Skola Ġdida Kull Sena – Futur fis-Sod

Page 1

www.mychoice.pn

It-Tnejn, 14 ta’ Jannar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

Skola ġdida kull sena Matul din il-leġiżlatura l-Gvern kull sena bena skola ġdida u investa f’kull student u studenta €6,000 fis-sena

Xogħlijiet ta’ titjib fl-iskejjel kollha tal-Gvern Matul ix-xhur tas-sajf, f’dawn l-aħħar ħames snin, saru xogħlijiet fl-iskejjel kollha tal-Gvern, kemm primarji kif ukoll sekondarji, b’nefqa ta’ aktar minn €2 miljun. Il-Gvern fassal programm biex jassigura li l-iskejjel kollha filpajjiż, huma fejn huma, jgħaddu minn xogħlijiet ta’ modernizzazzjoni u titjib. Dan ix-xogħol primarjament isir fix-xhur tas-sajf meta l-istudenti jkunu bil-vaganzi u jsir hekk biex l-istess studenti ma jkunux imtellfa fit-tagħlim. Għalhekk kull sena, sena wara oħra, il-Gvern imbarka fuq ix-xogħlijiet meħtieġa fl-iskejjel kemm tal-primarja kif ukoll tas-sekondarja.

ii

Saru xogħlijiet ta’ tibjid, ta’ tqegħid ta’ madum, ta’ aperturi u twieqi, ta’ bibien u xogħlijiet oħra relatati mal-infrastruttura bħal dawl u ilma. Flimkien ma’ dawn ixxogħlijiet saru wkoll xogħlijiet relatati ma’ bdil ta’ għamara biex l-għalliema u l-istudenti ngħataw faċilitajiet aħjar. Hekk l-għalliema u l-istudenti meta f’Settembru rritornaw għax-xogħol sabu jilqagħhom ambjent differenti u aħjar milli kellhom fis-sena skolastika ta’ qabel. Dan kollu juri l-impenn qawwi tal-Gvern li jagħmel dak kollu li jista’ biex l-iskejjel tal-Gvern ikunu l-aqwa postijiet tat-tagħlim għattfal u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.

Fatti u Ċifri Inbnew u nfetħu ħames skejjel ġodda

L-Edukazzjoni hi fuq quddiem nett tal-aġenda tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista u dan bl-iskop li f’pajjiżna t-tfal u ż-żgħażagħ jingħataw l-aqwa u l-aħjar edukazzjoni possibbli. Il-Gvern dejjem emmen li l-aqwa investiment jista’ jsir biss billi t-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin jingħataw l-aqwa għalliema, l-aqwa riżorsi u l-aqwa mezzi possibbli biex ikunu jistgħu jimxu ‘l quddiem fit-tagħlim u

iii

titkellem int Opportunitajiet ġodda ta’ tagħlim u taħriġ

fl-edukazzjoni tagħhom. Xhieda ta’ dan kollu hi l-ħidma qawwija li saret millGvern matul din il-leġiżlatura fejn komplew jinkisbu riżultati mill-aqwa fil-kamp edukattiv. Ħidma li ma waqfet xejn u li, fost l-oħrajn, kienet tinkludi l-bini ta’ skola ġdida kull sena u ferm u ferm aktar inizjattivi. Permezz tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada mwaqqfa mill-Gvern, tkompla l-impenn skont il-pjan imfassal mill-Gvern li l-iskop tiegħu hu li

vi

sal-2018 jara l-bini u t-tlestija ta’ skola ġdida kull sena. Fil-fatt kull sena l-Gvern bena skola ġdida tal-ogħla livell u bl-aqwa faċilitajiet skont iż-żminijiet tal-lum. Fil-qasam edukattiv irriżultati tul din il-leġiżlatura nkisbu u huma mill-aktar inkoraġġanti. Dawn ir-riżultati qegħdin hemm biex jarahom kulħadd u nkisbu grazzi għall-viżjoni tal-Gvern li jħares ‘il quddiem u jippjana għallquddiem.

muscat jagħżel ħażin Jafda lil Evarist Bartolo u lil Leo Brincat li kienu neħħew l-istipendji fl-1997


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.