Għajnuniet kbar lin-negozji ż-żgħar

Page 1

www.mychoice.pn

Il-Ħadd, 13 ta’ Jannar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

€42 miljun lill-industriji żgħar biex jirbħu l-kompetizzjoni Il-mutur tal-ekonomija għandu bżonn kbir tas-sehem validu tal-industriji żgħar. Kien għalhekk li l-Gvern immexxi millPartit Nazzjonalista matul l-aħħar snin ħadem u stinka biex għen kemm felaħ lis-settur tan-negozji żgħar. Minn dan l-impenn gawdew mijiet ta’ negozji żgħar li tejbu l-ħidma u l-operat tagħhom

Għajnuniet kbar lin-negozji ż-żgħar Fost l-oħrajn il-Gvern ħareġ seba’ skemi biex industriji żgħar u medji jissoktaw jimxu ‘l quddiem. Dawn huma: nn isaħħu l-kompetittività tagħhom. nn jinvestu fl-innovazzjoni. nn jinvestu fl-e-business. nn jinvestu fir-riċerka. nn jidħlu fi swieq ġodda. nn jieħdu inizjattivi favur l-ambjent u jnaqqsu l-konsum tal-enerġija. nn iwaqqfu kumpaniji ġodda.

Kumpaniji Għawdxin jiksbu suċċess u jżidu l-ħaddiema Il-ħidma li wettaq il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul din il-leġiżlatura biex jinkoraġġixxi x-xogħol minn kumpaniji u negozjanti Għawdxin tat ir-riżultat mixtieq tant li filwaqt li l-istess settur gawda mill-inċentivi li offra l-Gvern, żdiedu wkoll l-opportunitajiet tax-xogħol grazzi għall-Employment Aid Programme Jirriżulta li matul din il-leġiżlatura aktar minn 450 ħaddiem Għawdxi ġew impjegati ma’ 150 negozju u kumpanija f’Għawdex permezz tal-Employment Aid Programme. Din l-iskema hi mħaddma mill-ETC permezz ta’ fondi Ewropej. Il-paga titħallas minn din l-iskema għall-ewwel 52 ġimgħa ta’ xogħol. F’Malta l-għajnuna tingħata għal 26 ġimgħa.

Permezz ta’ dawn l-iskemi, in-negozji qed ikabbru l-operat tagħhom, qed jinvestu aktar, qed jesportaw aktar u qed joħolqu aktar xogħol u xogħol aħjar. Sa issa bbenefikaw 570 sid ta’ negozju u ħadu €35 miljun f’għajnuna finanzjarja u qed jinvestu b’kollox €78 miljun. Fil-bidu tal-2012 ġiet ippubblikata sejħa oħra biex aktar sidien ta’ negozji żgħar u medji u industriji jieħdu għajnuna finanzjarja diretta u jinvestu aktar.

ii

Fatti u Ċifri Bdiewa, raħħala u sajjieda gawdew minn għajnuna finanzjarja

iii

titkellem int Impenn tal-Gvern favur il-koperattivi u ħolqien ta’ aktar impjiegi

vi

muscat jagħżel ħażin Muscat appoġġja l-kollass finanzjarju bit-Taxxi tas-Sisa ta’ Sant


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.