Aktar minn 2,000 scholarship - Futur fis-Sod

Page 1

www.mychoice.pn

Il-Ħadd, 27 ta’ Jannar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

Investiment dirett fin-nies b’aktar minn 2,000 scholarship Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista immarka din il-leġiżlatura b’numru ta’ timbri li se jibqgħu jikkaratterizzaw dawn il-ħames snin li għaddew Fost l-oħrajn hemm l-investiment qawwi li l-Gvern għamel fl-għoti ta’ scholarships biex matul dawn l-aħħar snin il-Gvern ta aktar minn 2,000 scholarship b’investiment ta’ €19-il miljun biex aktar Maltin u Għawdxin, partikularment żgħażagħ, ikunu jistgħu jkomplu jistudjaw u jispeċjalizzaw f’oqsma li huma importanti għallekonomija tal-pajjiż. Dan kollu sar permezz ta’ sitt skemi differenti ta’ scholarships kemm fil-livell tal-ewwel degree kif ukoll fil-livelli ta’ Masters u Dottorat. Barra minn dan, 1,900 persuna oħra bbenefikaw mill-iskema My Potential u bejniethom ħadu €7 miljun fi tnaqqis mit-taxxa biex irkupraw l-ispejjeż li għamlu biex komplew jistudjaw. Ftit tal-ġimgħat ilu biss il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista nieda skema oħra ta’ scholarships mill-Gvern magħrufa bħala Scholarships to Achieve Results (STAR). Din hi s-seba’ skema ta’ scholarships li l-Gvern nieda fl-aħħar snin. Bl-iskema li l-Gvern nieda ftit ġimgħat ilu biss qiegħed jinvesti €500,000 kull sena għal perjodu ta’ tliet snin li bihom jistgħu jibbenefikaw madwar 80 student ieħor kull sena.

ii

Fatti u Ċifri 2,000 student jibbenefikaw minn għoti ta’ scholarships f’din il-leġiżlatura

Dawn kienu: nn STEPS: Investiment ta’ €10 miljun fl-aħħar ħames snin. Total ta’ 885 scholarship li 85 minnhom iwasslu għal Dottorat u 800 għal Masters. nn MGSS: Investiment ta’ €3.7 miljun fuq medda ta’ sitt snin. Total ta’ 252 scholarship li minnhom 146 wasslu għal Dottorat u 169 għal Masters. nn Arts Scholarships: Investiment ta’ €648,000 f’sentejn. Ingħataw 36 scholarship. nn Sports Scholarships: Investiment ta’ €100,000 fl-ewwel sena u ngħataw 14-il scholarship. nn MGSS Undergraduate: Investiment ta’ €2.4 miljun f’ħames snin. Ingħataw 622 scholarship. nn Training Subsidy Scheme – Academic: Din skema offruta mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ. Fl-ewwel sena b’investiment ta’ €1 miljun ingħataw 144 scholarship. nn Training Subsidy Scheme – MCAST: B’din l-iskema, l-MCAST investa €820,000 u ngħataw 70 scholarship ieħor.

iii

€23 miljun fis-sena fi stipendji direttament fil-bwiet tal-istudenti L-istudenti Maltin u Għawdxin li qed ikomplu bl-istudji tagħhom wara li jagħlqu s-sittax-il sena qed jieħdu l-istipendji. B’kollox kull sena l-Gvern qiegħed jinvesti t-total ta’ €23 miljun fi stipendji. Dawn it-€23 mljun fi stipendji qed imorru direttament fil-bwiet taż-żgħażagħ li jkomplu blistudji tagħhom. Kulħadd japprezza li l-infrastruttura edukattiva li għandna f’pajjiżna taħseb biex l-istudenti jingħataw edukazzjoni mingħajr ħlas. Iż-żgħażagħ jistgħu jkomplu

titkellem int Il-Gvern raħħas il-mediċini u nieda s-servizz l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek

vi

jistudjaw – sia s-Sixth Form, sia f’xi kulleġġ talMCAST jew l-ITS u anki fl-Università – mingħajr ħlas. Bl-aqwa għalliema u faċilitajiet. Barra minnhekk waqt li l-istudenti jkunu qed jistudjaw jibbenefikaw ukoll mill-istipendji. Fil-fatt il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jinvesti €6,000 għal kull student u studenta fissena għaliex jemmen li bl-edukazzjoni tissaħħaħ l-ikbar riżorsa li għandu pajjiżna.

muscat jagħżel ħażin Muscat baqa’ jirredikola l-għażla tal-Maltin favur sħubija fl-UE


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.