Kalendarju Museumin Marzu - April 2016

Page 1

Marzu - April 2016


† Verbum Dei caro factum est Il-86 Sena Ħarġa Numru 2 Marzu - April 2016

Editorjal “Għandu Jiċħad Lilu Nnifsu...” Snin ta’ Grazzja 20 Sena mill-Inkorporazzjoni Mil-Laqgħa Ġenerali Profeti Għax Ngħixu l-Vokazzjoni Tagħna b’Radikalità (It-Tieni Parti) Qrajt Ktieb tal-Fundatur Taħdit għat-Tfal Il-Klassiċi fil-MUSEUM L-Użu tal-Kempis fis-Soċjetà Museumina Każ Morali Il-Quddies tal-Ħadd

71 74 79 83 87 91

Mort Irtir Il-Misteri tad-Dawl

94

Missjoloġija Mill-Missjoni għal Evanġelizzazzjoni Ġdida

98

Laudato Si’ Sejħa għall-Konverżjoni u l-Azzjoni Il-Pittura tal-Faċċata Is-Samaritan it-Tajjeb filLukanda ta’ Rembrandt van Rijn Letteratura Dija Il-Membri Jiktbu Bil-Kelma tal-Mulej Saru s-Smewwiet Il-Perseveranza 60 Sena ta’ Xhieda għall-Etern Storja tal-Kalendarju Museumin Mill-Kalendarji “Antiki”... Djarju Museumin Assenjatur Talba Innamra (Fall in Love)

Rivista ta’ kull xahrejn għall-użu privat tal-membri tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M.

Direzzjoni u Amministrazzjoni: Dar Ġenerali 207 Triq San Ġorġ Preca, Marsa MRS 9010

Issettjar u stampar: Veritas Press, Ħaż-Żabbar

www.sdcmuseum.org e-mail: info@sdcmuseum.org

102

106 109

112 114 116 118 122 126 135


“Għandu Jiċħad Lilu Nnifsu...”

H

Editorjal

ekk nitolbu kull filgħodu waqt li nbusu s-Salib tar-Rassenjazzjoni u nibdew il-ġurnata b’dak kollu li l-Mulej ikun ser jibgħatilna. Din l-azzjoni kollha fidi u li ssir fil-kwiet tnissel f’min jagħmilha d-dispożizzjoni li jinħall minnu nnifsu u jgħannaq is-salib. Allura l-membru li jifhem il-ħsieb ta’ dan il-ġest sempliċi jipprova jiddistakka ruħu minnu nnifsu biex jingħata lil Ġesù fl-oħrajn. Li tinsa lilek innifsek mhux faċli għax in-natura f’kollox tibqa’ tfittex lilha nfisha u forsi għalhekk ukoll li Dun Ġorġ ried li ta’ kuljum ifakkarna din il-verità. Żewġ Attitudnijiet Madankollu membru jista’ jbus is-salib bi drawwa jew b’rassenjazzjoni passiva u bħal qisu f’qalbu jgħid: “Ħeqq, m’hemmx x’tagħmel, jien lil dan ikolli nbus”, waqt li ieħor jista’ jbusu bil-ferħ u f’qalbu jgħid: “Għażiż Ġesù, kemm hu sewwa li ninsa lili nnifsi u nitwaħħad miegħek!” It-tnejn ikunu bisuh u t-tnejn ser jiffaċċjaw il-ġurnata tagħhom. Imma x’differenza! Għax filwaqt li tal-ewwel għadu attakkat miegħu nnifsu u allura mhux ser jikber u inqas u inqas ser isib konsolazzjoni, tat-tieni għaddej minn proċess san ta’ distakk personali li huwa l-unika triq

żgura għall-maturità individwali u għall-vera paċi interjuri.

Storja ta’ Dejjem Tgħid illum inġarrbu ħafna niket, dwejjaq, uġigħ u frustrazzjoni għax għadna marbutin u attakkati wisq magħna nfusna? Tgħid qed jiġrilna li qed niffissaw u qed nibżgħu żżejjed għal ħajjitna bilkonsegwenza li qed nitilfuha f’ħajja ddisprata u frammentata? U din hija biss sitwazzjoni tal-lum jew tant hija innata fil-bniedem li minn dejjem hekk ġarrab? Ħsibijiet fuq id-distakk personali jinsabu wkoll f’tagħlim u f’reliġjonijiet oħra. Nieħdu lil 71


Siddharta Gautama (563-483 QK) li bħala filosofija kien iżomm li hu tassew ferħan dak l-bniedem li jirnexxilu jirbaħ lilu nnifsu. Hu kien jemmen li t-tbatija hija parti mill-eżistenza tal-bniedem li takkumpanjah mit-twelid salmewt. Hu jsostni li l-kawża ta’ din it-tbatija hija x-xewqa għall-pjaċiri senswali, għall-possessjonijiet u għall-poter. It-tbatija tispiċċa meta wieħed jiddistakka ruħu minn dawn ix-xewqat għax ma jibqax ifittex lilu nnifsu u eventwalment isib il-veru ferħ. Il-filosofumistiku Ċiniż Lao Tzu (531 QK) kien iktar konċiż fil-parir tiegħu biex persuna tiddistakka ruħha: “Għandek timmanifesta l-ordinarjetà, tgħannaq issempliċità, tnaqqas l-egoiżmu tiegħek u għandu jkollok xewqat mill-inqas.” Dawn u ħafna oħrajn li kitbu fuq dan is-suġġett fehmu li d-distakk personali tant huwa neċessarju għal ħajja integrata. Il-filosofa Franċiża Simone Weil (1909-1943) tiġbor dan il-ħsieb f’sentenza waħda: “L-attakkament huwa l-fabbrika l-kbira talillużjonijiet; ir-realtà jakkwistaha biss min hu distakkat.” It-Tagħlim u l-Eżempju ta’ Ġesù Dawn il-ħsibijiet jistgħu jagħtuna dawl fuq il-bniedem u l-ħidma kbira li jrid iwettaq fuqu nnifsu. Imma aħna nduru fuq Ġesù, li 72

bit-tagħlim u bl-eżempju tiegħu jurina l-ħtieġa tad-distakk u għal liema skop għandu jsir: “Min jibża’ għal ħajtu jitlifha; u min jitlef ħajtu minħabba fija jsibha.” (Mt 10, 39) Hu ġie biex dawk li jħallu kollox u jimxu warajh “ikollhom il-ħajja, u jkollhom bil-kotra” (Ġw 10, 10). Flaħħar tal-episodju taż-Żagħżugħ Għani, Ġesù spjegaha tant tajjeb din ir-realtà li donnha tidher bħala kontradizzjoni: “U kull min iħalli ’l daru jew ’il ħutu jew ’il missieru jew ’l ommu jew ’l uliedu jew ir-raba’ tiegħu minħabba f’ismi, jerġa’ jirċievi kollox għal mitt darba iktar, u jieħu b’sehmu l-ħajja ta’ dejjem.” (Mt 19, 29) Ġesù huwa l-aqwa mudell għalina ta’ kif persuna tkun distakkata minnha nfisha. Hu li kien Alla ġie jgħammar magħna, f’ħajtu fittex biss li jogħġob lil Alla u jħobb lilloħrajn. Kien bniedem ta’ serenità u libertà kbira tant li ħafna marru warajh u fl-aħħar ta ħajtu fuq issalib għas-salvazzjoni tal-umanità. Żgur li Kristu qatt ma ddispjaċieh għall-mod kif għex ħajtu. It-Tradizzjoni Nisranija Tul dawn l-elfejn sena ta’ Kristjaneżmu kienu ħafna dawk li ħadu d-dixxipulat tagħhom wara Kristu b’serjetà kbira. Dan kien ifisser għażla għal ħajja ta’ faqar fl-ispirtu, distakkata u mogħtija f’servizz ġeneruż imma li dejjem iffrottat f’ħafna ġid, integrità u


paċi. Fost il-ħafna pariri fuq dan is-suġġett, L-Imitazzjoni ta’ Kristu jissuġġerixxi li “tant immorru ’l quddiem fil-perfezzjoni daqskemm immorru kontra tagħna nfusna”. Imbagħad filktieb Il Consolatore Mirabile ta’ P. Giacomo Lambillotte nsibu li “s-sigriet biex ikollok il-paċi f’ruħek huwa li ma jkollok ebda rabta ma’ ebda ħaġa maħluqa u li tħabrek ukoll li tinfired minn kollox, speċjalment minn dak li int l-iżjed miġbud lejh”. Santa Tereża ta’ Avila fi Triq il-Perfezzjoni tikteb: “Irrid ngħid li min ma jqis xejn il-ħwejjeġ tajba tad-dinja tassew li għandu ħakma fuqhom kollha, u meta ngħid li għandu ħakma fuqhom kollha ma nkunx qiegħda nigdeb.” Wieħed jista’ jkompli jfittex u jsib ħafna iktar biex jipperswadi ruħu fuq din ilverità. Il-kitbiet tal-Fundatur jafu jkunu suffiċjenti. L-Għejxien ta’ Sejħa Kull vokazzjoni min-natura tagħha timplika għotja lil Alla f’ħajja ta’ servizz lill-oħrajn u din tagħna mhux b’inqas. Il-vokazzjoni Museumina hija sejħa wkoll biex il-membri jkomplu jikbru fiċ-ċaħda tagħhom infushom u

biex kontinwament jeżaminaw u jnaqqsu l-attakkamenti tagħhom. Dan ma jagħmluhx bi skop fih innifsu (bħala self-realization) imma biex isiru disponibbli ħalli jingħataw lill-oħrajn f’għotja ġeneruża u perseveranti. Mhux veru li ser issib l-hena fit-tfittxija tiegħek innifsek. Hija gidba u illużjoni li taħseb li ser ikollok ilpaċi tal-qalb filwaqt li tibqa’ tedha bi, tfissed u tiggosta lilek innifsek. Id-diversi drabi li l-Papa Franġisku jsemmi dan il-punt donnu jindika li l-bnedmin tal-lum, inklużi dawk li jħaddnu vokazzjoni, donnhom insew dan kollu għax preokkupati wisq bihom infushom.

Is-Soċjetà Museumina ma twaqqfitx għaliha nfisha imma biex tingħata f’servizz assidwu u kollu mħabba lejn il-bniedem. Sakemm tibqa’ tagħmel hekk allura tibqa’ relevanti. U s-Soċjetà Museumina min hi? Hija inti li ta’ kull filgħodu, għax qed tipprova tgħix id-distakk, tbus is-salib u tibda ġurnata oħra ta’ ħidma impenjata u ġeneruża għall-oħrajn. Ħajja waħda għandna u ta’ min jgħixha bl-aqwa mod possibbli. Donnu kollox jindika li mod wieħed hemm. Jekk għadek ma ppruvajtux, x’qed tistenna? ⧀

73


20 Sena Mill-Inkorporazzjoni

K

Snin ta’ Grazzja

ont nieżel bil-mod il-mod, xi ftit beżgħan u ferħan fl-istess ħin. Kont għadni kemm irċevejt l-Ewkaristija għall-ewwel darba. Kien jum l-Ewwel Tqarbina. Erġajt f’posti fil-bank ħdejn ommi u missieri. “Isa, itlob. Għidlu xi ħaġa lil Ġesù,” qaltli ommi. Bqajt ċass inħares lejha bla ma naf x’ser ngħid. “Isa, itlob xi ħaġa,” tennietli ommi. “X’ser nitlob, Ma?” weġibtha minn taħt l-ilsien. “Ejja, għid miegħi,” qaltli waqt li resqet aktar qribi. “Ġesù, għallimni nħobbok, ressaqni dejjem lejk, żommni fil-grazzja tiegħek taħt il-ħarsa ta’ għajnejk. Madonna omm tiegħi, żommni dejjem taħt il-mant tiegħek. Ġesù, urini xi trid minni, biex dak li trid minni jiena nagħmlu.”

Sinċerament ma nafx jekk din hijiex talba mħallta ma’ xi taqbila popolari. Naf li għadni ngħidha sal-lum flimkien ma’ talb ieħor li tgħallimt matul iż-żmien, speċjalment dak li kitbilna l-Fundatur. Iva, urini xi trid minni. Hekk tlabtu lil Ġesù dakinhar u bqajt, jien u nikber, nitolbu biex jurini x’irid minni. U bil-mod il-mod Ġesù beda jlaqqagħni ma’ bnedmin li għenuni nifhem x’inhi s-sejħa tiegħu għalija u nwieġeb għaliha, anki jekk xi kultant dan jitlob riskju.

Mixja lejn l-Inkorporazzjoni Fil-ħajja jseħħu sensiela ta’ ġrajjiet li aħna ngħidu li jiġru b’kumbinazzjoni. Imma 74

l-esperjenza tal-ħajja, mgħaqqda mal-għajnejn tal-fidi, turina li dawn ma jkunu kumbinazzjonijiet xejn għax warajhom ikun hemm l-id moħbija ta’ Alla li tkun qiegħda tmexxi kollox. Din tkun il-bizzilla tal-Mulej li jkun qiegħed jaħdem bil-mod meta jrid hu u bil-metodi tiegħu. Il-mixja tiegħi lejn l-Inkorporazzjoni bdiet, mingħajr ma kont naf, minn età ċkejkna meta bdejt nattendi għallezzjonijiet tad-duttrina u sena wara l-oħra nitla’ minn klassi għal oħra bil-ħafna attivitajiet li ġibduni u nisslu fija mħabba speċjali lejn dak kollu marbut mal-MUSEUM. Illezzjonijiet, il-logħob fil-grawnd,


il-passiġġati, il-plays, l-attivitajiet marbuta mal-Milied u dawk malĠimgħa Museumina, flimkien mal-imħabba kbira u ġenwina li wrewni l-membri tal-Qasam, ilkoll kienu mezzi li nemmen li l-Mulej inqeda bihom biex jitfa’ s-sejħa tiegħu fil-qalb ta’ tant żgħażagħ kif tefa’ wkoll is-sejħa tiegħu f’qalbi. Imbagħad niftakar li kont aċċettajt bil-qalb l-istedina li saritli biex inkun membru fl-Assenjatur u ftit xhur wara nibda ngħallem l-ewwel klassi ta’ tfal. Ħaddant issalib ċkejken tar-rassenjazzjoni li kont ingħatajt fiċ-Ċerimonja talKandidati u quddiem Ġesù Msallab ipproponejt li lejh biss inħares ilġranet kollha ta’ ħajti. U għamilt ukoll il-Kors tar-Responsorju. Dawn kollha servew ta’ mbuttatura ’l quddiem biex wasalt għall-Inkorporazzjoni mas-Soċjetà Museumina. Episodji li ma ġrawx b’kumbinazzjoni. Il-Mulej kien ħadem il-bizzilla tiegħu. Kemm hija f’postha l-eżortazzjoni li s-Superjur Ġenerali għamlilna, lili u lill-erba’ membri ġodda, dakinhar tal-Inkorporazzjoni f’Għawdex ta’ għoxrin sena ilu biex niftakru fil-grazzja tal-missjoni tagħna fisSoċjetà Museumina li tana s-Sinjur Alla: grazzja li tagħmilna nixbhu lill-Imgħallem divin; grazzja li tagħmilna kooperaturi fil-missjoni divina tiegħu għat-tagħlim talħajja eterna. Imbagħad wara aħna 75


l-membri pproponejna li nkunu veri skulari ta’ Ġesù Kristu, li nagħtu qima lill-Papa bħala l-Kap tal-Knisja ta’ Kristu u wkoll li nobdu b’vera fedeltà r-regolamenti u lis-Superjuri kollha tagħna. Darba kont staqsejt lil membru mill-Qasam dwar x’jaħseb li hu l-itqal regolament li għandna. U hu weġibni li l-itqal wieħed hu dak li qiegħed nikser bħalissa. U bir-raġun. Kontinwament naħdem fuq dak ir-regolament li nħossu iebes bħalissa u malajr insib li qiegħed nikser aktar minn wieħed u li minn żmien għal ieħor dawn jinbidlu wkoll. Ngħix il-Vokazzjoni Museumina It-talb, il-Quddiesa u t-Tqarbina ta’ kuljum, il-qari spiritwali, ittagħlim fl-Assenjatur, l-irtiri tax-xahar u dawk ta’ tmiem ilġimgħa li nagħmel darba fis-sena, flimkien mad-direzzjoni spiritwali meta nfittixha, ilkoll jgħinuni flgħejxien tal-vokazzjoni tiegħi. Imma jekk wieħed isaqsini jekk hemmx xi ħaġa partikolari li l-aktar li tinkoraġġini u tweżinni fil-vokazzjoni Museumina, jien inwieġbu li huma s-Soċji. U jekk xi ħadd jistaqsini x’inhi dik ilħaġa li ttellifni u tfixkilni filvokazzjoni Museumina, jien nerġa’ nwieġbu bl-istess kelma: is-Soċji. Iva s-Soċji, għax il-mod ta’ kif jgħixu l-vokazzjoni tagħhom 76


jimmotivani jew idgħajjifli l-ħila li nimxi ’l quddiem fil-vokazzjoni tiegħi. Tħossha tedifikak u ttuqek dik il-ħajja tas-Soċji li huma mimlija bl-ispirtu ta’ Alla u li meta tkun ħdejhom tħoss, mingħajr ma għandi kliem biżżejjed biex nispjega sewwa, il-preżenza ta’ Alla.

Dawn jgħinuk tħobb lil Alla bħalhom. Jgħinni ħafna l-eżempju ta’ dawk is-Soċji li jieħdu bisserjetà t-tagħlim tat-tfal u l-Assenjatur, ta’ dawk is-Soċji li jaħdmu bla heda mingħajr ma jdoqqu trombi biex jidhru u jiġbdu l-attenzjoni fuqhom. Kemm isaħħaħni l-eżempju ta’ dawk isSoċji li ma joqogħdux jibżgħu għal buthom u jgħinu milli jistgħu filħidma favur it-tagħlim. Fuq kollox, kemm insibhom ta’ spalla fuq xiex nitwieżen dawk is-Soċji li minn qalbhom jinsew ħinhom u jkunu lesti li jisimgħuk u jieħdu ħsieb u kura f’dak li tkun għaddej minnu. Dawn huma Soċji li l-mod ta’ kif jgħixu l-vokazzjoni Museumina jgħinni biex jien ukoll nibqa’ naħdem u ma naqtax qalbi. Għax bħal dawn is-Soċji nixtieq li nkun. Mill-banda l-oħra, meta jkun hemm Soċji li ma jgħixux b’mod awtentiku l-vokazzjoni tagħhom, ikunu qegħdin iservu ta’ tfixkil fil-mixja tal-vokazzjoni tiegħi u ta’ Soċji oħra. U fl-istess ħin jagħmlu ħsara lilhom infushom għax ikunu qegħdin jgħixu

gidba kontinwa bil-ħajja doppja tagħhom. Ikunu jixbhu lil dak li hu u miexi jitfa’ sieq fuq naħa u sieq fuq oħra bl-addoċċ. U min jagħmel hekk jista’ jinfetaq u jweġġa’. Hekk ukoll fil-vokazzjoni. Ma nixtieqx nitkaxkar mill-eżempju ta’ dawk li ma jridux jieħdu l-vokazzjoni bis-serjetà.

Għajnuniet Oħra Minn età żgħira l-membri tal-Qasam darrewni nkun midħla mhux biss tal-qari imma wkoll tal-kitba. U mażżmien bdejt nagħti s-sehem żgħir tiegħi fil-pubblikazzjonijiet li kull xahar joħroġ il-Qasam. Għalkemm hemm ħafna xogħol moħbi wara dan kollu, inħossu jħallili sodisfazzjon qaddis u jgħinni wkoll fil-vokazzjoni tiegħi għax bħall-Fundatur inkun qiegħed nikkontribwixxi fittagħlim Nisrani permezz tal-kelma miktuba. Għax il-kelma miktuba hija żerriegħa li tinżera’, tikber u tagħmel il-frott fi żmienha. U bħalma kitibli dan l-aħħar Soċju biex iħeġġiġni nkompli f’dan l-appostolat, “il-kitba tajba tasal fejn ma naslux aħna u tibqa’ tagħmel il-ġid anki meta nkunu għalaqna għajnejna għal din id-dinja”. Mezz ieħor li jsaħħaħni filvokazzjoni tiegħi huwa li nżomm fil-memorja tiegħi xi sentenzi ta’ ispirazzjoni. Xi kultant tisma’, taqra jew xi ħadd jgħidlek sentenza u din tibqa’ mwaħħla f’moħħok u timliek bil-kuraġġ biex tkompli timxi ’l 77


quddiem fil-vokazzjoni tiegħek. Hemm ħafna sentenzi minn dawn. Insemmi tnejn. Meta ta’ 15-il sena bdejt ngħallem l-ewwel klassi, membru fil-Qasam qalli li “dak li tagħti lill-Mulej jagħtihulek lura”. U veru. Jagħtihulek lura u bil-ħafna, kif wegħidna Ġesù fil-Vanġelu. Dun Ġorġ ifakkarna li aħna qegħdin naħdmu ma’ Sinjur kbir li ħadd ma jista’ jgħaddih fil-ġenerożità. Sentenza oħra li baqgħet f’moħħi u smajtha minn play li konna tellajna fil-Qasam tagħna hija li “l-karità toħroġ mill-bieb u tidħol mit-tieqa”. L-għajnuna li tkun tajt, anki bi tbatija, terġa’ tirċeviha lura f’suriet oħra matul ħajtek. Sentenzi bħal dawn sikwit ngħidhom u nerġa’ ntennihom, speċjalment f’mumenti fejn inkun ser nibda naqta’ qalbi. U nsibhom għajn ta’ motivazzjoni u inkoraġġiment. Ħarsa ’l Quddiem Fit-talba tal-5.00 p.m. tal-Arloġġ Museumin aħna s-Soċji nistqarru li qegħdin fis-Soċjetà Museumina u b’ħarsitna lejn il-ġejjieni nistaqsu lilna nfusna kemm ser indumu fiha. U malajr inwieġbu li nibqgħu fiha sakemm nibqgħu fidili lejn issejħa. U jien dan li nitlob. Li nibqa’ fidil lejn is-sejħa li darba għamilli u għadu jagħmilli l-Mulej Ġesù. Il-

78

kwantità taż-żmien mhux daqstant importanti għax l-Ispirtu s-Santu jurina fi Ktieb il-Għerf li “xjuħija mimlija ġieħ mhix dik ta’ għomor twil, lanqas ma titqies b’għadd is-snin. Ix-xagħar abjad għallbniedem huwa l-għaqal u għomor ix-xjuħija hu ħajja bla tebgħa.” (4, 8-9)

Iva, għaqal u ħajja bla tebgħa nixtieq. U nemmen li dawn ikunu miegħi sakemm nibqa’ ngħid iva għas-sejħa tal-Imgħallem. Jalla din tkun ix-xewqa ta’ kull membru fis-Soċjetà Museumina. Għalhekk ejjew nitħeġġu u ta’ spiss niftakru x’kitbilna Pawlu ta’ Tarsu biex “ma nintelqux. . . għax il-ħin qasir tat-taħbit tagħna jħejjilna kobor bla qies ta’ sebħ dejjiemi” (2 Kor 4, 16-17). U jien nibqa’ nitolbu lil Ġesù t-talba li darba għallmitni ommi, biex jurini xi jrid minni u jagħtini l-qawwa u l-mezzi biex dak li jrid minni jiena nagħmlu. Talba li ngħaqqadha mat-talba li s-Superjur Ġenerali talab lis-Sinjur Ġesù fl-Inkorporazzjoni ta’ għoxrin sena ilu biex ibierek kull opra ta’ jdejna u li Ġesù jkun l-uniku oġġett tal-ħsieb u l-imħabba tagħna. ⧀ Michael Debono


Profeti Għax Ngħixu l-Vokazzjoni Tagħna b’Radikalità (It-Tieni Parti)

L

Mil-Laqgħa Ġenerali

-Ispirtu ta’ Alla huwa ferm akbar minn kull wieħed u waħda minna. L-Ispirtu jaf fejn irid joħodna. Però sta għalina li nkunu attenti u b’għajnejna miftuħin beraħ għas-sinjali li jagħtina. Dan huwa aspett mill-aktar importanti fl-għejxien tal-vokazzjoni tagħna. F’rabta ma’ dak li ktibna sa issa, nieqfu fuq tliet aspetti tant importanti: (1) is-sejħa għal radikalità Nisranija mill-membri; (2) l-għejxien tar-relazzjoni tagħna ma’ Alla; (3) l-impenn personali u ekkleżjali. L-ewwel: Is-sejħa għal radikalità Nisranija. L-Isqfijiet ta’ Malta darba poġġew sfida quddiemna. Qalulna: “Kemm hemm bżonn li l-ewwel naraw il-fidi tagħna fejn waslet.” Fi kliem ieħor, din hija s-sejħa ta’ kuljum li ngħaddu minn esperjenza superfiċjali u medjokri għal esperjenza Nisranija li tmiss l-għeruq tal-ħajja u l-għażliet tagħna. Il-Papa Benedittu XVI esprima dan bosta drabi fl-Ittra Appostolika tiegħu Il-Bieb tal-Fidi fejn jitkellem dwar “vjaġġ li jdum ħajjitna kollha”, vjaġġ li huwa kkaratterizzat minn laqgħa malkelma li tixxandar lilna u millgrazzja li “tibdilna u tiffurmana”. Il-vjaġġ tan-Nisrani, u dak talmembru Museumin, huwa wieħed

serju, vjaġġ impenjattiv, vjaġġ li kif jgħid il-Papa Benedittu XVI imexxina “barra mid-deżert” u jwassalna sal-“post tal-ħajja, ... ilħbiberija mal-Iben ta’ Alla”. Huwa jisħaq li “ngħaddu mit-triq tal-fidi tagħna, li fiha nsibu l-misteru kbir tan-nisġa bejn il-qdusija u d-dnub”. Din l-esperjenza matul dan il-vjaġġ tgħaddina, u tibqa’ tgħaddina, minn ħafna għażliet. L-Isqfijiet Maltin darba semmewlna dak kollu li jista’ jkun ta’ distrazzjoni, jiġifieri l-“oġġetti li jisirqulna l-attenzjoni tas-sensi tagħna”. Għalhekk irradikalità Nisranija tfisser mhux li ningħalqu beżgħanin f’xi kamra mudlama jew inħarsu lejn dak kollu li hemm barra bħala theddida, imma li ninżlu aktar fil-fond. Kif? 79


It-tieni: Billi tassew ngħixu r-relazzjoni tagħna ma’ Alla. L-Isqfijiet tagħna esprimew dan l-aspett ċentrali meta stednuna “noħolqu spazju għal Alla... Nagħmlu ... l-għażla li nagħtu ħin lil Alla”. Kull meta noħolqu ġewwa fina dan l-ispazju għal Alla, naslu biex nistqarru: “Irrid inkun naf min hu dan Alla moħbi.” L-awturi spiritwali Biżantini taż-Żmien tanNofs kienu jitkellmu dwar dak il-post fejn Alla huwa preżenti ġewwa fina. Ir-radikalità Nisranija li semmejna ftit qabel għandha twassalna biex ngħixu din irrelazzjoni. Pedro Arrupe (19071991) darba qal: “Xejn mhu aktar prattiku milli tfittex lil Alla, jiġifieri li ssir tħobbu b’mod għal kollox komplet u deċiżiv... Idħol f’din irrelazzjoni, ibqa’ f’din l-imħabba u din tiddeċidilek kollox.” IrRegola tal-MUSEUM tgħid: “Ittalb idaħħal lill-membri fil-ħajja tat-Trinità Qaddisa li tgħammar fihom, iqawwihom fl-appostolat u jagħmilhom doċli għallispirazzjonijiet ta’ Alla u għallispirtu tal-Fundatur.” Ir-Regola tiddeskrivi lill-membri bħala dawk li “jgħixu kontinwament filpreżenza ta’ Alla u jitolbu bla ma jaqtgħu”. Ngħixu din ir-relazzjoni billi tassew infittxu l-Mulej, għalkemm huwa aktar minnu jekk ngħidu li jkun hu li qiegħed ifittixna, bħall80

missier fil-parabbola tal-Iben ilĦali, jew bħar-ragħaj li jfittex innagħġa li ntilfet. Din li “noħolqu spazju għal Alla” ma nistax ma norbothiex ma’ dak li darba kiteb il-Papa Benedittu XVI li “l-fidi hi deċiżjoni li noqogħdu mal-Mulej biex ngħixu miegħu”. F’silta oħra l-istess Papa jkompli jistedinna biex “inżommu ħarsitna fuq Ġesù Kristu” u “nikkonvertu b’mod awtentiku lejn Kristu”. Din mhix poeżija jew kliem sabiħ. Din hija stedina, sfida u impenn li tagħmel int, flimkien ma’ oħrajn.

Kemm qed toqgħod tassew f’riġlejn l-Imgħallem? Naħseb li faċli nidħlu f’ħafna attiviżmu. Ejjew inkunu sinċiera magħna nfusna. U x’insejħulu l-attiviżmu? Ġieli nagħtuh isem ieħor biex inserrħu l-kuxjenza. Insejħulu ‘entużjażmu’ jew appostolat do-it-yourself, jiġifieri kif nivvintah jien biex nikber jien. Iżda fil-verità huwa attiviżmu li mhux ġej minn Alla, imma millego tiegħi. Huwa attiviżmu, ngħidlu, tad-distorted mirrors. Huwa attiviżmu li ġej mix-xitan li mhux ipoġġi quddiemek tentazzjoni tad-dnub imma stediniet li jidhru tajbin, bħal: “Kompli aħdem siegħa oħra; kompli paċpaċ ftit ieħor; ibqa’ ftit ieħor fuq l-internet ħalli tkun taf l-aħbarijiet kollha; ibqa’ aktar fuq Facebook.” Imbagħad, wara li jkun ingannak, jibda jgħidlek: “Issa ħdimt ħafna, għejejt. Miskin,


kif kissirt dahrek; miskin, għajnejk ma tiflaħx iżżommhom miftuħin. Ħallik mit-talb quddiem Ġesù. Ixxogħol li għamilt diġà huwa talba.” U jum wara l-ieħor, addio l-ħin taladorazzjoni, addio l-ħin li taqra l-kelma ta’ Alla. Tibda tipposponi: nitlob għada, nagħmel adorazzjoni għada, immur inqerr il-ġimgħa d-dieħla, naqra ktieb spiritwali meta mmur għall-irtir, jew meta jiġi s-sajf. It-tielet: Impenn personali. L-Isqfijiet Maltin fakkruna dwar kif se ngħixu r-relazzjoni tagħna mal-Mulej. Huma jipproponu tliet affarijiet: (a) ħajja ta’ dixxipulat, mixja wara Ġesù. Ilqari tal-Evanġelju skont San Mark jurina bosta drabi x’jiġifieri tkun dixxiplu. Naraw kemm id-dixxipli sabu l-isfidi tad-dixxipulat tqal. Anzi riedu jaħarbuhom. Riedu dixxipulat kif kien jaqbel lilhom u kif kien jidhrilhom. Dan jiġri lilna wkoll. L-Isqfijiet qalulna ċar u tond: “Hemm bżonn li naqraw x’għamel u x’qal Ġesù l-aktar fil-Vanġeli: inkella kif se nimxu warajh?”; (b) din l-esperjenza ma nagħmluhiex waħedna – nagħmluha flimkien bħala komunità, bħala Knisja, bħala Soċjetà tal-MUSEUM – għalhekk l-importanza ta’ dixxerniment personali u komunitarju; (ċ) nissaħħu f’dan l-impenn personali u ekkleżjali biex ngħixu l-fidi permezz tal-Ewkaristija. 81


Dan l-impenn – bħala dixxipli, flimkien bħala Knisja li tiċċelebra l-fidi, bħal fis-sagramenti – insibuh ukoll fl-Ittra Appostolika Porta Fidei tal-Papa Benedittu XVI. Xi eżempji: “Ma nistgħux inħallu l-melħ isir bla togħma jew li d-dawl jinħeba”; “hu jibgħatna fit-toroq tad-dinja biex inxandru l-Evanġelju tiegħu”. Fil-messaġġ tiegħu għas-37 Jum Dinji ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet iċċelebrat fissena 2000, il-Papa San Ġwanni Pawlu II kiteb: “Dak li jemmen isib fl-Ewkaristija mhux biss il-muftieħ biex jifhem l-eżistenza tiegħu imma wkoll il-kuraġġ biex ipoġġiha fil-prattika u jibni, fid-diversità tal-kariżmi u l-vokazzjonijiet, ilĠisem uniku ta’ Kristu fl-istorja.” Dan it-tagħlim tal-Papa Pollakk jitfa’ dawl prezzjuż fuq ir-rabta ħajja bejn it-tweġiba għas-sejħa minn Alla u s-sagrament talEwkaristija.

Fl-istess messaġġ il-Papa Ġwanni Pawlu II jirrifletti fuq l-esperjenza tad-dixxipli ta’ Għemmaws li għarfu ’l Ġesù fil-kelma tiegħu u filqsim tal-ħobż. Jistqarr li “f’dawk il-qlub imkebbsa nistgħu naraw l-istorja u l-iskoperta ta’ kull vokazzjoni, li mhijiex emozzjoni transitorja imma għarfien aktar żgur u aktar b’saħħtu li l-Ewkaristija u l-Għid tal-Iben iridu jsiru dejjem aktar l-Ewkaristija u l-Għid tad-dixxipli tiegħu”. Ta’ min 82

jinnota ċerti espressjonijiet li juża l-Papa: qlub imkebbsa ... l-istorja u l-iskoperta ta’ kull vokazzjoni ... mhijiex emozzjoni transitorja. Din il-laqgħa mal-Mulej li jagħmel kull min iwieġeb għas-sejħa tinsab filqalba ta’ kull sejħa. Fil-ġenesi ta’ kull vokazzjoni hemm relazzjoni ħajja bejn il-qaddej u l-Imgħallem tiegħu. Inti qaddejja; inti tisma’ l-vuċi tal-Imgħallem, tirrifletti fuq dak li smajt, titlob, tieħu parir mingħand il-Parrina jew idDirettriċi Spiritwali, tiddjaloga mas-Superjuri, tkompli tagħmel dixxerniment, tilqa’ l-istedina li jurik il-Mulej u tkompli titlob biex issostni s-sejħa tiegħek bħala membru. Il-Preżenza Reali flEwkaristija tgħinek biex kuljum tagħraf aħjar in-natura tas-sejħa tiegħek, u tifhem aħjar li s-sejħa tissarraf fl-għotja tiegħek ta’ kuljum. ⧀ Dun Hector Scerri

[ ] “Persuna tkun taf li sabet il-vokazzjoni tagħha meta tieqaf taħseb dwar kif ser tgħixha u tibda tgħixha.”

Thomas Merton


Taħdit għat-Tfal

I

Qrajt Ktieb tal-Fundatur

llum il-ġurnata l-katekist jista’ juża diversi sorsi u għajnuniet għallkatekeżi tiegħu. Id-djoċesi tipprovdi manwali għall-katekeżi bi preparazzjoni għas-sagramenti. Wieħed jista’ wkoll jixtri għadd kbir ta’ manwali u kotba li huma ta’ għajnuna għall-katekeżi. Biex ma nsemmux ukoll l-internet fejn wieħed jista’ jsib minjiera ta’ informazzjoni u għajnuniet għal-laqgħat u l-lezzjonijiet. Però mhux l-istess jista’ jingħad għall-bidu tasseklu għoxrin meta Dun Ġorġ waqqaf is-Soċjetà tal-MUSEUM. Is-Soċji talbidu kellhom ħeġġa kbira għat-tagħlim imma ftit kien hawn materjal adatt għal min ried imexxi klassi tat-tfal kbar. Permezz ta’ dan il-ktieb, Taħdit għat-Tfal, Dun Ġorġ ipprova jindirizza dan il-bżonn.

Dan il-ktieb Dun Ġorġ kitbu fil-bidu tas-Soċjetà tal-MUSEUM. Partijiet minnu ġew stampati f’faxxikli qosra aktarx fil-bidu tas-snin għoxrin jew qabel u kien stampat sħiħ f’data mhux magħrufa imma żgur qabel l-1929. Il-ktieb fih 53 taħdita dwar suġġetti varji biex iservu ta’ għajnuna għallPrefetti, speċjalment tal-klassi tal-Magħżulin. Fis-suġġetti ttrattati nsibu tagħlim dommatiku u morali flimkien ma’ tagħlim spiritwali u devozzjonijiet li kienu popolari fi żmien Dun Ġorġ. Insibu taħditiet dwar x’għandna nemmnu bħala Nsara

83


bħal ‘Alla Wieħed fi Tliet Persuni’ u ‘Alla Inkarnat’, dwar prattiċi li jgħinuna fit-triq tal-qdusija bħal ‘L-Eżami tal-Kuxjenza’, ‘Il-Qrar’ u ‘It-Tqarbin’, dwar virtujiet Insara bħal ‘L-Ubbidjenza’, ‘L-Umiltà’ u ‘Il-Fidi’. Insibu anke suġġetti dwar devozzjonijiet bħal ‘Id-Devozzjoni lejn Marija Santissma’, ‘Ir-Rużarju’, ‘Tlett Iqlub f’Qalb Waħda’ u anke ‘Iċ-Ċintura’. Billi t-tagħlim ta’ dan il-ktieb hu intenzjonat li jgħaddi għand it-tfal, insibu xi suġġetti li jolqtu speċjalment lit-tfal bħal ‘IlKumpanija Ħażina’, ‘L-Okkażjoni’, ‘Il-Gidba’ u ‘Id-Dnub’.

Dun Ġorġ juża numru ta’ sorsi biex minnhom jislet it-tagħlim għat-taħdidiet tiegħu. Juża ħafna t-tagħlim tal-Knisja kif kien spjegat u mgħallem fil-bidu tas-seklu

84

għoxrin. Dan it-tagħlim jirfdu bi kwotazzjonijiet mill-Bibbja, speċjalment mis-Salmi, millEvanġelju u mill-Ittri ta’ San Pawl. Jirreferi wkoll għall-ħajjiet ta’ xi qaddisin, għall-ktieb L-Imitazzjoni ta’ Kristu ta’ Tumas à Kempis u għal numru ta’ proverbji biex isaħħaħ l-argumenti tiegħu. It-tagħlim li jgħaddi hu dejjem megħjun minn tixbihat u eżempji biex jolqot lil min jaqra u l-messaġġ jasal aħjar. Fil-bidu tal-ktieb Dun Ġorġ jittratta l-fini tal-bniedem u n-Novissmi u għalhekk jidher li xtaq jagħtihom ċerta importanza. Dan jagħmlu mhux biex ibeżża’ lit-tfal imma aktar biex iġegħilhom jaħsbu dwar il-fini tagħhom, jaħarbu d-dnub u jħobbu lil Alla li tant iħobbna. Dun Ġorġ kien frotta ta’ żmienu u t-tagħlim li jwassal f’dan il-ktieb


hu kif kien spjegat mill-Knisja filbidu tas-seklu għoxrin. Wieħed irid ikun aġġornat dwar it-tagħlim tal-Knisja fuq ċerti suġġetti li jista’ jkun illum qed jiġu spjegati differenti minn kif kitibhom Dun Ġorġ, bħal meta jitkellem dwar l-indulġenzi. Wieħed għandu anke jagħżel bir-reqqa l-eżempji u t-tixbihat li juża mat-tfal għax jista’ jkun li xi wħud minn dawk użati minn Dun Ġorġ ma tantx jinftiehmu llum il-ġurnata.

Imma dan ma jnaqqas xejn millvalur tal-ktieb. Għalkemm Dun Ġorġ kitbu fil-bidu tal-ħajja tiegħu, insibu fih minjiera minn fejn nistgħu nieħdu mill-ispirtu tiegħu u ngħadduh lit-tfal u ż-żgħażaġħ tagħna. Fih wieħed iħoss l-imħabba kbira li Dun Ġorġ kellu lejn Alla u l-premura kbira li

kellu biex kulħadd iħobbu bħalma kien iħobbu hu. Naraw il-fiduċja kbira li l-Fundatur kellu f’Alla meta jitkellem dwar il-providenza tiegħu. Naraw lil Dun Ġorġ jitkellem dwar il-kruha tad-dnub li hu ‘l-uniku għadu’ tal-bniedem u li minnu ġej kull deni li hawn f’din id-dinja u fl-oħra. Naraw lil Dun Ġorġ jitkellem dwar il-paċi tal-qalb li hi r-rigal li Alla jagħti lil min jgħix kif għallimna Kristu u jgħożż issilenzju. Imma forsi l-aktar taħdita ċelebri f’dan il-ktieb hi meta Dun Ġorġ jitkellem dwar Kristu Msallab. Hawn wieħed jinnota li d-devozzjoni lejn Kristu msallab bħala għajn tal-ispirtu ta’ Kristu kienet sa mill-bidu fil-Fundatur. Dun Ġorġ isemmi x’jitgħallem in-Nisrani meta jimmedita lil Kristu Msallab, imbagħad ikompli jispjega kif Kristu kruċifiss għandu jġibilna mistrieħ:

85


Għidli, min hu li jħares lejn ilkruċifiss u ma jikkwetax f'mistrieħ perfett? • Dnubietek ibeżżgħuk? Stħajjel li Kristu kruċifiss jgħidlek: Ħares 'l hawn u kkwieta għax jiena ħallast għalik. • Xi ħadd ittrattak ħażin? Stħajjel li l-kruċifiss jgħidlek: Ħares 'l hawn u kkwieta għax jiena għamilt il-ġid u ħallsuni biddeni. • Int imweġġa' jew imnikket? Stħajjel li Kristu kruċifiss jgħidlek: Ħares 'l hawn u kkwieta għax jiena innoċenti f'baħar ta' wġigħ, ta' niket. • Tinsab inti nieqes minn xi ħaġa? Stħajjel li Kristu kruċifiss jgħidlek: Ħares 'l hawn u kkwieta għax jiena msallab għeri. • Inti int imżeblaħ? Stħajjel li Kristu kruċifiss jgħidlek: Ħares 'l hawn u kkwieta għax jiena Alla oġġett ta’ għajb, żuffjett u daħk.

F'kelma waħda f'kull stat tiegħek spiritwali għandek issib dejjem konfort x'tiġbed minn Kristu kruċifiss, li jgħid lil kull min iħares lejh li kollox jispiċċa bil-mewt: delizzji u biki. Kull suġġett li Dun Ġorġ jittratta f'Taħdit għat-Tfal jispiċċa b'konklużjoni fejn iħeġġeġ lillqarrej biex iqiegħed fil-prattika tal-ħajja tiegħu t-tagħlim ta' din ir-riflessjoni. Il-kitba tal-Fundatur għandna naqrawha u nirriflettu fuqha biex ngħixu bl-istess spirtu li kellu hu. Għalkemm il-ktieb jismu Taħdit għat-Tfal, hu ftit tqil biex jinqara direttament mit-tfal. Hu aktar maħsub biex iservi ta' manwal għall-katekisti biex dawn imbagħad iwasslu dan it-tagħlim b'mod aktar spjegat. Mela ejjew l-ewwel ngħixu aħna l-messaġġ ta' dan il-ktieb u mbagħad ngħadduh lit-tfal li ngħallmu. ⧀ Lawrence Fenech

Trid, o tifel, tara kemm huwa kbir in-numru tal-boloh? Osserva kemm ftit nies għandhom fommhom sieket. Bosta u bosta żaqqhom, kif jgħid il-proverbju, tesa’ fornata ħobż u kelma ma tesagħhiex. Irrisolvi mmela li ma timitax ħlief ’il min huwa silenzjuż, speċjalment lil Kristu. 86

Taħdit għat-Tfal p. 23


L-Użu tal-Kempis fis-Soċjetà Museumina

L

Il-Klassiċi fil-MUSEUM

-Imitazzjoni ta’ Kristu, wieħed mis-sinjali pożittivi tal-moviment riformista Devotio Moderna tal-erbatax-il seklu u l-bidu tal-ħmistax, ħalla influwenza spiritwali formattiva fuq għadd ta’ nies, Insara u mhumiex.

Biex nagħtu ħjiel tal-firxa ta’ persuni li apprezzaw dan ilktieb, insemmu fost l-oħrajn lil San Injazju ta’ Loyola li daħħal xi materjal minn L-Imitazzjoni fl-Eżerċizzji Spiritwali, u lil San Tumas More li kien iqisu bħala manwal indispensabbli għal kull Nisrani. Il-Beatu Frédéric Ozanam (1813-53), meta ġie biex jifformula l-ispiritwalità tasSoċjetà ta’ San Vinċenz de Paule, assenja wkoll qari mill-Kempis. San Ġwanni XXIII (Papa, 1958-63) u Dag Hammarskjöld (Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, 195361) ukoll jaffermaw kif laqathom dal-ktieb ta’ Tumas à Kempis. Għax illum ma tantx fadal dubju dwar min hu l-awtur tal-Imitatio Christi - il-Patri Agostinjan, kittieb u teologu, Thomas Hemerken à Kempis (1379/1380-1471). 87


Mhu xejn tal-iskantament għalhekk li l-Kempis kien pilastru ewlieni fil-formazzjoni ta’ Dun Ġorġ Preca sa minn meta kien seminarista. Fil-fatt dan it-trattat kien manwal ta’ formazzjoni fis-seminarji ta’ dak iż-żmien, u x’aktarx li f’diversi minnhom kienet obbligatorja l-verżjoni oriġinali Latina. Sa mill-bidu wkoll Dun Ġorġ poġġa l-Imitazzjoni fis-sinsla ta’ dak li kellu jwettaq. Fir-Regula Eptangelorum, kitba bikrija bilLatin ta’ Dun Ġorġ, jidher sew kemm il-Kempis kien essenzjali fil-formazzjoni spiritwali tiegħu. Hu kiteb li, fil-“librerija żgħira” u “fqira” li għandu jkun hemm “f’dar il-Petridi Eptanġli djakni”, “dawn il-kotba li ġejjin għandhom iżejnu(ha)”: “Il-Kotba tal-Iskrittura Mqaddsa, .... Il-Konċilju ta’ Trentu, ... Il-Katekiżmu Ruman, .... Il-ktieb magħruf bħala ‘Imitazzjoni ta’ Kristu’, ....”

Fil-Kostituzzjonijiet tal-Papidi ta’ qabel l-1916, il-Kempis jitniżżel fil-par. 212 bħala materja “ta’ bilfors” għal kull irtir. Dal-qari fil-fatt baqa’ jkun assenjat fl-irtiri tal-ewwel Ħadd tax-xahar żgur sas-sebgħinijiet. Mix-xhieda u mill-ħajja tas-Soċjetà, kif jidher fil-Calendarju Museumin, nafu li fil-bidu L-Imitazzjoni ta’ Kristu kien jifforma parti sew mill-ewwel Assenjatur, flimkien mat-Tħejjija għall-Mewt ta’ San Alfons M. de' Liguori (1696-1787), il-Massimi ta’ Ġesù Kristu, eċċ. Meta Ewġenju Borg kellu jipprova l-ġenwinità ta’ tagħlimu quddiem il-Kurat ta’ Bormla, stqarr: “Jiena kont ngħallem kif kien jgħallem Dun Ġorġ, jiġifieri Leħen il-Maħbub, qari mill-Kempis u Tħejjija għallMewt.” Għalkemm fl-Inkjesta tal-1916 ilKempis fix-xhieda li nkitbet ma jissemmiex direttament, paragrafu mill-konklużjonijiet, miktuba u

“Idra mela ħu paċenzja bid-difetti tal-oħrajn, b’kulma jaqgħu fih, għax inti wkoll, kos, għandek bosta difetti li l-oħrajn ikollhom jitqannew bihom. Jekk ma tistax tbiddel lilek innifsek kif tixtieq, b’liema mod trid li ħaddieħor ikun skont ma titlob qalbek? Lill-oħrajn irriduhom perfetti, u mbagħad id-difetti tagħna xejn ma nħabirku biex neqirduhom.” L-Imitazzjoni ta’ Kristu, L-Ewwel Ktieb, Kap. XVI 88


miġbura mit-tliet membri talKummissjoni, jagħtik x’tifhem li l-attitudnijiet prinċipali elenkati, apparti l-manswetudni, joħorġu ċari mill-ewwel vrus tal-Imitatio Christi: “La Congregazione ha per suo scopo principale il disprezzo delle vanità del mondo, l’imitazione di Gesù Cristo, e la pratica della virtù della mansuetudine in modo speciale: ....”. L-ewwel kapitlu tal-Ewwel Ktieb tal-Kempis jismu “L-Imitazzjoni ta’ Kristu u d-Disprezz tal-Vanitajiet Mundani”. L-ispirtu u l-kliem tal-Kempis jinħassu sew fil-kitbiet ewlenin ta’ Dun Ġorġ, anki fejn l-awtur ma jissemmiex (ara Rivista Dun Ġorġ, 2011). Dun Ġorġ innifsu ttraduċa siltiet minnu u ppubblikahom bħala sentenzi fil-famużi four pages: Sentenzi mill-Kempis għarRiflessjoni (51 sentenza, bla data, x’aktarx tal-ħamsinijiet). Dawn issentenzi żgur li kienu jingħadu flOqsma u anki jiġu mqassma lil min mhux fis-Soċjetà. Apparti mill-Assenjatur u l-Irtiri, il-Kempis, flimkien ma’ Il-Ktieb ilKbir, kellu post prominenti wkoll fil-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa sa mill-ewwel Randan u l-ewwel programm dokumentat, kif jidher mill-Calendarju Museumin ta’ Marzu u April 1931. Ta’ min jinnota li l-Calendarju beda jkun stampat f’Diċembru 1930.

Billi l-Fundatur kien għadu ma kitibx Is-Sakrarju tal-Ispirtu ta’ Kristu, fil-programmi kif jidhru fil-KM antiki hemm assenjat li jinqraw diversi kapitli mill-Kempis. Is-Sakrarju ħareġ fl-1948 u minn April 1949 beda jkun assenjat hu minflok il-Kempis (ara Kalendarju Musewmin, April 1949). Il-qari kien hekk:

It-Tnejn tal-Ġimgħa l-Kbira: Kempis I, kapitli 7, 12, 13 u 24; It-Tlieta: Kempis II, 11 u 12; L-Erbgħa tat-Tniebri: Kempis III, 18,19,54 u 56; F’Ħamis ix-Xirka u fil-Ġimgħa l-Kbira jibqa’ jinqara biss IlKtieb il-Kbir.

Mit-titli tal-kapitli li kellhom jinqraw, wieħed jista’ jinnota wkoll fejn kien irid jagħmel l-enfasi l-Fundatur. X’aktarx li flOqsma kienet tintuża l-edizzjoni ta’ L’Imitazioni ta Cristu bid-data 1920 u stampata għand Giov. Muscat ta’ 48, Strada Mercanti, ilBelt Valletta. 89


Apparti dan, fil-Kalendarji talbidu ġieli ġabu sentenzi millKempis miktuba b’ittri kbar. Hekk, fil-Calendariu Museumin ta’ Jannar 1936, fuq il-qoxra ta’ wara minn ġewwa hemm “Strina” b’mistoqsija u bi tweġiba jidher paragrafu mill-Kempis (III, 19, v. 3). Punt ieħor: fil-Calendariu Museumin ta’ Novembru 1936, p. 101, ikomplu “Id-Doveri tasServienti Particolari Museumini”, “mill-Cost: u Reg: S.P. mill Capitlu VII”, u f’nru. 46 (p. 104) hemm:

“Is-servient tall Catechismu axxeticu ghandu jehu hsieb il kari tall Kempis meta dan hu imkighed fill programmi.” Dan it-trattat klassiku għadu jispira kif ispira sa minn meta deher fl-istampa qrib is-sena 1427. Ma jagħmilx ħażin għalhekk il-Museumin tal-lum jekk b’ċerta attenzjoni jissokta jżomm f’idejh dan il-ktieb klassiku tal-Kempis. ⧀ Joseph Abdilla

“Frugħa, mela, li trekken ġid ta’ din id-dinja u fih tqiegħed it-tama tiegħek. Frugħa li tħabrek għall-unuri u għal xi post għoli. Frugħa li tpaxxi u tikkuntenta lil ġismek u tfittex il-ġibdiet tad-dinja, biex imbagħad ikollok tpattiha qares. Frugħa li tixtieq ħajja twila, mingħajr ma jimpurtak xejn jekk tkunx qaddisa. Frugħa li ma taħsibx ħlief f’din il-ħajja u mill-oħra xejn ma jimpurtak. Frugħa li tiġġerra wara l-ħwejjeġ ta’ din id-dinja li bħal xejn jgħaddu, bla xejn ma tqis l-hena ta’ dejjem.”

L-Imitazzjoni ta’ Kristu, L-Ewwel Ktieb, Kap. I 90


Il-Quddies tal-Ħadd

Każ Morali

Margerita kienet traskurata fid-doveri reliġjuzi tagħha u għalhekk qajla qatt kienet tattendi għall-Quddiesa tal-Ħadd.

I

l-preċett tal-Quddies tal-Ħadd jobbliga lill-Kattoliċi fil-kuxjenza. Diversi dokumenti tal-Knisja jitkellmu mill-obbligu tal-Quddies fil-Ħdud u l-festi kmandati.

Dies Domini “Hekk il-Ħadd joħroġ bħala mudell naturali biex jinftiehmu u jiġu ċċelebrati dawn il-festi tas-Sena Liturġika li huma hekk ta’ valur għall-ħajja Nisranija li l-Knisja għażlet li tenfasizza l-importanza tagħhom billi għamlet obbigatorju għall-fidili li jattendu l-Quddies u josservaw żmien ta’ mistrieħ.” (Ġwanni Pawlu II, Ittra Appostolika Dies Domini 1998, 79)

Kodiċi tal-Liġi Kanonika “Fil-Ħdud u ġranet oħra talobbligu, il-fidili għandhom jipparteċipaw fil-Quddiesa.” (Kan 1247)

Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika “L-ewwel preċett (is-smigħ talQuddies fil-Ħdud u l-festi kmandati) jitlob li l-Insara jieħdu sehem fiċċelebrazzjoni Ewkaristika malġemgħa tal-komunità Nisranija.” (Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, nru. 2042) Mela joħroġ ċar li mhux biss hemm l-obbligu tal-Quddies filĦdud u l-festi kmandati, imma dan l-obbligu hu wieħed ta’ dnub gravi. Imma dan ifisser li kull tħollija tal-Quddies tammonta għal dnub mejjet? Hawnhekk se nagħtu żewġ fehmiet ta’ tnejn mill-aqwa moralisti tas-seklu għoxrin, jiġifieri Karl H. Peschke u Bernard Haring. 91


Peschke “Il-preċett tal-attendenza talQuddies (fil-Ħdud u l-festi kmandati) jobbliga lill-Kattoliċi fil-kuxjenza. Dan għandu jinżamm kontra tendenzi li kultant jitfaċċaw li jiċħdu dan l-obbligu, ħaġa li, flaħħar mill-aħħar, iġġib fix-xejn dan il-preċett. Madankollu wieħed jista’ jistaqsi jekk it-tħollija bi traskuraġni ta’ Quddiesa tal-Ħadd hijiex kull darba dnub gravi. Ittħollija okkażjonali tal-Quddiesa tal-Ħadd hi kontradizzjoni radikali kontra l-pjan ta’ Alla hekk li kull darba hi okkażjoni li fiha ssir l-għażla fundamentali? Jew din għandha titqies biss fil-każ ta’ traskuraġni aktar abitwali?...Traskuraġni frekwenti fil-Quddiesa tal-Ħadd għandha titqies bħala nuqqas gravi, imma mhux kull tħollija okkażjonali. Sustanzjalment l-obbligu hu wieħed gravi, imma jammetti ċokon ta’ materja, i.e. ommissjoni okkażjonali hi ta’ piż inqas.” (Karl H. Peschke, Christian Ethics, Vol.2, Theological Publication in India, Bangalore 1996, p. 167)

92

Haring “Billi r-regolarità (tal-Quddiesa tal-Ħadd) ‘b’mod assolut’ mhi bl-ebda mod liġi divina, tidher li hi ħaġa sproporzjonata li thedded b’telfien etern kull darba li dak li jkun iħalli barra eċċezzjonalment il-Quddiesa…


Inqisha ħaġa raġjonevoli li nitkellmu minn obbligu gravi fejn tidħol l-attendenza tal-Quddiesa tal-Ħadd, imma mhux fis-sens ‘talpiena ta’ dnub mejjet.’” (Bernard Haring, Free and Faithful in Christ, Vol.1, St Paul Publication, Londra 1978, pp. 416-417) Hu ċar li l-obbligu tal-Quddies fil-Ħdud u l-festi kmandati jorbot fil-kuxjenza taħt dnub gravi. Meta okkażjonalment titħalla l-Quddiesa f’dawn ilġranet tal-obbligu, wieħed irid jara din it-tħollija fl-isfond talgħażla fundamentali. Min għażel u jħobb lil Alla jfittex li jkun fil-

kumpanija tiegħu u għalhekk ittħollija okkażjonali tal-Quddies fil-ġranet tal-obbligu wieħed irid jaqraha fid-dawl ta’ kemm qed jipprova jħobb lil Alla. Min qed jipprova jħobb lil Alla bisserjetà jara li jnaqqas kemm jiflaħ l-okkażjonijiet rari li fihom ma jismax Quddies tal-obbligu. Min iħobb lil Alla jfittex li jdawwar il-legalizmu tal-obbligu (li hu meħtieġ) f’att liberu ta’ mħabba (li hi mixtieqa). Min-naħa l-oħra, ma jidhirx li hemm dubju li min jittraskura l-Quddies tal-obbligu minħabba indifferenza spiritwali jkun qed jonqos gravament. ⧀ Joe Camilleri

Margerita tagħmel sew li kellha taqra dak li jgħid Il-Katekizmu tal-Knisja Kattolika: “Hu għalhekk li l-Insara huma obbligati jissieħbu fl-Ewkaristija fil-festi kmandati, sakemm mhumiex skużati minħabba xi raġuni gravi bħalma hu l-mard, il-ħsieb tat-trabi u tat-tfal żgħar, jew huma dispensati millkappillan proprju tagħhom. Dawk li jonqsu minn dan id-dmir għax iridu, jagħmlu dnub gravi.” (KKK 2181)

93


Il-Misteri tad-Dawl 23-25 ta’ Ottubru 2015

F

Mort Irtir

’din ir-rubrika żewġ membri jagħtuna r-riflessjonijiet tagħhom wara li attendew l-irtir li tmexxa minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. Il-meditazzjonijiet tal-Arċisqof kienu meħuda mill-Misteri tad-Dawl li l-Papa Ġwanni Pawlu II introduċa fl-2002 u li kif nafu għandhom rabta malFundatur. L-irtir sar f’Mt. St. Joseph u għalih attendew 40 membru.

Ġesù Huwa d-Dawl

Ir-riflessjonijiet tal-Arċisqof kienu bbażati fuq siltiet mill-Evanġelju li juru lil Ġesù bħala d-dawl. Fl-Ewwel Misteru għandna x-xena ta’ Ġesù jitgħammed minn Ġwanni l-Battista fix-xmara Ġordan. Skont Santu Wistin, Ġwanni ma kienx ħlief leħen, waqt li l-Mulej kien il-kelma. Ġwanni kien il-leħen għal ftit taż-żmien waqt li Kristu kien il-kelma li eżistiet sa mill-eternità. Jekk tneħħi l-kelma x’jibqa’ mil-leħen? Il-leħen mingħajr il-kliem jolqot il-widna iżda ma jerfax lill-qalb. Dan iwassalna biex naħsbu fuqna s-Soċji li nwasslu l-kelma lil ħaddieħor imma l-ewwel din trid tkun magħġuna sewwa f’qalbna. It-Tieni Misteru. Dakinhar sar tieġ f’Kana tal-Galilija u naqashom l-inbid. Ġesù kien mistieden għattieġ u ommu ndunat li kellhom problema bl-inbid. Intuża l-ilma li kien hemm għall-ħasil ta’ kuljum. Dan kien ilma tat-tieni klassi imma Ġesù lilu uża biex isir il-miraklu. Wara kulħadd qal kemm kien tajjeb l-inbid. Huwa l-inbid li nsibu fl-Evanġelju li 94

huwa l-itjeb u l-aħjar. Il-fatt li aħna nibnu l-lezzjonijiet tagħna fuq l-Evanġelju iktar milli fuq dak li qed jgħidu l-oħrajn jew dak li naħsbu aħna, huwa garanzija li dak li nagħtu jkollu togħma tajba. Jien x’qed nagħti, it-togħma tiegħi jew ta’ Ġesù?

It-Tielet Misteru. Fil-ktieb Il-Kors tal-Pellegrin Nisrani l-Fundatur


f’Waqfa Numru 27 jikteb: “Inġibu quddiem għajnejna lis-Sinjur tagħna Ġesù Kristu fil-Galilija jxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta’ Alla, jgħid: ‘Agħmlu ndiema u emmnu fl-Evanġelju.’” Ġesù ġie jwaqqaf Knisja fuq l-art li l-missjoni tagħha kellha tkun ixxandir tal-Aħbar it-Tajba għallindiema. Din wara kollox kienet il-missjoni ta’ Ġwanni l-Battista u hija wkoll il-missjoni tagħna li nkomplu nkabbru s-Saltna ta’ Alla fuq l-art. Ir-Raba’ Misteru. Ġesù tela’ fuq il-muntanja u hemm tbiddel quddiem tlieta mill-Appostli. Pietru ried jibni tinda għal Ġesù, għal Mosè u għal Elija; nesa lilu

nnifsu quddiem din id-dehra sabiħa. Wiċċ Ġesù ħa dehra oħra u lbiesu sar jiddi bil-bjuda. Din il-ġrajja tfakkarna f’dak li naqraw fil-bidu tal-Programm ta’ Ħamis ix-Xirka: “Wiċċ Kristu: la kien hawn u lanqas jista’ jkun hawn wiċċ hekk prezzjuż.” Niftakru wkoll meta aħna għedna din issentenza sabiħa fiċ-Ċerimonja tal-Kandidati: “Lejh biss inħares il-ġranet kollha ta’ ħajti.” L-Isqof San Anselmu jikteb li biex ikollok ix-xewqa li tara lil Alla trid tidħol fil-kamra ta’ ġewwa nett ta’ moħħok, tbattalha minn kollox barra minn Alla u kulma jgħinek tfittxu, tagħlaq il-bieb u toqgħod tfittex lil Alla. 95


Il-Ħames Misteru. L-ewwel ħaġa li jagħmel Soċju meta jidħol il-knisja hi li quddiem is-Sagrament jitlob il-Coram Domino. F’din it-talba niftakru kif Ġesù għażel proprju ikla biex iwaqqaf is-sagrament tal-Ewkaristija u jibqa’ magħna. Il-ħin tal-ikel huwa l-mument fejn il-familja tinġabar flimkien. Hekk ukoll Ġesù jiġborna madwar l-artal biex nirċevuh f’qalbna. Inħeġġu lil xulxin biex nagħmlu din l-esperjenza tal-irtir. Tkun tista’ tirtira anke għal ftit ġranet

mill-appostolat tiegħek u tidħol fil-ġewwa nett tiegħek innifsek u hemm titkellem ma’ Alla. L-esperjenza tal-irtir inqisha bħal dik ta’ fuq it-Tabor għax tkun qiegħed fil-preżenza ta’ Alla. Imma bħalma Ġesù niżel minn fuq it-Tabor anke aħna jeħtiġilna noħorġu mill-irtir ħalli dak li nkunu esperjenzajna ngħixuh u naqsmuh mal-oħrajn fil-ħajja ta’ kuljum. L-irtir huwa okkażjoni oħra biex Soċju jkun awtentiku meta mhux biss jattendi l-irtir imma jibqa’ jgħixu kuljum. ⧀ Mario Debattista

Dispożizzjonijiet Kont ħerqan ħafna li nidħol għal dan l-irtir għax xtaqt nagħmlu bi preparazzjoni għal għeluq il-25 sena tiegħi bħala Soċju, preċiżament nhar ilMilied tas-sena li għaddiet. Issa li għaddew ftit xhur minn dan l-irtir nitlob lil Alla biex jagħtini l-grazzja li dawn id-dispożizzjonijiet sbieħ li ser insemmi ngħixhom mill-aħjar li nista’. Fl-introduzzjoni tal-irtir smajna li Alla hu l-ħabib tas-silenzju. Kemm qed nippruvaw noħolqu spazji ta’ silenzju fil-ħajja ta’ kuljum?

Fl-episodju tal-magħmudija ta’ Ġesù l-Missier jitgħaxxaq bl-Iben, speċjalment bl-umiltà tiegħu. “Araw il-ħaruf ta’ Alla,” xehed Ġwanni (Ġw 1, 34). Il-ħaruf jissimbolizza l-ġentilezza. Nitolbu lill-Ispirtu Qaddis jagħtina din il96

virtù, aħna li kuljum nagħmlu l-vot tal-manswetudni.

Aħna ħbieb tal-għarus li hu Ġesù. Ġesù iżda huwa wkoll it-tabib. Nixtiequ li nkunu ħdejh u nifirħu meta nisimgħu leħnu. L-inbid talferħ irid jimla lil qlubna bil-ferħ tal-Ispirtu s-Santu, biex nisimgħu leħen l-Għarus u b’hekk jikber Ġesù u niċkienu aħna.


Meta l-predikatur għamel irriflessjoni fuq it-Tielet Misteru tad-Dawl laqtuni diversi punti, fosthom li għandna nwasslu lillMulej fejn hemm il-ġerħat u b’hekk inwasslu l-balzmu tiegħu. Iċ-ċelibat hu fil-fatt għerusija malMulej u xhieda li s-Saltna ta’ Alla teżisti. Hija saltna mibnija fuq l-imħabba universali u safja. Iċċelibat għandu jieħu n-nutriment tiegħu mill-Qrar u l-Ewkaristija.

Huwa u jesponi l-parabboli tasSaltna, Ġesù jagħmel stedina universali għal min irid jidħol fiha. Il-missjoni tagħna qed tkun li nwasslu din is-Saltna? L-istedina hi: "Ejjew u taraw." Qegħdin illaqqgħu n-nies ma' Ġesù?

X'irridu nagħmlu biex nidħlu fisSaltna? Hemm bżonn li ngħaddu mill-esperjenza tat-tfulija spiritwali (Tereża ta' Lisieux), bħal Ġesù li ċekken lilu nnifsu. Dan iwassalna biex ikollna spiritwalità ta' fiducja u ta’ umiltà, hekk li naslu biex nirringrazzjaw lil Alla ta' kulma jiġi fuqna. Inkunu sirna segwaċi tas-Saltna u bħattfal żgħar nafdaw f’Alla u nħalluh imexxina.

F’ħajjitna aħna rridu kontinwament nitfgħu l-ħarsa tagħna fuq Ġesù bħalma għamlu l-Appostli fit-Trasfigurazjoni. San Girgor ta’ Agrigento jikteb li rridu nikkontemplaw il-ġmiel divin ta' Kristu, ġmiel ta' safa liema bħalu. ⧀ Emanuel Mizzi

Irtiri li jmiss Data: 11-13 ta’ Marzu Post: Dar tal-Irtiri tas-Sorijiet ta' San Ġużepp, ir-Rabat Predikatur: Dun Joe Inguanez Suġġett: Papa Franġisku, Mudell għas-Soċju Data: 22-24 ta’ April Post: Dar il-Ħanin Samaritan Predikatur: P. Philip Cutajar OFMCap Suġġett: Il-Kobor tal-Ħniena ta’ Alla Għalina

97


Mill-Missjoni għal Evanġelizzazzjoni Ġdida

K

Missjoloġija

emm hu sabiħ li tkun missjunarju! U kemm hemm bżonn ta’ nies li jagħrfu din is-sejħa sabiħa, iħallu kollox u jmorru jxandru l-ferħ talVanġelu! Il-ħidma missjunarja tal-Knisja tibqa’ dejjem bżonnjuża u iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar jikber il-bżonn tagħha.

Qabel it-talba tal-Angelus tal-Ħadd 7 ta’ Lulju 2013, hu u jirrifletti dwar is-silta mill-Vanġelu meta Ġesù bagħat 72 dixxiplu fl-ibliet u fl-irħula biex iħabbru li s-Saltna ta’ Alla hi fil-qrib, il-Papa Franġisku saħaq dwar is-sbuħija imma wkoll l-urġenza tal-ħidma missjunarja. Dakinhar waqt il-messaġġ tiegħu huwa qal: “...u anke llum din hija urġenza! M’hemmx żmien x’jinħela fit-tpaċpiċ, m’hemmx bżonn nistennew il-kunsens ta’ kulħadd. Li hemm bżonn hu li nitilqu kollox u nħabbru. Lil kulħadd għandha titwassal il-paċi ta’ Kristu u jekk din ma jaċċettawhiex il-missjunarju għandu jibqa’ miexi għal band’oħra... Kemm missjunarji jagħmluh dan! B’ħidmiethom jiżirgħu l-ħajja, issaħħa, is-serħan fost l-aktar nies imwarrbin mid-dinja. Kemm hu 98

sabiħ dan, li kull wieħed u waħda minnhom ma jgħixux għalihom infushom imma jgħixu biex imorru jagħmlu t-tajjeb!” Daqskemm hija urġenti, il-ħidma missjunarja tal-Knisja hija wkoll ħidma permanenti, għax il-Knisja għalhekk ġiet imwaqqfa minn Kristu, biex ixxandar l-Aħbar it-Tajba tiegħu. Sa minn meta Kristu bagħat lillAppostli biex jagħmlu dixxipli millġnus kollha (Mt 28, 19), il-Knisja dejjem kienet involuta f’dik li llum tissejjaħ “il-ħidma missjunarja”. Fil-bidu l-għan ewlieni ta’ din il-ħidma kien li dawk li kienu għadhom ma jafux bi Kristu jsiru jafu bih, jikkonvertu u jiffurmaw Knisja lokali li tgħinhom ikomplu jgħixu l-fidi f’Ġesù f’komunità li temmen.


Il-kelma “missjoni” ma kinitx tintuża mill-bidu ta’ din il-ħidma. Nistgħu ngħidu li din il-kelma bdiet tintuża l-iktar fi żmien San Injazju ta’ Loyola fis-sittax-il seklu. Il-fundatur tal-Kumpanija ta’ Ġesù, il-Ġiżwiti, xtaq li l-membri tal-għaqda tiegħu jagħmlu r-raba’ vot wara t-tliet voti tradizzjonali tal-faqar, kastità u ubbidjenza. Riedhom iwiegħdu li jkunu għasservizz tal-Knisja u jintbagħtu mill-Papa f’artijiet mhux Kristjani, jew f’artijiet li tilfu l-fidi Kattolika minħabba r-Riforma Protestanta, biex ixandru l-fidi Kattolika. Dawk li ntbagħtu bdew jissejħu “missjunarji” u l-postijiet fejn intbagħtu bdew jissejħu “missjonijiet”. Minn dak iż-żmien il-kunċett ta’ missjoni beda jkollu konnotazzjonijiet ġeografiċi u ġuridiċi. Dan minħabba l-fatt li beda jkun assoċjat ħafna malkolonjaliżmu Ewropew. L-idea kienet li l-knejjes stabbiliti tal-Ewropa kellhom id-dmir li jgħaddu l-fidi tagħhom lill-artijiet mhux Kristjani li kienu qed jiġu maħkuma minn pajjiżi Ewropej li kienu diġà Kattoliċi. Din l-idea kienet timplika s-superjorità tal-popli Ewropej Kristjani u l-inferjorità tal-popli kolonizzati. Dan il-kunċett ta’ missjoni kien jassumi li gruppi ta’ nies kellhom

bżonn din il-ħidma missjunarja sempliċement għax kienu jgħixu f’ċerti żoni ġeografiċi. Ilkonverżjoni għall-Kristjaneżmu kienet ukoll mifhuma li tfisser li wieħed sempliċement jibdel irreliġjon tiegħu iktar milli wieħed isir jaf lil Ġesù u jkollu relazzjoni personali miegħu. Meta fis-seklu 18 il-Protestanti għarfu l-importanza tal-ħidma missjunarja, ħarġu bit-terminu “evanġelizzazzjoni”. Għall-bidu dan it-terminu beda jkun evitat mill-Kattoliċi, proprju għax kien terminu assoċjat ma’ ħidma Protestanta. Imma f’nofs isseklu 20 beda jintuża b’mod attiv mill-Knisja Kattolika

99


wkoll. Fil-Konċilju Vatikan 2 l-kelmiet “evanġelizzazzjoni” u “tevanġelizza” kienu użati l-iktar fid-digriet dwar il-ħidma missjunarja Ad Gentes biex ifissru l-ewwel tħabbira tal-Vanġelu lil dawk li għadhom ma jafux b’Ġesù. L-Evanġelizzazzjoni kienet ikkunsidrata bħala distinta millkatekeżi, li hija l-formazzjoni kontinwa fil-fidi ta’ dawk li diġà ġew evanġelizzati.

100

Anke l-Papa Pawlu VI, fl-Enċiklika tiegħu Evangelii Nuntiandi (1975), juża dan il-kliem: “L-evanġelizzazzjoni hija infatti l-grazzja u l-vokazzjoni preċiża talKnisja, l-aqwa marka li tagħtiha l-identità tagħha. Il-Knisja teżisti biex tevanġelizza, jiġifieri biex tipprietka u tgħallem, biex tkun il-kanal tad-don tal-grazzja, biex tħabbeb mill-ġdid il-bnedmin ma’ Alla, biex iġġedded is-sagrifiċċju ta’


Kristu fil-Quddiesa li hija t-tifkira ta’ mewtu u tar-reżurrezzjoni tiegħu.” Lejn l-aħħar tas-seklu 20 il-Papa Ġwanni Pawlu II għaraf li, barra li hemm popli sħaħ li l-aħbar ta’ Kristu kienet għadha ma waslitx għandhom u allura hemm bżonn issirilhom evanġelizzazzjoni, hemm ukoll popli li xi darba kienu Nsara imma li m’għadhomx jgħixu din il-fidi minħabba li Kristu, il-Vanġelu u l-Knisja ma għadhomx meqjusa rilevanti filħajja tagħhom. il-Papa Ġwanni Pawlu II kiteb li għal dan ittip ta’ nies hemm bżonn li ssir “evanġelizzazzjoni ġdida” jew “rievanġelizzazzjoni”. Fl-Enċiklika tiegħu Redemptoris Missio (1990) l-Papa Ġwanni Pawlu II jitkellem minn tliet tipi ta’ ħidma missjunarja li l-Knisja tal-lum hi impenjata fihom:

il-missjoni ad gentes: il-ħidma missjunarja tal-Knisja ma’ gruppi ta’ nies li għadhom ma jafux bi Kristu;

il-ħidma jew kura pastorali: ilħidma tal-Knisja ma’ gruppi ta’ nies li diġà għandhom il-fidi u qed jgħixu l-Vanġelu b’mod ħaj;

l-evanġelizzazzjoni ġdida: ilħidma tal-Knisja ma’ gruppi ta’ nies li huma mgħammdin imma li ma jqisux ruħhom parti millKnisja u qed jgħixu ’l bogħod minn Kristu.

Jidher ċar li l-element komuni f’dawn it-tliet tipi ta’ ħidmiet huwa dejjem il-Vanġelu ta’ Kristu. L-ebda missjunarju ma jista’ jkun involut f’ħidma missjunarja awtentika jekk mhux biex ixandar il-Vanġelu, skont il-kariżma li hu msejjaħ għaliha.

Fil-messaġġ tiegħu fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Missjoni 2015, il-Papa Franġisku jitkellem b’mod ċar dwar dan il-prinċipju: “Għeżież ħuti, il-passjoni talmissjunarju hi l-Vanġelu. San Pawl seta’ jgħid b’wiċċu minn quddiem: ‘Ħażin għalija jekk ma nxandarx il-Vanġelu!’ (1 Kor 9, 6) Il-Vanġelu hu għajn ta’ ferħ, ta’ ħelsien u ta’ fidwa għal kull bniedem.” Kemm tkun ħaġa sabiħa li bħala membri f’Soċjetà li qed tgħin b’mod attiv lill-Knisja fil-ħidma missjunarja tagħha, kif ukoll bħala Nsara, neżaminaw lilna nfusna dwar kemm qed inħallu l-Vanġelu ta’ Kristu jispirana u jmexxina f’din is-sejħa missjunarja li saritilna. ⧀

Philip Bezzina 101


Sejħa għall-Konverżjoni u l-Azzjoni

Laudato Si’

W

ara li fl-ewwel artiklu kellna introduzzjoni fuq l-Enċiklika Laudato Si’, b’enfasi fuq il-fatt li għandha tinqara, tiġi mmeditata u mgħallma, f’dan it-tieni artiklu ser nibdew immissu temi partikulari li joħorġu minn dan l-istess dokument.

Bla dubju li din l-Enċiklika hija sejħa għall-konverżjoni u l-azzjoni. L-attitudni tan-Nisrani trid tkun li jrid jagħmel xi ħaġa prattika biex b’hekk bis-sehem tiegħu wkoll l-ambjent ikun aħjar. Din mhijiex kwistjoni ta’ “għażla” għax issitwazzjoni tant hija allarmanti li issa “din oħtna tipprotesta għallħsara li qed inġibulha”. “Il-vjolenza li hemm fil-qalb tal-bniedem miġruħ mid-dnub tidher ukoll fis-sintomi ta’ marda li tinħass filħamrija, fl-ilma, fl-arja u fil-ħlejjaq ħajjin.” Fid-dawl tal-Laudato Si’ l-bniedem irid jinduna fejn qed jiżbalja, jinbidel u jagixxi skont ilkonverżjoni tiegħu. Il-konverżjoni tibda bis-sens ta’ tifħir u gratitudni fil-qalb talbniedem. Waqt li bdejt naqra 102

l-ewwel ftit paragrafi, mal-ewwel indunajt kemm l-aspett tat-tifħir lill-Ħallieq huwa ċentrali filħsibijiet tal-Papa. Din għandha tkun ukoll l-attitudni tan-Nisrani fejn jidħol l-ambjent u dak kollu li aħna mdawrin bih. Ftakart ukoll fil-film Brother Sun, Sister Moon ta’ Franco Zeffirelli li jġegħilni nistaqsi kemm qegħdin infaħħru lil Alla għal dak kollu li jagħtina fil-ħolqien. Kemm hi mimlija qalbna b’dan is-sens ta’ radd ilħajr? Jien qiegħed inħeġġeġ lilloħrajn biex ifaħħru lil Alla wkoll? Jew dejjem naqa’ fuq in-negattiv u l-problemi tad-dinja li qed ngħix fiha? Laudato Si’, mi Signore, għax ġisimna stess hu msawwar millelementi tal-pjaneta: l-arja tagħha hi dik li tagħtina n-nifs u l-ilma tagħha jaħjina u jsaħħaħna.


Irridu nwettqu azzjonijiet immedjati u prattiċi għax inkella se naslu għal dak li nsibu fl-ittra Appostolika Octogesima Adveniens fejn naqraw li bl-isfruttament xejn meqjus tan-natura l-bniedem qed jirriskja li jeqridha u mbagħad hu stess jispiċċa vittma ta’ din l-istess degradazzjoni. Din kienet ukoll ir-riżoluzzjoni li ħarġu biha l-mexxejja li ltaqgħu fi Franza lejn l-aħħar tas-sena l-oħra. Forsi mhux diġà bdejna naraw li qed insiru vittmi ta’ ċerti abbużi u sfruttamenti? Ma jistax ikun li ma ninbidlux! Hemm urġenza u ħtieġa ta’ bidla radikali fl-imġiba umana, għax anki l-istess progress, jekk fih innifsu ma jkunx magħġun fi progress soċjali u morali, fl-

aħħar mill-aħħar jista’ jdur kontra l-bniedem stess. Alla fada d-dinja f’idejn il-bniedem u għalhekk ilqerda tal-ambjent hi ħaġa serja ħafna, anzi aħna għandna nagħmlu minn kollox biex irroddu lura u aħjar dak li ġie afdat lilna. X’qed nagħmel jiena biex intejjeb xi ftit dak li jien imdawwar bih? Veru li nista’ narah bħala qatra ilma f’oċean, imma l-oċean hu “kollu kemm hu mimli qtar tal-ilma”, kif kienet tgħid il-Beata Madre Tereża. B’xorti ħażina għad hawn ħafna bnedmin li jabbużaw mil-libertà tagħhom u huma irresponsabbli. Kemm għandna nisħqu fuq irresponsabbiltà individwali, anki fil-lezzjonijiet tagħna. Kemm hu ta’ faraġ il-ħsieb li anki

103


f’reliġjonijiet oħra kiber it-tħassib u r-riflessjoni dwar dawn it-temi li huma hekk għal qalbna lkoll! Il-Patrijarka Bartilmew, ngħidu aħna, tkellem dwar il-ħtieġa li kull persuna tindem mill-mod ħażin kif fl-imgħoddi ttrattat il-pjaneta. Dan ifisser li kull bniedem għandu jagħraf id-dnubiet tiegħu kontra l-ħolqien. Qatt ħsibt fuq dan? Ġieli qerrejthom nuqqasijiet bħal dawn? Biżżejjed wieħed iniġġes l-ilma, il-ħamrija, l-arja. Taf li reat kontra n-natura huwa reat kontra tagħna nfusna u dnub kontra Alla? U allura altru li hemm bżonn li ninbidlu! Konvint jiena xejn li d-divin u l-uman jiltaqgħu filħolqien ta’ Alla? Interessanti l-fatt li min jgħożż innatura u l-ħolqien ikun fl-istess waqt qed jagħmel ġustizzja malfoqra, juri impenn b’risq is-soċjetà u jkabbar is-sliem ġewwieni f’qalbu. Hekk almenu jaraha l-Papa meta jikkonsidra dak li qal u għamel San Franġisk, il-qaddis li hu tant iħobb jipproponi.

Aspett ieħor li jagħfas fuqu l-Papa huwa t-tinġis, l-iskart u l-kultura tar-rimi. Hemm tinġis li n-nies qed jolqothom ta’ kuljum u qed jaffettwa s-saħħa tal-bniedem. Jolqot l-iktar lill-fqir u jwassal għall-mewt qabel iż-żmien. X’kuntrast mal-fatt li l-bniedem illum qed jiskopri mediċini li 104

jtawlu l-ħajja u jtejbu l-kwalità tagħha. Jista’ jkun ukoll li bl-istess progress u teknoloġija qed insolvu xi problemi waqt li noħolqu oħrajn ġodda. Xi ngħidu dwar iż-żibel? Din id-dar tagħna donnu qed tinbidel dejjem iżjed f’depożitu kbir ta’ żibel. Qed nieħdu miżuri qabel mal-effett isir irriversibbli għassaħħa tal-persuni? Għandna wkoll il-problema marbuta mal-kultura tar-rimi, fejn fost l-oħrajn il-parti l-kbira tal-karta li tinħadem qed tintrema bla ma tiġi rriċiklata. Naħseb li hawn nidħlu ħafna aħna. X’qed nagħmel jien dwar dan? Kemm qed nimmodera fil-konsum tiegħi?

Il-Papa, min-naħa tiegħu, dejjem jipprova jagħmlilna kuraġġ anke meta s-sitwazzjoni hija waħda inkwetanti. Jurina li l-affarijiet jistgħu jinbidlu u dan aħna rridu nemmnuh! Mela ejjew nibdew, għax Alla qatt ma jitlaqna jew jiddispjaċih li ħalaqna! Dan ilħsieb għandu jagħtina l-enerġija biex nibdlu xi użanzi ħżiena li jista’ jkollna ma’ oħrajn li mhumiex ta’ dannu għal din l-għażiża dar komuni tagħna. ⧀ Kevin Scicluna


Konfessjonijiet Pożittivi • • • • • •

Nibdel prodott meta mhux qed jaħdem iktar u mhux meta hemm xi ħaġa aħjar fis-suq. Nixtri u nuża bozoz li huma energy-savers. Nuża karta riċiklata. Nuża ż-żewġ naħat tal-karta. Nixtri u nikkonsma ikel organiku. Ma naħlix paper-towels bl-addoċċ u fejn nista’ nuża xugaman.

Konfessjonijiet Negattivi • Ma nibqax sieket meta ħaddieħor huwa diskriminat. • Ma nixtrix brands li huma responsabbli għal xi sofferenza umana. • Ma nixtrix brands li huma responsabbli għall-ħsara fl-ambjent. • Fejn nista’ ma nużax boroż tal-plastik għax-xiri. • Ma nixtrix ikel żejjed jew bla ħtieġa. • Ma narmix dak li għad jista’ jerġa’ jiġi użat.

105


Is-Samaritan it-Tajjeb fil-Lukanda ta’ Rembrandt van Rijn

F

Il-Pittura tal-Faċċata

il-faċċata ta’ din il-ħarġa tal-Kalendarju Museumin għandna pittura ta’ artist Olandiż li żgur smajna bih minħabba l-famuża pittura tal-Iben ilĦali. Hu meqjus bħala l-aqwa pittur u inċiżitur Olandiż ta’ kull żmien. Għex fiż-żmien tad-deheb tal-arti Olandiża u rnexxielu jinfluwenza diversi ġeneri futuri fl-arti Ewropea.

Rembrandt Harmenszoon van Rijn twieled fil-15 ta’ Lulju tal-1606 f’Leiden, fir-Repubblika Olandiża taħt il-ħakma Spanjola, illum l-Olanda. Miet fl-4 ta’ Ottubru tal1669 f’Amsterdam. Kien id-disa’ wild ġo familja għanja peress li missieru kien taħħan u kien jaqlagħha tajjeb. Ir-reliġjon kienet importanti fil-familja: ommu kienet Kattolika waqt li missieru kien membru tal-Knisja Riformata Olandiża. Ir-reliġjon żgur li ħalliet effett fuqu għaliex niltaqgħu ma’ numru kbir ta’ xogħlijiet b’tema reliġjuża li jirriflettu l-ispiritwalità profonda tal-pittur.

106

Attenda l-iskola fil-belt tiegħu u mill-ewwel wera ġibda lejn l-arti. Għal tliet snin studja l-arti taħt Jacob van Swanenburgh u


mbagħad għal ftit xhur oħra taħt Pieter Lastman u Jacob Pynas. Fl1624 jew l-1625 beda studio għal rasu flimkien ma’ ħabib tiegħu, Jan Lievens. Fl-1627 Rembrandt beda jaċċetta l-alljievi biex jistudjaw taħtu. Dan juri kemm sar popolari fi żmien qasir. Fil-fatt, permezz tal-politiku Constantijn Huygens, ġie kkommissjonat biex jagħmel diversi xogħlijiet għall-Qorti, ħaġa li damet sejra għal madwar għoxrin sena. Fl-1631 mar jgħix f’Amsterdam fejn beda jpitter il-portraits u kellu suċċess kbir. Fl-1634 iżżewweġ lil Saskia van Uylenburgh li kienet minn familja tat-tajjeb. Minħabba l-isem li beda jagħmel sar membru tal-għaqda tal-pitturi lokali u reġa’ kellu diversi studenti. Fl-1639 ilfamilja Rembrandt marret tgħix f’dar ġdida, illum ir-Rembrandt House Museum, f’naħa fejn kienu jabitaw is-sinjuri. Ftit wara beda jġarrab ċerti sfortuni, milli jidher għax kien jonfoq ħafna. Barra minn hekk, binhom Rumbartus miet xahrejn wara li twieled u binthom Cornelia mietet ukoll ta’ tliet xhur. Kellhom tifla oħra li mietet ta’ xahar. Binhom Titus biss baqa’ ħaj. Fl-1642 mietet ukoll martu Saskia, x’aktarx bit-tuberkulosi. Jeżistu tpinġijiet tagħha marida u fuq issodda tal-mewt.

Ftit wara kellu tifla mis-seftura, il-maħbuba tiegħu li kienet ħafna iżgħar minnu fl-età. It-tarbija semmieha Cornelia. Kien jixtri diversi opri tal-arti u antikitajiet, kultant ipartathom ma’ xogħlu stess. Iżda dan ix-xiri fallieh u spiċċa biex kellu jerġa’ jbigħ ħafna minn dak li kien xtara. Peress li dan ma kienx biżżejjed, kellhom ibigħu d-dar u jmorru joqogħdu f’waħda iżgħar. Meta miet ġie midfun f’qabar komuni mhux immarkat. Dan juri li miet bħala bniedem fqir.

Aktarx li ħafna mill-pitturi attribwiti lilu, speċjalment dawk li huma meqjusa self-portraits, saru mill-istudenti tiegħu. Kien jippużalhom biex jitħarrġu. Kien influwenzat ħafna mill-istil chiaroscuro li ħadem bih Caravaggio u li kien qed jintuża minn artisti oħra Olandiżi. Ninnutaw l-ilbies rikk li kien ilibbes lil min kien jippużalu jew li kien ixidd hu stess. Id-dettalji li jidħol fihom, inklużi l-ġojjelli, huma meraviljużi. Filkwadri tiegħu niltaqgħu ħafna drabi miegħu stess, ma’ Saskia u ma’ ibnu Titu fost il-folla. Eżempju ta’ dan hu kwadru dwar l-Iben ilĦali jberbaq flusu: hu l-Iben il-Ħali u martu Saskia t-tfajla f’ħoġru. Nitfgħu l-ħarsa tagħna fuq l-inċiżjoni li għandna llum. Xtaqt 107


nagħżel lilha billi ftit huma li jittrattaw din il-parabbola f’dan ilmument, meta s-Samaritan jieħu lill-ferut f’lukanda.

Ix-xena turi sitt persuni prinċipali: is-Samaritan qed iħallas lil sid illukanda, żewġ sefturi qed iniżżlu lill-ferut minn fuq iż-żiemel u persuna oħra qed tara kollox mittieqa. In-naħa tal-lemin tidher persuna oħra qed ittella’ l-ilma minn bir. Ħdejn iż-żiemel jidher ukoll kelb. Il-bini tal-lukanda hu tipikament Olandiż u jidher xi ftit traskurat, bħal ħafna bini ieħor klassiku li jidher f’pitturi oħra. Kif inhi ppreżentata l-ġrajja f’din l-inċiżjoni naraw differenza żgħira mill-ġrajja proprja. Luqa jgħidilna li s-Samaritan ħallaslu l-għada u mhux hekk kif wasal. Fl-inċiżjoni s-Samaritan qed ipoġġi borża f’id sid il-lukanda waqt li qed jiddiskuti miegħu. Ninnutaw ukoll l-ilbies talpersonaġġi. Huwa lbies Lhudi ta’

108

żmienu. Fejn kien jgħix Rembrandt kien hemm ħafna Lhud u ħafna drabi kien jitlobhom jippużawlu għall-kompożizzjonijiet bibliċi tiegħu.

Ta’ min jgħid li minn studju li sar jirriżulta li x’aktarx Rembrandt ibbaża l-kompożizzjoni tiegħu fuq inċiżjoni ta’ artist kontemporanju, Jan van de Velde. Din kienet ħaġa komuni. Taħt tidher il-kitba: Rembrandt inventor et feecit 1633. Apparti li hemm ‛e’ żejda f’fecit, id-dikjarazzjoni li vvintaha hu mhix eżatta. Rembrandt tana wkoll pittura tal-istess suġġett. Prattikament hi kważi l-istess ħlief li qisha rifless f’mera tal-inċiżjoni, bi ftit differenzi żgħar. Din pinġieha tliet snin qabel, jiġifieri fl-1630. Milli jidher din il-parabbola tidher li kienet għal qalb Rembrandt għax fil-lista tax-xogħlijiet tiegħu niltaqgħu ma’ diversi pitturi, inċiżjonijiet u tpinġijiet tagħha. ⧀ Vincent Mangani


DIJA

Achille Mizzi

I

Letteratura

l-poeżija li qed nippreżentaw illum hija ta’ xejra mistika. Mil-letteratura dinjija jibqa’ jispikka fuq kulħadd San Ġwann tas-Salib (1542-91) li minkejja li kiteb relattivament ftit baqa’ magħruf ma’ kulħadd għallpoeżija mistika tiegħu. B’poeżija mistika hawn qegħdin nifhmu dik li tirrifletti li min qiegħed jiktibha qed ifittex il-kontemplazzjoni biex filwaqt li jċedi l-volontà tiegħu jingħaqad mad-Divin. F’Malta poeżija ta’ dan it-tip inkitbet u għadha tinkiteb b’mod konsistenti minn Patri Gioele Galea (Joe P. Galea). Dan ma jfissirx li ma kienx hemm xi poeta jew ieħor li xi darba ma ħassux jinħakem mid-Divin u kiteb xi poeżija ta’ dan l-għamla. Eżempju ta’ dan hija l-poeżija Dija ta’ Achille Mizzi. Dan il-poeta huwa fuq quddiem nett bħala mgħallem tal-kelma li jgħawwiġha kif irid ħalli joħroġ minnha n-nar li jixtieq. F’idejh ilMalti joħroġ b’vokabularju rikk għall-aħħar, tant li kull poeżija tiegħu tista’ ssejħilha ġawhra. Huwa kapaċi jikteb fuq varjetà kbira ta’ suġġetti bi profondità u sagralità rari. Għandu wkoll ritmu naturali fil-versi li ftit mill-

109


poeti tagħna kienu kapaċi jilħquh. Il-poeżija Dija hija eżempju żgħir ta’ dak li qegħdin ngħidu.

Din il-poeżija hija magħmula minn erba’ strofi ta’ qisien differenti u titkellem fuq xi ħaġa li għadha kif ġrat, minbarra t-tieni strofa li titfgħek fil-passat bil-forma magħrufa bħala flashback. Fl-ewwel strofa Achille Mizzi jgħid li sab ruħu quddiem il-Kurċifiss xi mkien (f’kappella?) fejn soltu jixgħel il-lampa taż-żejt (‘Fin-nofs dawl talluċerna’) u lemaħ il-Mulej qisu dell jitbissimlu f’dak il-ħin tal-lejl. Il-Mulej hawn mhux imsemmi iżda implikat biss.

Fit-tieni strofa l-Poeta Mizzi jmur lura lejn ħajtu l-imgħoddija. Jaħseb kemm tkessaħ u ddandan fi ‘sqaqien mutraba’, jiġifieri neqsin mill-indafa, u ‘f’salib it-toroq bla żbokk’, jiġifieri li ma jinfdu mkien (bħalma huma l-isqaqien li semma qabel). Normalment salib ittoroq iwassal għal direzzjonijiet differenti. Hawnhekk it-toroq huma kkwalifikati ‘bla żbokk’ għax ebda triq minnhom ma twassal għall-paċi vera tal-qalb jew tagħti sens lill-ħajja. Jitkellem ukoll fuq id-dubji tiegħu li jirrenduh kollu toqob (‘għarbiel’) u bħal biċċa xogħol ta’ arti fil-ġebel li tittiekel u titherra bir-riħ li dejjem jaħbat magħha. Hawn, bħal f’postijiet oħrajn, il-poeta juża metafori sbieħ 110

tassew (‘bizzilla tal-ġebel’, ‘ir-raspa tar-riħ’).

Fit-tielet strofa l-poeta jerġa’ jmur għall-passat immedjat. Hawn għandna similitudni ħelwa li fiha wkoll rima ġewwiena bilkelmiet ‘twejtni’ u ‘rassejtni’. Mizzi jistħajjel lill-Mulej bħal kerubin li jiftaħ ġwenħajh u jgħattih bihom. Interessanti wkoll it-tliet verbi li hemm wara xulxin: ‘ilqajtni, ħaddantni, rassejtni’. Fihom wieħed jista’ jaqra l-intimità li l-Mulej juża mal-poeta, iżjed milli l-poeta jħoss li għandu mal-Mulej.

L-aħħar strofa titkellem dwar azzjoni ħelwa, tassew poetika. Il-Mulej jaqbad is-swaba’ tal-poeta u jressaqhom lejn il-kustat fid-dlam biex il-poeta jkun jista’ jbillhom ‘fid-demm talfarrett / mnejn tisreġ id-dija’. Din titlob ftit tal-ispjegazzjoni. Il-poeżija tiftaħ ‘Fin-nofs dawl tal-luċerna’ u issa jissemma d-‘dlam’. ‘Fid-dlam’ hawn tista’ timplika d-dlam tad-dubji li baqgħu ma spiċċawx għalkollox. B’din l-azzjoni min-naħa tal-Mulej li jgħin lill-poeta biex jersaq lejn ilpjaga tal-kustat ta’ Ġesù Msallab biex ibill subgħajh fid-demm tal-fidwa tinħass tisreġ id-dija, jiġifieri hemm dawl qawwi biżżejjed biex wieħed jegħleb kull dubju li jista’ jiġih. Hija għalhekk il-grazzja ta’ Alla li tagħti d-dawl tal-fidi li tikber bl-imħabba taħt id-dell ta’ Ġesù Kurċifiss. ⧀ Ġorġ Borg


DIJA Fin-nofs dawl tal-luċerna fejn naħraq l-isfa żejt taż-żebbuġa qisek ombra ilmaħtek titbissimli fil-qieraħ tal-lejl.... Fl-isqaqien mutraba żżagħbilt... f’salib it-toroq bla żbokk. Għarbiel għamluni d-dubji bħal bizzilla tal-ġebel li titherra bir-raspa tar-riħ. Bħal kerubin fil-mantar twejtni ta’ ġwenħajk... ilqajtni, ħaddantni, rassejtni. U lil subgħajja wassalthomli fid-dlam sal-kustat fejn billejthom fid-demm tal-farrett mnejn tisreġ id-dija.

Achille Mizzi

111


Bil-Kelma tal-Mulej Saru s-Smewwiet (Salm 33, 6 )

“I

Il-Membri Jiktbu

nt Alla waħdek u kollox inti ħlaqt. O kemm huma terribbli l-opri ta’ jdejk, o Sinjur!” Din is-sentenza hi familjari magħna l-membri Museumini għax kuljum intennuha fil-10.45 a.m. Jista’ jkun, iżda, li bħal kull ħaġa oħra meta tingħad ta’ spiss titlef mill-qawwa u s-sbuħija tagħħa. Però l-Mulej kultant jinqeda b’xi okkażjoni biex jgħinna niskopru mill-ġdid b’mod aktar qawwi r-rikkezzi li ħallielna l-għażiż Fundatur. Hawn nixtieq naqsam esperjenza ħelwa li kellna grupp ta’ membri li inkorporajna fit-tmeninijiet, meta fl-aħħar ta’ Ottubru 2015 morna u qattajna ftit sigħat flimkien fiċ-Ċentru tal-Meditazzjoni Ommna Marija tal-Ekwilibriju f’Għajn Tejtes, limiti tar-Rabat. Wara li tlabna, bdejna nagħmlu xi xogħol ta’ tindif f’waħda mill-għelieqi li hemm f’dawk l-inħawi. Ngħid il-verità, meta rajt x’hemm bżonn isir għedt f’qalbi: “Dan ma jgħoddx għalija għax iż-żmien qed jagħmel tiegħu!” Imma kulħadd ta sehmu u bejn ċajta jew battuta u oħra rnexxielna nagħmlu dak li kellna nagħmlu.

112


Kien xieraq li nieħdu ftit talmistrieħ għax l-imgħallem ħaddimna ħafna! Għalhekk tlajna fiċ-ċentru biex, waqt li nistrieħu ftit, nieklu xi ħaġa tajba u nniżżluha b’tazza nbid. Imbagħad morna passiġġata f’dawk l-akkwati, li jkolli ngħid huma fost l-isbaħ pajsaggi li toffri l-kampanja Maltija. Hekk kif wasalna fuq l-irdumijiet, waqt li qgħadna nammiraw is-sbuħija tad-dehra li kellna quddiemna, bilqiegħda fuq il-blat bdejna naqraw u nimmeditaw il-paragrafi 76 sa 92 tal-Enċiklika Laudato Si’ ta’ Papa Franġisku. Kienu mumenti qawwija li mhux dejjem tista’ tesprimihom bil-kitba. Flisfond tal-paragrafi li kienu qed jinqraw, l-istess natura li kellna quddiemna bdiet tkellimna u tgħidilna: “Bil-kelma tal-Mulej saru s-smewwiet.” Ħassejt l-Ispirtu ta’ Alla jittajjar viċin tagħna u f’dak il-mument waqaft

u għamilt att ta’ adorazzjoni. Fisskiet ta’ qalbi għedt: “Int Alla waħdek u kollox inti ħlaqt. O kemm huma terribbli l-opri ta’ jdejk, o Sinjur!” Ftakart ukoll fittalba tal-qawmien: “…nagħrfek b’Alla wieħed u b’Ħallieq tiegħi.” Minkejja li dawn l-esperjenzi huma rari, inħosshom jimlewni b’ħafna enerġija spiritwali. U ta’ dan nixtieq irrodd ħajr kemm lil Alla kif ukoll lil min jorganizza attivitajiet bħal dawn. Filwaqt li nawgura li ’l quddiem ikollna aktar minn dawn l-esperjenzi, inħeġġeġ lill-membri ta’ kull età biex kull meta jiġu msejħin mis-Socjetà biex imorru għal dawn l-attivitajiet jaċċettaw bla tnikkir. Nemmen li dawn l-okkażjonijiet jgħinuna nkomplu niskopru s-sbuħija tal-vokazzjoni Museumina. ⧀ Guido Vassallo

113


Il-Perseveranza

K

if jgħaddi ż-żmien! Ilni iktar minn 67 sena Soċju! Niftakar dakinhar li inkorporajt fl-1948 tlabt lil Alla l-grazzja tal-perseveranza u s’issa Alla bl-interċessjoni tal-Fundatur tahieli u nittama li jibqa’ jżommni fis-Soċjetà sal-mewt.

Fis-Soċjetà kelli diversi rwoli fejn fost l-oħrajn servejt għal 28 sena fl-amministrazzjoni. Dawn ilkarigi kollha kienu grazzja kbira għalija, bħalma kienet grazzja kbira li fl-2003 ntbgħatt il-Perù bħala missjunarju. Hemmhekk jien u tnejn minn sħabna bdejna s-Soċjetà bil-għajnuna kbira talmibki Dun Carlos Azzopardi. Bħalissa qed nagħmel xogħol ta’ Soċju sempliċi f’Qasam fejn ngħallem klassi tad-duttrina u ngħaddi materja fl-Assenjatur. Dawn mhumiex grazzji wkoll?

114

Fil-Qasam fejn trabbejt dejjem kien hemm ħerqa kbira biex nagħmlu Assenjatur ta’ livell għoli. Minħabba f’hekk dejjem kont akkanit li nitgħallem u għadni hekk s’issa. Dejjem ħabbejt il-kultura b’mod ġenerali u ta’ dan nirringrazzja lill-Fundatur li dejjem inkulka fis-Soċji għatx għat-tagħlim. Jien dejjem fhimt li dan it-tagħlim ma jinkludix biss dak Museumin iżda wkoll dak lajkali.


Mentalment għadni nżomm ruħi dejjem attiv u dan nagħmlu billi nkompli naqra. Dejjem f’moħħi li rrid inżomm ruħi aġġornat mattagħlim u din ukoll hija grazzja għalija. Lill-Fundatur ilħaqtu bħala Soċju għal erbatax-il sena (19481962) u naturalment kont iltqajt miegħu qabel bħala Kandidat u Aspirant. Niftakar il-funeral kbir tiegħu kif ukoll it-tappi kollha biex minn Serv ta’ Alla kien iddikjarat Qaddis fl-2007. Dakinhar konna ħadna tixriba kbira fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan! Lill-Fundatur mhux nammirah biss kont imma

anke nobdih, speċjalment fejn tidħol id-direzzjoni spiritwali.

Lis-Soċji sħabi nixtieq nagħtihom parir. Sakemm tistgħu aħdmu sabiex meta ma tkunux tistgħu taħdmu bl-istess intensità għax tkunu kbirtu ma jiddispjaċikomx. Imbagħad tgħidu li meta stajtu ħdimtu bil-qalb kollha. Naħdmu billi ma nitilfux okkażjoni ta’ ġid. Il-grazzja ta’ Alla u l-interċessjoni tal-qaddis Fundatur tagħna żgur li mhux ser jonqsu. Għad niltaqgħu miegħu fis-sema. Min jaf meta? ⧀ Carmelo Spiteri

115


60 Sena ta’ Xhieda għall-Etern

F

il-ġimgħat li għaddew kelli l-okkażjoni li nkun l-Awstralja biex nattendi għal-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà li saret fil-bidu ta’ Jannar. Din kienet l-ewwel esperjenza tiegħi kemm fl-Awstralja kif ukoll għal laqgħa bħal din fis-Soċjetà. Fraħt ħafna nara l-membri u l-assoċjati tas-Soċjetà ġejjin minn Stati differenti tal-pajjiż biex jattendu għal-laqgħa li saret f’Seminarju fil-belt ta’ Melbourne. Fraħt għax rajt il-ferħ ta’ meta s-Soċji jiltaqgħu. FidDelegazzjoni tal-Awstralja l-membri u l-assoċjati jiltaqgħu darbtejn fis-sena. Minbarra l-Laqgħa Ġenerali Annwali li ssir f’Jannar ta’ kull sena, ikun hemm ukoll tmiem il-ġimgħa ta’ riflessjoni lejn nofs is-sena. Nistħajjel li dawn iżżewġ laqgħat fis-sena jżommu ħaj l-ispirtu tal-Laqgħa Ġenerali fis-Soċjetà li nafu kemm il-Fundatur u s-Superjuri Ġenerali tul is-snin kienu jaraw ilbżonn tagħha.

Din is-sena s-Soċjetà fl-Awstralja qed tirringrazzja ’l Alla għal sittin sena ta’ ħidma minn meta fl1956 il-Fundatur bagħat l-ewwel sitt membri barra minn Malta biex jibdew is-Soċjetà f’dan ilkontinent. Fil-ġimgħat li għaddejt l-Awstralja stajt nara u nisma’ iktar dwar l-esperjenzi varji ta’ dawn is-sittin sena. Is-sentiment ċar li għandi f’qalbi huwa dak ta’ apprezzament għal din il-mixja twila. Għas-Soċjetà l-mixja flAwstralja hija waħda unika u partikulari ħafna. L-Awstralja kienet l-ewwel pajjiż fejn ilmembri ntbagħtu biex jibdew barra minn Malta u wkoll l-uniku post fejn ġew mibgħuta millFundatur innifsu. Hija wkoll l-uniku pajjiż fejn is-Soċjetà bdiet 116

il-ħidma tagħha fost il-komunità numeruża Maltija tal-post. Għalkemm ħafna mill-attività filbidu saret fost il-Maltin, fl-1961 il-membri marru fl-Istat tatTażmanja fuq stedina tal-Arċisqof Guilford Young ta’ Hobart, ilkapitali tat-Tażmanja. Dan l-Arċisqof kien imur Melbourne u jiltaqa’ mas-Soċji u jara l-attività li jagħmlu. Laqtitu l-iktar il-kariżma tal-manswetudni fl-istil tal-ħajja tagħna u wasal biex għamel stedina lis-Soċjetà biex ikollu l-membri Museumini fid-djoċesi tiegħu. Għalkemm f’Hobart ma kienx hemm Maltin, is-Soċjetà bi spirtu missjunarju daħlet għal din l-isfida ġdida.


Jien apprezzajt nara ħajja l-kariżma tagħna tal-manswetudni wara sittin sena. Din tidher ċara fil-membri u l-assoċjati, kemm dawk ta’ nisel Malti jew li għexu Malta fit-tul u wkoll f’dawk li mhumiex Maltin u qatt ma kellhom esperjenza diretta tas-Soċjetà f’Malta. Dan il-fatt ferraħni b’mod partikulari. Jien li qiegħed ngħix fil-Kenja naħseb ħafna dwar kif ilkariżma partikulari li ngħixu tista’ tiġi inkulturata f’sitwazzjoni oħra differenti għal kollox mir-realtà Maltija. Is-Soċjetà fl-Awstralja għalija hija prova ħajja li dan hu possibbli.

Għalkemm is-soċjetà prospera Awstraljana tippreżenta sfidi kbar għall-Knisja u għall-ispirtu Evanġeliku, l-għaqda tagħna bil-

preżenza umli tagħha qed isservi ta’ sinjal li jindika l-etern kif xtaq il-Fundatur. Apprezzajt nara lisSoċji jitolbu, jiddiskutu u jaħsbu dwar kif jistgħu jibqgħu jagħmlu dan b’iktar ġenwinità, b’iktar sagrifiċċju, b’iktar ġenerożità u b’iktar spirtu missjunarju. Tassew għandna għaliex nirringrazzjaw lis-Sinjur Alla li kien daqshekk ħanin magħna u wriena din il-missjoni talAwstralja bħala l-ewwel art li fiha għandha tkun imxettla s-Soċjetà tagħna barra minn Malta. Jalla dan l-anniversarju jħeġġiġna nitolbu iktar għal sħabna fl-Awstralja u għal iktar vokazzjonijiet biex isSoċjetà tkun għodda doċli f’idejn Alla għall-finijiet tiegħu. ⧀

Mario Bezzina

117


Mill-Kalendarji “Antiki”... Ta’ 80 Sena Ilu Marzu 1936 “Oqogħdu attenti fuq kollox li ma dderrux lil min hu taħtkom bilkastigi u biċ-ċanfir. Id-drawwa tagħmel il-kallu fuq kollox. It-tifel li jkun imċanfar spiss jidra ċ-ċanfir u jieħdu bħala ħaġa tas-soltu, jgħid li jgħaddi u ma tantx jagħti kas tiegħu.” (Kif Għandha Tkun ilKorrezzjoni, p.20)

118

Storja tal-Kalendarju Museumin

“Min irid jitkellem fuq ħaddieħor, iħares fuqu nnifsu u jiskot.” (Proverbji ta’ Missirijietna, p.23) “Aħna minn Alla: mela rikonoxxenza. Aħna ta’ Alla: mela rassenjazzjoni. Aħna għal Alla: mela orazzjoni.” (Ħtieġa talOrazzjoni, p.24)

O bniedem, jekk inti ma tarax kollox, kif timxi mingħajr dak li jara kollox? (Ħtiega tal-Orazzjoni, p. 24)


April 1936 “Il-kotba tajba jikkonfortawna filmumenti tad-dwejjaq u jagħtuna d-dawl kif għandna nimxu. – De Amicis” (Sentenzi Spiritwali, p.28) “9 ta’ April. Ħamis ix-Xirka. Illum ikompli s-silenzju strettissimu, użu taċ-ċuqlajta, ma ssirx il-paċi flAssenjatur, lanqas is-Salve Fortis ma ssir, kappella żarmata, jibqa’ biss Kurċifiss u xbieha tad-Duluri. Tul il-materji kollha tal-Programm jinxtegħlu ħames xemgħat puri quddiem il-Kurċifiss u tinħaraq pastiglia odorifera. Wiċċ Kristu tal-Veronika f’nofs il-kappella b’seba’ xemgħat u żewġ tazzi kulur aħmar madwaru u mżejjen bilfjuri u l-qsari, vażett tal-balzmu u l-inċens ippreparati quddiemu. Il-kant, li għandu jkun b’vuċi debboli, jista’ jiġi akkumpanjat blharmonium.” (Assenjatur April) “Sigriet ta’ tnejn: sigriet ta’ Alla. Sigriet ta’ tlieta: sigriet ta’ kulħadd.” (Proverbji ta’ Missirijietna, p.31)

“M’hemmx triq itwal minn dik li ma tafx fejn sejjer.” (Proverbji ta’ Missirijietna, p.31)

Ta’ 50 Sena Ilu Marzu 1966 “Mhux l-ewwel darba meta tibda tattendi f’Qasam... tiġi milqut middehra. Tibda taħseb li f’dak ilQasam hemm il-vera edukazzjoni,

hemm id-dixxiplina u r-Regola hija osservata u teżisti l-vera karità; waqt li f’Qasam ieħor, minħabba fejn jinsab il-post u l-maġġoranza ta’ dawk li jattendu forsi jkunu ta’ skola inferjuri għal dawk talewwel, tibda taħseb li se toħroġ iddiżgustat. Bil-mod il-mod ikollok taqleb il-ġudizzju, għax ġieli ssib kollox il-kuntrarju.” (Editorjal: L-Apparenza, p.61)

“Xi tliet ġimgħat qabel ma miet isServjent Anġlu Galea ġie fil-Qasam tagħna u għamel lezzjoni lillMagħżulin li skont ma qalu l-istess tfal xtaqu li qatt ma tispiċċa. Ma nistax nesprimilek is-swied ta’ qalb li ħassew it-tfal malli semgħu l-aħbar tal-mewt tiegħu. Inbelgħu fihom infushom u kien hemm ukoll min qabżitlu demgħa. Anġlu Galea kien maħbub mit-tfal kollha tasSoċjetà u minn kulħadd.” (Jiktbilna Kandidat – Lino Portelli, Isla, p.65)

“Fl-Assenjatur kull talb bil-Latin jista’ jingħad bil-Malti wkoll? Le. Jidhirli li fil-Ktieb tal-Assenjatur li qegħdin nistampaw hemm spjegat ċar. Jingħad bil-Malti fejn hemm imniżżel hekk: Tista’ ssir bil-LATIN jew bil-MALTI, bħal ngħidu aħna s-Sancta Trinitas jew il-Venerabilis. Anzi aħna tal-idea li l-Malti nużawh matul il-ġimgħa, u fil-Ħdud u Programmi Speċjali nużaw il-Latin. Però, jitkantaw dejjem bil-Latin...” (Inwieġbu lil Dawk li Jistaqsu, p.81) 119


April 1966 “Kif għandna niktbu – Museum jew Mużew? Ma għandna qatt niktbu Mużew jew Mużewijiet imma dejjem M.U.S.E.U.M. jew biss Museum jew Djar tal-Museum. Irraġuni hija li l-kelma mhix isem fis-sens strett tagħha imma inizjali b’tifsir għal kull ittra li ma għandna ebda raġuni u dritt li nbiddlu t-tifsir tagħhom...” (Inwieġbu lil Dawk li Jistaqsu, p.83) “Għaddejja l-ġemgħa, tidgħi, taħlef qerda Fuq għuda ta’ żebliħ u ta’ tbatija, Mirbuħa mill-mibegħda lejn min ħabbha: Żagħżugħ li s-Sema bagħat biex jifdi l-bniedem ’Mma l-bniedem ma ħamilx l-imħabba tiegħu, Id-dnub għamieh u f’qalbu nibtet l-għira, 120

Fid-dlam tal-qabar kiesaħ fehem itemmu Mal-kelma li kien jgħajjat ‘Sallbu! Sallbu!’ ” (L-Akbar Eroj, silta minn poeżija ta’ Oliver Friggieri li dak iż-żmien kien Soċju żagħżugħ il-Furjana u wara daħal is-Seminarju, p.84) Ta’ 25 Sena Ilu

Marzu 1991 “Il-Prefett tiegħi kien għallimna nagħmlu l-‘viżta tal-qalb’. Kien jgħidilna biex insibu ftit minuti, noqogħdu bilqiegħda fi knisja, niffissaw għajnejna fuq Ġesù Sagramentat, u fis-skiet nitkellmu ma’ Ġesù fuq dak li nħossu f’qalbna. Drajt minn ċkuniti nkellem lil Ġesù b’din il-kunfidenza kif inħoss, spontanjament.” (Il-Viżta tal-Qalb, ta’ Frater Fragilis, p. 63)


“L-ewwel snin tal-Qasam ma kinux ħfief. Soċju kien ikun dejjem inkarigat biex kull filgħaxija joħroġ fit-toroq tar-raħal b’qanpiena biex jiġbor it-tfal għad-duttrina. L-istess Soċju, li bosta drabi filbidu kien Indrì Magro, kien ukoll spiss jittallab xi ftit pitrolju għallampi tal-klassijiet. Is-Soċji tasSiġġiewi kienu ta’ eżempju qawwi għal kull min kien jarahom ġejjin u sejrin bir-roti, u ma kinitx tkun l-ewwel darba li kienu jiġu u jmorru bil-mixi.” (Storja talOqsma – Qasam nru. 25, Imqabba, p.68)

“Il-Kummissjoni Esteru tasSoċjetà bħalissa qed torganizza kors fil-lingwa Għarbija għal dawk interessati. Madwar 30 membru qed jattendu għal dan il-kors.” (Mid-Djarju Museumin, p.70) April 1991 “Il-bniedem qaddis (umli) jaqa’ u jqum seba’ darbiet kuljum. Ilbniedem supperv jaqa’ biss darba għax wara l-ewwel waqgħa ma jerġax iqum. Int Soċju ma’ liema wieħed minn dawn tagħmel?” (Mis-Superjur Ġenerali, p.92)

“Il-Kardinal Franz Konig isostni li bejn l-Islam u l-Kristjaneżmu hemm differenzi kbar u l-kwistjoni tad-djalogu bejniethom għadha ma ġietx solvuta. Madankollu l-ħtieġa tad-djalogu qiegħda

dejjem tikber... Id-dinja, fil-livelli kollha, qed tintebaħ li xejn ma jista’ jieħu post id-djalogu biex jinstabu soluzzjonijiet għallproblemi politiċi, soċjali u reliġjużi. Nitolbu biex dak il-ftit li nbeda fir-rikonċiljazzjoni bejn l-Islam u l-Kristjaneżmu jkun ta’ sisien ta’ djalogu utli u dejjiemi bejn dawn ir-reliġjonijiet kbar tad-dinja.” (L-Islam: Dinja Oħra?, p.94-97)

“Meta jgħidu xi ħaġa – li ma tkunx vera – u jgħidu li għedtha jien jew li għamiltha jien, inweġġa’. Ma nafx għaliex nagħti kashom. Jekk jien qed infittex ’l Alla biss b’xhud tiegħi nnifsi, allura għaliex naħli l-ħin fuq li jgħidu l-bnedmin? X’jimporta jekk jagħtuni fama li mhix tassew? Alla jaf kollox.” (Ħsibijiet ta’ Frater Fragilis, p.99) ⧀

Miġbura minn Robert Aloisio 121


Sezzjoni Maskili

Djarju Museumin

Inkorporazzjoni

N

har il-Milied is-Sinjur Alla bierek lis-Soċjetà fil-kotor tas-Soċji bl-inkorporazzjoni ta’ erba’ membri ġodda. Dawn kienu Simon Azzopardi (Safi/Kirkop), Andrew Cassar (Marsaskala), Darren Borg (Lija/Balzan) u Michael Camilleri (Nadur). Id-diskors f’din l-okkażjoni sar minn Tonio Agius. Fl-aħħar taċ-ċerimonja s-Superjur Ġenerali u l-Assistent Ekkleżjastiku Dun Kevin Schembri taw messaġġi qosra marbuta malgħejxien tal-vokazzjoni Museumina. ⧀

122


Il-Katidral ta’ Vilnius

Żjara fil-Litwanja u l-Polonja

L

-Assistent Superjur Ġenerali flimkien mat-tliet membri tal-Qasam ta’ Poznań fil-Polonja żaru l-Litwanja fuq stedina ta’ xi ħbieb Litwani li saru jafu bis-Soċjetà. Din iż-żjara saret bejn is-27 u l-31 ta’ Diċembru 2015 u matulha l-membri kellhom laqgħa mal-Isqof Awżiljarju ta’ Vilnius, l-Eċċellenza Tiegħu Arunas Poniškaitis. Din il-laqgħa saret fil-Kurja talArċidjoċesi tal-kapitali tal-Litwanja. Mons. Arunas interessa ruħu fil-ħidma tas-Soċjetà u staqsa ħafna fuq il-kariżma li jgħixu l-membri Museumini. Minn Vilnius il-membri marru Kaunas li hija t-tieni l-ikbar belt tal-pajjiż. Hemmhekk kellhom laqgħa interessanti mas-Sur Arturas Lukasevicius li huwa d-delegat tal-Arċisqof ta’ Kaunas għall-katekeżi u t-tagħlim tarReliġjon fl-iskejjel tal-Arċidjoċesi. Wara żjarat oħra fi Kretinga u Palanga l-erba’ membri rritornaw lejn Poznań fejn l-Assistent baqa’ mal-membri sas-6 ta’ Jannar 2016. Huwa kellu l-okkażjoni li jiltaqa’ mal-adulti, żgħażagħ u tfal li qegħdin jiġu f’kuntatt mas-Soċjetà permezz tal-ħidma tal-membri li issa ilhom preżenti f’din il-parroċċa għal dawn l-aħħar ħames snin. ⧀ 123


Żjara fl-Ingilterra

I

s-Superjur Ġenerali żar lil sħabna fil-Qasam ta’ Upper Norwood f’Londra bejn il-Ħadd 27 ta’ Diċembru u t-Tlieta 5 ta’ Jannar 2016. Huwa kellu l-okkażjoni li jiltaqa’ mal-membri b’mod individwali kif ukoll iżur il-parroċċi ta’ Upper Norwood u Thornton Heath fejn sħabna jwettqu l-appostolat tagħhom. Flimkien mal-membri kollha huwa żar il-komunità tal-Montfort Missionaries Society li jinsabu fi Blundellsands f’Liverpool. ⧀

Żjara fl-Awstralja

L

-Ekonomu Ġenerali Tonio Callus u Mario Bezzina mill-Qasam ta’ Ruiru fil-Kenja żaru l-Awstralja bejn l-Erbgħa 23 ta’ Diċembru u s-Sibt 9 ta’ Jannar. Matul din iż-żjara huma ħadu sehem fl-Annual General Meeting li sar f’Melbourne fil-bidu ta’ Jannar u li fih ħadu sehem il-membri u l-assoċjati ta’ din id-delegazzjoni. Huma kellhom ukoll l-okkażjoni li jżuru l-Qasam ta’ Adelaide. ⧀

Laqgħa Ġenerali Annwali Tad-Delegazzjoni ta’ Malta u Għawdex

I

d-Delegazzjoni ta’ Malta u Għawdex organizzat it-tieni Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha bejn il-Ġimgħa 12 u l-Ħadd 14 ta’ Frar. Il-Ġimgħa filgħaxija saret velja ta’ talb madwar il-Fundatur fil-Blata l-Bajda li ħabtet eżatt mal136 anniversarju tat-twelid tiegħu. Is-Sibt il-membri setgħu japprezzaw u jevalwaw dak li sar fl-2015 permezz tar-rapporti tal-Amministrazzjoni u tal-Ekonomija. Il-Ħadd il-membri flimkien mal-Kandidati kollha ltaqgħu filLukanda Paradise Bay fejn l-Assistent Ekkleżjastiku ċċelebra l-Ewkaristija. Wara waqfa qasira ngħata messaġġ mid-Delegat Joseph Bonnici. Imbagħad saru tliet preżentazzjonijiet, waħda dwar tmiem il-ġimgħa fl-Oqsma, oħra dwar il-Laqgħat Ġenerali ta' nhar ta' Erbgħa u oħra dwar ir-rinovament talAwditorju tad-Dar Ġenerali. Is-Superjur Ġenerali għalaq il-laqgħa billi ta hu wkoll il-messaġġ tiegħu. Wara l-membri u l-Kandidati kielu flimkien. ⧀ 124


Sezzjoni Femminili Żjara fil-Filippini

L

-Assistenta Superjura Ġenerali Donia Baldacchino flimkien mal-membri Moira Tonna u Miriam Bartolo żaru d-djoċesi ta’ Daet fil-Filippini matul il-ġranet tal-Milied. Din id-djoċesi li tinsab fit-territorju ta’ Camarines Norte għandha popolazzjoni ta’ madwar nofs miljun ruħ li 90% minnhom huma Nsara Kattoliċi. Matul iż-żjara l-membri kellhom l-okkażjoni li jżuru ħafna mill-parroċċi li jiffurmaw din id-djoċesi. Minħabba li kien possibbli li tikkomunika bl-Ingliż, huma ltaqgħu mal-kappillani u mal-katekisti fejn sar qsim ta’ metodi differenti ta’ kif issir il-katekeżi. F’okkażjoni partikulari huma animaw laqgħa għall-mexxejja tal-katekisti u taw ukoll xi taħditiet lil gruppi differenti ta’ ġenituri kif ukoll lil grupp ta’ żgħażagħ li jiltaqgħu f’ċentru qrib id-dar tad-djoċesi. Hija xi ħaġa li timpressjonak kemm in-nies lokali li ġew f’kuntatt ma’ dawn il-membri japprezzaw il-kariżma u l-ħidma Museumina. ⧀

125


Assenjatur għal Marzu u April 2016 Dommatika Lezzjoni 55: Il-poliġeniżmu u d-dnub oriġinali Lezzjoni 56: Il-Protovanġelu tas-Salvazzjoni Lezzjoni 57: Kristoloġija: L-Atti tal-Appostli Lezzjoni 58-59: Kristoloġija: Is-Sinottiċi

Morali Lezzjoni 39: Il-liġi umana (3) Lezzjoni 40-41: Il-liġi u s-sitwazzjoni: lejn personaliżmu Nisrani (1-2) Lezzjoni 42: Il-bażi naturali tal-kuxjenza Bibbja Lezzjonijiet 7-9: Sfond storikukulturali għall-Bibbja (2-4)

Spiritwalità Lezzjoni 32: Kliem il-Mulej – il-kelma ta’ Alla fil-komunità Lezzjoni 33: Kliem il-Mulej – l-eku tiegħu f’qalbna Lezzjoni 34: Alla jibni relazzjoni mal-bniedem Lezzjoni 35: Patt bejn Alla u l-bniedem Lezzjoni 36: L-esperjenza sabiħa tal-gratitudni 126

Storja The Story of the Church, Her Founding, Mission and Progress, paġni 468-478 (Slides 143-150; 153-159 & videos): Lateran Treaty & Extension; Berlin Wall. Kateketika Lezzjonijiet 18-19: Meta tħoss li mhux qed tikkomunika waqt il-lezzjoni (1-2) Liturġija Lezzjoni 156: Ir-Ritwal Ruman tal-1969 Lezzjoni 157: Il-Lingwa tar-Ritwal il-Ġdid

Tagħlim Soċjali tal-Knisja Il-Kompendju tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja – Kapitlu 9: IlKomunità Internazzjonali

Dokument tal-Knisja L-Enċiklika tal-Papa Franġisku Laudato Si’: art. 48-83


Assenjatur għal Marzu 2016 Ġesù, Marija, Ġużeppi Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali tas-Sagra Familja: Ġesù, Marija, Ġużeppi. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla ma jippermettix li Soċju, Kandidat jew Magħżul jinħall mill-Għaqda Museumina.

Ħsieb tax-xahar Li Alla jittratta ma’ min iħobb kif ittratta ma’ Ibnu Ġesù Kristu, ma’ Marija Santissma u ma’ San Ġużepp: jgħaddih mit-triq tal-biki li wara jinbidel f’ferħ li ħadd ma jista’ jneħħih. Unjoni Maġġuri Epistola: L-imħabba ma tmut qatt: 1 Kor 13, 1 - 13 Vanġelu: Imħabba akbar minn din: Ġw 15, 12 - 27 Ktieb il-Kbir: Paġna 11: Il-kuraġġ fis-servizz ta’ Alla Lectio Continua 13 Salm 106, 1-33; Mt 6; Salm 106, 34-48

Assenjatur u Programm Speċjali 7 Jum il-Vokazzjoni Museumina 21-27 Il-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid Regola 17 Direttorju Ġenerali nru. 117-126

Qagħda 5 Salm 61 (60) 12 Il-Messija mħabbar (Lq 1, 26-38) (Qagħda nru. 76) 19 Ewtikos irxuxtat (Atti 20, 1-16) (Qagħda nru. 409) Kommemorazzjoni 11 Santa Katarina ta’ Bologna Profil nru. 51 Paġna tal-Fundatur 1 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 43 8 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 44 15 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 45 29 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 46

127


Marzu 2016 1 It-Tlieta (S. David ta’ Wales) 2 L-Erbgħa (S. Anjeże ta’ Praga) 3 Il-Ħamis (S. Kunegunda) 4 Il-Ġimgħa S. Każimiru 5 Is-Sibt (S. Ġwann-Ġużepp tas-Salib) 6 Il-Ħadd Ir-4 tar-Randan Eżami fl-Eżerċizzju 7 It-Tnejn S. Perpetwa u S. Feliċita

8 It-Tlieta S. Ġwann ta’ Alla 9 L-Erbgħa S. Franġiska Rumana 128

Dommatika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu Mansjonijiet Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Qagħda Prekatorju 36 Kant: Sliem għalik

Irtir Unjoni Maġġuri

Sawm għas-Soċji Il-109 Anniversarju tal-Ftuħ tal-Ewwel Qasam tas-S.D.C. Jum il-Vokazzjoni Museumina Assenjatur Speċjali Kult lil Alla Tagħna Morali Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà


10 Il-Ħamis S. Ġwann Ogilvie 11 Il-Ġimgħa (S. Ewloġju)

12 Is-Sibt (S. Lwiġi Orione)

13 Il-Ħadd Il-5 tar-Randan

14 It-Tnejn (S. Matilde) 15 It-Tlieta (S. Lwiġa de Marillac) 16 L-Erbgħa (S. Agapitu) 17 Il-Ħamis S. Patrizju 18 Il-Ġimgħa S. Ċirillu ta’ Ġerusalemm 19 Is-Sibt S. Ġużepp

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu

Kommemorazzjoni Taħdita, Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Qagħda Prekatorju 37 Kant: Sliem għalik Id-49 Anniversarju mill-Mewt tal-Qaddej ta’ Alla Ewġenju Borg Lectio Continua Eżami fl-Eżerċizzju It-3 Anniversarju mill-Ħatra tal-Papa Franġisku Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Leħen il-Maħbub Dommatika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

Sawm għas-Soċji Vestis, Regola Kult lil Alla Tagħna

Sehem fil-Purċissjoni tad-Duluri Qagħda Prekatorju 38 Kant: Sliem għalik

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena 129


20 Il-Ħadd Parteċipazzjoni fiċ-Ċelebrazzjoni Ħadd il-Palm Liturġika ta’ Ħadd il-Palm Eżami fl-Eżerċizzju

Omnipotenza

21 It-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa

Programm Speċjali Octoloca

22 It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa

Programm Speċjali Octoloca

23 L-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa

Programm Speċjali Octoloca

● Qamar Kwinta

Programm Speċjali

Sapjenza

Programm Speċjali

Ġustizzja

Parteċipazzjoni fil-Vġili tal-Għid

Ħniena

24 Ħamis Ix-Xirka 25 Il-Ġimgħa L-Kbira Sawm U Astinenza 26 Sibt Il-Għid 27 Il-Ħadd L-Għid Il-Kbir 28 It-Tnejn flOttava tal-Għid (S. Gontran) 29 It-Tlieta flOttava tal-Għid (S. Bertoldu) 30 L-Erbgħa flOttava tal-Għid (S. Ġwann Klimaku) 31 Il-Ħamis flOttava tal-Għid (S. Balbina) 130

Programm Speċjali

Morali Studji Bibliċi Sentenzi Epistolarju Morali Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Eternità

Immensità

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Laqgħa Ġenerali

Immutabiltà

Assenjatur Vaganza

Sapjenza


Assenjatur għal April 2016 Omnes Sancti Domenicani — Orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni tal-qaddisin kollha tal-Ordni ta’ San Duminku. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla jagħti d-dawl u l-forza lill-Museumini kollha, Soċji, Kandidati u Magħżulin, biex jikxfu, jagħrfu u jiddisprezzaw l-inganni tax-xitan, tad-dinja u tan-natura umana.

Ħsieb tax-xahar Li Alla jħallas mhux il-virtù, iżda l-kawża tal-virtù; għalhekk wieħed jitbeżża’ serjament li ma jsibx ruħu barra, bħall-verġni boloh, għan-nuqqas ta’ intenzjoni retta.

Unjoni Epistola: Kif għandu jġib ruħu katekist: 1 Tim 4,11-16; 5,1-2 Vanġelu: Kif ġab ruħu Kristu mal-għorrief: Lq 2,41-52 Ktieb il-Kbir: Paġna 26: Il-Manswetudni

Qagħda 2 Salm 62 (61) 16 Marija Santissma żżur lil Eliżabetta (Lq 1, 39-56) (nru. 77) 23 Pawlu maħbub (Atti 20, 1738) (Qagħda nru. 410) 30 L-inċertezza (1 Tess 5, 1-13) (Qagħda nru. 299) Regola 7 Direttorju Ġenerali nru. 127-128

Kommemorazzjoni 8 San Ġwann B. de La Salle Profil nru. 4 22 San Lwiġi M. de Montfort Profil nru. 28 29 San Piju V Profil nru. 52 Taħdita 19 Ġid mill-meditazzjoni tal-Passjoni ta’ Kristu

Paġna tal-Fundatur 5 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 47 12 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 48 19 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 49 26 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 50 131


April 2016 1 Il-Ġimgħa flOttava tal-Għid (S. Ugo ta’ Grenoble)

Mansjonijiet Spiritwalità Kult tal-Pjagi

2 Is-Sibt fl-Ottava Qagħda tal-Għid Prekatorju 39 (S. Franġisk ta' Paola) Kant: Sliem għalik 3 Il-Ħadd It-2 tal-Għid

10 posti Rużarju Irtir Unjoni

10 posti Rużarju 4 It-Tnejn Dommatika, Studji Bibliċi It-Tħabbira tal-Mulej Sentenzi Spiritwali

5 It-Tlieta (S. Ġuljana ta’ Cornillon) 6 L-Erbgħa

7 Il-Ħamis (S. Ġwann Battista de La Salle) 8 Il-Ġimgħa (S. Ġulja Billiart) 9 Is-Sibt (S. Marija ta’ Kleofa) 10 Il-Ħadd It-3 tal-Għid

132

Dommatika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Laqgħa Ġenerali

Sawm għas-Soċji Vestis, Regola, Kult lil Alla Tagħna u Professjoni

Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Laqgħa Kulturali għall-Membri

Ħniena

It-Tieni Ħadd

Omnipotenza


11 It-Tnejn (S. Stanislaw ta’ Krakovja) 12 It-Tlieta (S. Ġulju I) 13 L-Erbgħa (S. Martinu I) 14 Il-Ħamis (S. Pietru Gonzales) 15 Il-Ġimgħa S. Damjan ta’ Veuster 16 Is-Sibt (S. Benedittu Ġużeppi Labre) 17 Il-Ħadd Ir-4 tal-Għid 18 It-Tnejn (S. Stiefnu Harding) 19 It-Tlieta (S. Emma ta’ Gurk) 20 L-Erbgħa (S. Anjeże ta’ Montepulciano) 21 Il-Ħamis S. Anselmu

Morali Studji Bibliċi Sentenzi tal-Fundatur

Morali Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Laqgħa Ġenerali

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu

Taħdita Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Qagħda Prekatorju 40 Kant: Sliem għalik

It-Tielet Ħadd

Dommatika Studji Bibliċi Proverbji

Dommatika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Laqgħa Ġenerali

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

133


22 Il-Ġimgħa (B. Gabriella Sagheddu) 23 Is-Sibt S. Ġorġ 24 Il-Ħadd Il-5 tal-Għid 25 It-Tnejn S. Mark

Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Qagħda Prekatorju 41 Kant: Sliem għalik

Ir-Raba' Ħadd

Morali Studji Bibliċi Sentenzi Leħen il-Maħbub

26 It-Tlieta Morali Il-Madonna tal-Parir Laudato Si’ it-Tajjeb Paġna tal-Fundatur

27 L-Erbgħa (S. Zita)

28 Il-Ħamis S. Gianna Beretta Molla 29 Il-Ġimgħa S. Katarina ta’ Siena 30 Is-Sibt S. Piju V

134

● Qamar Kwinta Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Laqgħa Ġenerali Immutabiltà (Il-Kult lil Alla tagħna jsir privat)

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu

Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Qagħda Prekatorju 42 Kant: Sliem għalik

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena


Innamra

(Fall in Love) Xejn mhu iktar prattiku milli ssib lil Alla, imbagħad tinnamra b’mod assolut, finali. Dak li qed tinnamra miegħu, dak li jaqbad l-immaġinazzjoni tiegħek, se jaffettwa kollox. Jiddeċiedi għaliex filgħodu għandek tqum mis-sodda, x’tagħmel filgħaxija, kif tqatta’ tmiem il-ġimgħa, x’taqra, ma’ min tagħmilha, x’jaqsamlek qalbek, u x’jgħaġġbek b’ferħ u gratitudni. Innamra, ibqa’ ħobb, u dan jiddeċiedi kollox.

Talba

Pedro Arrupe SJ

135


“Hi ħaġa proprja ta’ Alla li jeżerċita l-ħniena u jimmanifesta l-omnipotenza tiegħu partikularment b’dan il-mod.” Kliem San Tumas ta’ Aquino juri kemm il-ħniena divina mhijiex sinjal ta’ dgħufija, imma hi sinjal tal-omnipotenza tiegħu. U għalhekk il-Liturġija, f’waħda mill-eqdem kolletti tagħha, tħajjarna nitolbu hekk: “O Alla, inti tagħtina l-aqwa xhieda tas-setgħa tiegħek bla tarf billi tħenn għalina u taħfrilna.” Matul l-istorja kollha tal-umanità Alla se jkun dejjem Dak li hu preżenti, qrib tagħna, providenti, qaddis u ħanin. Misericordiae Vultus Par. 6


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.