Jiżdiedu n-nisa fid-dinja tax-xogħol bi dħul ikbar – Futur fis-Sod

Page 1

www.mychoice.pn

Il-Ġimgħa, 25 ta’ Jannar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

Jiżdiedu n-nisa fid-dinja tax-xogħol bi dħul akbar Fl-aħħar ħames snin, in-nisa jaħdmu fl-etajiet bejn il-25 u l-55 sena żdiedu minn 43% għal 57%. In-nisa sa 35 sena qed jaħdmu b’rata f’Malta ferm aqwa mill-medja tal-UE. Il-paga medja fis-sena żdiedet b’€2,600. Dan gawdiet minnu wkoll il-mara għax f’Malta għandna l-anqas differenza bejn il-pagi tan-nisa u l-pagi tal-irġiel

Imnedija firxa wiesgħa ta’ miżuri adattati għal dħul akbar għall-familja Din il-leġiżlatura kienet ikkaratterizzata mill-fatt li l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista nieda għadd ġmielu ta’ miżuri adattati għal dħul akbar għall-familja. Dawn il-family friendly measures għenu biex bosta koppji ġenituri jkunu jistgħu jiksbu l-bilanċ neċessarju biex ilaħħqu mal-ħajja talfamilja u l-karriera. Fl-aħħar sena, kien hemm 3,783 ħaddiem fis-Servizz Pubbliku, fosthom 3,433 mara, li gawdew minn waħda mill-miżuri favur il-familja. Dawn il-miżuri jinkludu l-leave tal-maternità, il-leave tal-adozzjoni, il-leave tal-fostering, ir-responsibility leave, il-parental leave, ilcareer break, minn sigħat

ii

anqas ta’ xogħol, teleworking, u skedi flessibbli fil-ħinijiet tax-xogħol. Fl-ewwel sitt xhur tal-2012, 265 omm għażlu li jgawdu miż-żieda ta’ ġimagħtejn fil-leave tal-maternità kif imħabbra mill-Gvern fil-baġit għas-sena l-oħra. Huma għażlu li jieħdu sittax-il ġimgħa leave tal-maternità

Fatti u Ċifri 59,000 u aktar persuna femminili jaħdmu bi qligħ f’Malta u f’Għawdex

li jinkludu erbatax-il ġimgħa mħallsa minn min jimpjegahom u ġimagħtejn miżjuda u mħallsa mill-Gvern bir-rata ta’ €160 fil-ġimgħa. Il-leave tal-maternità jiżdied b’ġimagħtejn oħra mill-1 ta’ Jannar 2013 biex b’hekk ikun tela’ għal tmintax-il ġimgħa. Il-piż se jibqa’ jinġarr millGvern.

iii

Il-Gvern ħadem biex nieda diversi miżuri li jgħinu u jinkoraġġixxu lin-nisa biex jaħdmu, fosthom tnaqqis ta’ taxxa, żieda fil-leave talmaternità, childcare centres u Clubs 3-16 fejn it-tfal jistgħu jmorru wara l-ħinijiet taliskola. Tul din il-leġiżlatura l-Gvern ta l-ispazju kollu lin-nisa biex ikomplu jistudjaw tant li llum fil-livell terzjarju, 60 fil-mija tal-istudenti huma nisa. Fl-istess ħin il-Gvern offra wkoll il-faċilitajiet u l-opportunitajiet lin-nisa biex ikomplu jaħdmu, anki wara li jibdew irabbu familja. B’hekk, l-investiment li jkun sar fihom u dak li jkunu studjaw, ma jtirx mar-riħ. Għalhekk fetaħ tmien childcare centres ġodda u tnejn oħra se jinfetħu din is-sena. Fetaħ ukoll 15-il Club 3-16 fejn it-tfal jattendu wara l-ħinijiet tal-iskola. Dawn il-Clubs 3-16 se jiżdiedu għal 21.

titkellem int Il-Gvern saħħaħ il-benefiċċji soċjali u żied iċ-Children’s Allowance

vi

Il-Gvern jemmen li l-ħarsien tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa f’karigi ta’ tmexxija hu fundamentali. Dan il-punt ta’ prinċipju qed ikun attwat fejn il-Gvern għandu interess dirett. F’dawn l-aħħar snin komplew jiżdiedu n-nisa fil-bordijiet ta’ kumpaniji fejn il-Gvern għandu l-maġġoranza, tant li l-perċentaġġi tarrappreżentanza femminili huma għolja ħafna. Ħamsin filmija tal-Maġistrati huma nisa, filwaqt li ngħatat spinta biex aktar nisa jinħatru mħallfin. Ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għallUnjoni Ewropea hi mara u f’dawn l-aħħar snin inħatru għall-ewwel darba numru ta’ Segretarji Permanenti nisa. Dan kollu juri b’mod ċar li l-Gvern hu verament impenjat li jkompli jagħti l-ispazju kollu lil nisa kapaċi u kompetenti biex juru l-ħiliet tagħhom f’karigi għolja u ta’ tmexxija.

muscat jagħżel ħażin Muscat riedna nagħmlu bħal Ċipru... Ċipru llum il-ġurnata spiċċa falla


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.