www.mychoice.pn
It-Tlieta, 29 ta’ Jannar
SUPPLIMENT
f’din l-Elezzjoni
20 13
Dinjità u ħajja ġdida lill-Belt Matul din il-leġiżlatura saru ħafna proġetti fil-belt kapitali ta’ pajjiżna u madwarha fil-portijiet. B’hekk, il-Belt Valletta kompliet tingħata d-dehra sabiħa li tixirqilha hekk kif miexja biex tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018 Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul din illeġiżlatura imbarka fuq għadd ġmielu ta’ proġetti kbar u inqas kbar biex il-kapitali ta’ pajjiżna tassew tkun il-vetrina ta’ pajjiżna. U ċertifikat millaqwa għal din il-ħidma kien meta s-sena l-oħra l-Belt Valletta kienet dikjarata bħala l-Belt Kulturali Ewropea għassena 2018. Il-lista ta’ proġetti fil-Belt Valletta f’din il-leġiżlatura hi twila ħafna u tinkludi l-proġetti fid-daħla tal-Belt, illift tal-Barrakka li diġà tgawda
ii
minn eluf ta’ Maltin u turisti, il-bini tat-teatru miftuħ li diġà saru fih għadd sabiħ ta’ attivitajiet bil-parteċipazzjoni ta’ udjenzi numerużi u anki l-bini ta’ Parlament ġdid kif jixraq lil pajjiżna. Il-lista ta’ proġetti li għaddejjin fil-Belt Valletta tinkludi wkoll ix-xogħlijiet fil-Palazz tal-Gran Mastri, l-iżvilupp ta’ lukanda flok il-Pixkerija u ta’ oħra flok l-Isptar Boffa, ir-restawr u r-riabilitazzjoni ta’ Sant’Iermu u l-proġett tal-parkeġġ filFurjana.
Fatti u Ċifri €80 miljun f’investiment għal daħla kif jixraq tal-Belt Valletta
iii
Pavimentati 65 fil-mija tat-toroq fiċ-ċentru pedonali tal-Belt Valletta Dawk kollha li llum il-ġurnata jżuru l-Belt Valletta u jkollhom iċ-ċans li jżuru ċ-ċentru pedonali jistgħu jirrealizzaw kif il-parti l-kbira ta’ dawn it-toroq matul dawn il-ħames snin li għaddew kienu pavimentati u ngħataw id-dehra sabiħa li tixiraq lilhom u lir-residenti fihom. Jirriżulta fil-fatt li l-ħidma li saret
titkellem int Ħarisna u seddaqna b’diversi proġetti wirt missirijietna
matul din il-leġiżlatura wasslet biex tlestew aktar minn 65 fil-mija tat-toroq pavimentali fiċ-ċentru pedonali tal-Belt Valletta. B’kollox dawn it-toroq fil-Belt se jkunu qed jammontaw għal żewġ kilometri u nofs ta’ pavimentar. Iz-zona pavimentata hi minn Triq l-Ordinanza sa Triq San Kristofru u minn Triq San Pawl sa Triq l-Ifran.
vi
muscat jagħżel ħażin Muscat kiteb u attakka għaqdiet li llum qed jgħid li l-pajjiż tagħhom ukoll