Dħul akbar għall-anzjani – Futur fis-Sod

Page 1

www.mychoice.pn

Il-Ħamis, 24 ta’ Jannar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

Dħul akbar għall-anzjani... jistgħu jaħdmu u ma jitilfu xejn mill-pensjoni Settur partikulari li matul din il-leġiżlatura baqa’ jgawdi direttament mill-miżuri tal-Gvern kien dak tal-anzjani fejn komplew jittieħdu diversi miżuri bl-iskop li l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani tissokta tkun waħda għolja kif tixirqilhom

L-anzjani fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern Mill-2012 il-Gvern immexxi millPartit Nazzjonalista ħaseb biex tibda tingħata allowance ġdida għall-anzjani li għandhom tmenin sena u aktar u li qed jgħixu waħedhom jew ma’ qrabathom. Din l-allowance qed tingħata lil 13,000 anzjan u anzjana. Din il-miżura importanti ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-anzjani li bdew jirċievu €300. Il-budget li għadda kompla jwessa’ dan isservizz soċjali ġdid. Sadattant l-anzjani li għandhom il-KartaAnzjan qed jaqsmu b’xejn bejn Malta u Għawdex. Fl-2011, 145,102 anzjani li joqogħdu Malta qasmu b’xejn

ii

lejn Għawdex, filwaqt li 22,780 qasmu b’xejn lejn Malta. Fl-istess sena kien hemm 28,543 persuna anzjana li qasmu bil-karozza u għalhekk ħallsu anqas tal-karozza. Kien hemm 33,691 anzjan u anzjana Għawdxin li qasmu lejn Malta bilkarozza u ħallsu anqas tal-karozza għaliex għandhom il-KartaAnzjan. Kull min jagħlaq is-sittin sena jirċievi l-KartaAnzjan u għalhekk igawdi minn dan il-benefiċċju. L-anzjani jgawdu wkoll minn nolijiet anqas għall-użu talkarozzi tal-linja. Fil-fatt l-anzjani li għandhom il-KartaAnzjan iħallsu sostanzjalment anqas għan-nol talkarozza tal-linja.

Fatti u Ċifri Żieda fil-pensjoni fis-sena ta’ €1,000 lill-anzjani biex igawdu ħajja aħjar

iii

Waħda mill-miżuri li daħħal il-Gvern biex ikompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani kienet dik li kemm ildarba anzjan jew anzjana jiddeċiedu li jaħdmu wara l-irtirar tal-pensjoni, allura dawn ma jitilfu assolutament xejn mill-pensjoni li jirċievu. Grazzi għall-politika għaqlija tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, illum il-persuni li jilħqu l-età tal-irtirar għandhom l-għażla li jibqgħu jaħdmu. Meta jibqgħu f’impjieg huma jieħdu l-paga taxxogħol tagħhom u l-pensjoni sħiħa. Qabel, anzjani li kienu jiddeċiedu li jibqgħu jaħdmu kienu jitilfu l-pensjoni. 11,500 anzjan qed igawdu minn din il-bidla. F’din il-leġiżlatura l-anzjani ngħataw mill-Gvern żieda ta’ aktar minn €20 fil-ġimgħa li jfisser kważi żieda ta’ €1,000 fis-sena.

titkellem int L-anzjani li jibqgħu jaħdmu llum ma jitilfu xejn mill-pensjoni

vi

Il-Gvern ta żieda sħiħa lill-anzjani, daqskemm tingħata lill-ħaddiema. Bis-sistema taż-żewġ terzi l-anzjani kienu jieħdu €12.80. Minflok, il-Gvern ta żieda sħiħa ta’ €19.21 fil-ġimgħa. Il-Gvern żied ir-rata tal-Għajnuna Supplimentari kemm għall-miżżewġin li telgħet sa €8.13 fil-ġimgħa kif ukoll għal dawk li jgħixu waħedhom li telgħet sa €4.57 fil-ġimgħa. Bejn l-2008 u l-2012, l-anzjani li jirċievu l-pensjoni tas-servizzi gawdew minn żidiet fil-pensjoni. Din iż-żieda hi riżultat dirett ta’ inizjattiva li permezz tagħha qed jiġu injorati €1,066 fil-kalkolu tal-pensjoni tassigurtà soċjali. Minn din l-inizjattiva qed igawdu aktar minn 6,000 anzjan u anzjana. Dawk romol, hi x’inhi l-età tagħhom, ma jitilfux il-pensjoni tarromol jekk jerġgħu jiżżewġu.

muscat jagħżel ħażin Muscat ma aċċettax ir-rieda tal-Maltin li pajjiżna jissieħeb fl-UE


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.