www.mychoice.pn
Il-Ħamis, 10 ta' Jannar 2013
SUPPLIMENT
f’din l-Elezzjoni
20 13
Opportunitajiet mill-aqwa għaż-żgħażagħ biex jimxu ‘l quddiem Iż-żgħażagħ dejjem kienu prijorità kbira fil-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista. Qasam li fih jispikka dan l-impenn tal-Gvern hu dak tat-tkattir tal-opportunitajiet tax-xogħol u t-taħriġ Grazzi għal din il-ħidma kontinwa llum filpajjiż hawn għadd kbir ta’ opportunitajiet ta’ xogħol u taħriġ. Mhux biss hawn diversi postijiet tax-xogħol fejn iż-żgħażagħ jistgħu jimirħu u jimxu ‘l quddiem, iżda llum għadd ta’ żgħażagħ jibdlu l-impjieg tagħhom biex jissoktaw itejbu l-kwalità ta’ ħajja tagħhom. Illum il-ġurnata diversi huma s-setturi ġodda fejn iż-żgħażagħ jistgħu jitħarrġu għalihom – fosthom fl-MCAST – biex imbagħad jagħmlu karriera ta’ suċċess. Fost l-oħrajn wieħed isib il-qasam talavjazzjoni fejn illum l-opportunitajiet huma kbar. L-industrija tal-avjazzjoni qed toħloq aktar impjiegi f’pajjiżna. Żgħażagħ fl-MCAST qed ikomplu jitħarrġu u jsegwu korsijiet fl-avjazzjoni. Bħalissa din l-industrija timpjega 1,000 ħaddiem. Sar Park tal-Avjazzjoni b’investiment ta’ €17-il miljun. Dan joffri l-faċilitajiet u l-infrastruttura meħtieġa biex tissaħħaħ din l-industrija u jinħolqu aktar impjiegi f’dan is-settur ġdid li qed jiżviluppa f’pajjiżna. F’pajjiżna twaqqaf għall-ewwel darba r-Reġistru tal-Avjazzjoni. Sal-2011 kien hemm 104 ajruplani reġistrati, żieda ta’ 21 fil-mija fuq l-2010. F’Malta hawn ukoll ħames skejjel talavjazzjoni li fihom jattendu 113-il student u studenta.
ii
Fatti u Ċifri 50 servizz taħt saqaf wieħed għas-sidien tal-SMEs u l-investituri
Imtejba z-zoni industrijali biex żdiedu aktar il-fabbriki u l-impjiegi Matul is-snin li għaddew sar ħafna xogħol siewi fl-oqsma industrijali biex tjiebu mhux biss il-faċilitajiet u d-dehra tagħhom, iżda biex min jaħdem minnhom jista’ joffri prodott aħjar. Fil-fatt żdiedu l-fabbriki f’dawn l-oqsma industrijali bir-riżultat li nħolqu wkoll aktar postijiet tax-xogħol. Il-Gvern għamel dan l-investiment, fosthom f’titjib ta’ toroq u bil-ftuħ ta’ toroq ġodda li jwasslu għal dawn l-oqsma industrijali, biex hekk l-ambjent fl-istess oqsma industrijali kompla jitjieb. Matul dawn l-aħħar snin il-Gvern qed jinvesti €16 miljun fit-titjib ta’ dawn iz-zoni industrijali, fosthom fil-qasam industrijali ta’ Ħal Far, f’dak ta’ Bulebel, fil-qasam industrijali ta’ Kordin u f’dak tal-Mosta u
iii
fil-qasam industrijali tax-Xewkija f’Għawdex. Il-fabbriki jeħtieġu infrastruttura u servizzi tajbin
titkellem int Għawdex għamel avvanzi kbar f'kull settur tax-xogħol
vi
għall-ħtiġijiet tagħhom. Mingħajr dan it-titjib, pajjiżna ma jkunx jista’ jattira aktar investiment privat.
Muscat jagħżel ħażin Il-Leader tal-Labour riedna nkunu bħal Ċipru li falla u ddikjarawh junk