www.mychoice.pn
Il-Ġimgħa, 18 ta’ Jannar
SUPPLIMENT
f’din l-Elezzjoni
Rekord ta’ aktar minn 10,500 student fl-Università ta’ Malta Il-popolazzjoni fl-Università ta’ Malta llum hi ta’ madwar 10,500 student. X’qabża minn meta kien hemm il-Malta Labour Party fil-Gvern u li biex tidħol l-Università kien ikollok bżonn il-parrinu! Illum min irid ikompli jistudja jista’ jagħmel dan bl-akbar libertà. Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fetaħ il-bibien tal-Università għal kulħadd... u matul dawn il-ħames snin li għaddew l-Università ta’ Malta introduċiet 208 korsijiet ġodda u b’hekk illum qed toffri 703 korsijiet differenti li minnhom jistgħu jagħżlu l-istudenti biex
ii
ikomplu jistudjaw u jagħmlu karriera. Fl-istess medda ta’ snin infetħu wkoll għaxar fakultajiet, istituti jew ċentri ġodda. Dawn huma: • Il-Fakulta tax-Xjenzi tasSaħħa - Faculty of Health Sciences • Il-Fakulta tal-Midja u x-Xjenzi tal-Għerf - Faculty of Media and Knowledge Sciences • L-Istitut tas-Sistemi Ambjentali - Institute of Earth Systems • L-Istitut tat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura Institute for Tourism, Travel
Fatti u Ċifri 2,000 student megħjuna biex jissoktaw jistudjaw barra minn Malta
L-Università ta’ Malta hi fost l-aqwa universitajiet fl-Ewropa. Grazzi għall-viżjoni tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, l-Università ta’ Malta kompliet tiżviluppa u tilqa’ aktar studenti li jridu jissoktaw bl-istudji tagħhom
and Culture • L-Istitut ta’ Konfuċju Confucius Institute • L-Istitut tal-Istudji Maltin Institute of Maltese Studies • L-Istitut għall-Iżvillupp Sostenibbli - Institute for Sustainable Development • Iċ-Ċentru għall-Istudji talFamilja - Centre for Family Studies Centre for Biomedical Cybernetics • Iċ-Ċentru Ewropew għarReżiljenza fl-Edukazzjoni u s-Saħħa Emozzjonali u Soċjali - European Centre for Educational Resilience and Socio-Emotional Health.
iii
20 13
Żieda ta’ studenti barranin jistudjaw fl-Università ta’ Malta Matul dawn il-ħames snin li għaddew l-Università ta’ Malta mhux biss żiedet l-għadd ta’ korsijiet li qed toffri, u mhux biss qed tilqa’ numru rekord ta’ studenti Maltin u Għawdxin, iżda qed tilqa’ wkoll għadd akbar ta’ studenti ta’ nazzjonalità barranija. Sadattant fl-Università ta’ Malta twaqqaf ukoll Direttorat għarRiċerka Korporattiva u t-Trasferiment tal-Għerf li issa qed jistabbilixxi fi ħdanu Uffiċċju għat-Trasferiment tat-Teknoloġija. Twaqqaf Direttorat għall-Kuntratti biex jgħin lill-Università fl-immaniġġjar
titkellem int L-Università ta’ Malta b’numru rekord ta’ studenti żgħażagħ u adulti
vi
tal-proġetti ESF u ERDF, b’fondi tal-Unjoni Ewropea, li qed taħdem fuqhom. L-Università introduċiet ukoll il-Konnettività GEANT. Dan hu network Ewropew ta’ komunikazzjoni b’veloċità għolja, iddedikat għarriċerka u l-edukazzjoni biex ir-riċerkaturi jikkollaboraw aktar flimkien. Din ilkonnettività se tiffaċilita aktar dik ir-riċerka li tirrikjedi trasferiment qawwi ta’ informazzjoni b’definizzjoni għolja u interazzjonijiet f’ħin reali, bħal konferenzi bil-vidjow, laboratorji virtwali, korsijiet interattivi tal-multimedja u applikazzjonijiet tal-gradilja.
muscat jagħżel ħażin Gvernijiet Laburisti dejjem fallew bil-kbir fil-qasam tax-xogħol