Aktar anzjani fl-Universita' - Futur fis-Sod

Page 1

www.mychoice.pn

Il-Ħadd, 20 ta’ Jannar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

Aktar anzjani jipparteċipaw fl-Università tat-Tielet Età Iktar minn 500 anzjan u anzjana din is-sena nkitbu biex jipparteċipaw fil-korsijiet offruti mill-Università tat-Tielet Età

L-Università tat-Tielet Età hi proġett li qed joffri provokazzjoni pożittiva lill-anzjani tagħna. Din hija esperjenza oħra ta’ kif nagħmlu użu tajjeb mixxjuħija tagħna u nibqgħu attivi. Illum l-anzjani għandhom diversi għejun ta’ tagħlim fosthom il-korsijiet ta’ filgħaxija organizzati midDirettorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, lezzjonijiet talkompjuters fl-iskema ICT4ALL u l-Università tat-Tielet Età. Il-Gvern immexxi mill-Partit

ii

Fatti u Ċifri Mal-elf student jistudjaw il-mużika

Nazzjonalista matul din illeġiżlatura ħadem biex firex l-opportunitajiet tat-tagħlim u ma żammhomx limitati biss għat-tfal u ż-żgħażagħ, imma firixhom b’mod li llum qed jiżdiedu l-anzjani li qed jattendu xi kors ta’ tagħlim jew taħriġ. Il-Gvern dejjem emmen li l-Università tat-Tielet Età sseddaq il-prinċipju importanti ta’ tagħlim tul il-ħajja li llum l-edukaturi tant qed jisħqu fuqu. L-Università tat-Tielet Età għandha tliet ċentri ta’

tagħlim: il-Furjana, TasSliema u r-Rabat, Għawdex. Din is-sena, l-Università se toffri xejn inqas minn ħmistax-il kors ġdid li jvarjaw minn saħħa, tagħlim soċjali, storja tal-pajjiż, xjenza politika, u studji bibliċi. Ħaġa oħra pożittiva li twieldet mill-Università tatTielet Età hija l-Assoċjazzjoni tal-Tielet Età li waqqfet kor, tagħmel sessjonijiet tal-keep fit għall-anzjani, tippubblika gazzetta, torganizza ħruġ kulturali u attivitajiet reliġjużi.

iii

titkellem int Gvern tal-PN biss jiggarantixxi l-istipendji lill-istudenti

10,000 adult jipparteċipaw f’korsijiet ta’ lingwa, xjenza u sengħa Matul l-2010-2011 kien hemm madwar 10,000 persuna adulta li pparteċipaw f’korsijiet ta’ tagħlim u taħriġ. In-numru ta’ korsijiet li joffri d-Direttorat għatTagħlim Tul il-Ħajja, jiżdiedu minn sena għal oħra u jvarjaw minn korsijiet fillingwi, xjenza u l-kisba ta’ diversi ħiliet u snajja’. B’kollaborazzjoni ma’ diversi kunsilli lokali, idDirettorat beda joffri korsijiet għall-adulti f’lokalitajiet differenti u dan il-ftehim żied sew in-numru ta’ adulti li qed ikomplu jistudjaw. Għall-ewwel darba flEwropa ngħataw korsijiet tal-adulti b’ċertifikazzjoni

vi

rikonoxxuta fil-Malti, l-Ingliż u l-Matematika, f’livell ta’ MQF Livell 1. Sadattant, inbeda proċess biex il-korsijiet kollha offruti mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, inkluż dawk tal-iskejjel talarti, id-drama u l-mużika, li ma jwasslux għal xi eżami rikonoxxut, ikunu validati mal-Qafas tal-Kwalifiki Ewropej. Il-Gvern tul din illeġiżlatura ħadem biex aktar adulti u anzjani jibqgħu jżommu lilhom infushom f’kuntatt mat-tagħlim u t-taħriġ għax it-tagħlim u t-taħriġ għandhom jibqgħu viċin il-bniedem tul ħajtu kollha.

muscat jagħżel ħażin Il-MLP ma jemminx fis-settur privat u anqas fil-ħaddiema tal-partikular


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.