Kalendarju Museumin Jannar - Frar 2016

Page 1

Jannar - Frar 2016


† Verbum Dei caro factum est Il-86 Sena Ħarġa Numru Jannar - Frar 2016

Editorjal “Mill-Ħniena ta’ Alla Biss” Snin ta’ Grazzja 10 Sena mill-Inkorporazzjoni Mil-Laqgħa Ġenerali Profeti Għax Ngħixu l-Vokazzjoni Tagħna b’Radikalità Qrajt Ktieb tal-Fundatur Salm Vanġeliku tas-Sirjaku Il-Klassiċi fil-MUSEUM Il-Qari tal-Klassiċi Spiritwali Każ Morali Ir-Razziżmu

3 6 9 14 19 23

Mort Irtir “B’Xejn Ħadtu, B’Xejn Agħtu.”

25

Missjoloġija Realtà Kumplessa

28

Laudato Si’ Naqraw, Nirriflettu u Nipperswadu Il-Pittura tal-Faċċata Is-Samaritan it-Tajjeb ta’ Jacopo Bassano Letteratura Jekk Il-Membri Jiktbu Il-Logo tas-Sena tal-Ħniena Esperjenza Mill-Awstralja Paragrafi Fuq il-Missjoni Storja tal-Kalendarju Museumin Mill-Kalendarji “Antiki”... Djarju Museumin Assenjatur Talba Insara u Mhumiex

Rivista ta’ kull xahrejn għall-użu privat tal-membri tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M.

Direzzjoni u Amministrazzjoni: Dar Ġenerali 207 Triq San Ġorġ Preca, Marsa MRS 9010

Issettjar u stampar: Veritas Press, Ħaż-Żabbar

www.sdcmuseum.org e-mail: info@sdcmuseum.org

32 36 39 42 45 47 50 54 58 67


“Mill-Ħniena ta’ Alla Biss”

N

Editorjal

insabu fil-bidu ta’ sena li matulha l-Knisja universali qed tiċċelebra l-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena. Bla dubju matul dawn ix-xhur li ġejjin ser naħsbu ħafna fuq il-ħniena ta’ Alla li, kif jgħid San Tumas ta’ Akwinu u kif ikkwotat mill-Papa Franġisku fil-Misericordiae Vultus, “hi ħaġa proprja tiegħu li jeżerċita l-ħniena u jimmanifesta l-omnipotenza tiegħu partikularment b’dan il-mod”. Żgur li kollha kemm aħna ser ikollna l-okkażjoni biex nidħlu iktar fil-profond ta’ din il-kwalità stupenda ta’ Alla li jeżerċitaha bl-iktar mod dirett magħna l-bnedmin. Għalina fis-Soċjetà nistgħu ngħidu li l-Papa u l-Knisja qegħdin iħeġġuna biex naħsbu iktar fuq dak li aħna bħala Museumini nimmeditaw b’mod regolari jew saħansitra ta’ kuljum. Biżżejjed wieħed iqis li kull nhar ta’ Sibt filgħaxija, qabel ma norqdu, aħna nikkontemplaw proprju l-ħniena bħala attribut ta’ Alla u masSalmista nitolbu: “Bil-ħniena tiegħek, o Sinjur, hija mimlija l-art.” Fil-jum tas-Sibt, fit-talba tat-3:00 p.m., għandna bħala paġna millKtieb il-Kbir is-suġġett tal-ħniena ta’ Alla u fl-aħħar nippropronu li “qatt ma naqtgħu qalbna millħniena bla tarf ta’ Alla”. L-Episodji tal-Arloġġ ukoll ipoġġulna lil Kristu bħala eżempju kbir ta’ kif

għandha tkun il-ħniena. L-Episodji ta’ nhar ta’ Tlieta, b’mod speċjali, ibaqbqu bil-ħniena ta’ Ġesù kif murija fil-ġrajjiet tal-imxajtan ta’ Ġerasa, taċ-Ċenturjun, ta’ Żakkew, tal-magħtub tal-Pixxina, tasSamaritana u tal-midinba f’dar Xmuni, fost l-oħrajn. Għandna wkoll l-Att ta’ Ndiema Quddiem Ġesù Kruċifss (Arloġġ tat-Talb p.106) fejn il-membru li jkun ikkommetta dnub, ħafi quddiem ilKurċifiss, fost ħwejjeġ oħra jitlob: “Nitolbok li tagħmilni oġġett talħniena tiegħek u taħfirli.” Imbagħad ta’ kuljum, filmeditazzjoni ta’ Ħsieb is-Soċju Museumin, għall-mistoqsija ta’ “Mnejn dan kollu għalija?” 3


l-membru jwieġeb: “Mill-ħniena ta’ Alla biss.” Għax aħna nafu lilna nfusna u l-limitazzjonijiet tagħna, imma nafu wkoll li l-ħniena ta’ Alla hija ikbar minn dawn kollha u għalhekk huwa biss għax Alla ta’ kuljum juri ħniena magħna li nistgħu ngħidu li qegħdin filMUSEUM, nistgħu nitgħallmu u ngħallmu u nistgħu nipperseveraw tajjeb fis-Soċjetà sal-mewt. Anke Thomas Merton, wara bosta snin, kellu jirrifletti fuqu nnifsu u jikteb: “L-istess kontradizzjonijiet ta’ ħajti huma b’xi mod sinjali tal-ħniena ta’ Alla lejja.”

Għandna okkażjoni oħra u grazzja fl-istess ħin li niskopru kemm kontinwament Alla hu ħanin magħna u nipperswadu ruħna li mingħajr il-ħniena tiegħu aħna m’aħna xejn. B’hekk biss forsi nkunu nistgħu nifhmu kemm għandna bżonn nuru iktar ħniena, l-ewwel ma’ sħabna tal-Qasam u mbagħad mal-oħrajn kollha.

Il-Kalendarju Museumin Din is-sena l-Kalendarju Museumin dieħel għas-86 sena tiegħu, blewwel ħarġa tmur lura għal Diċembru tal-1930. Bħal ħafna millformazzjoni li nirċievu fis-Soċjetà, din il-pubblikazzjoni hija millmembri għall-membri. Il-membri li jintalbu jiktbu xi artiklu jagħmlu dan b’ħafna ġenerożità għax kultant dan jitlob sforz, speċjalment meta 4

wieħed ikun issikkat fil-ħin jew l-ideat qishom jinxfu. Imma minkejja kollox u bl-għajnuna ta’ ħafna l-Kalendarju jibqa’ joħroġ u jibqa’ jkun mezz ieħor fil-formazzjoni tal-membri u l-Kandidati. Wieħed jistaqsi kemm din ir-rivista qiegħda fil-fatt tinqara. Wisq probabbli ħadd m’għandu risposta eżatta u reali għal din il-mistoqsija. Li hu żgur hu li, jekk membru jemmen li din ir-rivista tagħmlu jħobb u torbtu iktar mas-Soċjetà, allura dan ifittex li jirċievi l-Kalendarju Museumin u jaqrah minn qoxra sa qoxra għax iħobb it-tagħlim u jieħu pjaċir b’dak kollu li hu tas-Soċjetà. Rubriki Ġodda Għal din is-sena qed jiġu introdotti xi rubriki ġodda filwaqt li mhux ser jibqgħu jidhru oħrajn li dehru filpassat. Għall-faċċata din is-sena ser ikollna xogħlijiet ta’ arti minn epoki u artisti differenti marbutin masSamaritan it-Tajjeb fid-dawl talĠublew Straordinarju tal-Ħniena. F’kull ħarġa ser ikun hemm artiklu marbut mal-opra tal-arti li tkun qed tidher fil-faċċata ta’ dik il-ħarġa partikulari. Ser ikollna rubrika jisimha ‘MilLaqgħa tal-Erbgħa’ fejn ikollna artiklu fuq xi taħdita li tkun saret waqt il-Laqgħa Ġenerali u li minħabba l-kontenut tagħha jkun tajjeb li wieħed ikompli jaħseb fuqha permezz ta’ artiklu miktub.


Rubrika ġdida oħra ser ikun jisimha ‘Il-Klassiċi fil-MUSEUM’ u fiha se jkollna artikli fuq kotba klassiċi li matul iż-żmien fis-Soċjetà kienu ta’ għajnuna kbira għallformazzjoni soda tal-membri. Permezz ta’ hekk nixtiequ nħajru lill-membri tal-lum biex jaqraw dawn il-klassiċi li għadhom u ser jibqgħu essenzjali għal min jixtieq jieħu l-ħajja spiritwali tiegħu bisserjetà. Alla jkun qed ibierek lisSoċjetà kieku kull membru matul din is-sena jaqra wieħed minn dawn il-kotba li ser ikunu qegħdin jidhru fir-rubrika. ‘Mort Irtir’ hija rubrika ġdida oħra fejn xi membri li jkunu ħadu sehem f’irtir ta’ tmiem il-ġimgħa jiktbu fil-qosor ir-riflessjonijiet tagħhom wara li jkunu ħarġu mill-irtir. Dan biex il-frott li blgħajnuna ta’ Alla jkun ħareġ millirtir jinqasam mal-oħrajn. Hija drawwa sana li xi Superjuri flaħħar ftit tal-Assenjatur jitolbu lil membru li jkun għadu kif mar irtir biex jaqsam ma’ sħabu tal-Qasam dak li jkun għadda minnu f’dawk il-ftit jiem fis-skiet ma’ Ġesù. Għandna wkoll żewġ rubriki li għandhom jgħinu fil-formazzjoni morali u teoloġika tal-membri. Fl-ewwel rubrika ser ikollna każ morali f’kull ħarġa. Iktar

tard dawn il-każijiet jistgħu jiġu assenjati fl-Assenjatur bħala parti mill-materja tal-Morali. It-tieni rubrika msejħa ‘Missjoloġija’ ser tkun intiża biex jinkitbu u jinqraw artikli ta’ natura missjoloġika li permezz tagħhom inkomplu niġu introdotti għal din il-fergħa fit-Teoloġija li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed issir importanti mhux biss għas-Soċjetà tagħna imma wkoll għall-istess Knisja. Nixtiequ fl-aħħar nett nistiednu lill-membri u l-Kandidati kollha biex jiktbu riflessjonijiet qosra li permezz tagħhom huma jħossu li jkunu qed jgħinu lill-membri l-oħra fl-għejxien tal-vokazzjoni Museumina. Dan jista’ jsir anke wara li membru jkun ħa sehem f’xi attività tas-Soċjetà u jkun jixtieq jikteb dwarha u dwar kif laqtitu b’mod personali. Dawn l-artikli qosra ser jibdew jidhru fir-rubrika ‘Il-Membri Jiktbu’. Jalla l-ħarġiet tal-Kalendarju Museumin ikomplu jkunu għal kull membru u Kandidat tasSoċjetà sussidju u għajnuna fiddimensjoni intellettwali, spiritwali u Museumina biex b’hekk inkunu nistgħu niffurmaw lilna nfusna bil-konswegwenza li nkunu kapaċi nagħtu mill-ħażna tajba tagħna. ⧀ 5


10 Snin

mill-Inkorporazzjoni

“L

Snin ta’ Grazzja

-iktar għeżież, is-Sinjur Alla mis-santwarju tiegħu tefa’ l-għajnejn tal-ħniena tiegħu fuqkom, biex jagħżilkom ħaddiema għall-glorja tiegħu u għas-saħħa tal-bnedmin fit-tagħlim u fl-eżemplarità.” Dan il-kliem jgħidu s-Superjur Ġenerali fuq il-membri l-ġodda dakinhar talInkorporazzjoni. Għalija dan huwa kliem sabiħ ħafna li smajtu jingħad lili 10 snin ilu u li llum meta nħares lura nimtela b’sens kbir ta’ radd il-ħajr lil Alla. Inħoss li għandi nitlob: “Grazzi lil Alla dejjem u kullimkien għax kollox bil-ħila tiegħu u għax Hu tefa’ għajnejh fuqi.”

Iż-żmien jgħaddi u b’xi mod nissorprendi ftit ruħi meta niġi konxju li ili 10 snin membru fis-Soċjetà tal-MUSEUM. Jien niddeskrivihom bħala snin ta’ grazzja, snin bis-sabiħ u bl-inqas sabiħ, imma fuq kollox snin li fihom ħassejt l-imħabba ta’ Alla. Żgur li kienet l-imħabba ta’ Alla li mexxietni u wasslitni sa hawn. Kif jgħid il-Papa Franġisku flEżortazzjoni Appostolika tiegħu Il-Ferħ tal-Vanġelu: “Imma x’imħabba hi dik li ma tħossx il-ħtieġa li titkellem dwar ilpersuna maħbuba, tippreżentaha, tagħmilha magħrufa?” Grazzi, Mulej, talli bil-ħniena u l-providenza tiegħek għażiltni biex inkun membru f’Soċjetà li 6

tfittex tagħmlek iżjed magħruf u maħbub.

Minn meta kont fil-klassi talMagħżulin, niftakar ftit qabel iċĊerimonja, kienet ġiet ix-xewqa fija li meta nikber insir Soċju fisSoċjetà. Niftakar li dak iż-żmien, ta’ Magħżul li kont, mort kellimt lisSuperjur u wrejtu bix-xewqa li kelli. Niftakar kien qalli: “Għadek żgħir għal deċiżjoni bħal din imma minn issa ibda itlob lil Alla din it-talba kuljum: ‘Mulej, urini xi trid minni.’ U jurik.” Kont abbati fil-parroċċa u kont impenjat ħafna. Però niftakar li darba s-Soċju Salvu Cassar, illum anzjan mimli bl-għomor, qalli: “Ibda ħu l-MUSEUM b’iktar serjetà u tara kemm il-Mulej jurik


affarijiet sbieħ.” Nammetti li dak iż-żmien ma fhimtux x’ried jgħid eżatt. Li naf hu li kont iddeċidejt li nieqaf minn abbati għax bdejt ninduna li minħabba l-laqgħat tal-abbatini li kien ikollna s-Sibt filgħodu ma kontx nista’ mmur ngħin fix-xogħol tal-Qasam. U jien dan ma ridtx nitilfu għax tant kont nieħu pjaċir nagħti daqqa ta’ id f’dak kollu li kien hemm bżonn fil-Qasam minkejja li kont għadni żgħir. Mill-età ta’ 15-il sena s-Superjur kien tani klassi fl-ewwel xift. Kuljum kont nipprepara għaliha, kuljum naħseb fuqha, kuljum nara x’nista’ nagħmel ġdid għall-klassi. Nista’ ngħid li l-klassi kienet waħda mill-affarijiet li żammitni għaddej fis-Soċjetà. Fil-Qasam fejn trabbejt kien hemm Soċji li, minkejja li qatt ma għallmuni minn wara xi mejda jew minn fuq xi pulptu, għallmuni bleżempju. Dejjem għallmuni nħobb iżjed lis-Soċjetà. Kont narahom jaħdmu u jistinkaw biex itejbu l-ambjent tal-Qasam, jagħmlu sagrifiċċji kbar permezz tal-għotja kontinwa ta’ ħinhom u flushom. Kont narahom jippreparaw għallklassi u għall-Assenjatur. Dawn kollha kienu elementi li nħoss li għenuni fil-formazzjoni tiegħi.

Ir-Responsorju kien xi ħaġa li kont nistenna minn Sibt għal ieħor u dan ħa prijorità fil-ħajja tiegħi. Niftakar li darba d-Direttur kien qalilna li l-Kors tar-Responsorju kien ser jitwal b’sena u kien se jsir tliet snin. Filwaqt li fraħt għax veru kont nieħu pjaċir, fl-istess ħin kont inkwetajt għax kien ser ikolli nistenna sena oħra ‘żejda’ biex ninkorpora. L-iktar mument sabiħ tal-Kandidatura kien meta kellna l-esperjenza missjunarja ġewwa l-Qasam tal-Albanija. Kienet l-ewwel darba li s-Soċjetà ħadet grupp ta’ Kandidati ’l barra minn Malta biex jagħmlu din l-esperjenza. Din għenitni biex nara s-Soċjetà kif taħdem filmissjoni u fil-ġimgħat li għamilt hemmhekk stajt inwessa’ l-viżjoni tiegħi tas-Soċjetà. Meta bħalissa nirrifletti ftit fuq iż-żmien preżenti, jiġini f’moħħi kliem Soċju li kull meta nkellmu dejjem jgħidli: “Jien issa anzjan u ma nista’ nagħmel xejn milli kont nagħmel. Lanqas grotta waħda u sempliċi biex tingħata lit-tfal. Għalhekk l-ikbar parir li nagħtik hu biex taħdem la għadek tiflaħ. Aħdem ħalli jsir il-ġid, kun qrib tat-tfal u ż-żgħażagħ ħalli meta jiltaqgħu miegħek ikunu qegħdin jiltaqgħu mal-Mulej.” Dan il-kliem ta’ ħija fis-Soċjetà ngħożżu fil-qalb tiegħi. 7


Spiss niftakar fil-kliem talFundatur li “qed naħdmu ma’ Sinjur kbir” u meta ż-żmien ma jkunx daqshekk sabiħ għax jibda ġej l-inkwiet niftakar kif kien ikompli din is-sentenza: “… u ma jħallina qatt neqsin minn xejn.” Filwaqt li nirringrazzja lil Alla ta’ kulma għamel miegħi, nixtieq nispiċċa b’sentenza li kien qalli l-Kultur tal-Qasam: “Dak li tiddeċiedi f’mument ta’ dawl tbiddlux f’mument ta’ dlam.” Hija sentenza li dejjem żammitni ffukat u kuntent fis-Soċjetà. ⧀ Brian Psaila

8


Profeti Għax Ngħixu l-Vokazzjoni Tagħna b’Radikalità (L-Ewwel Parti)

N

Mil-Laqgħa Ġenerali

har l-14 ta’ Marzu 2013, jiġifieri l-għada tal-elezzjoni tiegħu biex ikun Isqof ta’ Ruma, il-Papa Franġisku ċċelebra l-Ewkaristija flimkien mal-membri tal-Kulleġġ tal-Kardinali fil-Kappella Sistina. Għalkemm għaddew aktar minn sentejn u l-Papa tant qal u għamel affarijiet sbieħ, profetiċi u ta’ sfida li kienu fil-headlines jew li semmejna fil-laqgħat tagħna, xorta waħda nħobb immur lura għal dak li, ċertament imnebbaħ mill-Ispirtu, huwa qal f’dak l-ewwel jum.

Fl-omelija qasira tiegħu huwa saħaq fuq li nimxu flimkien, li nibnu flimkien il-Knisja u li nistqarru flimkien dak li nemmnu. Huwa qal: “Mixja, bini u stqarrija... Ħajjitna hija mixja u meta nieqfu hemm xi ħaġa ħażina. Nimxu dejjem fil-preżenza tal-Mulej, fiddawl tal-Mulej... Nibnu l-Knisja. Jissemma l-ġebel, ġebel sod imma ġebel ħaj, ġebel midluk millIspirtu s-Santu. Li nibnu l-Knisja, l-Għarusa ta’ Kristu, fuq dik ilġebla tax-xewka li hija l-Mulej stess... It-tielet, nistqarru: Aħna nistgħu nimxu kemm irridu, aħna nistgħu nibnu tant ħwejjeġ, imma jekk ma nistqarrux lil Ġesù Kristu hemm xi ħaġa ħażina. Insiru bħal organizzazzjoni non-governattiva

(NGO), imma mhux il-Knisja, l-Għarusa tal-Mulej. Meta ma timxix, tieqaf. Meta ma tibnix fuq il-blat, x’jiġri? Jiġri dak li jiġri lit-tfal fuq ix-xatt meta jagħmlu l-kastelli bir-ramel u jaqa’ kollox.” Dawn l-aspetti li l-Papa Franġisku saħaq dwarhom anqas minn erbgħa u għoxrin siegħa wara l-elezzjoni tiegħu fil-Konklavi li għażlu biex ikun il-Papa – mixja, bini u stqarrija – jagħtuna dawl sabiħ biex nidħlu fis-suġġett tagħna. Il-ftuħ tassew għall-ħidma tal-Ispirtu s-Santu aħna u ngħixu l-vokazzjoni Museumina twassal biex il-mixja spiritwali tkun waħda dinamika u paskwali bħal dik minn Għemmaws għal Ġerusalemm 9


minn Kleofa u d-dixxiplu l-ieħor. Tkun ukoll esperjenza fejn nikbru spiritwalment. Din il-mixja twassalna biex kuljum infittxu li ninżlu aktar fil-fond fl-ispiritwalità tagħna, skont il-kariżma speċifika tagħna – jiġifieri kif Alla jridna ngħixu l-vokazzjoni tagħna b’mod profetiku, kif din waslet għandna permezz ta’ San Ġorġ Preca.

Min Hu l-Profeta? Ngħid għalija, waħda mill-isbaħ deskrizzjonijiet dwar min hu l-profeta li qatt iltqajt magħhom hija dik ta’ Elie Wiesel. Fil-ktieb tiegħu Five Biblical Portraits, Wiesel jgħid hekk dwar il-profeta: “Min hu l-profeta? Xi ħadd li qiegħed ifittex – xi ħadd li huwa mfittex. Xi ħadd li jisma’ – u li hu mismugħ. Xi ħadd li jara lill-bnedmin kif inhuma – u kif suppost ikunu. Xi ħadd li jirrifletti ż-żmien li fih jgħix, imma li jgħix barra minn żmienu. Il-profeta huwa dejjem imqajjem, dejjem attent; qatt ma hu indifferenti, speċjalment quddiem l-inġustizzja... Huwa l-messaġġier ta’ Alla lill-bniedem, u b’xi mod isir il-messaġġier talbniedem lil Alla. M’għandux kwiet, u ma jħallix lil ħaddieħor fil-kwiet, qiegħed dejjem jistenna sinjal, sejħa. Rieqed, jisma’ l-ilħna u jimxi wara viżjonijiet; il-ħolm li joħlom mhuwiex tiegħu. Spiss huwa ppersegwitat, dejjem maħkum millansjetà, jinsab waħdu – anke meta jkellem il-folol, meta jitkellem ma’ 10

Alla jew miegħu nnifsu... Hemm xi ħaġa teatrali fih; donnu jirreċita linji miktubin minn ħaddieħor. U madankollu, biex ikun profeta, irid jinżel sal-qiegħ nett tiegħu nnifsu. Biex Alla jgħammar fih jew jippenetrah – jew jinvadih – irid ikun tassew, awtentikament, hu nnifsu. U għalhekk id-dimensjoni traġika tal-profeta: meta jasal sal-quċċata tal-għarfien tiegħu nnifsu (selfrealization), jagħti lilu nnifsu lil Alla. Aktar ma jgħix, aktar jappartieni lil Alla li jitkellem permezz tal-leħen tiegħu u jinqeda bih bħala rabta, bħala pont u strument.” Ikun tajjeb li niffukaw ftit fuq profeta wieħed biex l-esperjenza tiegħu u xi kliem tiegħu jgħinuna fir-riflessjoni tagħna. Għażilt il-profeta li l-aktar li niltaqgħu miegħu fil-Liturġija: Isaija. Se nieqfu fuq ħames mumenti fl-esperjenza tiegħu. (1) Isaija jħoss li ma jistħoqqlux li jkun imsejjaħ minn Alla. U min minna jistħoqqlu? Aħna x’aħna? Mhux qabda miżerja u ħmieġ? Fis-sejħa tiegħu Isaija jgħid: “Jaħasra għalija! Mitluf jien! Bniedem b’xufftejh imniġġsa jien! U f’nofs poplu b’xufftejh imniġġsa ngħammar; madankollu rajt b’għajnejja lisSultan.” (Is 6, 5) F’Is-Sakrarju talIspirtu ta’ Kristu San Ġorġ Preca jikteb: “Kull bniedem huwa miżerja, u miżerja jibqa’ sakemm ma jkunx għażel ’il Ġesù b’imgħallem tiegħu


u b’sinjur tiegħu, b’tabib tiegħu u b’ragħaj tiegħu.” Tapprezzaha s-sejħa tiegħek? Tapprezza s-sejħa ta’ ħutek is-Soċji l-oħra? Kemm qed tieħu ħsieb is-sejħa tiegħek u tikkultivaha? Kemm qed tappoġġja lil seħbitek fis-sejħa tagħha?

(2) Isaija jeħtieġ il-purifikazzjoni li jilqa’ b’umiltà għax jaf li din it-tisfija jeħtieġha: “Wieħed mis-serafini ttajjar lejja, b’ġamra nar f’idu, li hu kien qabad bi mqass minn fuq l-artal, u messli fommi biha u qalli: ‘Ara, din messitlek xufftejk: ħżunitek għebet u dnubek inħafer.’” (Is 6, 6-7) Il-Mulej biss għandu l-qawwa li jippurifikak. Smajna l-esperjenza ta’ Isaija u l-ġamra tan-nar li qerdet il-ħażen tiegħu u ħafret id-dnub tiegħu. Jiġuni f’moħħi esperjenzi oħra bħal dik ta’ Mosè quddiem in-nar iħeġġeġ, jew Sawl fit-triq ta’ Damasku u s-snin twal ta’ purifikazzjoni li għadda flGħarabja qabel ma ntefa’ b’ruħu u ġismu għall-appostolat. Fil-ktieb Il-Kalċi tal-Morr San Ġorġ Preca jgħid: “Kif bin-nar jiġu mġarrbin id-deheb u l-fidda, hekk il-fidi talbniedem tiġi mġarrba bis-sofferenzi li jikxfu ’l min tassew iħobb u ’l min tassew jobgħod.” Kemm qed tagħraf il-ħtieġa tal-purifikazzjoni? Ejjew inkunu ċari. Jistgħu jaħkmuna s-suppervja, l-awto-suffiċjenza u l-kompjaċenza. Is-susa ta’ dawn l-atteġġjamenti tikolna minn ġewwa. Kif se nilqgħulha din is-susa, fuq livell ġenerali u fuq livell personali?

11


(3) Minkejja dgħufitu, jisma’ l-vuċi tal-Mulej u joffri d-disponibbiltà tiegħu: “Imbagħad smajt leħen Sidi jgħid: ‘Lil min se nibgħat? Min se jmurilna?’ U jien weġibt: ‘Hawn jien: ibgħat lili!’” (Is 6, 8) Din hija d-disponibbiltà, il-libertà tal-qalb li permezz tagħha int tkun lesta tmur fejn hemm bżonn, anke f’dak il-Qasam li tpoġġih l-aħħar fil-lista tal-preferenzi tiegħek. Il-profezija li mhix profezija falza tissarraf f’li tagħmel li hemm bżonn u mhux dak li tieħu gost tagħmel. Tfisser li ma tagħżilx. Santa Tereża tal-Bambin Ġesù kienet tgħid: “Jien bħal ballun. Il-Mulej jista’ jitfagħni fejn irid. Jista’ wkoll iħallini f’rokna. Kollox f’idejh.” Disponibbiltà tfisser li ma noħloqx diffikultajiet biex niċċaqlaq. M’hemmx bżonn inġibha bi kbira. Kultant inġibuha wisq bi kbira, qisna se nġorru: jonqosna biss inċemplu lil dawk li jġorru l-għamara!

F’dawn it-tliet mumenti - ‘Mulej, ma jistħoqqlix’, ‘Mulej, naddafni’ u ‘Mulej, hawn jien’ - hemm kull waħda minna. Għalhekk f’qalbek tista’ tgħid: “Jien ma jistħoqqlix; neħtieġ il-purifikazzjoni. Hawn jien, Mulej, ibgħatni.” U dan m’għandux ikun kliem ta’ darba, meta inkorporajt, jew meta obdejt u mort f’Qasam partikulari, jew meta ħassejt il-ħtieġa tal-fejqan. Huwa kliem ta’ kuljum. Biex tinżel fil-fond, biex tinżel sal12

għeruq tas-sejħa, huwa meħtieġ li tfakkar lilek innifsek kuljum. Tidrax. Jekk tidra, se tinsa. U jekk tinsa, se tiddakkar mid-dinja. U jekk tiddakkar, se titlef l-imluħa tiegħek, u – kif jgħid l-Imgħallem tagħna – għal xejn ma tibqa’ tajba ħlief biex tintrema barra u tintrifes min-nies.

Huwa dejjem meħtieġ inħaffru filfond u nfittxu l-għeruq tagħna. Din hija r-radikalità – immorru għallgħeruq. Il-Papa Benedittu XVI darba qal: “Huwa sinjal pożittiv meta l-komunitajiet jagħżlu li jmorru lura lejn il-bidu u jgħixu b’mod li aktar jaqbel mal-ispirtu tal-fundaturi tagħhom. Tista’ tgħid li fil-kapitli ġenerali kollha tal-istituti reliġjużi li saru dan l-aħħar, it-tema kienet preċiżament kif għandna niskopru mill-ġdid il-kariżma tal-bidu bilħsieb li din tiġi inkarnata u mġedda fiż-żmien ta’ issa.”

(4) Aktar tard fl-esperjenza tiegħu, Isaija jesprimi biża’ u ansjetà: “Viżjoni kiefra kienet murija lili. Il-ħalliel jisraq; il-qerried jeqred! ... Għalhekk inħossni mkexkex f’ġenbejja; nitkagħweġ bħal mara fil-ħlas. Inħossni mħawwad wisq biex nisma’, imbellah wisq biex nara! Moħħi storda, qabadni t-tkexkix, kont nixtieq li jaqa’ l-lejl, u issa sirt nibża’ minnu!” (Is 21, 2-4) Ma tarax forsi lilek innifsek f’dan ilkliem? U jekk dgħajfa tant, kif tista’ tkun profeta li tgħix is-sejħa b’mod


radikali? Però tinsiex li fil-Liturġija tal-Martri (fil-Prefazju tal-Quddiesa) għandna espressjoni sabiħa: “Mulej, int turi l-qawwa tiegħek sewwasew fejn hemm id-dgħajjef biex ikun jista’ jixhed għalik.” Jekk taċċetta l-fatt li int dgħajfa u kollok miżerja... jekk taċċetta li kollox ġej mill-Mulej, ilMulej jaf kif jiddobba bik. Ftakar fil-kliem ta’ San Ġwann il-Battista: “Jeħtieġ li jikber hu u niċkien jien.”

Matul l-esperjenza vokazzjonali tiegħek int idduq l-imrar jew in-nixfa. Jista’ jkun li tħossok waħdek, anke jekk hemm folla nies madwarek. Tħossok forsi mitluf, jew abbandunat, jew waħdek, jew frustrat u tagħżaq fl-ilma. Tasal biex tokrob krib u tagħmel mistoqsijiet li jixbhu dak li naqraw fl-esperjenzi ta’ bnedmin differenti kif twassalhomlna l-kelma ta’ Alla.

(5) Fil-Ktieb tal-Profeta Isaija nsibu l-kliem: “Għassies, fiex inhu l-lejl?” (Is 21, 11) Hekk staqsew ħerqana għal darbtejn l-Edomiti (minnofsinhar ta’ Ġuda), li kienu mxekkla fl-eżilju tal-Babilonja, lill-profeta biex jaraw kemm se ddum it-tbatija tal-jasar. Din l-istess mistoqsija nagħmluha aħna, l-Insara ta’ rieda tajba li mhux l-ewwel darba naħbtu naqtgħu qalbna minħabba d-dalma ta’ madwarna. Huwa minnu li naraw b’għajnejna l-prattika reliġjuża li qed tonqos. Issewdu qalbkom għax qed tonqsu fin-numru, jew għax kellkom

tagħlqu xi Oqsma. Insewdu qalbna meta t-tagħlim ta’ Ġesù, il-valuri talEvanġelju u l-Maġisteru tal-Knisja jiġu kkontestati. Stili ta’ ħajja li huma f’kuntrast mal-Liġi ta’ Alla bdew jiġu aċċettati mis-soċjetà ta’ madwarna. Naraw nies li nafu jew li jiġu minna li jabbandunaw il-fidi. Quddiem dawn il-fenomeni bir-raġun tibqa’ tidwi f’widnejna l-mistoqsija: “Għassies, fiex inhu l-lejl?” Il-mixja spiritwali tagħna tiltaqa’ ma’ diffikultajiet.

Inkunu boloh, inkunu bħax-xebbiet li ma ħadux żejt magħhom, inkunu bħal dak li bena daru fuq ir-ramel, jekk ngħixu bħallikieku kollox għadu kif kien ħamsin sena ilu. Wieħed irid jaqra l-Ittra Appostolika Il-Bieb talFidi (Porta Fidei) tal-Papa Benedittu XVI dwar is-Sena tal-Fidi, kif ukoll l-Ittra Pastorali tal-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex għall-bidu tas-Sena talFidi (Ottubru 2012), u jirrifletti dwarhom fil-kuntest tal-lum. Nagħmlu dan bl-atteġġjament ta’ min qiegħed ifittex id-dawl tal-Mulej, ta’ min mhux jirrassenja ruħu imma jkompli jagħmel il-mistoqsijiet, ta’ min ikompli – b’determinazzjoni u b’fedeltà – il-mixja Nisranija, anke jekk xi kultant fid-dalma jkompli jistaqsi lilu nnifsu: “Għassies, fiex inhu l-lejl?” ⧀ Dun Hector Scerri

13


Salm Vanġeliku tas-Sirjaku

I

Qrajt Ktieb tal-Fundatur

s-Salmi spiss nisimgħuhom jinqraw u min jaf kemm-il darba tlabna bihom aħna stess. Tant inħossuhom jerfgħuna f’Alla! U l-Knisja, minkejja li nkitbu fi żmien tant imbiegħed, għadha tużahom sal-lum fil-Liturġija tagħha, l-aktar fil-Quddiesa u fl-Uffiċċju tas-Sigħat fejn huma parti essenzjali.

Imma x’għandhom is-Salmi differenti minn forom oħra ta’ talb? Fit-tifsir li nsibu fittraduzzjoni ta’ Saydon hemm miktub li s-Salmi huma poeżija ta’ poplu fuq ruħu u mimli passjoni. Il-lingwaġġ jesprimi ħeġġa u sinċerità, tama u sentimenti oħra. Imma meta nkitbu r-Rivelazzjoni kienet għadha mhix kompluta. Ma kienx hemm idea ċara f’ħajja oħra. Il-poplu kien jemmen li Alla hu kollox għalih u f’kull ħtieġa kien idur lejh b’qima u fiduċja.

Il-Fundatur juża din il-forma letterarja ta’ talb mill-aktar ħaj u oriġinali biex jesprimi l-fidi u l-imħabba tiegħu lejn Alla. Is-Salm hu msejjaħ Vanġeliku għaliex il-Fundatur isaħħaħ kull affermazzjoni li jagħmel b’versi mill-Evanġelju, ħafna drabi 14

kkwotati kelma b’kelma. U għaliex hu msejjaħ tas-Sirjaku? Hawnhekk il-Fundatur qed jagħmel referenza għal San Efrem tas-Sirja, qaddis tar-raba’ seklu li hu meqjus bħala l-aqwa awtur ta’ żmienu fejn jidħlu Salmi, talb u prietki bil-lingwa Sirjaka bid-djalett Aramajk. Hu vvenerat ħafna filKnisja Ortodossa Sirjana.

Diffiċli li timmaġina ktieb li, minkejja li hu miktub f’forma ta’ talb mill-iktar intimu bejn żewġt iqlub li jinħabbu, fih issib ukoll prattikament l-artikoli essenzjali kollha tal-fidi u d-dmirijiet morali bażiċi magħġunin mal-elementi spiritwali tal-fidi Nisranija u mżewqin b’talb ta’ adorazzjoni, ringrazzjament, maħfra u interċessjoni. Mhux hekk biss, imma minflok il-lingwaġġ tqil u


akkademiku li nsibu fit-trattati tad-Dommatika u tal-Morali Dun Ġorġ juża bosta kwotazzjonijiet mill-Vanġelu li aħna nafu sewwa u allura dak li huwa jkun qed jitkellem fuqu tista’ tifhmu mingħajr tbatija, tirriflettih u tiftakru.

Ma naħsibx li dan hu ktieb li wieħed jaqrah malajr malajr u jkun kuntent li qrah u forsi ma jħarisx lejh iżjed. Bħalma jagħmlu s-saċerdoti li s-Salmi għalihom huma mqassma fuq erba’ ġimgħat, ta’ min jaqbdu f’idejh spiss u jimmedita ftit minn dawk ittalbiet indirizzati lejn Ġesù. Żgur li din il-forma ta’ meditazzjoni tista’ tkun mod effikaċi biex issaħħaħ u tqawwi l-fidi u l-imħabba lejn Ġesù. Nibdew nistaqsu lilna nfusna jekk il-fidi tagħna hix wisq fl-isfera akkademika tat-tagħlim tal-Assenjatur u għadha ma niżlitx biżżejjed f’qalbna biex tqanqalna nkellmu lil Ġesù kif kien ikellmu Dun Ġorġ. Jekk inti wieħed minn dawk ilħafna li qatt ma ltaqgħu u semgħu lill-Fundatur f’ħajtu u qed tfittex li tiskopri lil Dun Ġorġ u l-qdusija tiegħu mill-kitba tiegħu, ngħidlek li dan hu ktieb li mhux biss għandek taqrah imma żżommu dejjem qrib biex ftit ftit tiskopri l-għerf u l-ispiritwalità tal-Fundatur. F’dan is-Salm huwa jidħol f’kollokju

ma’ dak li kien l-oġġett uniku ta’ mħabbtu, janalizza l-veritajiet kollha tan-natura divina u umana ta’ Kristu u jfakkar lil Ġesù dwar dak kollu li għamel u għadda minnu bħalma aħna kull tant żmien, meta nkunu passiġġata jew qed nistrieħu x’imkien, nerġgħu infakkru, min jaf kemm-il darba, episodji li sħabna jkunu għaddew minnhom. Il-ħbieb hekk jagħmlu. Inti tkun qed tieħu pjaċir tiffriska l-memorja ta’ sieħbek dwar dawk l-affarijiet kemm sbieħ u kemm koroh li jkunu għaddew imma mhux ta’ min jinsiehom. Hekk kien jagħmel il-Fundatur ma’ Ġesù.

Diversi drabi l-Fundatur jitkellem fuq il-ħniena ta’ Alla li bagħat lil Ibnu stess biex jifdi l-bniedem mittelfien ta’ dejjem. Għalhekk jibda s-Salm bil-kliem li tkanta l-Knisja: “O ħtija feliċi...” U hawnhekk filqosor jiġbor it-tagħlim ewlieni fuq Kristu biex imbagħad jgħidilna: “Lilkom insejjaħ u lilkom nistieden biex tissieħbu miegħi biex nagħrfuh dejjem u kullimkien b’re tagħna.”

Forsi nistaqsu: “Għaliex jgħid ‘re tagħna’ u mhux ‘Alla tagħna’ jew ‘salvatur tagħna’?” Għax f’dan isSalm il-Fundatur donnu jenfasizza l-mibegħda ta’ Satana lejn Alla u lejn il-bniedem u l-avveliment tiegħu wara li ħaseb li għamel rebħa kbira bil-waqgħa ta’ Adam 15


u Eva filwaqt li minn din l-istess waqgħa Alla ġab rebħa li Satana la qatt basar u lanqas qatt emmen li tista’ ssir. Għaliex hu, fis-suppervja tiegħu, qatt u qatt ma kien jistenna li Alla stess, it-tieni persuna tatTrinità, kien se jumilja daqshekk ruħu li jsir bniedem bħalna. Nistgħu hawnhekk nifhmu ftit l-imħabba li l-Fundatur kellu lejn il-Verbum Dei, għax diversi drabi jerġa’ jirrifletti fuq il-ħniena kbira ta’ Alla li bagħtilna lil Ibnu Ġesù biex jeqred is-saltna ta’ Satana.

Qabel jibda jfaħħar lil Kristu, Dun Ġorġ l-ewwel jgħaddi ħafif ħafif fuq it-Trinità fiha nfisha u fuq il-Madonna u wara jdawwar il-ħarsa tiegħu lejn l-umiltà ta’ Kristu. Mela qabel ma jibda jindirizza lil Ġesù huwa jagħmel bħal prologu twil u jgħid għaliex l-Iben ta’ Alla sar bniedem, min hi din il-persuna divina, x’inhi r-relazzjoni tagħha mal-persuni l-oħra. Wara dan jibda jindirizza direttament lil Ġesù u jsemmi serje ta’ veritajiet li jibdiehom bil-kliem: “Aħna nafu min int. Għalhekk nadurawk. B’kuntrast ma’ dak li għamel Satana li ried jisraq l-unur mingħand Alla, aħna naffermaw li Lilu biss irridu naqdu u naduraw.” Imbagħad jissokta jgħid lil Ġesù: “Missirijietna rawk tibki, tinkorla, tifraħ, tittratta mal-midinbin. Rawk fuq is-salib, imma wkoll rawk rebbieħ fuq il16


mewt. Ġesù, inti mgħallem taddinja u għallimtna li ma nistgħux nirbħu l-ġenna jekk fid-dinja ma niħdux bħalek sentenza ħażina.” Nafu kemm Dun Ġorġ kien iħobb ixebbah lil Ġesù ma’ persunaġġi mill-Antik Testment u għalhekk hawnhekk jagħmel diversi tixbihat u jsemmi lil Noè, Ġona, Abel, Melkisedek u oħrajn. Kif għedna, filwaqt li jkun ikellem lil Ġesù erħilu jiġbed tagħlimiet u jagħti raġunijiet, hu li kien dejjem jisħaq li meta ngħallmu għandna nagħtu bażi u motivi ta’ kredibiltà.

Kemm huma sbieħ il-paġni li fihom il-Fundatur juri kemm kien midħla tal-Evanġelju. F’paġna minnhom jgħid: “Min jistudjak fl-istorja jarak kbir tawmaturgu .... Jarak tabib, ragħaj, seftur, ħaddiem, duttur u majjistru, imħallef, konsulatur u re.” U mbagħad għal kull titlu jsemmi s-silta relattiva mill-Evanġelju biex wara jerġa’ jintilef fuq it-Trinità u n-natura divina ta’ Ġesù.

Imma jekk irridu tassew naraw u nirriflettu kemm kien iħobb il-persuna ta’ Ġesù, irridu nimmeditaw minn paġna 78 ’il quddiem. Fil-paġna msemmija nsibu: “Kull parti ta’ ġismek, o Ġesù, hi għalina oġġett ta’ adorazzjoni. Inħarsu lejn riġlejk ....” U hawn jibda jitkellem fuq riġlejn Ġesù: dwar x’għamlu,

min rahom u kemm batew: “Min jgħodd il-passi tagħhom fil-mixi tiegħek biex temmejt ilmissjoni tiegħek! Riġlejk Marija Madalena, niedma fuq dnubietha, xarrbithom bid-dmugħ ta’ għajnejha u xxuttathomlok bixxagħar tagħha.”

Dwar l-idejn: “Xi wħud minn missirijietna raw idejk jagħmlu jew jagħġnu t-tajn u jidilku bih għajnejn l-imwieled agħma.” U hekk kif jispiċċa din il-parti fuq l-idejn ta’ Ġesù, meta jsemmi lil Tumas li ried idaħħal sebgħu fittoqob tal-imsiemer biex jemmen, imur dritt fuq il-fidi għax Ġesù qallu li hienja huma dawk li ma rawx u emmnu. Fl-aħħar jesklama: “Kemm u kemm għandna motivi ta’ kredibiltà, kemm għandna raġunijiet li nemmnu!” U xi ngħidu għall-imħabba talFundatur għall-wiċċ ta’ Ġesù? “Rawh ir-ragħajja ta’ Betlem; rawh il-maġi u malli rawh intefgħu b’wiċċhom mal-art u adurawh. Agħmel, o Ġesù, li meta dan il-wiċċ narawh l-ewwel darba f’mewtna, ma narawhx inkurlat għalina, iżda ta’ ħabib.” Kemm huma sbieħ dawn ilħsibijiet dwar il-widnejn ta’ Ġesù: “Semgħu l-vuċi tal-Missier tiegħek tas-sema, il-vuċi ta’ ommok Marija, il-ferħ tal-Hosanna fid-daħla 17


Meta jagħlaq din il-parti l-Fundatur jara l-għerf ta’ Alla u dan jarah fittwaqqif tas-Sagrament tal-Qrar. Jitkellem fuq il-ġid li jiġi mill-Qrar u l-bżonn li aħna nistqarru dnubietna biex is-saċerdot ikun jista’ jagħtina l-maħfra. Interessanti wkoll li hawn il-Fundatur isemmi kważi fid-dettall l-elementi kollha talQrar u per konsegwenza jaħseb fuq il-kruha terribbli tal-infern. F’ċertu punt Dun Ġorġ jitlob bilħerqa lil Alla biex l-imħabba kbira li wera lejna meta bagħat lil Ibnu fid-dinja biex imut fuq salib għalina ma tisfax fix-xejn. Lil Alla jgħidlu: “Qawwi l-qalb tagħna biex tisħet u tiddiżapprova kull xorta ta’ ħażen .... Iftaħ bil-ħlewwa tiegħek il-qalb tagħna biex nipprattikaw dak li inti għallimtna, biex nimitawk flumiltà u fil-manswetudni tiegħek.”

L

18

L-aħħar paġni ta’ dan is-Salm ilFundatur jiddedikahom lil ommna Marija u fihom jitkellem b’mod speċjali dwar l-imħabba tagħha lejna u l-qawwa tagħha quddiem Alla. Jgħidilha: “O Marija, nitolbuk tgħid lil Alla jagħti lill-bnedmin ilgrazzja li jagħrfuk u li jqimuk għax m’hemmx għajn oħra ta’ ilma li jagħti l-ħajja ħlief il-kelma tiegħek .... O kemm hija grazzja kbira li jagħti Alla lil dawk li jinvokawha, li jivvenerawha, li jitgħaxxqu biddinjità kbira tagħha, li jirrikorru lejha.”

Meta qrajt dan il-ktieb indunajt kemm hawn forom differenti ta’ talb. Irrealizzajt ukoll kemm ilqaddis Fundatur tagħna kien kreattiv biex tana kitba hekk sabiħa u profonda. Lilna ħallielna teżori tassew kbar, mhux biss permezz tas-Soċjetà li waqqaf u r-Regola imma wkoll permezz talkitba tiegħu. X’ħasra li għad hawn membri li ftit li xejn għadhom daqu mill-għana tal-qdusija tiegħu. ⧀ Lawrence Cachia

"O kemm kont umli, o Ġesu' , li ġejt fid-dinja biex tneħħi d-dnubiet tagħha, biex tneħħi s-suppervja tagħha!" Salm Vanġeliku tas-Sirjaku, p.5

L

f’Ġerusalemm, il-biki tan-nisa ta’ Ġerusalemm, it-talba tal-ħalliel ikkonvertit.” Hekk ukoll ikompli fuq l-ilsien, il-qalb u d-demm ta’ Ġesù. Aqbad il-ktieb f’idejk u aqrahom.


Il-Qari tal-Klassiċi Spiritwali

M

Il-Klassiċi fil-MUSEUM

eta wieħed iqalleb l-ewwel Kostituzzjonijiet u Regoli tas-Soċjetà, jiġifieri dawk ta’ qabel l-1916, bilfors ikollu jikkonkludi kemm Dun Ġorġ kien jemmen fis-Soċji u x’idea kbira kellu tal-Oqsma tas-Soċjetà. Minkejja l-livell ġenerali x’aktarx baxx tal-edukazzjoni f’Malta u d-diversità fost il-membri li ħafna minnhom kienu ħaddiema tal-id jew bdiewa, huwa rnexxielu joħloq komunitajiet li l-għan ewlieni tagħhom kien li jitgħallmu. It-taqsim tal-ħin, l-uffiċċji jew ir-rwoli tal-membri, il-lista taloġġetti meħtieġa, kollox juri biċ-ċar li l-ħajja tal-Qasam kienet kollha kemm hi ddur fuq it-tagħlim u mmirata lejn dan l-iskop. It-tagħlim fis-Soċjetà dejjem kien l-għan ewlieni għax Dun Ġorġ kien jemmen li mingħajr tagħlim la ħadd jista’ jsir qaddis u lanqas jista’ jgħallem lill-oħrajn. Għaldaqstant it-tagħlim fisSoċjetà kien isir differenti minn kif kien isir fis-seminarji jew fluniversitajiet fejn it-tendenza kienet li ssir firda bejn il-moħħ u l-qalb, bejn il-forma u l-kontenut, u bejn it-teorija u l-prattika. FlOqsma l-kotba u l-pitazzi, l-għerf prattiku u l-esperjenza tal-ħajja, irriflessjonijiet u t-talb kienu jitħalltu flimkien u jsostnu lil xulxin. Ittagħlim kien jitfittex u jinqasam; ittagħlim kien jingħax u jintalab.

Għalhekk barra mill-qari u l-istudju tal-Iskrittura u tattesti tat-Teoloġija, is-Soċji kienu sostnuti minn kotba klassiċi tal-ħajja spiritwali. Sa mill-bidu kien assenjat qari mill-ktieb L-Imitazzjoni ta’ Kristu tal-Kempis u kien isir użu mill-kotba ta’ San Ġwann tas-Salib. Waqt l-irtiri tal-ewwel Ħadd tax-xahar kien ikun assenjat qari minn klassiċi oħra bħal Tħejjija għall-Mewt ta’ San Alfons Maria de’ Liguori u I­l-Kumbattiment Spiritwali ta’ Lorenzo Scupoli. Is-Soċji bdew ifittxu u jiskopru kotba oħra bħal La Vera Sposa di Gesù Cristo u Pratica di Amare Gesù Cristo ta’ San Alfons 19


ukoll. Din id-drawwa kompliet fissnin ħamsin u sittin meta l-aktar żewġ kotba li kienu f’idejn is-Soċji u użati fl-Oqsma kienu Ir-Ruħ talAppostolat ta’ Dom Chautard u ItTriq ta’ Josemaria Escrivá.

Aċċess għall-kotba l-membri ma tantx kellhom għax la kien hawn wisq edizzjonijiet u traduzzjonijiet ta’ kotba klassiċi u lanqas ma kien faċli ssib tixtrihom. Kotba bħaddjarju spiritwali ta’ Gerard Groote The Following of Christ u l-ktieb ta’ San Vinċenz Ferrer Tratto della Vita Spirituale donnhom li ma kinux fl-idejn minkejja li l-ispiritwalità tagħhom titfa’ ħafna dawl fuq l-ispiritwalità Museumina. Dawk is-Soċji li kienu jafu bit-Taljan kienu jaqilbu t-testi għall-Malti u jikkupjawhom fuq pitazzi biex Soċji oħra jkunu jistgħu jaqrawhom. Meta wara l-Gwerra fetaħ The Catholic Bookshop ta’ Galea Maniscalco fi Triq l-Arċisqof, il-Belt, is-Soċji saru x-xerrejja ewlenin. Imbagħad xi Soċji bħal Ġużeppi Zammit talQrendi u Ġużeppi Grima ta’ Bormla ħadu l-inizjattiva u bdew iġibu pamphlets u kotba minn barra u jbigħuhom lis-Soċji qabel il-Laqgħa tal-Erbgħa. Fis-snin sebgħin isSoċjetà fetħet il-Librerija Preca, li fost l-ewwel kotba li bdiet iġġib kien hemm is-serje Classics of Western Spirituality tal-Paulist Press. 20

Liema kotba jitqiesu klassiċi? Forsi b’mod l-aktar sempliċi jista’ jingħad li l-kotba klassiċi huma dawk li għalkemm inkitbu għexieren jew mijiet ta’ snin ilu għadhom fl-istampa u għadhom jinbiegħu. Imma għaliex ikun hawn daqstant nies li jfittxu dawn ilkotba, jaqrawhom, jistudjawhom u jitolbu bihom?

Ktieb jitqies klassiku għax jirrappreżenta dak li l-bnedmin ta’ kull żmien ifittxu. Huwa ktieb li mill-ħażna tal-passat għadu jiġbed l-attenzjoni tal-preżent; ktieb li jgawdi l-permanenza tażżmien u r-relevanza ta’ kull żmien. Il-permanenza u r-relevanza ta’ test klassiku mhumiex ġejjin daqstant mill-veritajiet eterni u assoluti li jipproklama, daqskemm mill-kapaċità li għandu li millħażna tiegħu joħroġ dejjem il-ġdid u jirrendi ruħu għal interpretazzjonijiet ġodda u b’hekk jgħaqqad il-passat malpreżent. It-test klassiku għandu ħafna aktar tifsir milli fehem l-awtur innifsu u fi żminijiet differenti jikseb u jirrendi tifsir ġdid. Għaldaqstant ktieb klassiku jibqa’ jappella u fl-istess ħin jipprovoka, jisfida u jittrasforma lill-qarrej. Quddiem test klassiku l-qarrej ikollu jieqaf u jikkonsidra l-qagħda preżenti tiegħu.


Il-qari ta’ dawn il-kotba huwa dejjem diffiċli għax inkitbu fi żmien partikulari u għal udjenza partikulari u allura l-awturi jużaw lingwaġġ, metafori, stil ta’ kitba u forom letterarji komuni għal żmienhom u addattati għalludjenza li għaliha t-test kien intenzjonat. Xi wħud mit-testi (djarji, ittri, noti) lanqas biss kienu intenzjonati għal udjenza wiesgħa u ġew ippubblikati wara l-mewt tal-awtur. Barra minn hekk il-pożizzjoni teoloġika tal-awtur tista’ wkoll tkun tistona għallqarrej, bħall-mod kif il-Kempis iħares lejn il-lajċi jew kif San Alfons iħares lejn il-ħajja temporali. Hawn jidher l-għerf u l-għaqal li dawn il-klassiċi fil-MUSEUM, minbarra li kienu jinqraw misSoċji bħala qari personali tagħhom, kienu jkunu wkoll moqrija u studjati fl-Assenjatur u fl-Irtiri biex b’hekk is-Soċji setgħu jiddiskutu u jinterpretaw it-testi flimkien u jdawlu lil xulxin. ⧀ Natalino Camilleri

21


Xi Linji ta’ Għajnuna għall-Qari tal-Klassiċi Iddisponi ruħek fil-ġabra u bit-talb qabel tibda taqra. It-test hu espressjoni ta’ esperjenza spiritwali li ġarrab l-awtur u l-qari tiegħu għandu jkun ta’ esperjenza spiritwali għalik int u taqra.

Bħala preparazzjoni għall-qari tat-test tista’ tuża għejun oħra li jgħinuk biex tifhem aktar, ngħidu aħna kummentarju fuq it-test, test bin-noti, studji dwar it-test. Sorsi sekondarji jgħinuk tifhem l-awtur fid-dawl ta’ kittieba oħra li qraw it-test qablek. Uża l-prinċipju ta’ selective attention fejn tiltaqa’ ma’ ideat li illum jistonaw jew idarrsu. Mhux bilfors tagħti kas il-Kempis meta jgħid li biex tilħaq ilperfezzjoni trid tħalli d-dinja u tgħix ħajja monastika, imma tista’ tagħżel li tagħti kas ħafna temi oħra li jitkellem dwarhom il-Kempis.

Tkunx ħafif twarrab silta jew ħsieb. Jista’ jkun li dik is-silta tkun qiegħda tistiednek biex twessa’ l-orizzont tiegħek. Żviluppa attitudnijiet ġenerużi u pożittivi lejn it-test. Tkunx biss kritiku lejh imma doċli; tħafferx u teskavax it-test biss imma fannad u xtarr, idħol fit-test u oqgħod hemm; tkunx biss analitiku imma dinamiku, jiġifieri itlob bih u applikah għal ħajtek, ieqaf fuq kelma jew frażi u ħalli l-istess Spirtu li ħadem fl-awtur mijiet ta’ snin ilu hu u jiktibha jaħdem fik illum inti u taqraha.

Kun dixxiplinat, agħżel il-post u sib il-ħin. Ippersevera. Tkunx ħafif titilqu u taqbad ktieb ieħor għax tħossu mhux qiegħed jolqtok għax jista’ jkun li tkun qiegħed taħrab mill-isfida, aktar spiritwali milli intellettwali, li jkun qiegħed joffrilek. Min-naħa l-oħra tħossokx li la bdejtu trid tispiċċah bilfors. Ħu parir minn xi ħadd li jafek u li jaf it-test. Ħu noti int u taqra. Ikteb x’laqtek, ikkopja xi sentenza, ħażżeż xi skema, niżżel xi talba, għamel konnessjoni ma’ xi test ieħor li jiġi f’moħħok, b’mod speċjali mill-Bibbja u minn kittieba spiritwali oħra. Aqra siltiet ma’ qarrejja oħra u ddiskutu flimkien dak kollu li tkunu skoprejtu. 22


Ir-Razziżmu

Każ Morali

Ġlormu ma kienx jissaporti l-preżenza ta’ nies b’ġilda sewda, u jekk jitla’ xi wieħed minn dawn ħdejh fuq tal-linja arah iqum u jmur f’bank ieħor.

X

’nifhmu b’razziżmu jew bi preġudizzju razzjali? Storikament ilpreġudizzju razzjali, fis-sens strett tal-kelma, hu dik il-mentalità li temmen fis-superjorità, determinata bijoloġikament, ta’ razza jew grupp etniku fuq l-oħrajn. Nistgħu wkoll niddiskrivu r-razziżmu bħala t-twemmin li jżomm li ċerti razez għandhom karatteristiċi kulturali distinti determinati minn fatturi ereditarji u li dan jagħti lil dawn ir-razez superjorità intrinsika (ara Kummissjoni Pontifiċja Iustitia et Pax, Il-Knisja u r-Razziżmu: lejn Soċjetà aktar Fraterna, 1988, nru. 2). Il-Knisja tikkundanna r-razziżmu bla riservi. Il-Konċilju Vatikan II jitkellem mir-razziżmu. Hekk fil-Gaudium et Spes naqraw: “Il-bnedmin kollha, imżejnin b’ruħ raġjonevoli u maħluqin xbieha ta’ Alla, għandhom l-istess natura u l-istess oriġini u, mifdijin minn Kristu, għandhom l-istess sejħa u destinazzjoni divina. Għalhekk għandha tkun rikonoxxuta dejjem aktar l-ugwaljanza fundamentali bejn il-bnedmin kollha. Tassew li minħabba l-kapaċità fiżika u

d-differenza fil-qawwa intellettwali u morali, mhux il-bnedmin kollha huma ugwali. Imma fil-jeddijiet fundamentali tal-persuna għandha tintrebaħ u titneħħa kull xorta ta’ diskriminazzjoni soċjali u kulturali minħabba s-sess, ir-razza, il-kulur, il-kundizzjoni soċjali, l-ilsien u r-reliġjon, għax hija ħaġa kuntrarja għall-ħsibijiet ta’ Alla.” (Gaudium et Spes, 29) U d-Dikjarazzjoni Nostra Aetate tgħidilna: “Ma nistgħux insejħu ’l Alla bħala Missier il23


bnedmin kollha jekk nirrifjutaw li nġibu ruħna bħala aħwa ma’ xi wħud mill-bnedmin li huma maħluqin xbieha ta’ Alla.” (Nostra Aetate, 5) Pawlu VI qal xi ħaġa simili f’diskors li kien għamel lillKorp Diplomatiku fl-14 ta’ Jannar 1978. Ir-Rivelazzjoni tinsisti fuq l-unità tal-familja umana. Kienu x’kienu d-destini tal-ġnus differenti, il-bnedmin kollha kellhom bidu komuni u ugwali (ara Atti 17, 26 ss).

Ir-razziżmu ‘popolari’ hu dak ir-razziżmu fost il-poplu li diżgrazzjatament qed jaħkem ħafna nies anke f’dawk il-pajjiżi, bħal Malta, fejn uffiċjalment u legalment ma jeżisti l-ebda razziżmu. Għax ir-razziżmu hu, qabelxejn, kundizzjoni mentali, frott ta’ kultura jew ġrajjiet storiċi li jseħħu madwarna. Dan ir-razziżmu jieħu diversi forom u jesprimi ruħu b’diversi modi. Fejn jidħlu r-refuġjati d-diskors hu kkumplikat. Hemm dawk li huma l-aktar preokkupati bilpreżenza tagħhom u hemm dawk li ma jaħmluhomx ‘bħala razza’. Il-preġudizzju razzjali jew l-imġiba razzista ma jistgħu qatt jiġu aċċettati mill-kuxjenza morali, jgħidilna d-dokument tal-Kummissjoni Pontifiċja Iustitia et Pax tal-1988, Il-Knisja u r-Razziżmu: Lejn Soċjetà aktar Fraterna, nru.1. Dan id-dokument 24

jgħid li l-Knisja tafferma b’qawwa dak li ġie espress fil-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda tal-1965 fejn ġie ddikjarat li “kull duttrina ta’ superjorità msejsa fuq differenzi razzjali hi xjentifikament falza, moralment kundannabbli u soċjalment inġusta u perikoluża” (nru. 6). Bernard Håring iqiegħed irrazziżmu mad-dnubiet li jmorru kontra l-ġieħ u l-unur tal-proxxmu. Wieħed jagħti l-unur li jistħoqq lill-oħrajn fuq il-bażi ta’ veru rispett. Ma tistax tkun razzista u tkun Nisrani tajjeb. Alla għażel li fost il-bnedmin ikun hawn iddifferenzi, mhux biex ikunu għajn ta’ mibegħda u ġlied imma biex iddinja tkun isbaħ, bħall-kuluri talqawsalla. Ġlormu għandu bżonn jifhem dak li jgħid Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika: “Il-bnedmin huma ndaqs essenzjalment minħabba d-dinjità tagħhom bħala persuni u minħabba d-drittijiet li jiġu minn din id-dinjità. Kull sura ta’ diskriminazzjoni li tolqot iddrittijiet fundamentali tal-persuna, minħabba s-sess, ir-razza, il-kulur tal-ġilda, il-qagħda soċjali, l-ilsien jew ir-reliġjon trid tiġi mirbuħa u mwarrba bħala ħaġa li tmur kontra l-pjan ta’ Alla.” (KKK 1935) ⧀ Joe Camilleri


“B’Xejn Ħadtu, B’Xejn Agħtu.” 9-11 ta’ Ottubru 2015

F

Mort Irtir

’din ir-rubrika se nibdew inġibu r-riflessjonijiet ta' xi membri li jkunu attendew irtir ta' tmiem il-ġimgħa. Għal din il-ħarġa qed jiktbulna żewġ membri li ħadu sehem fl-irtir li sar f’Dar il-Ħanin Samaritan u li tmexxa minn Fr. Kevin Schembri. Nixtiequ li permezz ta’ dan il-qsim tal-ħsibijiet personali l-qarrejja jkollhom l-okkażjoni li jduqu ftit mill-esperjenza talirtir kif espressa f’dawn il-paragrafi.

Il-Fedeltà

Fir-riflessjoni dwar it-tema “B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu”, il-predikatur stedinna nieqfu mill-pass mgħaġġel tal-ħajja tagħna. Matul din il-pawsa staqsejna lilna nfusna għalfejn qed ngħixu l-vokazzjoni Museumina, vokazzjoni mmarkata b’ħidma ġeneruża u b’xejn għall-oħrajn. F’xi ħin jew ieħor ilkoll ngħaddu minn mument ta’ dlam u ma nibqgħux naraw ċar. Hu f’dan il-mument li nsiru nixbhu lil Bartimew l-agħma li Ġesù jersaq quddiemu u jistaqsih: “Xi tridni nagħmillek?” (Mk 10, 51) U bħal Bartimew għandna nitolbuh li jgħinna naraw u niftakru kif irċivejna l-vokazzjoni tagħna. Bħalma naqraw fis-sejħa ta’ Mosè (Eż 3, 1-12), nagħrfu li Alla sejħilna. Din is-sejħa li rċivejna fiċ-ċirkustanzi ordinarji tar-rutina ta’ kuljum hi waħda personali u għal pjan speċifiku. Qabel kollox hi sejħa għad-dixxipulat u biex nissieħbu fil-missjoni ta’ Alla għall-bniedem. Fis-sejħa tagħna Alla jissorprendina għax isejħilna

minkejja li ma jistħoqqilniex li nkunu msejħin. Għalhekk flInkorporazzjoni l-Fundatur dejjem ifakkarna: “L-iktar għeżież, is-Sinjur Alla mis-Santwarju tiegħu tefa’ l-għajnejn tal-ħniena tiegħu fuqkom, biex jagħżilkom ħaddiema għall-glorja tal-isem tiegħu u għas-saħħa tal-bnedmin fit-tagħlim u fl-eżemplarità.” 25


L-għejxien tal-vokazzjoni hu mmarkat b’waqgħat u nuqqas ta’ fedeltà. Dan joħroġ ċar fil-ġrajja taċ-ċaħda ta’ Pietru (Lq 22, 5462), ‘il-maħbub Appostlu’ ta’ Ġesù. Fit-tliet ċaħdiet tiegħu Pietru jiċħad li jaf lil Ġesù, jiċħad li kien wieħed mill-Appostli u jiċħad li kien mill-Galilija. Bħal Pietru, meta ma nkunux fidili għas-sejħa tagħna aħna wkoll niċħdu lil Ġesù li sejħilna, niċħdu lill-komunità ta’ membri li jgħixu l-istess vokazzjoni u niċħdu l-għeruq tagħna. Meta ngħaddu minn dawn

l-esperjenzi għandna nitolbu biex titnissel fina attitudni ta’ ndiema li offendejna lil Alla li mingħandu rċivejna kollox.

Quddiem l-infedeltà tagħna, l-istess kif ġara nhar l-Għid il-Kbir mal-Appostli (Ġw 20, 19-23), Ġesù jidħol fil-qalb imsakkra u mudlama tagħna u joffrilna l-paċi tiegħu. Hu jerġa’ jonfoħ l-Ispirtu tiegħu fina u jġeddidna biex inkomplu ngħixu l-vokazzjoni tagħna b’fedeltà, awtentiċità u entużjażmu. ⧀ Ruben Pace

Is-Silenzju u t-Talb Naħseb li lkoll naqblu dwar il-bżonn li wieħed jieqaf għal ftit taż-żmien mir-rutina tal-ħajja. Għalina, membri tas-Soċjetà tal-MUSEUM li għallgrazzja ta’ Alla għandna ħajja attiva ħafna anke fl-appostolat, hu meħtieġ indispensabbilment li nieqfu għal ftit ġranet sabiex insaħħu lilna nfusna u ntejbu r-relazzjoni tagħna ma’ Alla.

Bħal kull Soċju ieħor, kelli stedina mis-Soċjetà sabiex nattendi għal wieħed mill-irtiri li ġew organizzati għall-membri matul din is-sena. Jien mort għal dak li sar f’Ottubru f’Dar il-Ħanin Samaritan u nixtieq naqsam magħkom xi punti li ħassejt kienu ta’ ġid għalija. Mill-bidu nett ilpredikatur insista ħafna dwar l-importanza tas-silenzju. Qalilna li jolqtu ħafna l-fatt illi, għalkemm huwa jkollu l-opportunità li jagħti 26

rtiri lil diversi gruppi, l-uniċi gruppi li jżommu s-silenzju huma dawk tas-Soċjetà tagħna. Qalilna imma illi dan ma jridx ikun silenzju bħal dak li nsibu fiċċimiterju imma silenzju li nsibu fil-monasteri. Dan jgħinna biex niltaqgħu iżjed magħna nfusna filpreżenza ta’ Ġesù Kristu. Minkejja li l-irtir isir b’mod personali, ikun qed isir ukoll bħala grupp u allura rridu ngħinu lil


xulxin bis-silenzju, bl-eżempju, bil-puntwalità u billi nitolbu għal xulxin. Il-kelma li tisma’ applikaha għalik u mhux tgħid li tgħodd ħafna għal xi ħadd illi inti tkun taf. It-talb ikun tajjeb daqskemm tkun fidil lejn il-ħin li tkun iffissajt għalih. Titlaqx qabel. Jekk inti tassew f’relazzjoni ma’ Alla, żomm l-appuntament li tkun għamilt għat-talb. Alla tagħna l-Insara huwa differenti minn Alla tar-reliġjonijiet l-oħra li wkoll jemmnu f’Alla u jmorru jfittxuh huma. Alla tagħna jiġi u jfittixna Hu. Wara li Ġesù qam millmewt mar Hu jfittex lill-Appostli u l-ewwel kelma li qalilhom kienet “Il-paċi magħkom”. Fil-fatt din qalhielhom darbtejn wara xulxin. Fl-Ittra lir-Rumani San Pawl jistqarr li għalkemm kien jixtieq jagħmel it-tajjeb, ħafna drabi kien isib ruħu jagħmel il-ħażin (Rum

20, 19-21). Din hija l-esperjenza tiegħi wkoll. L-istess ġara lil San Pietru li kien iħobb ħafna lil Ġesù tant li fl-Ort tal-Ġetsemani ħareġ anke s-sejf biex jiddefendih. Imma Ġesù ċanfru u qallu li min jagħti bis-sejf bis-sejf imut. Aħna żgur li ma nġorru l-ebda sejf fuqna, imma jista’ jkun illi għandna sejf li jaqta’ u jfieri ħafna u dan hu lsienna. Jista’ jkun illi mhux darba u tnejn ferejna lil xi ħadd minn sħabna fil-Qasam permezz ta’ xi kelma li nkunu għedna. Meta arrestaw lil Ġesù Pietru kompla jimxi warajh mill-bogħod. Jista’ jiġri illi anke jiena fis-Soċjetà nkun qed nimxi wara Ġesù, imma mill-bogħod. Ġesù ma jkunx l-oġġett wieħed tal-ħsieb tiegħi. Imbagħad bil-mod il-mod il-qalb tibred u bħal Pietru nibda nfittex li nersaq lejn xi nar sabiex nisħon. U hemm bħal Pietru niltaqa’ malperiklu u t-tentazzjoni tkun illi niċħad lil Ġesù. ⧀ Gaetano Decelis

Irtiri li jmiss

Data: 26-28 ta’ Frar Post: Mt. St. Joseph Predikatur: P. Bernard Falzon MSSP Suġġett: Il-Vokazzjoni Personali Data: 11-13 ta’ Marzu Post: Dar tal-Irtiri tas-Sorijiet ta' San Ġużepp, ir-Rabat Predikatur: Dun Joe Inguanez Suġġett: Papa Franġisku, Mudell għas-Soċju

27


Realtà Kumplessa

S

Missjoloġija

majna u qrajna ħafna dwar l-hekk imsejħa missjoni. Forsi l-ewwel ħaġa li tiġi f’moħħna hija l-ħidma f’xi pajjiż barrani f’isem Ġesù. Madankollu nisimgħu min jgħid li kulħadd għandu missjoni partikulari u li m’hemmx għalfejn issiefer biex tkun missjunarju għaliex kullimkien hu post ta’ missjoni. David McGavran, teologu u missjunarju Amerikan, isostni li raġuni ewlenija għalfejn naqsu ħafna l-missjunarji ġodda huwa proprju minħabba l-konfużjoni marbuta mal-kelma missjoni. Barra minn hekk f’Evangelii Gaudium il-Papa Franġisku jgħid li l-ħidma missjunarja “hi llum l-aqwa sfida li għandha l-Knisja” (par. 15). F’dan l-artiklu naqsmu ftit punti biex nieħdu idea għaliex il-missjoni hija realtà kumplessa, minkejja li hija realtà tant sabiħa u profonda. It-teologu u missjologu millAfrika t’Isfel David Bosch jgħid li l-missjoni hija l-omm jew ilqalb tat-teoloġija. Paolo Longo, patri Kombonjan, kien itenni wkoll li l-missjoloġija tiġbor fiha t-teoloġija kollha. F’Redemptoris Missio Ġwanni Pawlu II jgħid li “l-missjoni, għalkemm hi realtà waħdanija, hi wkoll realtà kumplessa, għax turi ruħha f’ħafna suriet” (par. 41). Minn nofs is-seklu l-ieħor reġgħet bdiet issir l-enfasi li l-għan aħħari tal-missjoni huwa Alla. Fil28

konferenza magħrufa tal-Kunsill Missjunarju Internazzjonali (KMI) li saret f’Willengen fil-Ġermanja fl-1952, saret distinzjoni bejn missjoni li fiċ-ċentru tagħha għandha l-Knisja u Knisja li filqalba tagħha għandha l-missjoni. F’din il-bidla naraw tiżviluppa l-idea li l-missjoni għandha tiffoka l-aktar fuq il-ħidma ta’ Alla u l-inizjattiva tiegħu. Dan iwassalna għal punt li ġie żviluppat fis-snin ħamsin tasseklu l-ieħor. F’dik il-ħabta filmissjoloġija bdiet issir referenza


għal Missio Dei li tfisser ‘ilmissjoni ta’ Alla’ jew ‘Alla li jiġi mibgħut’. Dan huwa l-mod ġdid kif inħarsu lejn il-missjoni, mod li jiffoka fuq il-ħidma ta’ Alla, speċjalment fl-azzjoni tal-persuni tat-Trinità Qaddisa. Il-Missio Dei tenfasizza l-inizjattiva divina filmissjoni aktar milli l-isforz uman. Proponent ewlieni tagħha kien Karl Barth fis-snin tletin tas-seklu l-ieħor. Wara l-idea ġiet adottata mill-KMI bħala punt ċentrali filkonferenza tal-1952.

Il-Missio Dei titkellem fuq ilħidma ta’ Alla li permezz tagħha jurina min tassew hu permezz tar-Rivelazzjoni. Mill-Missio Dei joħroġ kollox – il-ħolqien u s-salvazzjoni, l-Inkarnazzjoni (ilmissjoni ta’ Alla per eċċellenza) u l-kontinwazzjoni ta’ din il-missjoni permezz tal-Knisja meta din timxi l-istess triq ta’ Ġesù. Din iddirezzjoni fil-ħsieb missjoloġiku kompliet tirċievi aktar attenzjoni, speċjalment fid-digriet konċiljari Ad Gentes Divinitus fejn il-missjoni ġiet deskritta bħala “l-Epifanija tal-pjan ta’ Alla” (par. 9). Alla huwa dak li jibgħat u dak stess li jintbagħat fil-persuna ta’ Ġesù. Għaldaqstant donnu jidher li l-enfasi li qiegħda ssir fir-riflessjoni teoloġika kontemporanja dwar il-missjoni hija li r-referent ewlieni tal-

missjoni mhux il-benesseri tal-persuni biex igawdu millVanġelu imma huwa Alla nnifsu. Bla dubju dan juri l-kumplessità tal-ħaġa. Mhix kumplessità frott l-ambigwità imma waħda li tixbah lill-uċuh rikki immens taddjamant li flimkien jiffurmaw issbuħija unika tal-ħaġra prezzjuża. Dan nispjegawh permezz ta’ tliet punti: • Deus semper major – terminu żviluppat minn Missirijiet il-Knisja biex ifissru li Alla huwa dejjem akbar. Iktar kemm inkissru rasna biex nippruvaw nifhmu xi ftit iżjed in-natura ta’ Alla, iktar inkunu ’il bogħod milli naslu! L-ewwelnett il-missjoni tiġi mwettqa mhux biss fix-xandir tal-imħabba ta’ Alla għall-bnedmin kollha, iżda flgħarfien li hija l-azzjoni ta’ Alla li ssalva lid-dinja u mhux il-ħidma tagħna.

• Il-ħidma ta’ Alla fid-dinja hija profondament Trinitarja u waħda ta’ komunjoni. Robert Schreiter, membru tas-Soċjetà Missjunarja tad-Demm Prezzjuż u Professur tal-Missjoloġija fl-Università ta’ Nijmegen, fl-Olanda, itenni li l-missjoni tal-Missier ġiet murija fil-missjoni tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Ġwanni Pawlu II jgħid li l-missjoni hija bbażata fuq Ġesù u li l-Ispirtu s-Santu huwa l-aġent prinċipali tagħha (par. 30). 29


• It-tweġiba tal-missjunarju hija qabelxejn waħda ta’ ubbidjenza lejn il-Missio Dei. Huwa joqgħod attent biex jara fejn qed jaħdem Alla u jmur hemm. Hawn naraw l-importanza ta’ spirtu ta’ dixxerniment fil-ħajja talmissjunarju biex b’ħeġġa dejjem akbar iwieġeb b’qalb aktar ġeneruża għar-rieda ta’ Alla fis-sitwazzjonijiet konkreti ta’ ħajtu. Jekk dari konna nammiraw l-eroiżmu tal-missjunarju, illum inħarsu aktar lejn il-kenosis, ittixjin (“svuotamento” bit-Taljan jew “self-emptying” bl-Ingliż) ta’ Ġesù li jitkellem fuqu Pawlu flIttra lill-Filippin (Kap 2, 6-11). Dan ma jfissirx li ma jitteħdux inizjattivi għal ħidmiet u proġetti

30

ġodda, imma dejjem inħarsu lejhom mil-lenti tal-ubbidjenza u l-komunjoni: “Jiena nżilt missema mhux biex nagħmel irrieda tiegħi imma r-rieda ta’ min bagħatni.” (Ġw 6, 38) Huwa dejjem iktar evidenti li ħidmiet iżolati għandhom jiġu sostitwiti minn spirtu ta’ komunjoni li tirrifletti l-ħidma tat-Trinità fid-dinja. F’soċjetà tant fraġli, maqsuma minħabba kunflitti u firdiet ta’ kull xorta, il-komunjoni ssir mezz qawwi biex tinbena ċ-“ċiviltà talimħabba” kif kien jirreferi għaliha Ġwanni Pawlu II. Il-Papa Franġisku lir-reliġjużi fil-Brażil fl-2013 qalilhom: “Kunu qaddejja tal-komunjoni


u tal-kultura tal-laqgħa (cultura dell’incontro)! Nixtieqkom tkunu kważi ossessjonati f’dan is-sens.”

Minkejja li jista’ jidher li l-Missjoloġija hija realtà kumplikata, fejn m’hemmx linji ċari u direzzjoni waħda, ifarraġni u jispirani l-ħsieb li l-Papa Franġisku qasam ma’ grupp ta’ studenti żgħażagħ Ekwadoreni fit-12 ta’ Novembru li għadda. GħallPapa sitwazzjoni tkun inkwetanti meta tkun ċara u ċerta għax hija t-tensjoni ta’ meta l-affarijiet ma jkunux ċari li tgħinna naħarbu l-ipokresija u noħorġu minna nfusna. Fil-ħsieb tiegħu Franġisku awgura liż-żgħażagħ li jgħixu l-fidi f’tensjoni kreattiva ma’ dak li qed jiġri fid-dinja llum, ’il bogħod millkumdità personali u mill-mondanità li tmewwet lill-kuxjenza.

F’riċerka li għamilt dwar l-Evangelii Gaudium li fiha l-Papa jifrex l-għanijiet li ried jilħaq tul il-Pontifikat tiegħu, għaraft xi ħaġa interessanti. L-aktar tliet temi prinċipali tagħha huma f’dan l-ordni: il-laqgħa ma’ Ġesù, l-evanġelizzazzjoni u Knisja “li toħroġ”. Fiha nfisha din l-ordni diġà tgħaddilna messaġġ qawwi! Nagħlaq billi niġbor dak li għedt qabel fi kwotazzjoni li l-Papa qasam mal-lajċi fil-Vġili ta’ Pentekoste tal2013: “Ma rridu xejn minn Knisja magħluqa, imma Knisja li toħroġ ’il barra, li tmur fit-truf tal-eżistenza. Ħa jkun il-Mulej li jmexxina ’l hemm.” ⧀ Tonio Agius

31


Naqraw, Nirriflettu u Nipperswadu

Laudato Si’

M

atul din is-sena waħda mir-rubriki fil-Kalendarju Museumin ser tkun dwar xi aspetti li joħorġu mill-Enċiklika tal-Papa Franġisku Laudato Si’ li ħarġet fl-24 ta’ Mejju tas-sena l-oħra meta fil-Knisja kienet qed tiġi ċċelebrata s-Solennità ta’ Pentekoste. L-Enċiklika, li fiha 246 paragrafu u hi mqassma f’introduzzjoni u 6 kapitli, tittratta dwar il-mod kif għandna ngħożżu u nieħdu ħsieb id-dinja li hija deskritta bħala d-dar komuni tagħna. Ikun żbaljat ħafna min jaħseb u jikkummenta li Laudato Si’ hija dwar l-ekoloġija u l-ambjent biss. Bla dubju dawn it-temi jissemmew ħafna, imma l-Papa jisħaq u jikteb dwar il-problemi reali fid-dinja tagħna u allura jirreferi ħafna għan-nies li jgħixu fiha li wara kollox huma l-protagonisti. Għaldaqstant jidħlu fost l-oħrajn aspetti bħall-ugwaljanza, il-faqar, il-ħajja soċjali, l-inġustizzji u l-kwalità tal-ħajja li dejjem qiegħda titħassar mhux biss minħabba problemi ekoloġiċi.

Tajjeb ngħidu li l-ewwel pass li kull wieħed minna għandu jagħmel huwa li jaqra l-Enċiklika. Is-suġġett għandu jinteressa lil kulħadd għax il-Papa qed jikteb fuq xi ħaġa li tmiss u taffettwa lil kull persuna. Jixraq għalhekk li kull persuna tkun taf x’qed jingħad mill-Kap tal-Knisja fuq suġġett daqshekk dirett u personali. Infatti l-Papa f’paragrafu 3 jikteb espliċitament li hu jixtieq idur “fuq kull persuna li tgħix f’din il-pjaneta”. Imbagħad, wara li 32

jirreferi għall-Evangelii Gaudium, ikompli: “Nixtieq b’mod speċjali nidħol fi djalogu ma’ kulħadd dwar din id-dar komuni tagħna.” Għalhekk bħala l-ewwel punt ngħidu li kull membru fis-Soċjetà għandu jaqra u jimmedita din l-Enċiklika biex imbagħad, anke meta jisma’ diskussjonijiet fuq is-suġġett jew jaqra kummentarji oħra (anke fuq l-istess Enċiklika), ikun jista’ jqis kollox fid-dawl ta’ dak li kitbilna l-Papa.


Aspett li tajjeb naħsbu fuqu huwa l-fatt li meta aħna l-membri tasSoċjetà naqraw xi ħaġa tajba u bissens din dejjem tħalli l-frott fuq żewġ livelli. L-ewwel livell huwa dak personali fejn dak li wieħed jaqra jara kif japplikah għalih. Illivell l-ieħor huwa dak ta’ meta wieħed jaqra biex imbagħad ikun jista’ jaqsam mal-oħajn. Dan kollu niġbruh fi frażi tant għal qalbna li waqt il-qari tagħna aħna nkunu qegħdin “nitgħallmu biex ngħallmu”. Din għandha tkun l-attitudni tagħna waqt li nkunu qegħdin naqraw l-Enċiklika Ladauto Si’. Aħna qegħdin f’pożizzjoni vantaġġjuża fejn dak li naqraw u nimmeditaw nistgħu naqsmuh mal-oħrajn, inklużi t-tfal li tant għandhom bżonn ikunu jafu x’qed jgħid il-Papa f’din l-Enċiklika għax dan is-suġġett ser jolqot ħafna wkoll lill-ġenerazzjonijiet futuri. Aħna mhux biss qegħdin f’pożizzjoni vantaġġjuża imma għandna wkoll id-dmir li t-tagħlim tal-Papa nwassluh lil dawk li jiġu f’kuntatt magħna. Imma biex dak li naqsmu mal-oħrajn ikun effettiv irridu l-ewwel nagħmluh tagħna u nkunu nemmnu fih biex meta ngħiduh tassew li jħalli impatt fuq dawk li jkunu qegħdin jisimgħuna. Bħala sussidju għall-Enċiklika wieħed jista’ jqalleb il-ktieb

Preaching and Teaching Laudato Si’: On Care for Our Common Home ta’ Elizabeth-Anne Stewart. Dan huwa ktieb prattiku ħafna fejn l-awtriċi tgħin lill-qarrejja biex ilmessaġġ tal-Enċiklika jiġi ppritkat u mgħallem lill-oħrajn. Mhuwiex ktieb twil, tant li jekk ikollok ftit ħin liberu tista’ faċilment taqrah f’darba. Fil-bidu l-awtriċi tikteb fuq l-isfond tal-Enċiklika u tgħid li dan is-suġġett ilu jiġi diskuss f’diversi ambjenti anke mhux ekkleżjastiċi. Tikteb ukoll dwar kif intlaqgħet din l-Enċiklika, l-iktar fil-kuntest Amerikan, għax tajjeb ngħidu li apparti apprezzamenti kien hemm ukoll kritika ħarxa kontra l-Papa minħabba dak li kiteb f’din l-Enċiklika.

Il-ktieb ta’ Stewart huwa ktieb prattiku ħafna. Fit-tieni kapitlu li jismu Mea Culpa! Assessing Our Ecological Footprint, hi tagħmel żewġ listi biex il-qarrej jevalwa lilu nnifsu dwar il-mod kif qed jgħix u kif dan iħalli impatt pożittiv jew negattiv fuq l-ambjent u l-ekoloġija. Dawn iż-żewġ listi ssejħilhom konfessjonijiet u għandna 42 punt 33


għal kull lista. Fl-ewwel lista għandna konfessjonijiet pożittivi fejn insibu affarijiet li nagħmlu u li jgħinu biex id-dinja tagħna tkun aħjar. Imbagħad hemm il-konfessjonijiet negattivi fejn naqraw affarijiet li ma nagħmlux u proprju għax ma nagħmluhomx l-ambjenti tagħna jibbenefikaw. Għal din l-introduzzjoni xtaqt nagħżel xi punti minn kull lista bil-ħsieb li kulħadd l-ewwel jeżamina u jevalwa lilu nnifsu u mbagħad ikompli jissuġġerihom lill-oħrajn. Matul din is-sena ser inkomplu nġibu iktar punti minn dawn il-listi għalleżami personali. Dawn l-eżempji, anke fid-dawl ta’ dak li jikteb il-Papa, għandhom jittieħdu b’serjetà kbira biex dejjem inkunu inqas midinbin fejn tidħol l-ekoloġija. ⧀ Roberto Zammit

34


Konfessjonijiet Pożittivi 1. Niċċekkja t-tabelli tal-prodotti li nixtri biex inkun ċert li ġew maħdumin f’kundizzjonijiet ta’ suq ġust (fair trade). 2. Meta nista’ nimxi, nuża r-rota u nivvjaġġa ma’ oħrajn biex nevita li nsuq waħdi. 3. Nippjana u ngħaqqad il-qadjiet tiegħi biex insuq mill-inqas. 4. Meta mmur nixtri nieħu l-basket miegħi u dejjem nuża lilu. 5. Nirreċikla l-karti, il-plastik u l-ħġieġ. 6. Niddisponi minn batteriji u oġġetti eletroniċi f’postijiet apposta. 7. Jekk nista’ nirranġa oġġett u mhux nixtri ieħor mill-ewwel. 8. Jekk jista’ jkun niftaħ it-twieqi minflok nuża l-arja kundizzjonata. 9. Inħallas il-kontijiet on-line biex nevita l-konsum tal-karti. 10. Nixtri dak li verament għandi bżonn biex nevita l-ħela u d-duplikazzjoni. 1. 2. 3. 4.

Konfessjonijiet Negattivi

5. 6. 7. 8. 9.

10.

Ma naħlix ikel. Ma nużax platti u tazzi disposable bl-addoċċ. Ma nipprintjax karti iktar milli neħtieġ. Ma nixgħelx id-dawl jekk mhux ser inkun fil-kamra. Ma naħqarx annimali ladarba ma jkunux ta’ periklu għalija. Ma naħlix u ma nħammigx l-ilma. Ma nikkawżax biki fl-oħrajn. Ma noħloqx żibel. Ma nibqax sieket meta l-oħrajn jaħqru l-annimali. Ma nipparteċipax f’ċajt etniku u sterjotipat. 35


Is-Samaritan it-Tajjeb ta’ Jacopo Bassano

F

Il-Pittura tal-Faċċata

’dan l-ewwel artiklu ddeċidejt li nagħżel pittura ta’ artist Taljan li ma tantx hu magħruf magħna: Jacopo Bassano. Proprjament ismu kien Jacopo dal Ponte, iżda billi hu twieled, għex u miet f’Bassano del Grappa madwar 65 kilometru bogħod minn Venezja Jacopo addotta isem pajjiżu. Prattikament għex fis-16-il seklu għax twieled fl-1510 u miet fl-14 ta’ Frar 1592.

Missieru Francesco il Vecchio kien artist magħruf f’beltu. Kellu bottega tal-familja u kellu jaħdem miegħu, fost l-oħrajn, lil Jacopo. Kienu jispeċjalizzaw f’suġġetti reliġjużi. Fl-1539 mar jistudja Venezja taħt Bonifazio de Pitati, magħruf bħala l-Veronese. Mingħandu Jacopo xorob l-imħabba lejn il-pittura ta’ Titiano, speċjalment l-użu ta’ kuluri qawwija. Titiano kellu ħafna xogħlijiet f’Venezja. Wara l-mewt ta’ missieru fl-1539, Jacopo mar lura f’pajjiżu u baqa’ jmexxi l-bottega. Iżżewweġ lil Elisabetta Merzari fl-1546. Uliedu stess kienu artisti u jaħdmu miegħu: Leandro Bassano, Francesco Bassano il Giovane, Giovanni Battista da Ponte u Girolamo da Ponte. Billi wliedu 36

kienu jużaw l-istess stil tiegħu u baqgħu jagħmlu dan anke wara mewtu, kultant hu diffiċli tgħid fiżżgur jekk ċerti xogħlijiet humiex tiegħu jew ta’ wliedu.

Jacopo kien jispeċjalizza filpajsaġġ u l-ħajja ta’ kuljum. Minħabba f’hekk l-arti tiegħu kienet popolari ħafna u hu meqjus modern fil-mod kif kien jittratta l-pajsaġġ fi żmienu. Jacopo Bassano hu meqjus uniku minħabba l-fatt li fix-xogħlijiet tiegħu inkorpora influwenzi artistiċi minn artisti kbar bħal Parmigianino, Tintoretto u Raffaello, mingħajr ma mar jistudja f’postijiet oħra għajr Venezja. Dan juri li kellu ħażna ta’ prints ta’ artisti kbar oħra.


Hemm punti partikulari li jispikkaw fl-arti tiegħu.

Lill-personaġġi importanti bħal Ġesù ma jpoġġihomx fin-nofs u fuq quddiem, kif kienet il-prattika fi żmienu, imma jippreferi jpoġġi fuq quddiem lin-nies komuni. Ma jlibbisx lill-personaġġi tiegħu b’ilbies klassiku Ruman iżda blilbies ta’ żmienu, jiġifieri tas-seklu 16.

Il-fatt li jdaħħal ħafna dettalji bħal xi kelb rieqed, tipi differenti ta’ ikel, siġġijiet u diversi nies sekondarji għall-istorja li jkun qed ipinġi, juri li kien jaħdem mill-veru. Fil-fatt il-pajsaġġi tiegħu jidhru naturali ħafna. Ngħaddu issa għall-pittura tagħna. Hija pittura li malli rajtha millewwel laqtitni. L-istil li juża Jacopo f’din il-pittura hu l-istil Mannerista. Hu stil li żviluppa flEwropa proprju fis-16-il seklu fejn il-figuri huma xi ftit tawwalin, il-pożizzjonijiet tal-figuri huma xi ftit mhux tas-soltu u l-kuluri intensi. Dawn il-kwalitajiet kollha jidhru fil-pittura li ser nitkellmu fuqha.

Jacopo jpoġġi x-xena tal-ġrajja tagħna billejl għax fiż-żmien li fih pittirha kien affaxxinat b’xeni li jiġru billejl jew ma’ nżul ix-xemx.

Żejt fuq it-tila - 102.1ċm x 79.7ċm 1562-63 - National Gallery, Londra 37


Il-ġrajja qed isseħħ taħt għolja kollha blat u siġra li ma tantx jidhru minħabba l-għabex talġurnata. Il-figuri tas-Samaritan u tar-raġel ferut huma pjuttost kbar, tant li jimlew aktar minn nofs it-tila. Skont l-istil tipiku Mannerista, huma kważi mdeffsin u mgħawġin biex joqogħdu fil-post li poġġiehom fih. Apparti dawn iż-żewġ figuri jidhru wkoll żewġt iklieb u ħmar li hu mitluf fid-dell tal-għolja u ma tindunax bih millewwel. Ħdejn saqajhom jidher ilflixkun taż-żejt jew inbid li bih ġie midluk il-ferut.

Għalkemm mill-muskolatura s-Samaritan jidher bniedem b’saħħtu, però jidher qed ibati taħt it-toqol tal-ferut mitluq waqt li jipprova jqandlu biex jgħabbih fuq il-ħmar. It-telqa tal-ferut żgur li qed tagħmilhielu aktar diffiċli biex iċaqalqu. Fil-fatt sieq minnhom qed jipprova jużaha biex waqt li jserraħ il-ġisem talferut fuqha jalza l-ġisem. Jidher qed ibati sew għax il-biċċa xogħol li daħal għaliha ma kenitx faċli. Innutaw l-ilbies tas-Samaritan: jixhed iż-żmien tal-pittura kif għedt qabel. Jispikka fih il-kulur aħmar li mill-ewwel jiġbidlek l-għajn hekk kif tħares lejn ilpittura. Sabiħa l-mudellatura fil-ġisem kważi għeri tal-ferut; turi l-bravura tal-artist. Iċ-ċentru tal-pittura hu l-ferut. Fil-fatt il38

ħarsa tas-Samaritan tgħinna nitfgħu ħarsitna fuqu. B’hekk nidħlu aktar fl-istorja u nħossuna nissimpatizzaw miegħu.

Aktar ’il ġewwa jidhru żewġ figuri oħra. Naturalment dawn huma l-qassis u l-Levita li baqgħu sejrin. Jidhru qed iħaffu l-pass ġmielhom. Fil-bogħod tidher belt imdaqqsa. Nassumi li hija Ġerusalemm għax l-ewwel nett il-ġrajja seħħet bejn hawn u Ġeriko u t-tieni għax ilqassis u l-Levita x’aktarx kienu sejrin fit-Tempju. Għalkemm nafu fejn seħħet ilġrajja, Jacopo għażel li jpitter pajsaġġ li kien jaf hu. Jidher li hu Taljan. Apparti dan, il-ġrajja seħħet f’deżert iżda fil-pittura tagħna dan ma jidher imkien. ⧀ Vincent Mangani


Jekk

Oliver Friggieri

I

Letteratura

l-ħajja hija sensiela twila ta’ mistoqsijiet. Jekk inti twieġeb kull mistoqsija, tkun tlift is-seħer ta’ dan l-univers. Jekk min-naħa l-oħra inti tibqa’ ma tweġibx dil-mistoqsija l-kbira tal-ħajja, il-ħajja ssirlek poeżija. B’dan il-mod, għalhekk, għal Oliver Friggieri l-poeżija mhix ħaġa oħra ħlief ilmistoqsijiet il-kbar li ma jistgħux jitwieġbu. Il-misterjuż isir il-poeżija. Dak li inti ma jirnexxilekx tifhem huwa poeżija. Il-poeżija hija bħal mistoqsija twila li ġġiegħel lill-qarrej jirrifletti fuq il-ħajja u fl-aħħar tagħtih tweġiba li forsi ma jkunx qed jistenna. Din il-poeżija, mibnija bil-vers tas-sebgħa, bir-ripetizzjoni ta’ kwartini li lkoll jibdew fl-ewwel u fit-tielet vers bil-kundizzjoni “jekk”, tieħu l-ġmiel tagħha minn sensiela ta’ immaġnijiet li kull waħda tissensel mal-oħra. Ilpoeta jpoġġi quddiemna għadd ta’ affarijiet differenti u jimmaġina x’jiġri li kieku dawn isiru realtà. Nafu li l-bniedem dejjem ifittex u dejjem irid ikun jaf, għalhekk dawn il-‘jekk’ kollha jagħtu l-effett ta’ tiftixa ma taqta’ xejn. Ħafna minn dawn l-affarijiet huma misteru fil-ħajja tagħna l-bnedmin

u hawn jidher kemm il-bniedem huwa limitat. Il-poeta jinsisti li jekk nifhmu kollox, jekk niskopru kollox, jekk nafu, naraw u mmissu kull ħaġa li biha hu mimli l-univers ta’ madwarna, inkunu tlifna s-sens ta’ avventura u sbuħija fil-ħajja. Inkunu tlifna s-sabiħ tal-misteru u ma jkun fadlilna xejn li jferraħna u jnikkitna. F’dawn il-kwartini l-poeta jgħidilna li jekk jirnexxilek tifhem x’jgħidu l-kwiekeb lill-qamar billejl, tkun taf fejn sejjer u mhux sejjer is-sħab, tirfes kull mogħdija u tterraq kullimkien, tkellem lil kull ħlejqa, tifhem kull siġra, tkellem lill-fjuri kollha, issikket lill-maltemp u traqqad l-irjieħ, tifhem kull mistoqsija .... inti allura 39


tkun ħallejt il-petali tal-warda jaqgħulek ilkoll minn idejk u kollox jispiċċa fix-xejn. Kollox ikun sarlek ovvju, matematiku. Jekk le, ikun għad fadallek il-poeżija, ilmisteru, il-mistoqsija.

Ir-ritmu huwa mexxej u jirrifletti r-ritmu tal-ħajja li ngħixu u li xi drabi ma jħalliniex nosservaw u napprezzaw imqar l-affarijiet iżżgħar ta’ madwarna. Il-bniedem jidher ċkejken ħdejn il-ħolqien u wkoll ħdejn il-meravilji tal-istess umanità. Bniedem wieħed ma jistax ikun jaf kollox, iżda jista’ japprezza s-sbuħija ta’ kull ħaġa li jiltaqa’ magħha jew jisma’ biha.

Għal Oliver Friggieri l-poeżija mhix ħaġa oħra ħlief il-mistoqsijiet ilkbar li ma jistgħux jitwieġbu. Ilmisterjuż isir il-poeżija. Dak li inti ma jirnexxilekx tifhem huwa poeżija. Din il-poeżija ta’ Oliver Friggieri, bħal poeżiji oħra, tesprimi l-ħajja u l-emozzjonijiet kollha li jibnuha. Hi poeżija mimlija umanità u fiha l-poeta qed iġegħilna nirriflettu dwar il-misteru tal-ħajja. Alla tana ħajja mimlija misteri u mhux bilfors li l-moħħ tagħna l-bnedmin se jasal biex jagħti spjegazzjoni loġika għal kollox. Jekk naslu bex nagħmlu hekk, allura l-ħajja ssir monotona, bla ebda gost, bla ebda avventura. ⧀ Anthony Dimech

40


Jekk Jekk tifhem x’jgħidu l-kwiekeb lill-qamar tul il-lej’, jekk tagħraf minn fejn telaq is-sħab, fejn sejjer, fej’,

jekk taf għaliex kull għabex iżelleġ kull żerniq, jekk taf kemm hija twila, kemm twila, twila t-triq,

jekk togħdos fl-ibħra kollha u tmiss qiegħ l-oċean, jekk titla’ kull muntanja u titfi kull vulkan,

jekk ittawwalt iżżejjed fuq xifer il-ġibjun tal-qalb biex issa ttella’ bis-satal x’hemm midfun,

jekk tirfes kull mogħdija u tterraq kullimkien, jekk tkellem lil kull ħlejqa li tikber fil-ħolqien,

jekk tifhem lil kull siġra u tkellem lil kull fjur, jekk torqod ma’ kull dudu u tqum ma’ kull għasfur,

jekk tgħodd in-numri kollha u taf kull alfabett, jekk tħott kull teorema u żżarma kull kunċett, jekk togħxa b’kull tbissima u tokrob b’kull uġigħ, jekk toftoq il-kliem kollu u ssib is-sens li fih, jekk taf kif kien il-bidu u kif se jkun it-tmiem, jekk taf kull fuq, kull isfel, kull wara, kull quddiem,

jekk taf għaliex l-iżbalji, u taf x’inhu perfett, jekk taf għax serp jitkaxkar u għax itir farfett,

jekk il-maltemp sikkittu u lill-irjieħ raqqadt, jekk l-ilmijiet nixxifthom u lin-nirien qabbadt,

jekk fhimt kull mistoqsija u jekk kull ħalfa ħlift, u jekk kull rebħa rbaħtha u jekk kull telfa tlift, il-petali tal-warda waqgħulek minn idejk, dan l-univers itektek inqasam hemm, f’riġlejk. Il-ħajja mistoqsija miġbura f’elf għaliex, u ssirlek poeżija jekk int ma tweġibhiex. Oliver Friggieri

41


Il-Logo tas-Sena tal-Ħniena

D

Il-Membri Jiktbu

in is-sena ġiet magħżula mill-Papa Franġisku biex fiha niċċelebraw ilħniena ta’ Alla. Waħda mill-parabboli li turi dan biċ-ċar hi bla dubju dik tas-Samaritan it-Tajjeb. Il-logo uffiċjali ta’ din is-sena jittratta proprju din il-parabbola u għalhekk f’dan l-artiklu ser nagħtu ftit tagħrif biex nippruvaw nifhmu dan id-disinn. Il-logo jiġbor, f’disinn sempliċi, it-tema tal-ħniena li ppropona l-Papa Franġisku. Il-motto hu meħud mill-Vanġelu ta’ San Luqa: “Kunu mela ħanina bħalma hu ħanin missierkom.” (6, 36) B’hekk il-motto hu stedina biex, fuq l-eżempju ta’ Alla ħanin, aħna bħalu nħobbu, naħfru u nuru ħniena. Il-logo hu xogħol Marko Ivan Rupnik, patri Ġiżwita misSlovenja.

Min hu P. Rupnik? P. Marko Ivan Rupnik twieled fid-28 ta’ Novembru tal-1954 ġo Zadlog, is-Slovenia. Fl-1973 daħal mal-Ġiżwiti fejn studja l-Filosofija. Fl-1977 daħal fil-Fakultà tal-Fine Arts ġewwa Ruma. Dam sal-1981. Wara dan kompla bit-Teoloġija flUniversità Gregorjana Pontifiċja 42

f’Ruma wkoll. Meta kien hemm speċjalizza fil-Missjoloġija. Fl1991 kiseb dottorat bit-teżi The Theological Missionary Meaning of Art in the Writings of Vjaceslav Ivanovic Ivanov.

Baqa’ jgħix Ruma u waqqaf iċCentro Aletti, studio li jispeċjalizza fl-arti tal-mużajk. Miegħu għandu numru ta’ kollaboraturi li jqassmu l-ġurnata bejn xogħol u talb flimkien. Il-knejjes u l-kappelli li ġew iddisinjati u mimlija mużajk


miċ-ċentru tiegħu huma ħafna u nsibuhom imxerrdin maddinja kollha. Fost l-oħrajn insibu l-kappella Redemptoris Mater fil-Vatikan, li saret fuq xewqa talPapa Ġwanni Pawlu II, il-misteri tad-Dawl f’Lourdes u l-knisja ddedikata lil Padre Pio f’San Giovanni Rotondo. Jekk tixtieq tara xogħol tiegħu mill-qrib, żur is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu f’Għawdex u tara xogħlu fuq it-tliet bibien prinċipali tasSantwarju. Qed jaħdem ukoll fuq il-Misteri tar-Rużarju li għandhom jitpoġġew fil-pjazza ta’ quddiem is-Santwarju. Fl-arti tiegħu ninnutaw tliet kwalitajiet partikulari: 1. Hu influwenzat mill-arti Biżantina imma naturalment b’laqta moderna. 2. Juża ħafna materjali naturali. Minbarra l-ħġieġ juża wkoll biċċiet ta’ fuħħar, irħam, granit, ġebel, ċagħaq u folji tad-deheb minn taħt il-ħġieġ trasparenti. Dan il-materjal iġibu minn diversi pajjiżi. Hekk, ngħidu aħna, l-irħam u l-ġebel abjad mill-Greċja, it-travertin ċar mill-Italja u t-travertin aħmar mit-Turkija. Għal xogħol li jagħmel fuq ġewwa qed juża wkoll biċċiet ta’ fuħħar miżbugħ. Dan rajtu fis-Santwarju li qed jinbena ġo Krakowja, il-Polonja, għal San

Ġwanni Pawlu II. 3. Ir-raġġiera ta’ Ġesù hi dejjem magħmula minn salib aħmar fuq sfond dehbi. P. Rupnik kif iħares lejn l-arti Kristjana kontemporanja? Fi kliemu: “One needs to be very familiar with the Word of God – because, as Nicene II says, art is a translation of the Word of God – and with the memory of the Church: the Fathers, the saints, Christian art. One also needs to be inward with the debate of the century in which one lives, that is to be familiar with the contemporary artistic idiom, and to be inserted in the life of the Church. One must have a spiritual life, live the same difficulties as our contemporaries so as to be able to share with them the steps in the redemption bestowed to us. For us at the Aletti Centre, working in chorus is fundamental. Working together, constantly engaging in mutual charity and fruitful dialogue. Out of the Church one creates for the Church.” Ngħaddu issa biex nagħtu spjegazzjoni tax-xbieha li ser tiġi użata bħala logo għal din is-sena. Hija immaġni li niltaqgħu magħha wkoll fiż-żminijiet bikrin talKnisja: dik ta’ Ġesù jġorr fuq spalltu lill-midneb. Hija xbieha li turi li l-Iben ħa fuq spallejh il-fidwa talbnedmin kollha, fil-figura ta’ Adam, 43


u hekk ġie fi tmiemu l-misteru talInkarnazzjoni. Innutaw il-pjagi f’idejh u f’saqajh. Hekk Ġesù, dak li għandu r-raġġiera ma’ rasu, hu r-Ragħaj it-Tajjeb li għax iħobb isib “in-nagħġa l-mitlufa” u jġorrha fuq spalltu lura lejn il-merħla. Din l-imħabba tiegħu lejna tgħinna ninbidlu billi nħallu l-ħajja taddnub.

Dettall partikulari li żgur jolqtok mill-ewwel hu l-fatt li ż-żewġ uċuh jidhru jmissu ma’ xulxin, iżda bejniethom jidhru tliet għajnejn. Għajnejn Ġesù jidħlu f’għajnejn Adam għax permezz tal-ħniena li nuru Ġesù, Adam il-ġdid, isir ħaġa waħda mal-bniedem, Adam ilqadim. B’hekk f’Ġesù kull bniedem isib l-umanità mifdija.

Ix-xena hi inkwadrata f’forma ta’ lewża, dettall tipiku fl-ikonografija u l-arti medjevali. Tirrappreżenta d-divinità; għalhekk il-kulur ikħal. Imma ninnutaw li dan il-lewn hu magħmul minn tliet tipi ta’ ikħal, wieħed aktar ċar mill-ieħor, bħal donnu Ġesù qed joħroġ lillbniedem mid-dlam għad-dawl: għad-dawl tal-fidwa. Fl-istess ħin, jekk tibda minn barra, l-ikħal l-aktar skur fuq ġewwa jirrifletti l-intensità tal-imħabba li l-Missier għandu lejna. ⧀ Vincent Mangani

44


Esperjenza Mill-Awstralja

P

ermezz ta’ din il-kitba qasira xtaqt naqsam magħkom l-esperjenza tiegħi ta’ Soċju fid-Delegazzjoni tal-Awstralja. Madwar sitt snin ilu għamilt sena bħala prova fl-Awstralja u wara li tlajt Malta għal żjara qasira ddeċidejt li nerġa’ nirritorna hawnhekk. Issa għall-grazzja ta’ Alla għaddew iktar minn ħames snin u nħossni kuntent ħafna. L-Awstralja hija pajjiż kontinent li hu meqjus bħala l-aktar pajjiż li jilqa’ emigranti fih minn kull nazzjon tad-dinja. Ikolli ngħid li f’dawn is-snin li ilni hawnhekk iltqajt ma’ nies minn ħafna rkejjen tad-dinja li jkunu ġew l-Awstralja bl-iskop li jissetiljaw. Li temigra u tibda tgħix f’pajjiż ieħor hija sfida kbira għax trid tgħix waħdek u mhux aktar fid-dar ta’ ommok u missierek. Dan ifisser ukoll li trid taħseb għal kollox. Li nsib interessanti hu li hawnhekk tibda tinduna u tifhem xi sforz kbir jagħmlu n-nies li jemigraw għax iridu jidraw kultura ġdida, isibu xogħol ġdid, jidraw illingwa, l-ikel u l-bqija. Imma bilmod il-mod wieħed jibda jidra u bi ftit rieda tajba u interess jibda jinserixxi ruħu b’mod san f’din il-kultura. Għalija huwa tassew interessanti kif, ngħidu aħna, fil-Qasam ta’ St. Albans ikollok klassi ta’ tfal u żgħażagħ ġejjin minn kulturi mħallta li jiġu flimkien għat-tagħlim reliġjuż u għall-formazzjoni fil-fidi. Inħoss li l-Awstralja hija l-post fejn ilkulturi jgħixu flimkien f’armonija u mhux b’xi firda bejniethom.

Il-ġimgħa tagħna fil-Qasam ta’ St. Albans hija mimlija b’attivitajiet differenti. Hawnhekk hawn grupp tajjeb ta’ subien li jitqassmu f’żewġ klassijiet. Għandna wkoll il-klassijiet bi preparazzjoni għas-sagramenti. It-tfal jiġu malġenituri li joqogħdu ma’ wliedhom għal-lezzjoni. Nhar ta’ Erbgħa jkollna l-laqgħa tal-membri bejnietna u din issir fir-Regional Centre. Ikollna anke laqgħat għallbniet li tieħu ħsiebhom Jadzia Niemic li hija waħda mill-assoċjati tagħna u tgħinna fl-attivitajiet tal-Qasam. Hemm grupp ieħor ta’ madwar 25 żagħżugħ li neħduhom fil-Parish Hall biex dawn ikollhom ċans li jilagħbu ftit indoor soccer minħabba li l-Qasam hu żgħir biex jilagħbu fih. Nhar ta’ Ħadd inkunu impenjati bis-Sunday Liturgy filparroċċa ta’ Holy Eucharist f’St. Albans. Kultant norganizzaw ukoll 45


ħarġa ta’ ġurnata fejn ħafna drabi nagħmlu barbeque jew xi logħba soccer. Insibu wkoll ħin fejn nistgħu nkunu flimkien bħala membri u ħafna drabi dan nagħmluh fi tmiem il-ġimgħa. Għalina dan ikun mument importanti għax fih nagħtu sapport lil xulxin u anke naqsmu dak li nkunu għaddejna minnu.

Imbagħad hemm ukoll ix-xogħol ta’ matul il-jum. Hawn issib ruħek f’ambjent li jisfidak u kontinwament trid taddatta għaddiversi tipi ta’ karattri li tiltaqa’ magħhom. Minħabba n-natura tax-xogħol li nagħmel niltaqa’ ma’ nies li huma raffi u goffi. Imma meta ssir tafhom tinduna li huma jkunu lesti li jgħinuk. Wara ftit tirbaħ ir-rispett tagħhom u tibda tifhem kemm il-ħidma li nwettqu filgħodu hija appostolat kbir. Tibda tħoss li Alla għażlek għal biċċa xogħol speċjali. Dan ġej millfatt li aħna nemmnu li Alla sejħilna b’mod uniku u tana missjoni speċifika. Hija grazzja minn Alla li tagħraf xi jrid minnek ġurnata b’ġurnata, mistrieħ dejjem fih, Hu li jaf kemm nifilħu fuq spallejna. Għalkemm xi kultant naraw li fil-vokazzjoni għandna ħajt għoli x’nitilgħu u kollox jidher impossibbli, l-għajnuna ta’ Alla qatt mhi se tonqos għal dawk li jitolbuhielu. Tħossok kemm tħossok ’il bogħod biex tilħaq 46

l-iskop tiegħek, Alla żgur ma jinsiekx u jisma’ t-talb tiegħek jekk dak li titolbu jkun tajjeb għalik. Aħna għandna naqsmu l-mumenti ta’ tbatija jew ta’ dwejjaq madDirettur Spiritwali li jaf jismagħna u jagħtina pariri siewja.

Kemm jiswew dawk il-mumenti meta nkunu ma’ sħabna talQasam u naqsmu magħhom dak li ngħaddu minnu, kemm ferħ u kemm dwejjaq. Xortihom tajba dawk il-membri li jsibu minn jismagħhom. Dun Ġorġ ma kitibx il-proponiment li ninħabbu b’imħabba kbira għal xejn. Nissuġġerixxi li nsibu ħin biex inkunu ma’ sħabna tal-Qasam fejn nistgħu naqsmu l-esperjenzi tagħna. Thomas Merton jikteb li “aħna umani u mhux anġli u allura niżbaljaw”. Proprju f’dawn ilmumenti jkollna bżonn l-għajnuna ta’ xi ħadd li jifhimna. Ikun żball kbir jekk nemmnu li nistgħu nagħmlu kollox waħedna għax naħsbu li m’għandna bżonn ħadd. Min jaħseb hekk ikun qed iqarraq bih innifsu. ⧀ Noel Debono


Paragrafi Fuq il-Missjoni

F

’Novembru sar seminar għall-membri bi preparazzjoni għat-tieni fażi tal-kors fil-Missjoloġija li ser jibda f’Jannar 2016. F’wieħed milleżerċizzji l-membri nqasmu f’erba’ gruppi ta’ erbgħa u kull grupp kellu tema marbuta mal-missjoni. Fl-ewwel parti kull membru individwali kellu jikteb paragrafu ta’ 100 kelma fuq it-tema assenjata lilu. Imbagħad fit-tieni parti kellu jingħaqad ma’ membru mill-istess grupp li wkoll kellu l-paragrafu tiegħu u flimkien kellhom joħorġu paragrafu wieħed. L-istess kien qed jiġri bejn iż-żewġ membri l-oħra tal-grupp. Fit-tielet parti l-erba’ membri ingħaqdu flimkien u bħala grupp kitbu paragrafu wieħed li jiġbor fih l-ideat tagħhom kollha. Dawn li ġejjin huma l-erba’ paragrafi finali.

Il-Bagalja ta’ Qabel ma Nintbagħat

Għall-piż żejjed ikollok tħallas prezz! Mela f’dil-bagalja m’hemmx post għallussu tas-servizzi u l-ħajja komda li nkun drajt fihom. Il-bagalja jrid ikun fiha l-esperjenzi tal-vokazzjoni tiegħi s’issa, għax fil-missjoni l-vokazzjoni Museumina se nkun qed ngħix. L-għerf li jgħinni nagħżel skont l-Evanġelju, ir-Regola u d-Direzzjoni Spiritwali huma neċessarji. Permezz tal-Arloġġ u l-ħajja sagramentali għandi nkun dejjem f’kuntatt mal-Mulej għax il-missjoni hi tiegħu u mhux tiegħi. Irrid inżomm f’moħħi li bniedem marid ma jistax fiżikament jagħmel appostolat; mela s-saħħa mentali, fiżika, spiritwali, affettiva u emottiva huma essenzjali. Nammetti li mingħajr dawn se jkun diffiċli nagħlaq il-katnazz. Mhux lakemm tgħid: “Ippakkja u itlaq!” ⧀

47


Il-Missjoni: il-Biżgħat u l-Konsolazzjonijiet Tiegħi Il-fatt li jien ħaj jimplika li jiena nħoss u kapaċi nirreaġixxi għall-esperjenzi li l-ħajja toffrili. L-istint tas-sikurezza quddiem l-isfidi tal-missjoni jnissel fija numru ta’ biżgħat, fosthom jekk din hijiex sejħa minn Alla jew missjoni tiegħi jew jekk hux qed jimponiha ħaddieħor fuqi, jekk hux se nkun kapaċi nwettaq din il-missjoni, jekk tal-familja humiex se jaċċettaw, jekk hux se nsib xogħol. Hemm imbagħad it-tbatija u l-umiljazzjoni li ġġib magħha l-limitazzjoni fil-lingwa, il-biża’ ta’ wara l-honeymoon u l-isfidi li toffri l-ħajja komunitarja. Min-naħa l-oħra r-raġuni tipprova tagħmel sens minn dawn irrealtajiet u biżgħat billi ssib konsolazzjoni fil-fatt li jien mibgħut minn Alla u allura m’iniex waħdi, qed inwettaq ir-rieda ta’ Alla li żgur iridli l-ġid, m’iniex l-ewwel wieħed li qed immur, għandi kapaċitajiet u personality traits li naf li se jgħinuni naddatta, se jkolli l-opportunità li noħroġ mill-egoiżmu tiegħi u ngħix il-milja ta’ ħajti billi nagħmel xi ħaġa li dejjem xtaqt, nista’ niskopri x’jiġifieri ħajti tkun fidi għarwiena, u se jkolli l-konsolazzjoni li ħaddieħor qed jirċievi l-kariżma Museumina. ⧀

48


L-Imħabba Tiegħi lejn il-Bniedem Kristu qal: “M’hemmx imħabba akbar minn din, li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu.” (Ġw 15,13) L-imħabba sinċiera u diżinteressata hi bbażata fuq issagrifiċċju. Is-sagrifiċċju hu li tinsa lilek innifsek u tagħti lilek innifsek għalloħrajn, speċjalment permezz tat-tagħlim. Mat-tema tal-imħabba jintrabtu ħafna emozzjonijiet, speċjalment l-antipatija u s-simpatija. Għalhekk biex tħobb kif iħobb Alla trid tkun persuna li qed taħdem fuqek innifsek. Din l-universalità tal-imħabba aħna ngħixuha fil-vokazzjoni tagħna permezz taċ-ċelibat li għandu jwassalna biex nagħtu mhux biss ħinna u flusna imma wkoll pariri u inkoraġġiment lin-nies li ngħixu magħhom. Permezz ta’ din l-imħabba tiegħi lejn il-bnedmin nasal biex nesperjenza l-paċi tal-qalb. ⧀

Jien u Sħabi tal-Qasam fil-Missjoni

Meta nħares lejja u lejn sħabi, niskanta kif irnexxielna u għadu jirnexxilna ngħixu flimkien. Meta ġejt hawn imħeġġeġ biex ngħallem, indunajt li qabelxejn irrid nitgħallem u niskopri l-karattri differenti ta’ sħabi. Minkejja d-differenzi, iżda, xorta nistgħu ngħixu flimkien kemm-il darba npoġġu l-interessi tagħna wara ta’ sħabna, nisimgħu lil xulxin b’imħabba f’atmosfera ta’ openness, nieħdu paċenzja u nafdaw lil xulxin, inċedu u nippruvaw ninħallu mir-rabtiet żejda magħna nfusna, u ngħinu u nissapportjaw lil xulxin. Jekk nistaqsu x’inhu dak li qed iżommna flimkien, il-konklużjoni trid tkun li hu Kristu li qed jagħmel dan. Fuq kollox jeħtieġ nipperswadu ruħna li rridu ngħinu lil xulxin biex insiru qaddisin u nħossu l-utinam li d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju. ⧀

"Ibda billi tagħmel dak li hu neċessarju. Imbagħad agħmel dak li hu possibli u f'daqqa waħda tkun qed tagħmel l-impossibbli." San Franġisk ta' Assisi

49


Mill-Kalendarji “Antiki”... Ta’ 80 Sena Ilu Jannar 1936 “Avviż. Darba għal dejjem. Jekk jiġri li l-Kalendarju s-Superjur ma jkunx irċevieh, allura għandu jieħu f’idejh il-Kalendarju tal-istess xahar però tas-sena ta’ qabel u jmexxi bih sakemm ikun wasallu l-ġdid.” (Avviż, p.2) “Ċerta nemusa qagħdet għal żmien twil fuq il-qarn ta’ barri. Kif waslet biex ittir, hija żanżnet qawwi u staqsiet lill-barri jekk kienx jixtieq li tħallih. Il-barri rrisponda: ‘Lanqas naf li biss ġejt u lanqas inħossok meta tmur.’ Bosta drabi l-bniedem jaħseb li huwa ta’ xi importanza, filwaqt li l-preżenza tiegħu tkun inutli.” (Favola ta’ Esopu, nru.12, p.3) “Jekk iż-żagħżugħ ikun jaf u x-xiħ ikun jista’, m’hawnx ħaġa li ma ssirx.” (Proverbji ta’ Missirijietna, p.4) 50

Storja tal-Kalendarju Museumin

Frar 1936 “Min ma jibżax minn Alla huwa terribilment supperv, terribilment iblah, terribilment infeliċi, u bi ħtija tiegħu nnifsu għax ma jridx jiftaħ għajnejh biex jara s-serjetà li għandu kull bniedem fuq rasu.” (Fuq il-Biża’ ta’ Alla, p.9) “Il-ħalliel qabel jagħti s-salt joqgħod jistudja kif sejjer jagħmel, u mhux addoċċ.” (Karatteristika ta’ Ħalliel, p.11)

“Min b’xi mod jinteressa ruħu mittagħlim tat-tfal, tassew huma għal qalbu r-reliġjon u l-patrija.” (Punti ta’ Inċitament għat-Tagħlim tatTfal, p.12) “Min jiġbed ħafna, jaqta’ l-ispaga.” (Proverbji ta’ Missirijietna, p.15)

“Min hu għaref jintgħaraf fil-maltemp.” (Proverbji ta’ Missirijietna, p.15)


Ta’ 50 Sena Ilu Jannar 1966 “Allaħares kellna nħallu sena tgħaddi biex naraw jekk aħniex mexjin tajjeb jew le u, jekk le, biex nikkoreġu ruħna, biex inbiddlu ħajjitna, biex insewwu n-nuqqasijiet tagħna. Jekk għadna ma bdejniex tajjeb, skont il-vokazzjoni tagħna, nibdew mill-aktar fis u nkomplu: dak ikun tabilħaqq bidu li jimmerita l-awguri tagħna.” (Editorjal: Bejn Sena li Tmut u Oħra li Titwieled, p.1) “Hija ħaġa ferm sabiħa, malli jasal il-Kalendarju fil-Qasam, tara bosta Soċji b’entużjażmu jixtruh u jaqrawh bil-pjaċir kollu. Imma, diżgrazzjatament, xi wħud ma jikkalkulawhx; mhux biss ma jixtruhx iżda lanqas jindenjaw ruħhom jaqraw tal-Qasam. Għalhekk ħafna ġid jintilef.” (Jikteb Soċju, p.5)

“Alfonsu Borg miet b’diżgrazzja meta wara x-xogħol kien sejjer mill-Furjana għall-Imsida biex jgħallem id-duttrina, meta rikeb it-tramm u niżel barra l-Bieb talBombi u tajritu karozza .... Kien it-Tnejn 5 ta’ April 1920, l-għada tal-Għid... Meta kien imut xi Soċju, ġeneralment fl-ewwel laqgħa li kien ikollhom, Dun Ġorġ dejjem kien jgħidilhom xi ħaġa fuqu ....

Fuq Fonzu Borg kien qalilhom li dan kien salv għax miet meta kien sejjer jagħmel il-ġid billi jgħallem id-duttrina .... Is-Soċji kienu talbu lil Dun Ġorġ biex, fil-post fejn miet Fonzu, jagħmlu lapida ta’ tifkira. Imma huwa qalilhom biex ma jagħmlu xejn, għax dak il-post kellhom iwaqqgħuh, kif fil-fatt għamlu meta rranġaw it-toroq ta’ ħdejn il-Bombi.” (Apprezzament: Alfonsu Borg, p.7-8)

Frar 1966* “Il-Konċilju Vatikan II ntemm. Dam sejjer erba’ snin – erba’ snin ta’ ħidma li tat lill-Knisja sittax-il dokument li ser ikunulha l-bidu ta’ żmien ġdid. Il-Padri tal-Konċilju issa reġgħu lura lejn l-artijiet tagħhom u magħhom ħadu f’qalbhom l-ispirtu l-ġdid li se jgħajjex il-Knisja. Il-ħolma talPapa Ġwanni XXIII intemmet taħt Pawlu VI, u saret realtà li ddawwal, realtà li tqaddes.” (Editorjal: Minn Ruma għad-Dinja, p.21) “Il-Konċilju fil-fehma tiegħi hu l-akbar ġrajja tal-Knisja minn ħafna sekli ’l hawn, u hu ċertament ukoll l-avveniment l-iktar importanti tal-ħajja tiegħi.” (Bernard Haring, Perit tal-Konċilju, Jgħid kif Jaħsibha fuq Dan l-Avveniment Kbir, p. 31)

“Ftit ilu kont iltqajt ma’ isqof Amerikan li kien ġie Malta għal 51


btala, wara li kien Ruma biex jieħu sehem fis-sessjonijiet tal-Konċilju. Sirna nafu lil xulxin fuq il-vapur ta’ Għawdex... Domna l-ħin kollu nitkellmu fuq l-appostolat tallajċi. L-isqof wera interess speċjali fil-ħajja tal-Fundatur tagħna .... F’daqqa waħda qalli: ‘Dnub, jaħasra, li l-Fundatur tagħkom m’għadux ħaj biex jara l-ideat tiegħu approvati mill-Konċilju.’” (Dun Ġorġ Kellu fih l-Ispirtu talKonċilju, p.32)

“Anġlu Galea kien tant eżatt, preċiż u puntwali f’kollox li kellu xewqa kbira li jara lil kulħadd hekk. Ma kienx jitlef minuta żmien, kellu skrupolożità partikulari għallħin tal-Assenjatur li qatt ma ppermetta li materja assenjata tonqos b’minutà waħda biss .... Kien iħoss ċertu nervożiżmu meta kien jara t-traskuraġni, l-indifferenza u n-nuqqas ta’ tħabrik f’min, b’mod speċjali, jkollu xi servizz biex itemm, u hekk baqa’ sakemm miet.” (Apprezzament – Anġlu Galea, p.59) *Din il-ħarġa kienet edizzjoni speċjali fl-okkażjoni tal-għeluq tal-Konċilju Vatikan II fit-8 ta’ Diċembru 1965.

52

Ta’ 25 Sena Ilu Jannar 1991 “Billi fil-15 ta’ Mejju li ġej l-Enċiklika tal-Papa Ljun XIII Rerum Novarum tagħlaq mitt sena, se nibdew nassenjaw materjal mill-ktieb Żammejnieh Moħbi maqlub għall-Malti minn Dun Anġ Seychell, biex ikollna aktar tagħrif dwar it-tagħlim soċjali tal-Knisja.” (Avviżi Importanti, p. 2)

“Nixtieq li nkun eremit .... Ma rridx inkun eremit biex neħles min-nies. Ix-xewqa ta’ eremit qed tgħallimni nħobb is-skiet u nħoss il-bżonn li nidħol iktar fl-intimità ma’ Alla. Għandi għatx kbir għal Alla. L-imħabba tiġbed lil tnejn biex jinqatgħu għal ftit mill-oħrajn biex jitkellmu weħidhom u jisktu; basta ħdejn xulxin.” (L-Eremit, ta’ Frater Fragilis, p. 7) “Is-Superjur Ġenerali (fl-1954) għamel lezzjoni stupenda fuq in-neċessità tat-tagħlim u, xħin semmielhom li l-Museum se jkollu jagħlaq għax mhux se jkollhom post fejn jiltaqgħu u jgħallmu d-duttrina, in-nies qamet għagħa waħda u dak il-ħin stess ġie l-ewwel benefattur, is-Sur Ġiġi Portelli, u offra mitt lira, biex ikun jista’ jinbena l-Qasam il-ġdid. Oħrajn wegħdu kemm flus u kemm għajnuna oħra.” (Storja tal-Oqsma – Qasam nru. 24, Qrendi, p.14)


“(Rikard Mifsud Bonnici) kien membru tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, kien kittieb tajjeb li anke għas-Soċjetà tagħna għaraf juża l-kitba tiegħu .... Rikard kien aktarx wieħed minn tal-bidu fisSoċjetà. Jingħad fuqu li daħal wara li kien spiss jara lil diversi żgħażagħ ta’ mparu nhar ta’ Ħadd u fil-festi jiltaqgħu f’daqsxejn ta’ kamra fis-sajf biex jisimgħu lil Dun Ġorġ minflok ma jmorru l-baħar. Darba qal: “Ħa mmur nara x’ikunu jagħmlu dawn ilboloh.” U minn wara l-bieb ra lil dawk iż-żgħażagħ imsaħħrin b’dak li kienu qed jisimgħu. Neħħa ċ-ċoff minn għonqu u talab lil Dun Ġorġ iżommu magħhom.” (Apprezzament – Rikard Mifsud Bonnici, p.31) Frar 1991 “Fil-bidu ta’ Diċembru 1990 isSoċjetà ppubblikat kalendarju dwar il-Fundatur għas-sena 1991. Dan il-kalendarju mdaqqas jikkonsisti fi stampi bil-kulur b’episodji mill-ħajja ta’ Dun Ġorġ u siltiet qosra mill-kitbiet tiegħu .... Tqassmu b’xejn fost il-poplu eluf kbar ta’ kopji. Il-kummenti kienu favorevoli ferm u żgur li opra bħal din ser isservi ta’ ġid għas-Soċjetà u l-kawża tal-Fundatur.” (MidDjarju Museumin, p.34)

“Domt ħafna nfittex xi tfisser tkun fil-paċi. Spiss kont naħseb li tkun fil-paċi tfisser li tkun fil-kwiet, bla inkwiet. Sfurzajt biex inkun ferħan iżda kien ferħ artifiċjali .... Sibt li jien ikolli l-veru ferħ u nkun filpaċi meta nkun nixbah lis-Sinjur tagħna Ġesù Kristu. Il-paċi tiegħi hi Ġesù Kristu biss.” (X’Inhi l-Paċi, ta’ Frater Fragilis, p.40) “L-ubbidjenza tal-membri tagħna lejn is-Superjuri hi itqal minn dik tar-reliġjużi minħabba l-fatt li dawn intrabtu b’vot ta’ ubbidjenza u aħna le .... Li tbaxxi rasek għarrieda ta’ ħaddieħor sekular bħalek u li forsi mhux imżejjen bil-kwalitajiet sbieħ li għandek int mhix ħaġa ħafifa .... Sakemm m’hemmx dnub wieħed għandu jobdi dejjem, bla ma joqgħod itella’ u jniżżel kemm kienu għaqlin u prudenti l-ordnijiet tas-Superjuri. Dan għandhom jarawh huma u mhux int.” (Mis-Superjur Ġenerali, p.41) ⧀ Miġbura minn Robert Aloisio

53


Djarju Museumin

Żjarat tas-Superjur Ġenerali

I

s-Superjur Ġenerali flimkien mal-Membri tal-KEĠ żar għaxar Oqsma f’Malta matul l-2015. Ir-Regola fid-Direttorju Ġenerali tgħid: “Is-Superjur Ġenerali għandu jżur l-Oqsma kollha tas-Soċjetà matul it-terminu talkariga tiegħu.” (DĠ 140) Kull żjara hi mifruxa fuq tlett ijiem li matulhom isSuperjur Ġenerali jkollu l-okkażjoni li jiltaqa’ mat-tfal, żgħażagħ, Kandidati u membri tal-Qasam. F’waħda mill-ġranet huwa jilqa’ lill-membri u l-Kandidati fid-Dar Ġenerali għal ħin informali flimkien. Matul l-2015 dawn iż-żjarat uffiċjali saru fl-Oqsma tal-Kalkara, il-Gżira, il-Fgura, Ħad-Dingli, ilGudja, il-Qrendi, Ħ’Attard, il-Ħamrun, Is-Siġġiewi u Bormla. ⧀

Żjara ta’ Mons. Arturo Gonzales Amador

L

-Eċċellenza Tiegħu Mons. Arturo Gonzales Amador, Isqof tad-Djoċesi ta’ Santa Klara f’Kuba, żar Malta bejn il-31 ta’ Ottubru u t-3 ta’ Novembru. Fil-ġimgħat ta’ qabel Mons. Arturo kien preżenti għas-Sinodu tal-Isqfijiet li sar f’Ruma u għalhekk sab il-ħin biex jagħmel żjara qasira f’pajjiżna, ħaġa li kien ilu ħafna jixtieq jagħmel. Huwa kellu l-okkażjoni li jiċċelebra l-Quddiesa tas-Sibt filgħaxija ġewwa l-Kappella tal-Midalja Mirakoluża. Dakinhar huwa esprima d-devozzjoni kbira li għandu lejn San Ġorġ Preca u stqarr kemm kienet grazzja għalih li jiċċelebra l-Quddiesa fil-preżenza tal-fdalijiet tiegħu. Huwa qal ukoll li kontinwament jaqra l-kitbiet tal-Fundatur li huma maqlubin għall-Ispanjol. Fihom isib ħafna għerf u tagħlim sod għall-ħajja. Matul il-jiem tiegħu f’Malta huwa ltaqa’ mal-membri tal-KEĠ, mal-familjari 54


tat-tliet membri li qegħdin jaħdmu fid-djoċesi tiegħu u mal-Kandidati tarResponsorju u tal-Pre-Responsorju. Huwa kellu wkoll l-okkażjoni li jżur l-Oqsma tan-Naxxar u ta’ Ħ’Attard fejn kellem lit-tfal u ż-żgħażagħ. Fiddiskorsi tiegħu Mons. Arturo bosta drabi wera apprezzament għall-viżjoni kbira li kellu Dun Ġorġ u għall-mod kif is-Soċjetà llum qed tkompli twettaq fil-prattika din il-viżjoni anke f’waħda mill-parroċċi li tinsab fid-djoċesi tiegħu. ⧀

Seminar fuq il-Missjoloġija

B

ejn il-Ġimgħa 6 u s-Sibt 7 ta’ Novembru sar seminar f’Dar il-Ħanin Samaritan bi tħejjija għat-tieni parti tal-kors fuq il-Missjoloġija li ser jibda f’Jannar 2016. Għal dan is-seminar, li għalih attendew 16-il membru, kienu organizzati diversi eżerċizzji li l-għan tagħhom kien li jġibu lill-membri flimkien u jitfgħu dawl fuq xi aspetti marbutin mal-ħajja filmissjoni. Ingħatat ukoll informazzjoni dwar it-temi u l-format tat-tieni parti tal-kors. ⧀ 55


Seminar fuq Thomas Merton

I

s-Soċjetà flimkien mal-Istitut tal-Istudji Karmelitani organizzat seminar għall-pubbliku fuq Thomas Merton fil-kunvent tal-Karmelitani fl-Imdina. Is-seminar sar is-Sibt 21 u l-Ħadd 22 ta’ Novembru u għalih attendew 45 persuna. Il-programm kien jinkludi erba’ taħditiet, żewġ films, mumenti ta’ talb u qari u riflessjoni personali fuq il-kitbiet ta’ Merton. Kulħadd seta’ wkoll jaqsam ir-riflessjonijiet tiegħu mal-oħrajn fi gruppi. Dawk li ħadu sehem apprezzaw ferm ir-rikkezza tal-ħajja u l-kitbiet ta’ Merton u b’mod ġenerali kkummentaw li dawn il-jumejn servew biex ikomplu jiskopru l-messaġġ ta’ dan il-kittieb, ħaġa li żgur se tkun ta’ għajnuna kbira għalihom fil-vjaġġ spiritwali tagħħom. ⧀

56


Irtir għall-Inkorporandi

B

ejn il-Ġimgħa 27 u l-Ħadd 29 ta’ Novembru sar l-irtir f'Dar il-Ħanin Samaritan għall-erba’ Kandidati li ser jinkorporaw nhar il-Milied 2015. Il-Kandidati huma Simon Azzopardi (Safi/Kirkop), Darren Borg (Lija/Balzan), Michael Camilleri (Nadur) u Andrew Cassar (Marsascala). L-irtir kien animat minn diversi membri li qasmu r-riflessjonijiet tagħhom ma’ dawn l-erba’ Kandidati bi preparazzjoni għall-Inkorporazzjoni. ⧀

Tnedija tal-Ktieb Oasis of Peace, Dar il-Ħanin Samaritan

N

har il-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru kien imniedi l-ktieb Oasis of Peace, Dar il-Ħanin Samaritan tal-Professur Richard England, ippubblikat minn Preca Publications. Matul it-tnedija kien hemm mumenti ta’ talb u mużika kif ukoll interventi mill-Professur England, mis-Sur Charles Knevitt u mill-Professur Conrad Thake. Fil-konklużjoni tiegħu s-Superjur Ġenerali tkellem dwar ir-reazzjonijiet tan-nies li jżuru l-post; ħafna jiddeskrivuh bħala post ta’ paċi, post ta’ kwiet fejn il-persuna tista’ tiltaqa’ magħha nfisha u ma’ Alla li jgħammar fiha. Din it-tnedija kif kien xieraq saret fis-sala taċĊentru tal-Konferenzi u fil-ġnien ta’ Dar il-Ħanin Samaritan. ⧀

57


Assenjatur għal Jannar u Frar 2016 Dommatika Lezzjoni 49: L-istat oriġinali Lezzjoni 50: Id-doni preternaturali Lezzjoni 51: L-Iskrittura fuq id-dnub oriġinali Lezzjoni 52: Żvilupp teoloġiku tad-duttrina tad-dnub oriġinali Lezzjoni 53: Il-Maġisteru tal-Knisja fuq id-dnub oriġinali Lezzjoni 54: Il-waqgħa fid-dnub u l-konsegwenzi

Morali Lezzjonijiet 33-35: Il-liġi morali naturali Lezzjoni 36: Il-liġi divino-pożittiva Lezzjonijiet 37-38: Il-liġi umana (1-2) Bibbja Lezzjoni 1: Daħla: X’inhi l-Bibbja; Il-Kotba tal-Bibbja u t-taqsim tagħhom Lezzjoni 2-5: Ġografija biblika Lezzjoni 6: Sfond storiku-kulturali għall-Bibbja (1)

Spiritwalità Lezzjoni 26: Għajnuna mill-esperjenza umana Lezzjoni 27: L-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-esperjenza umana Lezzjoni 28: Spiritwalità tal-femminiżmu u l-liberazzjoni 58

Lezzjoni 29: Spiritwalità ekoloġika u tal-pluraliżmu u l-emarġinati Lezzjoni 30: Konklużjonijiet li ġbidna flimkien Lezzjoni 31: Spiritwalità biblika: x’nifhmu?

Storja The Story of the Church, Her Founding, Mission and Progress, paġni 455-468 (Slides 126-141 & videos): St. Therese de Lisieux; Gregorian Chants; World War I. Kateketika Lezzjoni 15: Meta tifel jieħu attitudni negattiva fil-klassi (2) Lezzjoni 16-17: Meta tħoss li m’intix ippreparat

Liturġija Lezzjoni 153: L-iżvilupp tal-liturġija Rumana tal-funerali Lezzjoni 154: L-Ordines tal-funerali Galliko Rumani tas-seba’, it-tmien u d-disa’ sekli Lezzjoni 155: Ir-Ritwal Ruman tal-1614

Tagħlim Soċjali tal-Knisja Il-Kompendju tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja – Kapitlu 8: Il-komunità politika

Dokument tal-Knisja L-Enċiklika tal-Papa Franġisku Laudato Si’: par. 17-47


Assenjatur għal Jannar 2016 Omnes Sancti Apostoli — Orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali tal-Appostli. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla jitfa’ fina l-ispirtu ta’ vera penitenza u jagħtina żmien għaliha.

Ħsieb tax-xahar Żgur li aħna bdejna din is-sena, iżda xejn ma jassigurana li xi ħadd minna ma jkollux f’xi siegħa tagħha jara l-Wiċċ Venerabbli ta’ Ġesù Kristu, Imħallef Ġust, u jieqaf fit-tribunal divin tiegħu biex minnu jieħu sentenza irrevokabbli ta’ tgawdija jew ta’ tbatija għal dejjem. Lectio Continua 3 Salm 101; Mt 1,1 – 2,1-12; Salm 102 10 Salm 103, 1-12; Mt 2,13 – 3, 17; Salm 103, 13-22 24 Salm 104, 1-15; Mt 4; Salm 104, 16-35

Qagħda 2 Salm 55 (54) 9 Il-Prekursur imħabbar (Lq 1, 1-25) (Qagħda nru. 75) 16 Eżorċisti Lhud (Atti 19, 1-21) (Qagħda nru. 407) 23 Fuq il-mejtin (1 Tess 4, 1-17) (Qagħda nru. 298) Kommemorazzjonijiet 8 San Girgor Nazjanzenu Profil nru. 61 22 San Anton Abbati Profil nru. 49

Taħditiet 15 Laqgħat ekumeniċi u interreliġjużi fi żmien il-Papa Franġisku 29 Ir-Randan tal-Ġublew talĦniena fl-Oqsma tagħna (tista’ tieħu forma ta’ diskussjoni) Paġna tal-Fundatur 5 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 36 12 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 37 19 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 38

Programm Speċjali 25 Il-Konverżjoni ta’ San Pawl Regola 7 Direttorju Ġenerali nru. 101-107

59


Jannar 2016 1 Il-Ġimgħa Marija Omm Alla Jum il-Paċi 2 Is-Sibt S. Bażilju u S. Girgor Nazjanzenu 3 Il-Ħadd L-Epifanija tal-Mulej 4 It-Tnejn (S. Eliżabetta Anna Seton) 5 It-Tlieta S. Ġwann N. Neumann 6 L-Erbgħa (S. Gwerrinu ta’ Sijon) 7 Il-Ħamis S. Rajmondu ta’ Penjafort 8 Il-Ġimgħa (S. Severinu) 9 Is-Sibt (S. Onorju) 10 Il-Ħadd Il-Magħmudija tal-Mulej 60

Assenjatur Vaganza 10 posti Rużarju Qagħda Prekatorju 30 Kant: Sliem għalik Lectio Continua

Morali Studji Bibliċi Sentenzi Epistolarju Morali Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna u Professjoni Regola Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi Qagħda Prekatorju 31 Kant: Sliem għalik Lectio Continua

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza


11 It-Tnejn (S. Iġinu) 12 It-Tlieta (S. Margerita Bourgeoise) 13 L-Erbgħa S. Ilarju 14 Il-Ħamis (S. Feliċ ta’ Nola) 15 Il-Ġimgħa (S. Massimu ta’ Nola) 16 Is-Sibt (S. Marċell) 17 Il-Ħadd It-2 tas-sena 18 It-Tnejn (S. Margerita tal-Ungerija) Jibda l-Ottavarju għall-Għaqda tal-Knejjes 19 It-Tlieta (S. Marju u sħabu) 20 L-Erbgħa S. Fabjan u S. Sebastjan

Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Spiritwali

Dommatika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu Taħdita Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Qagħda Prekatorju 32 Kant: Sliem għalik It-Tielet Ħadd Morali Studji Bibliċi Proverbji

Morali Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà

61


21 Il-Ħamis S. Anjeże 22 Il-Ġimgħa S. Publiju 23 Is-Sibt (S. Emerenzjana) 24 Il-Ħadd It-3 tas-sena 25 It-Tnejn Il-Konverżjoni ta’ S. Pawl 26 It-Tlieta S. Timotju u S. Titu 27 L-Erbgħa S. Anġela Merici 28 Il-Ħamis S. Tumas ta' Akwinu 29 Il-Ġimgħa (S. Ċesarju) 30 Is-Sibt (S. Ġjaċinta Mariscotti) 31 Il-Ħadd Ir-4 tas-sena In-Nawfraġju ta’ Missierna S. Pawl f’Malta 62

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi Qagħda Prekatorju 33 Kant: Sliem għalik Lectio Continua

Programm Speċjali tal-Konverżjoni ta’ San Pawl Dommatika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Sawm għas-Soċji Laqgħa Ġenerali (Kult lil Alla Tagħna jsir privat) Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu Taħdita Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Eloquia Kant: Sliem għalik Arloġġ Korali

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena ● Qamar Kwinta Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza


Assenjatur għal Frar 2016 Omnes Sancti Martyres — Orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali tal-qaddisin kollha martri. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla bil-ħniena u bil-potenza tiegħu jkattar in-numru tal-Magħżulin filGħaqda tagħna. Ħsieb tax-xahar Li kull bniedem jidħol fid-dinja u wara joħroġ minnha biex jidħol fl-eternità. O xi ħsieb serju l-eternità! L-eternità! Dejjem — dejjem! Qatt — qatt!

Unjoni Maġġuri Epistola: Ħtiega tat-tagħlim: 2 Tim 2, 1-7 Vanġelu: Morru għallmu: Mark 16, 14-20 Ktieb il-Kbir: Paġna 38: Il-vokazzjoni tal-istat ħaġa ta’ Alla biss Lectio Continua 28 Salm 105, 1-22; Mt 5; Salm 105, 23-45

Qagħda 6 Salm 57 (56) 20 Demetrijos (Atti 19, 22-41) (Qagħda nru. 408)

Kommemorazzjoni 26 San Polikarpu - Profil nru. 2

Taħdita 19 Ġid mill-meditazzjoni tal-Passjoni ta’ Kristu

Paġna tal-Fundatur 2 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 39 9 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 40 16 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 41 23 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 42 Regola 27 Direttorju Ġenerali nru. 108-116

63


Frar 2016 1 It-Tnejn (S. Briġida talIrlanda) 2 It-Tlieta Il-Preżentazzjoni tal-Mulej 3 L-Erbgħa S. Ansgarju 4 Il-Ħamis S. Andrija Corsini 5 Il-Ġimgħa S. Agata

Morali Studji Bibliċi Sentenzi Leħen il-Maħbub 10 posti Rużarju

Morali Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur 10 posti Rużarju

Laqgħa Ġenerali

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu

Mansjonijiet Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Qagħda 6 Is-Sibt Prekatorju 34 S. Pawl Miki u Sħabu Kant: Sliem għalik

7 Il-Ħadd Il-5 tas-sena 8 It-Tnejn S. Ġużeppina Bakhita 9 It-Tlieta S. Skolastika

64

Irtir Unjoni Maġġuri

Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Epistolarju

Dommatika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità


10 L-Erbgħa Ras ir-Randan (Sawm u Astinenza) 11 Il-Ħamis Il-Madonna ta’ Lourdes 12 Il-Ġimgħa (S. Apollonja) 13 Is-Sibt (S. Foska) 14 Il-Ħadd L-1 tar-Randan Eżami fl-Eżerċizzju 15 It-Tnejn S. Klawdju La Colombiére 16 It-Tlieta (S. Oneżimu) 17 L-Erbgħa Is-7 Fundaturi tas-Servi ta’ Marija 18 Il-Ħamis (B. Ġwanni ta’ Fiesole) 19 Il-Ġimgħa (S. Valerju) 20 Is-Sibt Dedikazzjoni talKon-Katidral ta’ S. Ġwann, Malta

Laqgħa Ġenerali

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu

136 Anniversarju tat-Twelid tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali Annwali

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Laqgħa Ġenerali Annwali

Ħniena

Laqgħa Ġenerali Annwali

Omnipotenza

Morali Studji Bibliċi Sentenzi tal-Fundatur

Morali Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Sawm għas-Soċji Laqgħa Ġenerali (Kult lil Alla Tagħna jsir privat)

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu

Taħdita Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Qagħda Prekatorju 35 Kant: Sliem għalik

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

65


21 Il-Ħadd It-2 tar-Randan Eżami fl-Eżerċizzju 22 It-Tnejn Il-Katedra ta’ S. Pietru 23 It-Tlieta S. Polikarpu 24 L-Erbgħa (S. Serġju ta’ Ċesarea) 25 Il-Ħamis B. Marija Adeodata Pisani 26 Il-Ġimgħa (S. Porfirju ta’ Gaża) 27 Is-Sibt (S. Gabrijel talAddolorata) 28 Il-Ħadd It-3 tar-Randan Eżami fl-Eżerċizzju 29 It-Tnejn (S. Oswaldu)

66

It-Tielet Ħadd

Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Spiritwali

Dommatika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Laqgħa Ġenerali

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu

Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola

Lectio Continua Dommatika Studji Bibliċi Proverbji

Omnipotenza ● Qamar Kwinta Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità


Insara u Mhumiex Kulħadd imur quddiem Alla fis-sofferenza tiegħu, ifittex l-għajnuna u jitlob għall-ħobż u għall-ferħ, ħelsien mill-uġigħ, mill-ħtija u mill-mewt. Kulħadd jagħmel hekk, Insara u mhumiex.

Talba

Kulħadd imur quddiem Alla fis-sofferenza tiegħU, u jsibU fqir, disprezzat bla saqaf fuq rasu u bla ħobż, jarah turmentat mid-dnub, mid-dgħufija u mill-mewt. L-Insara jieqfu ma’ Alla fl-agunija tiegħU. Alla jmur għand kulħadd fis-sofferenza tiegħu, jissodisfa l-ġisem u r-ruħ bil-ħobż tiegħu, imut, imsallab għal kulħadd, Insara u mhumiex, u jaħfer lil kulħadd. Dietrich Bonhoeffer

67


Dejjem hemm bżonn nikkontemplaw il-misteru tal-ħniena. Dan hu għajn ta’ hena, ta’ serħan u ta’ sliem. Is-salvazzjoni tagħna tiddependi minnha. Ħniena: il-kelma li tiżvela l-istess misteru tat-Trinità Qaddisa. Ħniena: l-aqwa u l-ogħla att li bih Alla jiġi jiltaqa’ magħna. Ħniena: il-liġi fundamentali li tgħammar fil-qalb ta’ kull bniedem li jħares b’sinċerità f’għajnejn ħutu li magħhom jiltaqa’ tul il-mixja tal-ħajja. Ħniena: il-pont li jgħaqqad lill-bniedem ma’ Alla, għax tiftaħ il-qalb għat-tama li aħna maħbuba għal dejjem minkejja dnubietna. Misericordiae Vultus Par. 2


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.