www.mychoice.pn
It-Tnejn, 28 ta’ Jannar
SUPPLIMENT
f’din l-Elezzjoni
20 13
Kwalità ta’ ħajja aħjar b’aktar spazji ta’ rikreazzjoni għall-familja kollha Matul din il-leġiżatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista imbarka fuq għadd ġmielu ta’ proġetti li kellhom l-iskop preċiż li joħolqu fl-ibliet u fl-irħula madwar Malta u Għawdex aktar spazji ta’ rikreazzjoni għall-familja kollha Matul dawn il-ħames snin li għaddew il-Gvern ħadem biex żied l-għadd ta’ postijiet rikreattivi fejn il-familja tista’ tmur tirrilassa u tiddeverti. Dawn huma postijiet ta’ mistrieħ fejn il-familja tista’ tmur u tistrieħ. Fihom infushom dawn il-postijiet ta’ rikreazzjoni madwar Malta u Għawdex huma wkoll postijiet li sebbħu l-ambjent ta’ madwarna. Ambjent ferm aħjar u aktar b’saħħtu li jgħin
ii
ukoll biex ikollna kwalità ta’ ħajja aħjar u aktar nadif li jgħin għal saħħa aħjar. Il-lista ta’ dawn il-proġetti hi twila u xi drabi l-Gvern ħadem id f’id mal-Kunsilli Lokali biex setgħu saru dawn il-proġetti li ntlaqgħu tajjeb ħafna mill-familji Maltin u Għawdxin. Fost il-proġetti li saru wieħed jista’ jsemmi l-Adventure Park f’Ta’ Qali, Pjazza Sant’Antnin f’Tas-
Fatti u Ċifri Aktar minn 100 proġett ta’ tisbiħ u restawr
Sliema, Pjazza San Ġorġ filBelt Valletta, Xrobb l-Għaġin f’Marsaxlokk u Villa Rundle fir-Rabat f’Għawdex li ngħata d-dehra sabiħa li tixraqlu. Naturalment dawn ilproġetti ma jsirux b’xejn. Anqas ma jsiru b’kumbinazzjoni. Dawn il-proġetti fl-ibliet u fl-irħula tagħna saru u jsiru grazzi għallimpenn tal-Gvern li jinvesti fi kwalità ta’ ħajja aħjar għallfamilja Maltija u Għawdxin. Il-familja Maltija u Għawdxija
iii
hi verament fiċ-ċentru talpolitika tal-Gvern u għalhekk il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jaħdem u jistinka biex itejjeb il-kwalità ta’ ħajja ta’ kull familja. L-inizjattivi għal aktar spazji miftuħa mxerrda mal-pajjiż huma fost il-ħidmiet varji li wettaq il-Gvern matul dawn ilħames snin bl-iskop li bl-aktar mod tanġibbli jgħin fit-titjib talistil ta’ ħajja tal-Maltin. Lil hinn mill-impenn tal-Gvern li jkattar
titkellem int It-tfal u l-familji jgawdu minn sensiela ta’ proġetti ta’ rikreazzjoni
vi
l-opportunitajiet tax-xogħol biex iżid id-dħul tal-ħaddiema u l-familji; lil hinn mill-impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti fl-edukazzjoni u fit-taħriġ ta’ wliedna u lil hinn millinvestimenti kbar tal-Gvern fil-qasam tas-saħħa – ilkoll biex tkompli titjieb il-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin – anki l-ħolqien ta’ spazji rikreattivi huma ħolqa oħra f’din il-katina ta’ investimenti li l-Gvern għamel b’risq il-familji.
muscat jagħżel ħażin Muscat kien jgħajjar lil Eddie Fenech Adami dwar id-dħul ta’ Malta fl-UE