolqien ta’ iżjed opportunitajiet tax-xogħol fid-diversi setturi tas-suq tax-xogħol.
Malta u l-Ġermanja biss fl-UE jżidu l-impjiegi fl-aħħar ħames snin Rapport tal-ILO, l-Organizzazzjoni Dinjija taxXogħol, ħareġ is-suċċess ta’ Malta fil-qasam tal-impjiegi f’dawn l-aħħar ħames snin li matulhom ħafna pajjiżi kienu maħkumin minn kriżi finanzjarja, reċessjoni qawwija, awsterità u qgħad kbir. Ir-rapport dwar ilqagħda ekonomika ta’ ħafna pajjiżi madwar id-dinja jgħid li, fost is-27
ii
pajjiż tal-Unjoni, kien biss fil-Ġermanja u f’Malta li, mill-bidu tal-kriżi li ħakmet lill-bqija tad-dinja, żdiedu l-ħaddiema li għandhom xogħol. Fil-fatt, Malta rnexxielha toħloq 20,000 impjieg ġdid li, wara li pattew għal dawk li ntilfu, wasslu biex Malta llum għandha 14,000 ħaddiem aktar jaħdmu fulltime mal-privat milli kellha ħames snin ilu.
Fatti u Ċifri 41,004 attendew korsijiet ta’ taħriġ mill-ETC
iii
titkellem int L-ambaxxati u l-konsolati ġibdu investiment lejn Malta
vi
Muscat jagħżel ħażin Muscat kien favur iż-żieda fit-tariffi ta’ Sant meta ż-żejt kien bit-$12