Kampus Ġdid u bl-Aqwa Faċilitajiet għall-MCAST - Futur fis-Sod

Page 1

www.mychoice.pn

It-Tlieta, 15 ta’ Jannar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

Kampus ġdid u bl-aqwa faċilitajiet għall-MCAST Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista imbarka fuq il-bini ta’ Kampus ġdid għall-MCAST b’investiment ta’ €120 miljun. Meta jitlesta l-Kampus il-ġdid, l-MCAST ikun jista’ jilqa’ sa 10,000 student full-time L-investiment qawwi li l-Gvern qed jagħmel fil-bini ta’ kampus ġdid tal-MCAST hu investiment mill-aktar importanti fl-istudenti u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Permezz ta’ dan il-proġett il-Gvern, għal darba oħra, qed juri bil-fatti kemm l-edukazzjoni u t-taħriġ huma fuq quddiem nett tal-aġenda tal-ħidma tiegħu. Proġett li se jkompli jgħin lill-istudenti, liż-żgħażagħ, lill-ħaddiema u lis-sidien tan-negozji żgħar u medji kif ukoll lil industriji akbar.

ii

Il-bini ta’ kampus ġdid tal-MCAST hu riżultat ta’ strateġija ħolistika tal-Gvern li qed iwettaq parti oħra mill-viżjoni u l-istrateġija li minnha jgawdi l-poplu kollu. Kemm il-ġenerazzjoni preżenti, kif ukoll dawk futuri. L-iżvilupp ta’ dan l-investiment hu l-frott ta’ deċiżjonijiet u għażliet kruċjali li l-Gvern, flimkien mal-poplu Malti u Għawdxi, ħa fis-snin li għaddew. Minn dan il-frott, il-Gvern qed jiżra’ ż-żerriegħa li minnha qiegħed jissawwar ġejjieni

Fatti u Ċifri Il-kampus il-ġdid tal-MCAST se jkollu 17-il binja

promettenti għaż-żgħażagħ u l-poplu tagħna. L-MCAST twaqqaf għaxar snin ilu meta f’pajjiżna kien għaddej dibattitu intern jaħraq dwar jekk kellniex nissieħbu flUnjoni Ewropea. Il-poplu Malti ddeċieda li nissieħbu fl-Unjoni Ewropea u fl-2004 pajjiżna sar membru. L-MCAST seta’ jikber kif kiber matul l-għaxar snin li ilu mwaqqaf, anki b’riżultat tas-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea għaliex il-Gvern ħaseb li fondi Ewropej jinvestihom ukoll f’faċilitajiet moderni għall-istudenti u

iii

għall-ħaddiema li jsegwu korsijiet fl-MCAST. L-investiment ta’ €120 miljun li qed isir issa f’kampus ġdid biex jilqa’ 10,000 student u studenta full-time qiegħed ukoll isir b’fondi tal-Unjoni Ewropea. Bħala parti mill-Viżjoni 2015, il-Gvern identifika setturi li ried li wieħed jaħdem fuqhom biex f’pajjiżna jkollna aktar tkabbir ekonomiku u jinħolqu aktar impjiegi għażżgħażagħ u għall-ħaddiema, b’pagi tajbin. Il-Gvern beda jwettaq din il-viżjoni mibnija fuq seba’

titkellem int Eluf ta’ studenti, bejn full-time u part-time, jattendu xi kors fl-MCAST

vi

pilastri – is-servizzi finanzjarji, l-ICT, l-edukazzjoni, is-saħħa, it-turiżmu, il-valur għoli miżjud u Għawdex bħala gżira ekoloġika. Fil-ħames snin li għaddew mill-MCAST temmew l-istudji tagħhom b’suċċess 8,800 żagħżugħ u żagħżugħa li l-parti l-kbira tagħhom sabu impjieg fl-oqsma ekonomiċi li ħdimna fuqhom f’din ilViżjoni. Dawn iż-żgħażagħ illum huma integrati filpostijiet tax-xogħol u jitkellmu b’entużjażmu dwar dak li kisbu permezz talMCAST.

muscat jagħżel ħażin Muscat jgħid li jrid jibni power station żejda. U jinsa jikkalkula ħafna spejjeż...


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.