www.mychoice.pn
Il-Ġimgħa, 1 ta’ Frar
SUPPLIMENT
f’din l-Elezzjoni
Ġnien Villa Rundle: riabilitat u mogħti mill-ġdid id-dehra sabiħa li tixraqlu Wieħed mill-proġetti importanti ta’ spazji rikreattivi f’Għawdex kien Ġnien Villa Rundle li grazzi għax-xogħol estensiv li sar fih kien riabilitat u ngħata mill-ġdid id-dehra sabiħa li tixraqlu
L-istorja ta’ Ġnien Villa Rundle tmur lura 98 sena u għalhekk ix-xogħlijiet li saru fih jippermettu li dak li writna mingħand missirijietna jitgawda millġenerazzjoniiet tal-preżent u l-futur. Dan il-ġnien jinsab f’post strateġiku fil-qalba tal-belt Victoria u fiċ-ċentru tal-gżira ta’ Għawdex. Għalhekk ma huwiex biss meqjus bħala ġnien għar-residenti tarRabat iżda huwa wkoll ikkunsidrat bħala sit popolari ma’ residenti
ii
Għawdxin ta’ kull età. L-importanza storika tiegħu tagħtih ukoll valur addizzjonali bħala attrazzjoni turistika ewlenija għall-gżira ta’ Għawdex. Dawn kienu l-objettivi ewlenin li ispiraw is-sottomissjoni ta’ dan il-proġett għal kofinanzjament minn fondi Ewropej. Dawn l-objettivi ġew spjegati bħala ‘Titjib estensiv fl-inħawi li jippermettu li dan il-ġnien ikun jista’ jitgawda filwaqt li jintegra ruħu aħjar flinfrastruttura kulturali u turistika
Fatti u Ċifri €2.5 miljun f’investiment għar-riabilitazzjoni ta’ Villa Rundle
iii
fil-gżira ta’ Għawdex’. B’dan kollu f’moħħu l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ddeċieda li jimbarka fuq investiment ta’ aktar minn €2.5 miljun biex dan il-ġnien ikun riabilitat u mogħti mill-ġdid iddehra sabiħa li tixraqlu. F’dawn l-aħħar xhur il-Gvern radd lura r-riżultat ta’ dan l-investiment bħalma radd lura u se jkompli jrodd lura r-riżultati ta’ investimenti oħra madwar il-gżira kollha.
titkellem int Il-Gvern wettaq b’suċċess programm vast ta’ xogħlijiet ta’ toroq
20 13
B’Eko-Għawdex: Għawdex isbaħ, Għawdex aktar attraenti Għawdex hu destinazzjoni partikulari fil-gżejjer Maltin – attrazzjoni mhux biss għall-Maltin li huma l-aqwa turisti fis-suq intern, imma wkoll għal eluf ta’ turisti li jżuru lil pajjiżna. Għawdex hu ġojjell fih innifsu u l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista hu kburi li Għawdex u l-Għawdxin dejjem kienu fiċ-ċentru tal-politika tiegħu. Dan il-Gvern urieh b’mod ripetut bid-diversi inizjattivi li ħa u li permezz tagħhom aġevola lil Għawdex u l-interessi talGħawdxin. Kien għalhekk li l-Gvern ħa d-deċiżjoni konkreta dwar il-viżjoni ta’ Eko Għawdex u alloka €25 miljun biex ikunu jistgħu jitwettqu għadd konsiderevoli ta’ miżuri li wasslu biex Għawdex kompla jikseb żvilupp sostenibbli f’diversi oqsma, fosthom fil-qasam soċjali, ekonomiku, kulturali u ambjentali. Matul din il-leġiżlatura f’Għawdex sar żvilupp sostanzjali f’dik li hi ħidma marbuta mal-pjan ta’ azzjoni Eko Għawdex. Ma kienx il-Gvern biss li ħadem, iżda kien hemm ukoll l-involviment sħiħ tas-soċjetà Għawdxija, anki permezz ta’ għadd ta’ proġetti mwettqa minn Kunsilli Lokali, Kumitati Amministrattivi u bosta għaqdiet mhux Governattivi Għawdxin. Din kienet ħidma li kompliet issaħħaħ dak li twettaq matul din il-leġiżlatura u kkonfermat il-validità ta’ din il-viżjoni. Anki min kien xettiku u pprova jirredikola din il-viżjoni issa qiegħed jgħid li Eko-Għawdex hu kunċett tajjeb li jħares l-interessi ta’ Għawdex għall-futur. Matul din il-leġiżlatura ntwera biċ-ċar li din il-viżjoni tal-Gvern għal Għawdex mhix biss kliem iżda qed tiġi msaħħa bil-fatti.
vi
muscat jagħżel ħażin Muscat ħadem biex itellef l-għajnuniet lis-settur privat mill-Unjoni Ewropea