Kalendarju Museumin Mejju - Gunju 2016

Page 1

Mejju - Gunju 2016


† Verbum Dei caro factum est Is-86 Sena Ħarġa Numru 3 Mejju - Ġunju 2016

Editorjal “Sakemm Nibqa’ Fidil” Snin ta’ Grazzja 30 Sena mill-Inkorporazzjoni Mil-Laqgħa Ġenerali Profeti Għax Ngħixu l-Vokazzjoni Tagħna b’Radikalità (L-Aħħar Parti) Qrajt Ktieb tal-Fundatur Gabinetti fil-MUSEUM Il-Klassiċi fil-MUSEUM Tħejjija għall-Mewt Każ Morali Assenteiżmu fuq ix-Xogħol Mort Irtir Ngħannaq ‘ix-Xewka’ Tiegħi Missjoloġija Mudelli Missjoloġiċi fil-Bibbja Laudato Si’ Il-Kruha tal-Indifferenza

139 142 146 150 154 159 162

Il-Pittura tal-Faċċata Is-Samaritan it-Tajjeb ta’ Francis Hayman Letteratura Ġarar tal-Ħaġar Il-Membri Jiktbu Il-Paċenzja Alla Jġarrab, ix-Xitan Jittanta 75 Sena mill-Bidu tal-Fergħa Maskili f’Għawdex Meta Niltaqa’ ma’ Ġesù Joseph Storja tal-Kalendarju Museumin Mill-Kalendarji “Antiki”... Djarju Museumin

165 169

Assenjatur Talba

Rivista ta’ kull xahrejn għall-użu privat tal-membri tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M.

Direzzjoni u Amministrazzjoni: Dar Ġenerali 207 Triq San Ġorġ Preca, Marsa MRS 9010

Issettjar u stampar: Veritas Press, Ħaż-Żabbar

www.sdcmuseum.org e-mail: info@sdcmuseum.org

172 174 177 178 180 182 184

186 190 194 203


“Sakemm Nibqa’ Fidil”

F

Editorjal

il-jum tal-Inkorporazzjoni, bil-libertà kollha tagħna, aħna ffirmajna isimna fir-Reġistru tas-Soċjetà biex inkunu tagħha u ngħixu għaliha biss sal-mewt. Dakinhar, minkejja li ma konniex nafu x’kien ser jippreżentalna l-ġejjieni, xtaqna li dak l-isem ma jitħassar qatt u f’qalbna tlabna l-grazzja l-kbira tal-perseveranza. Ftit mumenti wara ħadna mingħand is-Segretarju Ġenerali r-Regola li fuqha konna ser inkomplu nfasslu ħajjitna. B’hekk kompliet l-avventura tagħna, issa bħala membri filMUSEUM. U donnu biex ta’ kuljum niftakru f’dak l-imbierek jum, Dun Ġorġ ried li għall-ħabta tal-5:00 p.m. nistaqsu lilna nfusna: “Sakemm indum fiha?” U r-risposta sinċiera tagħna, “Sakemm nibqa’ fidil”, tfakkarna li l-fedeltà tagħna lejn ir-Regola hija t-triq żgura għall-perseveranza fil-MUSEUM. Fis-Soċjetà tagħna minn dejjem kellna tradizzjoni sabiħa li nitkellmu u nisimgħu ħafna fuq il-perseveranza fil-vokazzjoni. Sentenzi bħal “Il-premju tal-ġenna huwa mwiegħed lil min jibda tajjeb, iżda jingħata lil min jispiċċa tajjeb” u “Wisq nies jibdew tajjeb, iżda ftit huma dawk li jkomplu sal-aħħar” huma fost il-klassiċi Museumini. Din l-enfasi sana u neċessarja forsi ġejja mill-fatt li wieħed faċilment jista’ jħalli l-MUSEUM biex jaqbad triq oħra. Allura biex membru ma jitlifx din il-vera vokazzjoni għandu

kontinwament jitlob lil Alla li jagħtih il-grazzja li jippersevera sal-mewt. Apparti dan, il-membru għandu jimpenja ruħu bis-serjetà biex safejn jiddependi minnu jgħix is-sejħa tiegħu b’fedeltà u b’imħabba bla riservi. U minkejja li l-ħajja tal-bniedem fuq l-art hija taħbit u jiemu bħal ta’ ħaddiem mikri (Ġob 7, 1), it-telqa talmembru f’Alla u l-impenn sinċier u fidil tiegħu jagħmluha possibbli li fl-aħħar ta’ ħajtu jirbaħ ilkuruna tal-glorja tal-ġenna (2 Tim 2, 5). Anke l-kliem ta’ Ġesù huwa ċar ħafna fuq dan is-suġġett: “U 139


tkunu mibgħudin minn kulħadd minħabba f’ismi. Imma min iżomm sħiħ sal-aħħar, dan jinħeles” (Mk 13,13). Hemm bżonn li matul ittriq wieħed jagħmel kuraġġ biex ikompli u jispiċċa kif jixtiequ Ġesù. Dan kollu jista’ jinġabar fil-kliem mimli konsolazzjoni li jiktbilna missierna l-Fundatur fid-Daħla għar-Regola: “Jippersevera tassew min jibża’, għax min jibża’ joqgħod attent, u min joqgħod attent ma jiġġarrafx. Dan min-naħa talbniedem, u Alla min-naħa tiegħu ma jabbandunax ħlief lil min jabbandunah.”

Imma fis-Soċjetà ma naffaċċjawx biss taħbit li donnu l-ħin kollu trid teħodha kontrih biex tippersevera. Anzi jekk wieħed joqgħod jaħseb ftit jinnota li hemm ħafna affarijiet sbieħ li jinkuraġġixxu lill-membri biex ikomplu jgħixu din ilvokazzjoni bil-ferħ. Dawn ta’ min jikkunsidrahom biex ma naqgħux fl-iżball fatali li naħsbu li fl-għejxien tal-vokazzjoni tagħna aħna qisna l-ħin kollu qegħdin inġorru xi madmad li jħallina bla nifs. Miskin hu min iħares lejn il-vokazzjoni tiegħu b’dan il-mod u tassew li jrid jara x’ser jagħmel biex ma jibqax f’din is-sitwazzjoni. Meta Alla filħniena tiegħu jsejħilna, ma jkunx qed jifhem jasar u skjavitù imma mħabba u libertà. Għaldaqstant, x’għandu jinkuraġġina biex nipperseveraw fis-Soċjetà? 140

Il-persważjoni li l-aqwa mod li bih Alla qiegħed iħobbna huwa permezz tal-vokazzjoni Museumina. U l-aqwa mod li bih aħna nistgħu nwieġbu għal din l-imħabba huwa billi ngħixu s-sejħa tagħna b’fedeltà. Il-fatt li naraw membri anzjani li taw ħajjithom għas-Soċjetà u issa li qed joqorbu lejn l-għabex ta’ ħajjithom huma ġenwinament kuntenti b’dak li għamlu f’ħajjithom.

L-eżempju awtentiku ta’ membri ikbar u iżgħar minna li mingħajr ma jafu huma ta’ ispirazzjoni għalina. Membri li huma ddedikati u ġenerużi f’dak kollu li titlob minnhom is-Soċjetà u li jagħmluh mingħajr tqanżih u tgergir, anke jekk dan kollu jitlob sagrifiċċju, kultant mhux daqshekk żgħir. Il-fatt li aħna membri f’Soċjetà missjunarja li qed tkompli ssaħħaħ l-għeruq tagħha f’Malta u li qed ixxerridhom ukoll ’il barra. Kif nistgħu ma nagħmlux kuraġġ biex nipperseveraw u nkomplu naħdmu meta naraw tfal, żgħażagħ u adulti oħra li qegħdin iħobbu lil Ġesù anke permezz talħidma Museumina? Kif nistgħu ma nifirħux meta naraw lil dawk li jagħmluha magħna jikbru flumiltà, fil-manswetudni u fil-ħajja tat-talb?


Indispensabbli u tassew li jgħinna għall-perseveranza huwa l-eżerċizzju tad-direzzjoni spiritwali li jkompli jibnina spiritwalment biex permezz tiegħu nsiru dejjem iktar membri għal qalb il-Fundatur. Permezz ta’ dan l-eżerċizzju, flimkien malħajja tat-talb tagħna f’riġlejn Ġesù, inkunu qed nagħżlu l-aħjar sehem li ma jitteħdilniex (Lq 10, 42). Il-ħsieb li kollox jgħaddi u li ftit ieħor ma nkunux hawn jagħtina l-kuraġġ biex inkomplu din it-triq li bdejna. Aħna li b’idejna miftuħa aċċettajna din il-vokazzjoni mingħand Alla nixtiequ li fuq issodda tal-mewt tagħna jkollna l-konsolazzjoni li ħajjitna

għexnieha f’imħabba lejn Ġesù fis-Soċjetà. Nixtiequ li f’dak ilħin inkunu sereni għax nafu li bil-għajnuna ta’ Alla verament ippruvajna nikbru fl-ispirtu Museumin u li ħdimna kemm stajna fis-Soċjetà.

Dawn u oħrajn huma kollha mezzi li jgħinuna biex aħna nibqgħu fidili lejn is-sejħa tagħna. Il-fedeltà timplika wkoll li rridu noqogħdu attenti biex dak li mhuwiex ta’ għajnuna nwarrbuh ħalli dan itteżor ma jintilifx. Wara kollox l-ispirtu tas-Soċju li huwa persważ mill-vokazzjoni tiegħu “hu li ma jħares lejn ebda stat ieħor, iżda li jibqa’ fis-Soċjetà sal-mewt”. (IlFundatur fuq l-Ispirtu tas-Soċju Museumin). ⧀

Nirringrazzjaw lil dawk il-membri li qed jikkontribwixxu bl-artikli tagħhom fil-Kalendarju Museumin. Fl-istess ħin nistiednu u nħeġġu iktar membri u Kandidati biex jiktbu artikli qosra fuq aspetti tal-ħajja Museumina fir-rubrika Il-Membri Jiktbu. Il-ħsieb li dawn l-artikli jkunu ta’ benefiċċju kbir għall-qarrejja għandu jħeġġeġ biex issir din il-kontribuzzjoni.

141


30 Sena Mill-Inkorporazzjoni

“M

Snin ta’ Grazzja

in iħobb lil Ġesù ma jkunx kuntent li jħobbu waħdu.” Din issentenza tal-Fundatur minn dejjem laqtitni. M’hemmx bżonn wieħed ikun Soċju tal-MUSEUM biex iħobb lil Ġesù, jew biex jgħallem lil ħaddieħor iħobb lil Ġesù. Imma jkolli nistqarr li għalija l-vokazzjoni Museumina kienet dik li wasslitni biex inħobb lil Ġesù bisserjetà u tatni bosta opportunitajiet biex inħajjar u nwassal lil ħaddieħor biex iħobb lil Ġesù huwa wkoll. Bdejt immur il-Qasam talMUSEUM tar-raħal fejn noqgħod, is-Siġġiewi, mindu kelli xi ħames snin. Kien ikolli ġenn biex immur il-Museum kuljum. Id-dwejjaq tiegħi kien ikun nhar ta’ Erbgħa, is-Sibt u l-Ħadd għax ma kienx ikollna Museum. Wara li tlajt fil-klassi tal-Preparatorja, isSibt u l-Ħadd saru ġranet li kont nistenniehom iżjed, l-aktar mhux għax ma kienx ikollna skola imma għax kien ikolli aktar ħin għallMuseum. Anke s-Sibt filgħodu

142


konna mmorru nagħtu daqqa t’id fit-tindif u x-xogħol tal-Qasam. U l-Ħadd kważi ġurnata kollha kont issibni l-Qasam. Veru ma kellix bogħod għall-Museum imma donnu xi ħaġa kienet tiġbidni biex jiena nattendi dejjem, tant hu hekk li dejjem kont niġi minn tal-ewwel fil-premjazzjoni tal-Milied. Meta mal-ħbieb bdejt nattendi wkoll għat-training fil-grawnd tal-futbol u f’post ieħor, ma tantx domt għax ħassejt li l-MUSEUM kellu dik ix-xi ħaġa iżjed li dawk ma kellhomx.

Darba l-Prefett stedinna biex min irid imur miegħu fil-ħin talewwel xift ġewwa l-Qasam tażŻurrieq. Jiena u ieħor bdejna mmorru, imma l-ieħor waqaf wara ftit. Hemm bdejt ninduna li mhux il-Qasam tagħna biss jeżisti u s-Soċjetà hija kbira, sabiħa u attiva ħafna. Wara li sirt Kandidat bdejt nattendi l-laqgħat ta’ nhar ta’ Erbgħa u anke r-Responsorju. Hekk il-viżjoni tiegħi tas-Soċjetà saret ħafna usa’. Fil-laqgħat ġenerali bdejt nisma’ fuq ilmissjoni tas-Soċjetà barra minn Malta, li dak iż-żmien kienet għadha kemm bdiet is-Sudan, u wara bdejt nisma’ b’missjonijiet ġodda. Dan imlieni bl-entużjażmu u wassalni biex napprezza iktar din is-Soċjetà, hekk li nibtet fija x-xewqa li jiena wkoll ikolli sehem minn dan l-appostolat. L-eżempju tajjeb ta’ ħafna Soċji beda jħajjarni

biex jiena nkun bħalhom. Dan kollu wassal biex l-imħabba tiegħi lejn il-MUSEUM tkompli tikber u bil-mod il-mod għaraft li l-Mulej kien qed isejjaħli biex nagħtih ħajti fil-vokazzjoni Museumina. Bdejt nara x’nista’ nagħmel jiena għas-Soċjetà, iktar milli x’qed tagħmel is-Soċjetà għalija. Dan wassal biex jiena nħobb dak kollu li hu tas-Soċjetà. Għalhekk kont ninteressa ruħi f’dak kollu li hu tas-Soċjetà, kelli ħerqa biex nisma’ l-avviżi tal-Erbgħa biex nara x’inhu jiġri fis-Soċjetà, u kont naqra l-Kalendarju Museumin. IlKultur kien iħeġġiġna ħafna biex nabbonaw u naqraw il-Kalendarju Museumin, għax ‘dak juri l-qalba tas-Soċjetà’.

Fiż-żmien meta jien kont Kandidat u Soċju żagħżugħ, il-Qasam ġie mkabbar fuq in-naħa ta’ wara, fejn żdiedu xi klassijiet, kibret il-bitħa, saret bitħa ġdida u nbena garaxx u kamra għal-logħob. Il-fatt li konna mmorru nagħtu daqqa t’id fixxogħol manwali għen biex jiena nħossni iktar parti mill-Qasam. Anke permezz tal-Kultur tagħna konna mmorru nagħtu daqqa t’id fix-xogħol tal-Blata l-Bajda u iktar tard ta’ Dar il-Ħanin Samaritan. Dan kollu għen biex jiena jkolli mħabba lejn is-Soċjetà b’mod iktar wiesa’. 143


Kif semmejt qabel, kelli grazzja li niltaqa’ ma’ Soċji li qaluli kelma tajba u tawni eżempju ta’ Soċji verament skont qalb il-Fundatur. Fis-Soċji kont ninnota mħabba kbira għal dak li hu tas-Soċjetà. Kienu nies ta’ ġenerożità kbira, kemm f’dak li hu ħin kif ukoll fejn jidħlu l-flus. Niftakar Soċji jieħdu l-leave mix-xogħol biex ikunu jistgħu jagħmlu xogħol fil-Qasam, jew biex joħorġuna xi ħarġa filvaganzi tal-iskola. Niftakar Soċju anzjan li sirt naf li tgħallem jaqra u jikteb ta’ xi erbatax-il sena biex ikun jista’ jidħol mal-Magħżulin u wara jsir Soċju. Mhux biss tgħallem jaqra, imma konna ninnutaw li kien jaf ħafna mill-Bibbja bl-amment u konna nitgħaxxqu nisimgħuh jagħmel il-Leħen il-Maħbub fl-

144

Assenjatur. Soċju ieħor għamel xi seba’ snin marid fis-sodda u, meta konna mmorru narawh, kieku qatt smajnieh igerger. Kien bniedem rassenjat, spiss jgħidilna xi ħsieb spiritwali u juri interess f’dak li kien qed isir fis-Soċjetà. Ma nistax ma nsemmix Soċji oħra li jgħixu ħajja ordinarja imma huma konvinti mill-vokazzjoni Museumina. Għalhekk tarahom jgħixu bil-ferħ u bl-entużjażmu u jagħtu sehemhom fl-appostolat Museumin. Dawn u oħrajn kienu mudelli kbar għalija; kienu jgħallmu ħafna iktar bl-eżempju milli bil-kliem. Dawn mhux biss żergħu fija l-imħabba lejn is-Soċjetà, imma kienu jkomplu jispirawni biex jien ma


nkunx Soċju ta’ nofs kedda iżda naħdem mill-aħjar li nista’. Urewni li rrid nibża’ għall-vokazzjoni biex nippersevera. Maż-żmien indunajt li mhix ċajta l-perseveranza u min irid iħobb tassew lil Alla se jkollu mumenti ta’ prova u ta’ tiġrib. Imma ‘waqt il-prova kollox’.

Id-Direzzjoni Spiritwali bisserjetà u l-ħbiberija sinċiera mal-membri sħabna huma mezzi kbar biex nipperseveraw. Aħna naqsmu ħajjitna flimkien, dak li hu appostolat, dak li hu xogħol manwali, rikreazzjoni kif ukoll mumenti ta’ talb flimkien. U dan kollu fil-preżenza tas-Sinjur Alla. Nemmen li din tagħmel iddifferenza kollha. Għaliex meta l-Mulej ikun fix-xena kollox jidher

mod ieħor. Fil-Qasam tgħallimt nitlob. Inħoss li nkunu nfallu ma dawk it-tfal li jattendu l-Oqsma tagħna u ma ngħallmuhomx jitolbu.

Ma nistax ma nirringrazzjax lillMulej għal dak kollu li għamel miegħi permezz tas-Soċjetà Museumina. U dan jixprunani biex naħdem iktar ħalli jkun hemm oħrajn li jieħdu ġid minn din l-istess għajn. Għalhekk ejjew naħdmu. Issa huwa ż-żmien għax, kif qalli Soċju anzjan, ‘għad jasal żmien fejn tkun tixtieq taħdem u ma tistax!’ ⧀ Tonio Callus

145


Profeti Għax Ngħixu l-Vokazzjoni Tagħna b’Radikalità (It-Tielet u l-Aħħar Parti)

I

Mil-Laqgħa Ġenerali

l-profeta Isaija jpoġġilna r-riflessjoni: “Għassies, fiex inhu l-lejl?” (Is 21,11) u hu nnifsu jagħti t-tweġiba: “Jasal is-sebħ u l-lejl ukoll.” (Is 21,12) Din nistgħu ninterpretawha fis-sens li anke jekk nibżgħu jew naqtgħu qalbna minħabba d-dalma tal-lejl, is-sebħ jasal żgur - anzi, is-sebħ wasal fil-persuna ta’ Ġesù Kristu, rebbieħ fuq il-ħażen. Din hija l-konvinzjoni li għandu jkollna bħala membri ta’ ġisem ħaj, il-Ġisem Mistiku ta’ Kristu, jiġifieri l-Knisja. Konvinzjoni li tant inkunu persważi minnha li nwassluha bil-kuraġġ lil ħutna kollha, li twassalna li nkunu tassew radikali u profetiċi fl-għażliet tagħna. Nibqgħu f’relazzjoni mal-Mulej; dan jagħtina s-saħħa sabiex kuljum ngħixu u nġeddu l-impenn tagħna fil-Knisja bħala komunità ta’ aħwa, dixxipli, qaddejja u profeti. Għandha tkun relazzjoni konkreta ladarba inti msejjaħ biex “tagħmel dak kollu possibbli biex din irrelazzjoni tinbena u tissaħħaħ. Nitolbu spiss lil Alla (biex) jferina bl-imħabba tiegħu” (ara San Ġorġ Preca, Is-Sena tas-Sinjur, 72). Mhux fit-teorija imma fil-prattika, jiġifieri fil-kliem, fl-imġiba, flgħażliet tiegħek, Kristu għandu jkun għalik l-aqwa u l-akbar ħabib u ħuk l-aktar għażiż (ara San Ġorġ Preca, Il-Ktieb il-Kbir, Konklużjoni). Hija din ir-relazzjoni qawwija u taħraq mal-Mulej li żżommna profetiċi. Tagħmilna xebh mal-Mulej. Bil-Malti ngħidu: 146

“Ma’ min rajtek, xebbahtek.” Jekk il-marka prinċipali ta’ Ġesù hija l-qadi, aħna bħalu msejħin inkunu qaddejja - qaddejja mhux tal-isem, imma fil-verità.

Fil-ktieb tiegħu Il-Knisja talFardal, l-Isqof Tonino Bello (1935-1993) tad-djoċesi ta’ Molfetta, l-Italja, ħareġ b’din ilfrażi emblematika dwar il-Knisja u stqarr: "Il-Knisja li torbot ilfardal, bi ħwejjiġha merfugħa ’l fuq, qisha xbieha li għandha wisq mill-qaddejja, ma tixraqx il-kobor tagħha. Bil-maqlub, hi xbieha mill-isbaħ. ... Il-Knisja tal-fardal


tistedinna biex nikkonvertu minn rasna sa saqajna: mill-Erbgħa tarRmied fuq ir-ras għall-ħasil tassaqajn, mir-ras tagħna nfusna sassaqajn tal-oħrajn." Skont l-Evanġelju, Ġesù “qam u libes ħwejġu mill-ġdid”, iżda ma neħħiex ix-xugaman, żammu fuqu.

Hu għalhekk li huwa importanti li l-ħajja Nisranija tagħkom isSoċji, imsejħin biex taqdu l-Poplu ta’ Alla permezz tal-ministeru tat-tagħlim, tkun spiritwalment integrata u magħġuna mill-Ispirtu l-Qaddis. Il-qalb tiegħek imsaħħa bil-virtujiet, qalb li tassew tħobb, temmen u tittama, tagħmel li dak li int tistqarr, titgħallem u tgħallem isir esperjenza ħajja li tagħti l-ħajja. Din hija r-radikalità tassejħa Museumina. Inti ma tibqax tavla minquxa jew ktieb stampat. Issir ittra ħajja. Il-qalb tiegħek magħġuna u mżejna mill-virtujiet - issir tempju ħaj fejn tistqarr il-fidi, fejn tiċċelebra l-Liturġija Ewkaristika awtentika, attiva u parteċipata, u fejn il-morali Nisranija twasslek biex tgħix il-ħelsien veru li jagħtina Ġesù Kristu Rxoxt u Ħaj. (Jean Corbon, The Wellspring of Worship) L-omelija tal-Papa Franġisku tat-30 ta’ Mejju 2013, nhar isSolennità tal-Ġisem u d-Demm talMulej, fiha ħafna x’wieħed jixtarr. 147


Il-konklużjoni ta’ din l-omelija tgħinna nifhmu aħjar it-tema ta’ din it-taħdita: "Illejla, għal darb’oħra, il-Mulej iqassmilna l-ħobż li hu Ġismu; Hu jingħata bħala don lilna. U anki aħna nħossu din is-'solidarjetà ta’ Alla' mal-bniedem, solidarjetà li ma tispiċċa qatt, solidarjetà li ma tiqafx tgħaġġibna: Alla jersaq qrib tagħna, fis-sagrifiċċju tas-Salib jitbaxxa biex jidħol fid-dlam talmewt ħalli jagħtina l-ħajja tiegħu, li tirbaħ il-ħażen, l-egoiżmu u l-mewt. Ġesù anki llejla jingħata għalina fl-Ewkaristija, jaqsam fl-istess mixja tagħna, anzi jsir ikel, l-ikel tassew li jmantni l-ħajja tagħna anki fil-mumenti fejn it-triq issir iktar iebsa, dik tas-servizz, tal-kondiviżjoni, talgħotja, u dak il-ftit li għandna, dak il-ftit li aħna, jekk naqsmuh, isir għana, għax il-qawwa ta’ Alla, li hi dik tal-imħabba, tinżel fil-faqar tagħna biex tibdlu." Mela llejla ejjew nistaqsu lilna nfusna, aħna u nqimu lil Kristu

148

preżenti realment fl-Ewkaristija: Qed inħallih jibdilni? Lill-Mulej li jingħata għalija, qed inħallih imexxini biex noħroġ dejjem iżjed minn wara l-ħajt tiegħi, biex noħroġ u ma nibżax ningħata, naqsam, inħobb lilu u lill-oħrajn?

Ħuti: sekwela, komunjoni, kondiviżjoni. Nitolbu biex issehem tagħna fl-Ewkaristija jservi dejjem biex iqanqalna: biex nimxu wara l-Mulej kuljum, biex inkunu strumenti ta’ komunjoni, biex naqsmu miegħu u mal-proxxmu tagħna dak kollu li aħna. Hekk l-eżistenza tagħna tħalli tassew frott għammiel.

Konklużjoni Nissuġġerixxi li tagħżel aspett minn dak li għedna, tħaddnu miegħek u lill-Mulej tgħidlu: “Għinni ngħixu u npoġġih filprattika...” Għid lilek innifsek: Illum irrid nikkonverti, irrid ngħix ta’ profeta, inħaffer fil-fond, nitlob, nagħti lili nnifsi, naħrab l-ingann, inkun doċli u nwarrab


l-ideat fissi tiegħi. Illum irrid naqdi, inkun fis-servizz tal-kelma, mhux kif jidhirli jien, imma skont kif niġi mitlub. Il-Fundatur, f’ittra li kiteb nhar is-16 ta’ Mejju 1929, jgħid: “Inservu ’l Alla fis-satra mingħajr deher, mingħajr daqq ta’ trombi, mingħajr turija, ħsejjes u ostentazzjoni, u dejjem moħbijin fil-pjagi ta’ Kristu. Kollox jgħaddi.”

Kull attività li ssir fis-Soċjetà hija mument ta’ grazzja u allura għandha ssir fi spirtu ta’ talb, ta’ offerta, ta’ konverżjoni u servizz. Huwa l-Ispirtu ta’ Ġesù Kristu li jagħmel id-differenza kollha. Mhix esperjenza ta’ formalità, mhix miġemgħa soċjali, jew get-together reliġjuż, jew waqfa mir-rutina tassoltu. Hi mument ta’ grazzja, hi don u responsabbiltà. Trid twassal biex inti tkun lesta li tikkonverti d-dinja, li jfisser li tibda bilkonverżjoni tiegħek innifsek u l-konverżjoni tal-ambjent ċkejken ta’ madwarek. Li tagħti ħajtek għal Ġesù Kristu, mhux f’sitwazzjoni li aktarx ma tiġi qatt imma fil-Qasam,

fil-parroċċa, fid-dinja ċkejkna fejn qed tbati. Inti se tkompli tistaqsi: “Għassies, fiex inhu l-lejl?” (Is 21, 11) Huwa l-Ispirtu ta’ Ġesù Kristu li lilkom jibdilkom, li jsejħilkom kuljum, li jibgħatkom, li jikkonsagrakom. Anzi, huwa l-Ispirtu ta’ Ġesù Kristu li lilek jibdlek, li jsejjaħlek kuljum, li jibgħatek, li jikkonsagrak. U tasal biex tisma’ l-vuċi mellisija tiegħu, jew aħjar tisma’ lil qalbu tħabbat, huwa u jgħidlek: “Jasal is-sebħ u l-lejl ukoll.” (Is 21,12)

Inti qiegħed hawn b’vokazzjoni. Ilqagħha llum! Inti qiegħed hawn b’missjoni. Ingħata għaliha llum! Inti qiegħed hawn b’konsagrazzjoni. Għixha llum! ⧀

Dun Hector Scerri

149


Gabinetti fil-MUSEUM

D

Qrajt Ktieb tal-Fundatur

arba, m’ilux ħafna, l-għalliema u l-katekisti ma kinux jużaw powerpoint presentations, vidjows jew mezzi oħra sofistikati li faċilment għandna aċċess għalihom illum il-ġurnata. Kienu sempliċiment jgħaddu l-għerf lill-iskulari tagħhom permezz tal-istejjer.

Aħseb ftit fiż-żmien meta int kont għadek fi tfulitek, bilqiegħda fuq il-bank tal-iskola jew fil-klassi tal-Museum. Liema kienu l-aktar mumenti li tiftakar? Ngħid għalija, wieħed minn dawk il-mumenti kien meta l-Prefett tagħna kien jgħidilna xi storja waqt il-lezzjoni u minnha jislet tagħlima jew tnejn... u dik l-istorja kienet tibqa’ tidwi ġewwa moħħi għax tkun

150

laqtitni. Min qatt ma sama’ bilħrafa tal-volpi brikkun illi faħħar u ħajjar lil dik iċ-ċawla sabiex tkanta u għalhekk titlaq il-ġobna minn munqarha dritt għal ġewwa ħalqu? Din l-ħrafa ta’ Esopu, li tgħallimna dwar l-periklu tattifħir żejjed, kienet waħda minn ħafna stejjer li smajt fi tfuliti millkatekisti fil-Museum.


Ftit kont naf dak iż-żmien li din il-ħrafa u bosta stejjer oħra kienu jinsabu fil-ktieb tal-Fundatur blisem ta’ Konastrija u Gabinetti filMUSEUM. ‘Il-Gabinetti’, kif inhu aktar magħruf il-ktieb, hu wieħed mill-kitbiet l-aktar famużi ta’ Dun Ġorġ u fih ġabra ta’ ħamsa u tmenin storja qasira. Iżda wieħed jistaqsi, x’inhu gabinett? Jekk wieħed ifittex fiddizzjunarju, isib diversi tifsiriet għal din il-kelma. Iżda l-aktar waħda li toqgħod għas-sens li fehem il-Fundatur hija kmajra privata fid-dar fejn jinżammu oġġetti prezzjużi. “It-tagħlim huwa l-għajn ta’ kull ġid,” kien spiss jgħid il-Fundatur u għalhekk huwa rraġuna li t-tagħlim huwa tant prezzjuż li għandu jinżamm filgabinetti. Dawn il-gabinetti huma stejjer qosra, ħafna minnhom frott l-immaġinazzjoni tal-Fundatur jew ġrajjiet veri jew mislufa, imma li lkoll hemm fihom mistura xi verità.

F’dawn l-istejjer il-Fundatur jirnexxilu joħloq xeni sempliċi li jistgħu jiġu mifhuma minn kulħadd (il-konkret) imma li jwasslu għal ħsibijiet aktar profondi (l-astratt). Dan l-istil ta’ tagħlim inqdew bih bosta personaġġi matul is-snin, fosthom Esopu li diġà semmejt aktar kmieni. Esopu, li ħafna jżommu li għex aktar minn elfejn sena ilu, uża ħrejjef ivvintati sabiex ifiehem ħwejjeġ importanti lin-nies ta’ żmienu u kien grazzi għal ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ nies li għaddew l-għerf tiegħu minn missier għal iben permezz tarrakkonti li dawn waslu għandna llum. Ma nistax ma nsemmix lil Ġesù li uża l-parabboli, stejjer li qatt ma ġraw iżda t-tifsira tagħhom tgħodd għall-ħajja ta’ kuljum. IlFundatur joħroġ ħafna temi f’din il-ġabra ta’ gabinetti. Ser nieħu ftit eżempji minnhom u nitkellem aftar fil-fond dwar l-aktar stejjer li laqtuni personalment.

Għidli fatt u nitgħallem. Għidli l-verità u nemmen. Iżda għidli storja u din tgħix ġewwa qalbi għal dejjem. Proverbju Indjan

151


Il-Ġmiel tan-Natura. Dun Ġorġ ilaqqagħna ma’ Ġulju, daqsxejn ta’ tfajjel, li malli jidlam filgħaxija joħroġ fil-ġnien tad-dar u jilmaħ fis-sema kewkba tiddi. Ġulju jitgħaxxaq bil-ġmiel tagħha u millġmiel tan-natura ta’ madwaru jerfa’ ħsibijietu f’Alla u jasal biex jifhem kemm huwa isbaħ Alla, il-ħallieq tagħha. Wieħed għandu ħafna x’jitgħallem mill-ħolqien dwar il-kobor ta’ Alla.

L-Intenzjoni Retta. Mhux dejjem faċli li wieħed jifhem ir-raġuni wara l-azzjoni tajba ta’ persuna. Wieħed mill-gabinetti jirrakkonta li prokuratur tal-artal tal-Madonna tar-Rużarju fil-knisja tar-raħal tiegħu kien kiseb il-fama kemm kien devot minn kif kien jieħu ħsieb dan l-artal. Iżda meta darba l-kappillan innoċentement nesa jistiednu għal festin, dan ilprokuratur malajr żarma mill-kariga tiegħu għax ħass li din kienet inġustizzja kontrih. Permezz ta’ din l-istorja l-Fundatur juri li waqt il-prova tinkixef l-intenzjoni vera talpersuna.

152


Fuq il-wiċċ tal-art kulħadd jara li t-tagħlim huwa għajn

ta’ kull ġid, li jista’ jingħata jew permezz tal-kelma kemm ukoll permezz tal-eżempju.

Il-Ġustizzja. Bejjiegħ qarrieq kien bagħbas il-miżien u għalhekk kien jisraq lill-konsumaturi billi jaħbi l-vera valur tal-prodotti tiegħu. Dan inkixef meta Ġeltrude wiżnet il-laħam li xtrat mill-ħanut u sabet li taha n-nieqes. Għalhekk marret tirrapporta lill-pulizija għax ħasset li kellha ġġib ġustizzja għal tant nies li nsterqu minn dan il-bejjiegħ. Xi drabi l-kelma ma tkunx biżżejjed iżda jkun hemm bżonn id-dixxiplina. Il-bejjiegħ ma beżax mill-ġustizzja ta’ Alla imma beża’ mill-ġustizzja tal-bniedem. Għalhekk Ġeltrude nqdiet b’dan ilmezz għall-ġid tax-xerrejja.

Umoriżmu. Uħud mill-gabinetti għandhom element umoristiku li l-Fundatur juża biex iwassal ilmessaġġ tiegħu. Eżempju ta’ dan hija l-istorja tas-surmast li staqsa lil wieħed mill-istudenti tiegħu biex jindikalu fuq il-mappa fejn tinsab l-Amerika. Wara li Freddie għamel dan, is-surmast dar fuq il-kumplament tal-istudenti u staqsiehom min sab l-Amerika. “Freddie, Surmast, sabha l-Amerika,” wieġbu Wiġi fil-pront!

Il-Ħsieb fuq il-Mewt. Xi kultant il-bniedem ikollu bżonn ċanfira biex jifhem sewwa l-verità li jkun tgħallem. Din narawha fl-istorja ta’ Ġanni, żagħżugħ li, għalkemm kien jaf li wieħed jeħtieġ li jgħix ħajja tajba, kien wisq miġbud lejn l-affarijiet tad-dinja. Ġara li huwa marad serjament u wasal qrib ilmewt. Għalhekk iddeċieda li, jekk ifiq, ibiddel ħajtu għax induna li l-affarjiet tad-dinja ma jiswew xejn ħdejn l-eternità.

Il-Ġid mill-MUSEUM. Gabinett ħelu jirrakkonta l-istorja ta’ tifel li jiġi mistoqsi mis-surmast biex ifisser il-qawl “Bil-qatra l-qatra timtela l-ġarra”. It-tifel jispjega li l-vizzju, żgħir kemm hu żgħir, jekk ma toqgħodx attent faċilment jirkbek. Is-surmast stagħġeb bit-tagħlim li t-tifel kien irċieva mill-MUSEUM. Dan il-ktieb huwa minjiera ta’ tagħlim għal kull Soċju/a u Kandidat/a. Huwa ppreżentat f’format sempliċi u mexxej, hekk li wieħed jista’ faċilment jirreferi għall-istejjer u jużahom waqt illezzjoni, anke ma’ tfal ta’ etajiet varji. ⧀ Adrian Agius 153


Tħejjija għall-Mewt

ta’

San Alfons Maria de Liguori

M

Il-Klassiċi fil-MUSEUM

eta wieħed jitkellem mill-‘Klassiċi tal-Ispiritwalità’ jrid iżomm quddiem għajnejh li ktieb ta’ spiritwalità jitqies bħala klassiku għax għandu passat u għadu jgħodd għall-preżent. Il-‘Klassiċi talIspiritwalità’ jgawdu l-permanenza taż-żmien u r-relevanza għal kull żmien. Mill-ħażna tal-passat għadhom jiġbdu l-attenzjoni tal-preżent.

Tħejjija għall-Mewt ta’ San Alfons jissodisfa dawn il-kriterji u għalhekk huwa wieħed millKlassiċi tal-Ispiritwalità. Dan il-ktieb għandu l-għeruq tiegħu fil-veritajiet rivelati sa minn żmien twil ilu u dawn l-istess veritajiet għadhom jgħoddu u huma releventi għall-preżent, minkejja l-kultura ta’ żmienna li ċerti veritajiet tiddejjaq tisma’ dwarhom. Fl-Iskrittura Mqaddsa, f’wieħed mill-Kotba tal-Għerf, Il-Ktieb ta’ Bin Sirak, insibu: “F’kulma tagħmel ftakar fi tmiemek u ma għandek tidneb qatt.” (Sir 7, 36) L-istess ħsieb jibqa’ jkun enfasizzat fl-Iskrittura Mqaddsa, kemm fit-Testment ilQadim kif ukoll fit-Testment il-Ġdid fejn niltaqgħu ma’ tagħlim tant ċar u dirett mill-istess Sidna Ġesù 154

"Meta Adam dineb u mbagħad ħeba ruħu, Alla, li kien tilef lil Adam, mar ifittxu u kwazi jibki beda jsejjaħlu: 'Adam, fejn int?' Dawn huma kelmiet ta' missier li qiegħed ifittex lil ibnu mitluf. L-istess għamel Alla kemm-il darba miegħek." Tħejjija għall-Mewt, Konsiderazzjoni XVI


Kristu. Jista’ jkollok pedament aktar sod minn dan biex fuqu tibni 36 konsiderazzjoni, kif sejħilhom San Alfons, dwar veritajiet li, irridu jew ma rridux, jolqtu lil kull maħluq? Tħejjija għall-Mewt għadu attwali anke llum meta nsibu għadd ġmielu ta’ verżjonijiet f’għadd ta’ lingwi. Naturalment malmedda taż-żmien seħħ żvilupp fil-ħsieb u l-mentalità u għalhekk verżjonijiet aktar riċenti ta’ dan ilktieb, filwaqt li baqgħu fidili għallmessaġġ ċentrali li ried iwassal San Alfons, jinkludu selezzjoni millmeditazzjonijiet ta’ San Alfons u jħallu barra oħrajn li nkitbu għal ġenerazzjonijiet u popli oħra u li jistgħu jidhru wisq drammatiċi għan-Nisrani tal-lum.

San Alfons kiteb Tħejjija għallMewt fl-1758, meta kellu 62 sena. Il-ktieb jittratta suġġett li hu dejjem attwali u li San Alfons ipprietka dwaru għal madwar tletin sena. Fid-daħla huwa jgħid li xtaq jgħin lin-nies biex jippreparaw b’aktar attenzjoni għas-siegħa li fiha jiltaqgħu wiċċ imb wiċċ malĦallieq. Jgħid ukoll li xtaq jgħin lill-predikaturi li ftit kellhom kotba u ħin għall-qari. F’dan ilktieb San Alfons jinkludi ħafna kwotazzjonijiet mill-Iskrittura Mqaddsa u minn kittieba famużi

155


tal-ewwel sekli tal-Kristjaneżmu. Imma, kif jistqarr l-awtur innifsu, l-għan ewlieni tiegħu kien biex il-bniedem iħobb aktar lil Alla. San Alfons iqis l-imħabba ta’ Alla u l-perserveranza fit-tajjeb bħala l-akbar żewġ grazzji. Dak li kiteb San Alfons għadu relevanti għalina għax jagħtina l-kuraġġ biex niffaċċjaw b’fiduċja l-laqgħa tagħna ma’ Kristu fi tmiem ilpellegrinaġġ tagħna fuq din l-art.

Hawn tajjeb li ngħidu xi ħaġa dwar San Alfons. Huwa twieled f’Napli fis-27 ta’ Settembru 1696. Kellu trobbija tajba u kien imżejjen b’intellett, memorja, rieda soda u qalb miftuħa għal sentimenti nobbli. Studja l-Liġi Ċivili u dik Kanonika imma, minkejja li kollox kien juri li l-karriera fil-qasam tal-Liġi kienet se tkun suċċess, ir-rieda ta’ Alla kienet li jingħata

kollu kemm hu Lilu fiċ-ċelibat. Kellu esperjenzi li għenuh jifhem il-vanità li toffri d-dinja u li kollox jgħaddi bħalma tgħaddi daħna. Wara żmien ta’ formazzjoni huwa ġie ordnat saċerdot fil-21 ta’ Diċembru 1726. Alfons fehemha sew li ħadd ma jagħti minn dak li m’għandux u għalhekk ħa ħsieb sew tal-formazzjoni spiritwali tiegħu nnifsu, speċjalment fejn jidħlu t-talb u d-direzzjoni spiritwali, filwaqt li ddedika wkoll ħinu għall-ħidma pastorali, speċjalment bix-xandir tal-kelma. F’Novembru 1732 Alfons, flimkien ma’ xi kumpanni, waqqaf l-Ordni tal-Imqaddes Redentur, magħrufin bħala r-Redentoristi. San Alfons miet fl-1 ta’ Awwissu 1787 u ħalla warajh għadd sabiħ ta’ kitbiet dwar il-moralità u l-ispiritwalità, fosthom Il-Mezzi l-Kbar tat-Talb, Riflessjonijiet fuq il-Passjoni, Il-

"Bid-dnub nagħżlu li ninfirdu minn Alla. Iżda Alla x'jagħmel? Joqgħod fil-bieb ta' dik il-qalb ingrata. 'Arani qiegħed fil-bieb inħabbat.' (Apok 30, 2) U donnu jkun jitlob lir-ruħ biex tiftaħlu u jdum jitlob ferm."

156

Tħejjija għall-Mewt, Konsiderazzjoni XVI


Prattika tal-Imħabba ta’ Ġesù Kristu, Il-Glorji ta’ Marija u Tħejjija għall-Mewt. San Alfons ġie kkanonizzat fl1839. Imbagħad fl-1871 il-Papa Piju IX ddikjarah Duttur tal-Knisja u fl-1950 il-Papa Piju XII ħatru patrun tat-teoloġi morali u tassaċerdoti li jqarru. F’għeluq il-200 sena mill-mewt ta’ San Alfons, ilPapa San Ġwanni Pawlu II kiteb Ittra Appostolika li fiha, fost ħwejjeġ oħra, qal: “Il-popolarità li dan il-qaddis ilu jgawdi hija

dovuta għax-xewqa tiegħu li jkun konċiż, ċar, sempliċi, ottimist u ħabib, kwalitajiet li finalment wassluh għall-ġentilezza. Fil-qalba tal-imħabba tiegħu għan-nies kien hemm il-preokkupazzjoni tiegħu għas-salvazzjoni tiegħu u tal-oħrajn, salvazzjoni li timmira għall-qdusija. Il-ħidma pastorali tiegħu ma kienet teskludi lil ħadd: huwa kiteb għal kulħadd.” Il-Fundatur tagħna kien midħla sew ta’ dan il-ktieb. Patri Alexander Bonnici OFM Conv jikteb: “Ġorġ

157


kien diġà qed jirrifletti fuq l-għan tal-ħajja. Il-ktieb ta’ San Alfons M. de Liguori bit-titlu Tħejjija għallMewt laqtu sewwa...” (Dun Ġorġ Preca – Ħajja-Xhieda-Dokumenti, 1980, p.100) Fil-ktieb Dun Ġorġ (1880-1962), maħruġ millKummissjoni Dun Ġorġ tas-Soċjetà tagħna stess fl-1965, insibu: “Ta’ sittax-il sena qara t-Tħejjija għallMewt ta’ San Alfons u tant nissel fih impressjoni dan il-ktieb li baqa’ jirrakkomandah ħajtu kollha.” (p.10) Meta wieħed jaqra sew dan il-ktieb, jifhem aħjar kif influwenza lill-Fundatur fil-kitbiet u fit-talb li ħallielna. L-espressjonijiet li nsibu fis-supplikazzjonijiet tadDixxiplina, it-talba tal-Arloġġ tat8:00 a.m. u t-talba li nsibu fil-Qima ta’ Wiċċ Kristu, “O siegħa feliċi li fiha naraw il-wiċċ tant mixtieq li jifforma l-għaxqa tal-qaddisin”, huma tliet eżempji ta’ dan. Is-Soċji tal-ewwel snin tas-Soċjetà fehmu sew ix-xewqa tal-Fundatur li għandhom ikunu midħla ta’ dan il-ktieb u, minbarra l-fatt li xi wħud fosthom akkwistaw kopja għall-meditazzjoni personali tagħhom, fl-irtiri tal-ewwel Ħadd tax-xahar kienu jiġu inklużi

158

siltiet minn dan il-ktieb għallmeditazzjoni. (Ara l-ħarġiet talKalendarju Museumin tas-snin 30.) Is-Soċji tal-bidu gawdew millverżjoni Maltija ta’ dan il-ktieb li d-Dar ta’ San Ġużepp ħadet ħsieb tippubblika għal ħames darbiet sal-1938. Il-ktieb ġie maqlub għall-Malti mit-Taljan minn Achille Ferris, spettur tal-Iskejjel tal-Gvern u Kavallier tal-Ordni ta’ Malta. Fid-daħla huwa jikteb li dan il-ktieb hu wieħed mill-isbaħ kotba illi nkitbu għall-ġid tal-erwieħ. Huwa ktieb, jgħid Ferris, għallmeditazzjoni personali u jservi biex wieħed jgħin lill-oħrajn. Ilverżjoni bil-Malti kienet tinkludi l-ikbar u l-isbaħ biċċa tal-ktieb li tikkonsisti f’36 meditazzjoni u suġġerimenti dwar kif in-Nisrani għandu jqassam ħajtu. Barra minn dawn il-meditazzjonijiet u suġġerimenti, il-ktieb jinkludi wkoll disa’ diskorsi. Jalla jkunu ħafna l-membri li jakkwistaw verżjoni riċenti u tajba ta’ dan il-ktieb biex, flimkien mal-kitba tal-Fundatur u Klassiċi tal-Ispiritwalità oħrajn, jakkumpanjahom fil-mixja wara Kristu. ⧀ Pawlu Sammut


Assenteiżmu fuq ix-Xogħol

Każ Morali

Fonzu kien raġel għażżien. Fuq ix-xogħol moħħu biex jiskarta u ta’ spiss kien jieħu s-sick leave għal xejn b’xejn.

H

emm assenteiżmu meta l-impjegati jkunu assenti minħabba raġunijiet barra mill-kontroll tagħhom, bħal fil-każ ta’ meta huma morda, meta jweġġgħu, jew meta hemm bżonn urġenti tal-preżenza tagħhom filfamilja. F’dan l-artiklu aħna se niktbu fuq l-assenteiżmu ‘kolpevoli’, jiġifieri meta impjegati jkunu assenti mix-xogħol bla awtorizzazzjoni minħabba ‘raġunijiet’ li huma fil-kontroll tagħhom, bħal, ngħidu aħna, impjegat li ma jidħolx għax-xogħol għax jgħid li hu ‘marid’ meta jista’ jiġi ppruvat li ma kienx marid. Assenteiżmu ‘kolpevoli’ ismu miegħu, iġorr miegħu ħtija morali u skont ir-relazzjonijiet industrijali min jagħmel dan jista’ jiġi dixxiplinat. L-assenteiżmu jnaqqas il-produzzjoni u jagħmel ħsara lir-relazzjonijiet industrijali. Barra minn dan ifixkel il-kompetizzjoni u l-kompetittività. L-assenteiżmu joħloq atmosfera ta’ sfiduċja fuq il-post tax-xogħol. Jibda jsir ħafna tgergir minn wara dahar il-ħaddiema u jinqala’ l-inkwiet. Il-problema tal-assenteiżmu mhijiex biss waħda soċjali imma wkoll morali. Fil-fatt l-assenteiżmu ‘kolpevoli’ joħodha kontra numru ta’ virtujiet, fosthom il-verità, il-karità u l-ġustizzja. Ir-raġuni li spiss tinstama’ li ‘Jien nagħmel hekk għax kulħadd qed jagħmel hekk’ hi bla sens u

qarrieqa. L-ewwel nett mhu veru xejn li kulħadd qed jagħmel hekk; f’dan il-każ mhux veru li kulħadd jassenti ruħu kappriċċożament. It-tieni nett, anke li kellu kulħadd jagħmel hekk, dan ma jissarrafx f’ġustifikazzjoni biex dak li jkun jiżbalja anke hu. Ir-regoli taletika ma joħorġux minn għemil il159


bniedem imma mill-morali, jiġifieri dawk in-normi li jirregolaw l-imġiba tal-bniedem skont il-Liġi Naturali u r-Rivelazzjoni Divina. Għedna li l-assenteiżmu ‘kolpevoli’ jmur kontra l-verità. Min ifalli minn fuq il-post tax-xogħol bla kawża vera jkun qed jagħti l-impressjoni li għandu raġuni

160

valida meta m’għandux. Ħafna drabi l-abbużi mis-sick leave ta’ ftit individwi jixħtu dell ikrah fuq il-bqija tal-ħaddiema li jaħdmu flistess post.

Hemm punt ieħor f’dan ir-rigward. Hu l-prinċipju morali li ‘għan tajjeb ma jiġġustifikax mezzi ħżiena’. Kif jgħid John Hammes, “dan ilprinċipju japplika mhux biss għall-għan tal-għemil kif konoxxut oġġettivament, imma wkoll għallintenzjoni suġġettiva tal-aġent”. (John A. Hammes, Human Destiny – Exploring Today’s Value System) Wieħed jista’ jġib skużi li hu jara bħala tajbin, bħal ‘Irrid noqgħod iżjed mal-familja’ jew ‘Irrid nieħu ftit ta’ arja friska fil-kampanja’ jew


‘Għandi x’nagħmel id-dar’ u oħrajn, imma dawn ma jiġġustifikawx l-użu ħażin tal-fakultà tas-sick leave. Sick leave ifisser tkun ma tiflaħx u xejn iżjed.

L-assenteiżmu ‘kolpevoli’ jmur ukoll kontra l-karità, l-imħabba tal-proxxmu. Min jaqa’ b’faċilità għall-assenteiżmu ‘kolpevoli‘ jkun qed iġib ruħu b’mod egoista, għax ikun qed jaħseb biss f’dak li jaqbel lilu, bla ma jkollu l-iċken konsiderazzjoni għall-oħrajn. L-assenteiżmu ‘kolpevoli’ joħodha kontra l-ġustizzja. Min jassenti ruħu mix-xogħol bla raġuni valida jkun qed jitħallas bla ma jaħdem. Tkun qed issir inġustizzja ma’ min iħaddmu u mal-pajjiż. Din

hi inġustizzja, daqskemm hi inġustizzja li bl-assenteiżmu mhux ġustifikat tiegħu jgħabbi lil sħabu bix-xogħol li suppost jagħmel hu. Ħafna drabi l-assenteiżmu ‘kolpevoli’ hu frott ta’ kuxjenza laxka. La l-assenteiżmu bħal dan hu forma ta’ serq, dan ifisser li hemm id-dover morali tarriparazzjoni. Wieħed jista’ jagħmel dan billi jirrestitwixxi l-flus ‘misruqa’ (flus ta’ kuxjenza) jew billi jirsisti aktar min-normal biex ipatti għalli għamel. Dan mhuwiex faċli, imma min ikun ikkonverta minn dan l-iżball żgur iħoss li għandu b’xi mod jirripara. Għandu wkoll jgħin biex tonqos fost sħabu l-mentalità favur l-assenteiżmu mhux ġustifikat, speċjalment jekk ikunu ġew skandalizzati mill-imġiba tiegħu fuq il-post tax-xogħol. Tajjeb li Fonzu jkun jaf dak li jgħid Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika dwar ix-xogħol: “Ixxogħol għalhekk hu dmir. ‘Jekk xi ħadd ma jridx jaħdem, lanqas għandu jiekol.’ (2 Tess 3,10; ara 1 Tess 4,11) Ix-xogħol jista’ jkun ġieħ lid-doni tal-Ħallieq u littalenti li hu jagħti lill-bnedmin.” (KKK 2427) ⧀ Joe Camilleri

161


Ngħannaq ‘ix-Xewka’ Tiegħi 13-15 ta’ Novembru 2015

F

Mort Irtir

’din ir-rubrika żewġ membri jagħtuna r-riflessjonijiet tagħhom wara li attendew l-Irtir ta’ Tmiem il-Ġimgħa li tmexxa minn Fr. Ivan Scicluna OFM Cap. Dan l-irtir sar f’Tas-Silġ, f’Marsaxlokk, u għalih attendew 22 membru.

‘Ix-Xewka’ Tiegħi

Qatt ħassejtek taqta’ qalbek quddiem id-dgħufija tiegħek? Tħoss li hemm irkejjen mudlama fik li tippreferi ma taffaċċjahomx? Għadek iġġorr xi weġgħa jew esperjenza mill-passat li minkejja li għadda ż-żmien donnha għadha tnixxi d-demm? Fid-dawl talesperjenza tax-‘xewka’ ta’ Pawlu minn Tarsu (2Kor 12, 7-10), dan l-irtir tana dawl biex naraw kif wieħed jista’ jintegra aħjar iddgħufija, l-irkejjen mudlama u l-weġgħat tal-ħajja. Fil-bidu San Pawl jirreżisti x-‘xewka’ tant li tliet darbiet talab lil Alla sabiex jeħilsu minnha. Iżda Alla ma jweġibx lil San Pawl kif ried hu. Meta Alla ma jweġibniex skont it-talba tagħna, ikun qed ifejjaq 162

bżonn fina li aħna lanqas biss nindunaw bih. Għal Pawlu l-bżonn kien li jfiq mix-xewka tiegħu iżda Alla wrieh li kien iktar importanti li jfiq minnu nnifsu u dan qalu Pawlu stess repetutament. Alla, filħniena u l-providenza tiegħu, nieda proċess f’San Pawl li permezz tiegħu beda jżarmah minnu nnifsu u jibnih. Dan il-proċess jgħinna nneħħu l-qxur minn fuq qalbna u nagħrfu d-dipendenza tagħna fuq Alla, kif qalilna Kristu stess: “Mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn.” (Ġw 15, 5) Quddiem dan kollu nirriflettu u nistqarru: “Aħfrilna, Mulej, ta’ kemm-il darba ħdimna għalik imma mingħajrek.”

Fit-talb tagħna rridu noqogħdu attenti li nsibu lil Alla u mhux


lilna nfusna. L-esperjenza ta’ Alla fit-talb iġġib magħha elementi ta’ sorpriża u konsolazzjoni. Mosè wkoll ġarrab din l-esperjenza mistika meta ltaqa’ ma’ Alla flgħollieq jaqbad bla ma jikkonsma. Alla jikkonsla lil dawk kollha li jiltaqgħu miegħu fit-talb u jimliehom bil-paċi f’qalbhom u mhux bid-disperazzjoni u r-rabta mal-ġid tad-dinja. L-Iskrittura tgħidilna ċar: “Mill-frott tagħhom tagħrfuhom.” (Mt 7, 20)

Fit-tieni parti tas-silta San Pawl mhux biss jieqaf jirreżisti lix‘xewka’ iżda jintegraha, tant li jiftaħar biha. San Pawl jgħidilna: “Għalhekk niftaħar minn qalbi l-aktar bid-debbulizzi tiegħi biex il-qawwa ta’ Kristu tidher fija. Mela bil-qalb nitgħaxxaq bid-debbulizzi tiegħi, bit-tgħajjir, bil-għaks, bilpersekuzzjonijiet, bid-dwejjaq, minħabba Kristu. Għax meta nkun dgħajjef, jien inkun qawwi.” (2Kor 12, 9-10)

x-xewka li tniggżu, imma mhux kulħadd jasal għall-integrazzjoni tax-xewka. Il-fidi matura tesiġi minna li nitolbu lil Alla sabiex jiftħilna għajnejna ħalli naraw l-għeġubijiet tal-fidi tagħna. Talba bħal din turi li l-bniedem ikun għaraf li Alla huwa mħabba u li l-fehmiet tiegħu huma ta’ ġid għalina.

Il-fidi tagħtina l-qawwa biex inkomplu nikbru fil-qdusija. Dak li nixtieq naħrab minnu, x’aktarx dak hu li jqaddisni. Jiġri li hekk kif issolvi xewka u tintegraha, tqum oħra u oħra li tkun teħtieġ biex tibqa’ tikkonverti. Ir-Ragħaj itTajjeb jaf li għadek m’intix sħiħ u jistiednek biex tkompli tfittex fik in-nagħaġ mitlufin sakemm tiġbor il-mija kollha flimkien u hekk issir qaddis. ⧀ Massimo Farrugia

San Piju ta’ Pietrelcina jgħidilna: “Fid-dinja kulħadd ibati, imma mhux kulħadd jaf ibati.” B’dan ried ifisser li fid-dinja kulħadd għandu

163


F

Mix-Xewk Joħroġ il-Ward

il-ħajja tagħna niltaqgħu ma’ diversi sitwazzjonijiet li jgħinuna nagħmlu esperjenza ta’ Alla. Alla jagħżel diversi metodi biex aħna l-bnedmin nagħmlu din l-esperjenza intima tiegħu. Ma jinqediex biss blesperjenzi sbieħ imma wkoll b’dawk li huma ftit inqas. Il-predikatur sejjaħ dan il-mument bħala x-xewka. L-istudjużi ma jaqblux x’inhi eżattament ix-xewka li jsemmi San Pawl. Hemm min jgħid li kienet xi difett fiżiku u hemm min jgħid li kienet xi diffikultà fis-sejħa tiegħu, xi għadu personali, problemi mentali jew xi ħaġa oħra. Ħaġa li wieħed jinnota hija li San Pawl kien ferm konxju ta’ din ix-xewka li huwa stess jgħid li “tqegħditlu”. Meta bniedem li huwa magħżul direttament minn Alla jammetti li għandu diffikultà fil-ħajja tiegħu li qiegħda xxekklu milli jkompli l-appostolat tiegħu, dan fil-fehma tiegħi huwa diġà pass kbir.

San Pawl jgħid li talab tliet darbiet biex il-Mulej ineħħilu din ix-xewka, talba li tixbah ħafna lil dik ta’ Ġesù filĠetsemani. Huwa pprova jirreżistiha minħabba l-fatt li kien qiegħed jaraha minn lenti mtappna. Din ix-xewka flistess ħin turi li San Pawl kien medhi jaħseb fuqu nnifsu u ma riedx jgħaddi mit-tbatijiet. Fi kliem ieħor, bħal 164

donnu qed jgħid: “Ikun li rrid jien u mhux li trid int, Mulej.” Iżda fis-silta tidher li seħħet it-tieni konverżjoni ta' San Pawl għaliex huwa jaċċetta din ix-xewka bħala parti mis-sejħa tiegħu (2Kor 12, 9). It-tweġiba għat-talba ta’ San Pawl kienet: “Biżżejjed għalik il-grazzja tiegħi.” San Pawl ried li jfiq malajr, imma għal Alla l-bżonn kien li San Pawl jinduna bil-grazzja ta’ Alla li kienet qed taħdem fih. Meta San Pawl aċċetta din ix-xewka u ma baqax medhi bih innifsu, induna li dik ma kinetx għadu tiegħu imma għodda li Alla nqeda biha biex jagħġen lil Pawlu kif ried Hu. L-esperjenza tagħna tax-xewk hija eżattament bħal ta’ San Pawl. Kultant indumu ħafna nqisu dan ix-xewk bħala għadu tagħna, u tant inkunu medhijin bina nfusna li anke noħolqu xewk li lanqas biss jeżisti fil-verità.

Sentenza li laqtitni ħafna f’dan l-irtir kienet: “God doesn't choose the equipped, he equips the chosen.” Għalhekk bħal San Pawl irridu naċċettaw dak kollu li ġej minn idejn Alla u nintelqu kompletament filgrazzja tiegħu, għax wara kollox aħna magħżulin għal ħidma li hija tiegħu u mhux tagħna. Aħna biss strumenti f’idejh.​⧀ Mario Saliba


Mudelli Missjoloġiċi fil-Bibbja

K

Missjoloġija

ull studju teoloġiku għandu għeruq bibliċi. Hekk ukoll il-Missjoloġija. Il-bażi biblika tal-Missjoloġija mhix ġejja minn xi siltiet iżolati filBibbja, imma mill-messaġġ ċentrali tagħha. Fi kliem ieħor, il-missjoni mhix xi messaġġ li jinsab fil-periferija tal-Bibbja jew f’xi siltiet speċifiċi, imma hija l-messaġġ prinċipali tal-Bibbja. F’dawn l-aħħar deċenji diversi studjużi bibliċi bdew jistudjaw il-Bibbja b’mod missjoloġiku.

Il-Knisja hija mibgħuta għax Kristu kien mibgħut: “Bħalma bagħatni l-Missier, hekk jien nibgħat lilkom.” (Ġw 20, 21) Dan il-kliem ta’ Ġesù ma jfissirx li d-dixxipli tiegħu kellhom sempliċiment jimitaw lil Ġesù f’dak kollu li għamel. Anzi, l-ewwel komunitajiet Insara, waqt li baqgħu fidili għall-ħajja u t-tagħlim ta’ Ġesù, kienu wkoll kreattivi u ħielsa. It-tradizzjonijiet kienu miżmuma b’mod għaqli waqt li addattaw biex jaffaċċjaw ċirkostanzi ġodda (G. Stanton, 1985). Ġesù ma ħallilniex mudell riġidu iżda spira lid-dixxipli biex jippromovu l-loġika talazzjonijiet tiegħu b’mod kreattiv f’ċirkostanzi dejjem ġodda (H. Echegaray, 1984). Aħna wkoll għandna nħaddmu dawn il-prinċipji fit-twettiq tal-missjoni tagħna.

F’dan l-artiklu se nħarsu lejn erba’ mudelli missjoloġiċi li jidhru b’mod ġenerali fil-Bibbja. Huma mudelli jew motivi missjoloġiċi li joħorġu mill-messaġġ ċentrali talBibbja.

Kompassjoni Motiv fundamentali tal-missjoni fil-Bibbja huwa l-kompassjoni li Alla għandu għall-bniedem. Alla ma jagħlaqx għajnejh quddiem irrealtajiet tal-bnedmin. Għal dan ilgħan jibgħat profeti u saħansitra lil Ibnu stess. Din il-‘kompassjoni divina’ timmanifesta ruħha flgħażla tal-poplu ta’ Iżrael. Din ma kinitx għażla li kienet tistħoqq lill-poplu, imma għażla ta’ Alla li wera kompassjoni (Eżek 16, 4-7). Il-ġrajja tal-Eżodu tfakkarna wkoll 165


f’Alla li sama’ l-karba tal-poplu maħbub tiegħu u ħelsu mill-jasar tal-Eġittu (Eż 20, 2). Il-kompassjoni u l-ħniena ta’ Alla jidhru ħafna filKtieb tas-Salmi. Salm 103 huwa eżempju li jesprimi sentimenti ta’ tifħir u ringrazzjament lil Alla kollu ħniena.

Il-kompassjoni ta’ Alla tidher b’mod uniku fil-persuna ta’ Ġesù. “Ġesù Kristu huwa l-wiċċ tal-ħniena ta’ Alla.” (Misericordiae Vultus, 1) Din il-kompassjoni tidher ħafna flaġġettivi li jużaw l-Evanġelji biex jiddeskrivu l-individwi li rċevew ħniena mingħand Ġesù: imbikkija, foqra, għomja, zopop, imġiddmin, imġewħin, morda, żgħar, romol, imjassrin, imħabbtin u mtaqqlin. Fidi fejn il-kompassjoni hija ċentrali hija tabilħaqq fidi missjunarja.

166


Martyria Fl-Antik Testment ninnutaw li iktar ma l-poplu ta’ Iżrael kien b’saħħtu, inqas dehret fih id-dimensjoni missjunarja. Kuntrarjament, iktar ma l-poplu kien imneżża’ minn poteri u stimi, il-profeti iktar lemħu fih dimensjoni missjunarja (D. Bosch, 1992). Id-deskrizzjonijiet talQaddej Sofferenti ta’ Alla juru b’mod l-aktar profond l-aspetti tal-missjoni fl-Antik Testment: permezz tat-tbatija tiegħu, ħafna għad isibu s-salvazzjoni (Is 53). Kien għalhekk li sa mill-ewwel żminijiet tal-Knisja l-Qaddej Sofferenti li nsibu f’Isaija 53 kien meqjus bħala figura ta’ Kristu li “ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u jagħti ħajtu bħala fidwa għal ħafna” (Mk 10, 45).

Is-sens ta’ għotja totali (martyria) kellha tkun is-sinjal li timmarka lil kull min jingħata għall-ħajja missjunarja. Wara li Pawlu “kkonverta, Kristu qal lil Hananja: ... jien nurih kemm għandu jbati għal ismi.” (Atti 9, 16) San Pawl stess jikteb fuq dak li kellu jsofri minħabba x-xandir tal-Vanġelu. It-Tieni Ittra lill-Korintin turi li d-dgħufija, l-uġigħ u t-tbatija kellhom ikunu l-karatteristiċi ewlenin tal-ħidma ta’ Pawlu (2Kor 4, 11-12; 2Kor 12, 9).

Fl-ilsien Grieg, martys tfisser xhieda. Martyria litteralment tfisser ‘wieħed li jagħti xhud bittbatija, anke bil-mewt’. Din iddefinizzjoni tal-kelma martyria narawha titlaħħam f’San Pawl. Narawha wkoll fil-ħajja ta’ ħafna li f’kull żmien tal-Knisja taw xhieda billi xerrdu demmhom għall-glorja tal-Isem Divin. Dan ifakkarna filkliem famuż ta’ Tertulljanu: “Iddemm tal-martri huwa ż-żerriegħa tal-Knisja.” Jalla aħna wkoll nitħeġġu biex ilħajja u s-sagrifiċċji tagħna jkunu xhieda siekta li jikkumplimentaw dak li ngħallmu bil-kliem waqt ittwettiq tal-missjoni tagħna.

Il-Missjoni ta’ Alla Idea li tidher fil-Bibbja kollha hi li l-awtur ta’ kull missjoni huwa Alla. Alla huwa dak li jsejjaħ, iqanqal u jibgħat. Dan jidher ċar fis-sejħa ta’ diversi profeti: Abraham (Ġen 12), Mosè (Eżod 2), Isaija (Is 6), Ġeremija (Ġer 1), Eżekjel (Eżek 2). Hawnhekk jidher ċar li l-“missjoni” hi dak li Alla qed jagħmel lil u bilqaddej tiegħu, u mhux biss dak li jagħmel il-qaddej. Fi kliem ieħor, il-missjoni għandha żewġ elementi. Hija attività divina msieħba ma’ attività umana. Dawn iż-żewġ elementi jmorru id f’id u ma jistgħux jinfirdu minn xulxin. Dan jidher fil-missjoni appostolika 167


kif insibuha f’San Mattew 28, vv 18-20. F’versi 18 u 20b jidher l-aspett divin filwaqt li f’versi 19 u 20a jidher l-aspett uman.

Sens ta’ Storja It-twemmin ta’ Iżrael huwa twemmin storiku. Alla ma għażilx l-umanità in ġenerali jew b’mod astratt; Alla għażel poplu speċifiku fi żmien u f’post partikulari, iżda b’viżjoni universali. Is-sejħa ta’ Abraham kienet waħda partikulari, iżda Alla ried li permezz talubbidjenza ta’ Abraham ibierek il-ġnus kollha tal-art (Ġen 12, 1-3). Anke Ġesù twieled f’kuntest politiku u soċjali partikulari. Twieled Lhudi, f’post speċifiku. Wettaq il-ħidma tiegħu kważi kompletament f’Iżrael. Madankollu, dan ma jnaqqas xejn mill-viżjoni universali li kellu Ġesù fil-missjoni tiegħu. Dan jidher b’mod l-aktar ċar flentużjażmu li rċevew l-Appostli bl-aħbar tal-qawmien mill-mewt ta’ Ġesù u bl-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuqhom. Dawn iż-żewġ ġrajjiet kienu katalisti biex l-Appostli ħarġu miċ-ċenaklu u, filwaqt li ma nsewx l-għeruq tagħhom, ivvjaġġaw ’il barra minn Ġerusalemm biex ixandru dak li raw u semgħu (1 Ġw 1,1). 168

Konklużjoni Dawn l-erba’ mudelli li rajna huma relatati u jiddependu fuq xulxin. Alla li juri kompassjoni mal-barrani, huwa l-istess Alla li jniżżel lis-setgħana u jgħolli liċ-ċkejknin (martyria). Fl-aħħar mill-aħħar, il-missjoni tibqa’ ta’ Alla (Missio Dei), għax hu dak li jieħu l-inizjattiva, joħloq l-istorja u jwassalha għall-qofol tagħha. Alla għadu jistaqsi: “Lil min se nibgħat? Min se jmurilna?” (Is 6, 8) X’se tkun it-tweġiba tiegħi? ⧀

Warren Vella


Il-Kruha tal-Indifferenza

Laudato Si’

O

mm sajret u ġabet l-ikel fuq il-mejda biex hi u binha ta’ seba’ snin jieklu flimkien. Kienet lestietlu l-ikel, imma qabel riedet taqsam miegħu ftit ikel tal-ħsieb u li jmiss il-qalb. Staqsietu: “Ibni, għandek x’tiekol illum?” “Iva,” weġibha binha daqsxejn sorpriż għax deherlu li kienet mistoqsija vojta. “Taħseb li t-tfal kollha fid-dinja għandhom x’jieklu llum?” Din ma kinetx mistoqsija vojta u t-tifel ma kienx jaf kif ser iwieġeb. Meta ratu konfuż, ommu daħlet għalih u qaltlu: “Ibni, le, mhux it-tfal kollha għandhom x’jieklu llum u inti lil dawn ma tridx tinsiehom. Ara ma jkun qatt li taħseb li għax inti tiekol kulħadd jiekol.” Raddew is-salib, talbu għall-fqar u wara kielu flimkien. Dakinhar l-omm għallmet lil binha biex ma jkunx indifferenti għall-problemi tal-fqar. Papa Franġisku f’Kapitlu 5 talEnċiklika Laudato Si’ jitkellem fuq in-nuqqas ta’ ugwaljanza globali u jsemmi kemm qed ikun hemm rigress fl-ambjent uman u dak naturali. Imma l-iktar ħaġa li tinkwetah hija proprju li dawk li l-aktar qed ibatu u huma milquta ħażin minn din ir-realtà huma l-fqar u dawk l-iktar dgħajfin. Hawn tidħol l-indifferenza u n-nuqqas ta’ konsiderazzjoni tal-ftit sinjuri u qawwija li blazzjonijiet egoistiċi tagħhom qed jaffettwaw ħażin liż-żgħar u l-imwarrbin li “huma l-parti l-kbira

tal-pjaneta, biljuni ta’ persuni (par. 49). Il-Papa huwa kritiku ħafna wkoll lejn il-professjonisti, l-opinjonisti u dawk fiċ-ċentri tal-poter li jitkellmu, jiddeċiedu u jaġixxu mis-sitwazzjonijiet komdi tagħhom u allura għadhom ’il bogħod wisq biex realment u ġustament jindirizzaw il-karba tal-foqra. L-indifferenza inkarnata fi bniedem u mbagħad f’soċjetà individwalista hija kerha wisq. Il-Papa jsemmi d-differenza u l-iżbilanċi kummerċjali bejn it169


Tramuntana u n-Nofsinhar fejn ta’ fuq mejtin fis-sakra u ta’ taħt mejtin għal qatra. Hawnhekk insemmu l-konsumiżmu estrem u selettiv ta’ dawk li jifilħu jixtru u jħallsu bir-riżultat li qed jinħela terz tal-ikel prodott. Dawn ma jimpurtahomx minn dawk li qed jokorbu bil-ġuħ, imma għall-Papa dan ir-rimi u ħela huwa serq minn fuq il-mejda tal-fqir u hu ta’ min jikkundannah. Agħar minn hekk huwa l-fatt li individwi u korporazzjonijiet kbar ikomplu jistagħnew proprju għax ikunu sfruttaw kemm ir-riżorsi u kemm in-nies li eventwalment jiftaqru, u dan jagħmluh b’indifferenza kbira.

Il-Papa b’mod l-iktar speċifiku jidħol fid-dettall ta’ dawn iddnubiet il-kbar biex min irid jifhem ħa jifhem. Dawn l-intrapriżi multinazzjonali “ġeneralment, meta jwaqqfu l-attività tagħhom u jitilqu, iħallu warajhom ħsarat kbar umani u ambjentali, bħal qgħad, irħula bla ħajja, ħażniet naturali meqruda, deforestazzjoni, biedja u merħliet imfaqqra, ħofor kbar, għoljiet imħarbta, xmajjar imniġġsa u xi opra soċjali li ma tiflaħx tieqaf fuq riġlejha” (par. 51). Hawnhekk il-bniedem, minflok ikun kooperatur ma’ Alla fil-ħidma tal-ħolqien, ikun qed jagħmel lilu nnifsu ħakkiem assolut li jieħu 170

post Alla. Meta jiġri hekk wieħed m’għandux jistenna għajr riżultati katastrofiċi u n-natura tqum u tirvella (Centesimus Annus).

Kull individwu jista’ jagħmel xi ħaġa biex ikisser dejjem iktar din l-istruttura tal-globalizzazzjoni tal-indifferenza li għall-Papa m’għandux ikun hemm lok għaliha f’din il-familja waħda ta’ bnedmin. Aħna wkoll fis-Soċjetà rridu noqogħdu attenti biex ma ninħakmux minn din l-indifferenza li, kif semmejna qabel, tiġi mill-individwaliżmu li jiżolana mill-oħrajn. Tajjeb nistaqsu mistoqsijiet li jġegħluna nirriflettu: Jien bniedem li naħseb b’mod ġeneruż fuq l-oħrajn? Jien bniedem li nemmen li tajjeb jien, tajjeb kulħadd? Jien bniedem li nqis il-problemi żgħar u kultant frivoli tiegħi bħala l-ikbar problemi fid-dinja? Jien nipprova noħroġ ’il barra mid-dinja tiegħi biex nara stampa iktar reali? Qed nagħmel xi ħaġa li jistgħu jgawduha biss l-oħrajn u allura ninsa ftit lili nnifsi? Laqtitni sentenza li ltqajt magħha ftit ilu u li toqgħod ħafna f’dan il-kuntest. Kitibha Warren Buffett, miljunarju Amerikan: “Illum xi ħadd qiegħed fid-dell, għax ħafna żmien ilu xi ħadd ħawwel siġra!” ⧀ Kevin Scicluna


Konfessjonijiet Pożittivi 1. Nitfi għal kollox it-televiżjoni, il-kompjuter u appliances oħra meta ma nkunx qed nużahom. 2. Nixtri ikel li jikber lokalment. 3. Jekk possibbli naħżen l-ilma tax-xita. 4. Nerġa’ nuża l-ilma li jkun għadu tajjeb għat-tisqija tal-pjanti. 5. Nuża qxur tal-frott u leftovers oħra biex jinbidel f’kompost għall-ġnien jew għall-pjanti. 6. Jekk possibbli nkabbar ħxejjex u frott għall-konsum personali. 7. Dejjem nipprova nfittex is-soluzzjoni naturali.

Konfessjonijiet Negattivi 1. Fejn possibbli ma nikkawżax tniġġiż tal-arja bla bżonn. 2. Ma noħloqx noise pollution. 3. Ma nibqax sajjem minn dak li qed jiġri fid-dinja. 4. Ma nixtrix prodotti li jinvolvu l-isfruttament tat-tfal. 5. Ma ninjorax lil min hu bil-ġuħ jew bla dar. 6. Ma nittrattax il-ħajja tal-oħrajn daqslikieku hija inqas importanti minn dik tiegħi. 7. Ma naġixxix daqslikieku l-univers huwa tiegħi.

171


Is-Samaritan it-Tajjeb ta’ Francis Hayman

F

Il-Pittura tal-Faċċata

il-faċċata ta’ din il-ħarġa tal-Kalendarju Museumin għandna pittura ta’ artist Ingliż li ma tantx hu magħruf magħna. Personalment sirt naf bih jien u nfittex il-pitturi dwar il-parabbola.

Francis Hayman hu artist li ftit għandna informazzjoni dwaru għalkemm kien persuna importanti ħafna. Apparti li kien pittur u illustratur tajjeb, kien wieħed minn grupp ta’ nies li waqqfu r-Royal Academy fl-1768, u wara sar l-ewwel librar tal-akkademja. Twieled f’Exeter ġewwa Devon fl1708 u miet Londra fit-2 ta’ Frar 1776.

Beda l-karriera tal-arti jpitter ixxenarji fit-teatru li hemm fi Drury Lane ġewwa Londra. Ġieli ħa sehem ukoll fid-drammi li kienu jsiru f’dan it-teatru. Aktar tard beda studio f’St Martin’s Lane. Fl-arti tiegħu kien influwenzat minn dak Ii jgħidulu r-Rococo Franċiż, il-Barokk b’ħafna moviment. Kellu suċċess kbir filportraits u xeni li juru ġrajjiet storiċi. Fil-fatt ktieb li ġie ppubblikat minn Sir Thomas Hanmer fl-1744 bix172

xogħlijiet ta’ William Shakespeare kien jinkludi 31 stampa mpinġija minn Hayman. Kien ukoll illustratur ta’ diversi kotba bħal Pamela, novella ta’ Samuel Richardson, Paradise Lost and Paradise Regained ta’ John Milton, Don Quixote maqlub għallIngliż minn Smollets u xogħlijiet oħra letterarji magħrufa.

Fis-sittinijiet Hayman ġie kkommissjonat minn Jonathan Tyers, proprjetarju tal-Vauxhall Gardens u Denbies, biex ipitter serje ta’ pitturi storiċi kbar ħafna li kienu juru r-rebħiet tal-Ingilterra fis-Seven Years’ War.

Kellu diversi studenti li ħallew isem, fosthom Mason Chamberlin, Nathaniel Dance-Holland, Thomas Seton and Lemuel Francis Abbott. Influwenza bil-kbir lill-artist Ingliż magħruf Thomas Gainsborough.


Ħa ngħaddu issa għall-pittura li għandna f’din il-ħarġa. Il-post fejn seħħet il-ġrajja hu teatrali għall-aħħar. Jixhed dak li għedna dwaru li kien ipitter ix-xenarji. IsSamaritan u l-ferut, flimkien malħmar, jidhru għad-dell ta’ grupp ta’ siġar li kważi jimlew il-pittura kollha. In-naħa tal-lemin filbogħod tidher parti minn pajsaġġ iffurmat minn għoljiet. Il-ħmar jidher paċenzjuż, nistħajlu qed josserva b’attenzjoni dak li kien qed jiġri. Fuq in-naħa tal-lemin naraw żewġ figuri oħra mexjin li naturalment huma l-qassis u l-Levita. Innutaw li dak li hu l-eqreb lejna qed jaqra l-Iskrittura minn skroll li għandu f’idu. Il-personaġġi lebsin ilbies li jidher aktar bibliku.

Iżda, naturalment, l-aktar żewġ personaġġi importanti huma s-Samaritan u l-ferut li jimlew biċċa sew mill-pittura. Il-ferut, li hu ppreżentat għeri għal kollox, jidher muġugħ u jidher li qed jagħmel sforz biex jipprova jqum, għalkemm jidher xi ftit mitluf jew stordut. Forsi pprova jqum u reġa’ waqa’ lura. Fil-fatt siequ x-xellugija tidher fl-arja waqt li qed iserraħ fuq idu x-xellugija. Jidher ukoll bid-demm, speċjalment f’sidru u koxxtu. Id-drapp abjad ta’ taħtu wkoll jidher imċappas bid-demm.

Mill-banda l-oħra tolqotni l-umanità u l-ġentilezza li bihom is-Samaritan qed jieħu ħsiebu. Qegħdin narawh fil-mument li qed iferra’ ż-żejt jew l-inbid fuq il-ferita ta’ sider il-ferut b’idu x-xellugija, waqt li qed jipprova jwieżnu b’idu l-oħra. Il-ferut qed jipprova jdawwar wiċċu biex jara min kien dak li waqaf jgħinu. Minn wiċċu s-Samaritan jidher qed jitħassru u forsi jkellmu wkoll biex jagħmillu kuraġġ. ⧀ Vincent Mangani

Self-Portrait ta’ Francis Hayman

173


Ġarar tal-Ħaġar

ta’ Joe

P. Galea (Fra Ġoel)

F

Letteratura

ra Ġoel li twieled fl-1965 u trabba n-Naxxar ħa l-edukazzjoni tiegħu filKulleġġ San Elija u fl-Università ta’ Malta. Kien ukoll Kandidat u Soċju tal-MUSEUM fil-Qasam tan-Naxxar qabel ma daħal seminarista intern fis-Seminarju ta’ Tal-Virtù, ir-Rabat ta’ Malta. Aktar tard fl-1995 ingħaqad ma’ komunità ta’ eremiti fl-Italja u kien ordnat presbiteru fl-2001.

L-esperjenza spiritwali ta’ Fra Ġoel u l-imħabba speċjali li għandu lejn il-poeżija għamlu minnu poeta mistiku qawwi. Il-poeżiji li jikteb, li mhumiex ħfief iżda profondi ħafna, huma mimlijin tixbihat u għadd minnhom fihom riferenzi diretti jew indiretti għal xi siltiet mill-Bibbja. Illum l-esperjenza monastika ta’ Fra Ġoel qiegħed jgħixha f’Malta fir-raħal tasSiġġiewi.

Il-poeżija li qegħdin nippreżentaw illum hija ‘Ġarar tal-Ħaġar’ u fiha riferenza diretta għall-miraklu tattieġ ta’ Kana li hu l-ewwel wieħed mis-seba’ sinjali li għamel Ġesù skont l-Evanġelju ta’ San Ġwann. F’din il-poeżija Fra Ġoel jagħti lsien lill-ġarar tal-ħaġar li kien 174

hemm fit-tieġ ta’ Kana u li llum huma miksura, imxerrda ’l hawn u ’l hemm u mitlufin għall-għajnejn tal-kotra. Dawn il-biċċiet tal-ħaġar, fi kliem il-poeta ‘ġarar li darba kienu f’riġlejn il-Galilew’, qegħdin imorru lura fiż-żmien u jiftakru f’dik il-ġrajja għażiża ta’ meta seħħ il-miraklu u jixxennqu li kienu għadhom sħaħ u wieqfa b’dak l-ilma ta’ ġo fihom li mbagħad spiċċa mibdul fi nbid l-iżjed tajjeb.

Fl-istess poeżija dawn il-biċċiet tal-ħaġar ifakkru lil Ġesù fil-ħin eżatt ta’ meta sar il-miraklu u kif kulħadd baqa’ mistagħġeb b’dak li kien ra b’għajnejh u kif fi ftit ħin il-mistednin imtlew b’ferħ li ma jistax jitfisser. L-istess fdal tal-ġarar ifakkru lil Ġesù kif huma wkoll baqgħu miblugħin iħarsu


lejh, mimlijin bil-hena jfuru saxxfar tagħhom. Imbagħad ikomplu jgħidulu li Hu żgur jiftakru dan għax għalih l-imgħoddi jibqa’ sħiħ. Hawnhekk il-kelma ‘sħiħ’ hija mfissra minn Fra Ġoel bħala “dak kollu l’aħna tlifna f’għajnejk hu ‘ntatt, bla qiegħ”, jiġifieri kollox jibqa’ preżenti f’għajnejn Ġesù u dak li sar jibqa’ bħallikieku jiġġedded f’għajnejh. Min-naħa tagħhom il-biċċiet tal-ħaġar jibqgħu jfittxu jmorru lura fissekli (ifittxu lilhom infushom meta kienu għadhom sħaħ) u jixxennqu l-ħarsa ta’ Ġesù fuqhom u iżjed minn hekk li jerġgħu jkunu mimlijin bl-ilma biex Ġesù jagħmlu nbid mill-ġdid. Huma min-naħa tagħhom jafu li ma jistgħu jagħmlu xejn, iżda Ġesù bilqawwa setgħana tiegħu dan jista’ jagħmlu meta u xħin irid. Il-poeżija tieqaf hawn iżda żgur li għandha tifsira iżjed sottili billi l-biċċiet tal-ħaġar huma metafora u għalhekk jirrappreżentaw xi ħaġa oħra. Dawn il-ġarar, illum imkissra u mxerrda, huma tixbiha tal-ħajja tal-bniedem u għalhekk

tagħna lkoll. Fina wkoll, bil-qawwa ta’ Alla, seħħ il-miraklu tal-ilma mibdul fi nbid l-iżjed tajjeb billi fil-Magħmudija l-Mulej bil-grazzja tiegħu biddilna u tana ħajja ġdida. Aħna maż-żmien ma bqajniex tajbin u bid-dnub personali tagħna sfajna mfarrkin u mkissrin għax iddnub għandu ħabta jkidd, jgħarraq u jħarbat dak li hu sabiħ u sħiħ fina. Aħna min-naħa tagħna ma nistgħux nibdlu din is-sitwazzjoni u nibqgħu biss tifrik u tixrid. Iżda Ġesù l-imgħoddi jibqa’ jħares lejh bħala ‘sħiħ’ u meta u xħin irid jagħtina l-grazzja li nerġgħu nsiru qawwijin u sħaħ spiritwalment. Hu jieħu l-inizjattiva billi jitfa’ fina l-ħajra li nixxenqu għaż-żmien ta’ meta konna ‘sħaħ’ u b’hekk jiddispjaċina u nindunaw xi tlifna meta tbegħidna mill-ħarsa ta’ Ġesù. Dan l-ewwel pass iwassalna għall-indiema vera u b’hekk nistgħu nerġgħu nsibu ruħna f’riġlejn il-Galilew (Ġesù) fejn iseħħ il-miraklu tal-bidla. Huwa f’dan il-kuntest li aħna għandna naqraw din il-poeżija tassew sabiħa u profonda. ⧀

Ġorġ Borg

175


ĠARAR TAL-ĦAĠAR Mela kien hemm sitt ġarar tal-ħaġar, li kienu jesgħu żewġ metreti jew tlieta kull waħda. (Ġw 2, 6)

Infittxu lilna nfusna fis-sekli li għaddew – ġarar li darba kienu f’riġlejn il-Galilew.

Niftakru sala mżejna u ferħ ta’ mistednin – ġarar illum miksura, imxerrda, mitlufin....

Nixxenqu nerġgħu wieqfa f’dejr Kana – li m’għadhiex – ġarar mirduma bċejjeċ, ħaġar li ma therriex...

Tiftakar meta fina kont l-ilma bdilt fi nbid? Tiftakar kemm ħars mgħaġġeb, u wara kemm tbaħrid? U lilna tiftakarna miblugħa nħarsu lejk, bil-hena sa xfar fommna, mimlija ħdejn riġlejk? Tiftakar żgur! Ġo ħarstek l-imgħoddi għadu sħiħ; dak kollu l’aħna tlifna f’għajnejk hu ‘ntatt, bla qiegħ. Infittxu mmorru lura fis-sekli li għaddew, noħolmu nerġgħu ġarar f’riġlejn il-Galilew.

Nixxennqu ħarstu fuqna u l-ilma jsir inbid – ġarar illum mitlufa, ġarar illum tixrid. Joe P. Galea (Fra Ġoel) 176


Il-Paċenzja

A

Il-Membri Jiktbu

ħna nagħmlu ħafna riżoluzzjonijiet matul is-sena u niksruhom. Min jaf kemm nagħmlu riżoluzzjonijiet biex nieħdu paċenzja imma meta nsibu t-tfixkil nibdew naqtgħu qalbna jew taqbżilna u nitilfu l-paċenzja. B’daqshekk aħna m’għandniex naqtgħu qalbna iżda nintebħu li aħna bnedmin dgħajfa u fraġli. Għalhekk ikollna bżonn aktar talb u bil-għajnuna ta’ Alla xi minn daqqiet nagħmlu wkoll xi rebħiet. Din hija t-triq għall-perfezzjoni – nippruvaw dejjem nagħmlu t-tajjeb sakemm fl-aħħar nirbħu lill-ħażin. Biex ir-rebħa tiġi aħna għandna bżonn ħafna paċenzja. L-ewwel nett għandna nitgħallmu nħaddnu din il-virtù tal-paċenzja għaliex il-ħin kollu jkollna bżonnha. Hija meħtieġa ħafna għas-saħħa ta’ ruħna biex aħna nsalvaw, kif qalilna Kristu: “Bil-paċenzja tagħkom issalvaw ruħkom.” (Lq 21,19) Tagħmel x’tagħmel it-tbatija u n-niket f’din id-dinja ma taħrabhom qatt u allura għandna neżerċitaw din il-virtù biex nilqgħu dawn it-tbatijiet. Taħsibx li sejjer tkun għaref jekk titlef il-paċenzja; imqar quddiem iddinja tidher iblah mill-mod kif topra. Mhux ta’ b’xejn l-Ispirtu s-Santu jgħid: “Min jispaċenzja ruħu jopra ta’ iblah.” U jista’ jkun moħħ imħawwad jirraġuna jew jiddeċiedi tajjeb? Billi titlef il-paċenzja x’se tirbaħ?

Hemm bżonn li wieħed jikkoreġi ruħu minn difett hekk ta’ ħsara u ikrah meta jitlef il-paċenzja. Irrimedji huma bosta: nitolbu lil Alla jagħtina din il-virtù tant sabiħa, ma niqfux fuq ħsieb li jinkwetana, inżommu f’rasna li bin-nuqqas ta’ paċenzja jkollna nsostnu l-ħsara u nirċievu ta’ spiss is-sagramenti. U nagħlaq billi nikkwota sentenza li kellu miktuba fuq il-ħajt tal-kamra tiegħu Mahatma Ghandi: “Meta għandek raġun taffordja żżomm il-paċenzja, u meta jkollok tort ma tistax taffordja li titlifha.” ⧀

Saviour Friggieri 177


Alla Jġarrab, ix-Xitan Jittanta

W

aqt irtir membru qasam riflessjoni personali marbuta mattentazzjonijiet li għamel ix-Xitan. Bqajt naħseb u nitlob fuqha u minħabba li ħassejt li għamlitli l-ġid għedt li jkun tajjeb li naqsamha mal-oħrajn.

Filwaqt li x-Xitan jittanta u jġiblek ħafna taħwid bil-mistoqsijiet mimlijin dubji li joħloqlok, isSinjur Alla jġarrbek biex int issir taf aħjar il-qawwa li hu poġġa fik u b’hekk tikber fil-qdusija. Fil-bidu tal-ħajja pubblika tiegħu Ġesù jiġi ttentat mix-Xitan u kull waħda mit-tliet tentazzjonijiet ixXitan jibdieha bi sfida. Qisu tifel li lil sieħbu jgħidlu: “Isa, jekk int bully agħmel jew għid ... .” Issa, kuntrarju għal dak li sar fl-Għeden, Ġesù ma jidħolx fi djalogu maxXitan, iżda biss iwieġbu bil-kelma ta’ Alla. Jekk toqgħod tirrifletti ftit tinnota li Alla jitlob minn Ġesù l-istess ħwejjeġ li talab minnu x-Xitan, naturalment mhux bħala tentazzjoni imma bħala att ta’ ubbidjenza u abbandun fil-Providenza. Alla jġarrab lil Ġesù fis-sens tal-kelma li nużaw 178

meta l-ħwejjeġ ma nixtruhomx meħjutin lesti imma mmorru nordnawhom għand il-ħajjat. Dan l-ewwel ħaġa li jagħmel hi li jġarrbek, jiġifieri jieħu l-qies tattul u l-wisa’ tiegħek.

Ix-Xitan jitlob lil Ġesù jibdel ilġebel u jagħmlu ħobż. Alla jitlob lil Ġesù jibdel ġismu u jagħmlu ħobż. Ix-Xitan jitlob lil Ġesù jintelaq minn fuq il-muntanja għal isfel, għax l-anġli ma kinux se jħalluh jobrox riġlejh. Alla jitlob lil Ġesù jintelaq fir-rieda tiegħu, imqar meta dan kien qed iħoss li l-Missier kien abbandunah. Ix-Xitan jitlob lil Ġesù biex jinżel jadurah ħalli b’hekk jagħtih is-saltniet tad-dinja kollha. Alla jitlob lil Ġesù jerħi ruħu f’idejh biex b’hekk isalva u jikseb l-umanità lura għall-Grazzja Oriġinali wara li kienet waqgħet fil-Ħtija Oriġinali.


Tax-Xitan kienu tentazzjonijiet, jiġifieri azzjonijiet li kellu jagħmel Ġesù biex itella’ lilu nnifsu fuq il-pedestal. Azzjonijiet li bihom Ġesù seta’ jsir il-protagonista, jistagħna u jsaltan minn fuq dahar ħaddieħor u bil-‘ħbieb’ li jaqbżu għalih ikun jista’ jagħmel dak li jrid u li jogħġbu.

Għall-kuntrarju ta’ dan, Alla jġarrab lil Ġesù billi jitlob minnu li jċedi lilu nnifsu ħalli jkun jista’ jingħata u jixxerred: “Dan hu ġismi li jingħata ... Dan hu demmi

li jixxerred ...” Jinsa għal kollox lilu nnifsu biex ir-rieda tiegħu ssir irrieda ta’ Alla u b’hekk jgħid ‘iva’ mqar meta kollox ġewwa fih kien qed jirribella kontra l-prezz talinġustizzja li kien jaf li se jħallas minħabba l-għebusija ta’ qalb u moħħ il-bniedem. Joħroġ minnu nnifsu biex b’idejh miftuħa u msammra mas-salib iċedi l-ispirtu tiegħu fl-Ispirtu tal-Missier u b’hekk dan ikun jista’ jintradd filPentekoste ħalli jġedded lill-istess bniedem b’tiġdid spiritwali. ⧀ Tonio Caruana

179


75 Sena mill-Bidu tal-Fergħa Maskili f’Għawdex

F

ilwaqt li l-Fergħa Femminili tas-Soċjetà f’Għawdex kienet ilha li bdiet sa mis-sena 1915, l-ewwel tentattiv għall-ftuħ tal-Fergħa Maskili seħħ fl1928 meta nfetaħ post fil-Qala. Dan iżda ma kellux ħajja twila. Fis-snin 1927 u 1928 kien hemm lokal fin-Nadur imma, mingħajr ebda Soċju biex jieħu ħsieb, dan ukoll ingħalaq fi żmien qasir. “Kulma Jibda Hawn ma Jżommx!” Kif bdiet il-Gwerra l-Kbira, Soċju mill-Ħamrun, Manwel Bianco, kien ġie trasferit bħala impjegat fl-isptar ta’ Għawdex. Waqt li kien miexi fir-Rabat mal-Kappillan talIsptar, Dun Ġianpatist Meilaq, ra xi tfal jilagħbu u qal lill-Kappillan: “Kemm hu sewwa li niftħu Museum hawn! Kemm hawn tfal!” Il-Kappillan ma għamillux wisq

180

kuraġġ, anzi qallu: “Ma tagħmlu xejn!” U meta Bianco kien qed jitkellem mas-sagristan talKatidral, Wenzu Gatt, dan qallu: “Hawnhekk hawn dagħwa…illi ma jżomm xejn!” Il-Bidu Imma Bianco mtela b’tama fil-Mulej u kiteb lill-Assistent Superjur Ġenerali Karmenu Callus fejn talbu jagħtih xi xogħol ta’


appostolat. It-tweġiba ġiet malajr. Infurmah li għandu l-permess mingħand l-Isqof Gonzi li jiftaħ ilMUSEUM f’Għawdex. Beda b’xi tfal ta’ familji refuġjati minn Bormla u mill-Isla. Kien hemm mezzanin, Numru 6, Triq l-Arċipriet Cassar, mikri għall-villeġġjatura għand isSuperjur Camillu Cozzo li ċedieh lis-Soċjetà. Il-Museum fetaħ Ilbieb nhar San Ġorġ, fit-23 ta’ April 1941, u beda b’sebat itfal li qagħdu bilqiegħda fl-art u Manwel Bianco bilwieqfa. L-għada tifel minnhom ġablu kaxxa tal-ħalib tal-injam biex joqgħod fuqha. Kienu jiltaqgħu kuljum, u t-tfal żdiedu għax bdew iħajru ’l xulxin. Wara xi ġimgħat Manwel Bianco u Karmenu Callus marru għand l-Isqof u qalulu li t-tfal kienu qegħdin jiġu u jġibu lill-ħbieb magħhom. Staqsewh jekk jistgħux iżommu t-tfal Għawdxin ukoll. L-Isqof aċċetta u hekk is-Soċjetà f’Għawdex bdiet miexja ’l quddiem, tant li bdew jiġu anke ż-żgħażagħ. Ftit wara, fl-1 ta’ Jannar 1944, ġie inkorporat l-ewwel Soċju.

Il-Ftuħ ta’ Oqsma Oħra Fis-17 ta’ Ġunju 1942 is-Soċju Willie Buhagiar, foreman madDipartiment tat-Telefon, ġie trasferit għal Għawdex. Kien ta’ għajnuna kbira għas-Superjur Bianco; fil-fatt bit-tħabrik tiegħu, f’Settembru tal-1943, infetaħ ilMuseum tax-Xewkija. F’Ottubru tal-1944 infetaħ il-Qasam tal-Qala bl-għajnuna ta’ Salvu Camilleri, mill-istess raħal. Salvu għamel żmien imur kuljum biż-żiemel irRabat ma’ xi żgħażagħ biex jieħdu l-formazzjoni. Il-ftuħ tal-ewwel djar tal-MUSEUM f’Għawdex sar ukoll bit-tħabrik ta’ Karmenu Callus, li semmejna aktar ’il fuq. Dan tista’ tgħid kien jaqsam ilfliegu kull ġimgħa, flimkien ma’ Soċji u Superjuri oħra Maltin, minkejja l-periklu tal-gwerra. Maż-żmien infetħu l-Oqsma tanNadur, ta’ Sannat, tax-Xagħra, talGħasri, tal-Għarb, ta’ Għajnsielem, ta’ Kerċem u taż-Żebbuġ. ⧀ Bennie Mercieca

“Il-gwerra għal Għawdex kienet ta’ ġid għax ir-Rabat infetaħ il-MUSEUM tal-Bniet u tas-Subien, u nispera li jidħlu u jipperseveraw u jiżdiedu, u jkunu bidu ta’ Oqsma oħra.” Is-Superjura Rachela Camilleri, 3 ta’ Mejju 1941

181


M

Meta Niltaqa’ ma’ Ġesù

ill-ħajjiet tal-qaddisin l-aktar li jolqtuni huma dawk li, wara li kellhom esperjenza diretta tal-ħniena u t-tjubija ta’ Ġesù, biddlu r-rotta ta’ ħajjithom totalment. Jiġu hawn f’moħħi persuni bħal Wistin ta’ Ippona, Injazju ta’ Loyola u Jacques Maritain. Dawn wara li daqu lil Ġesù ntebħu li kienu qed jiġru wara d-duħħan u kkooperaw kemm setgħu mal-ħidma ta’ Alla. Irriżultat kollha kemm aħna nafu x’kien! Jingħad li fis-Soċjetà wkoll kellna Soċji li għaddew minn esperjenza ta’ konverżjoni u kienu magħrufin għall-impronta li kienu jħallu. Għadni niftakar lis-Soċju Żaren Schembri, Alla jaħfirlu, isemmilna wieħed minn dawn is-Soċji li mid-dehra kien kollu tpinġija imma kien effettiv ħafna fl-appostolat tiegħu. Kieku Żaren għadu ħaj, kont nitolbu aktar tagħrif fuqu!

182

Jiena u nimmedita s-sajda mirakoluża (Lq 5, 1-11) laqatni ħafna l-impatt li din l-esperjenza ħalliet fuq l-ewwel dixxipli. Din l-esperjenza tant tmiss il-qalb ta’ Pietru li jagħraf li maġenbu hemm il-preżenza ta’ Alla nnifsu. Il-pretensjoni kollha tmurlu u jintebaħ biċ-ċokon u l-faqar tiegħu: “Tbiegħed minni, Mulej, għaliex jiena raġel midneb.” Kienet esperjenza li biddlet il-mod kif Pietru jħares lejh innifsu, lejn il-ħajja u fuq kollox lejn Ġesù stess. U minn fejn beda kollox? Kollox telaq minn Ġesù li stieden lil sajjied professjonali jagħmel ilkuntrarju ta’ kif jitlob il-mestier tas-sajd – talbu jistad tul il-jum wara lejl sħiħ mingħajr frott. Kienet prova għal Pietru, imma fada, miet għalih innifsu: “Għamilna lejl sħiħ nitħabtu… imma, la qiegħed tgħid int…” L-imħabba u r-rispett li kellu


għal Ġesù għenuh jirbaħ lilu nnifsu. Hemm differenza f’li temmen lil xi ħadd u temmen f’xi ħadd. B’talewwel wieħed joqgħod fuq dak li jisma’ filwaqt li b’tat-tieni wieħed iqiegħed it-tama tiegħu f’xi ħadd li għandu fiduċja fih. Hija d-differenza bejn “nemmnek” u “nafdak”. Nista’ nemmen lil xi ħadd f’xi ħaġa, imma mhux bilfors nafdah! Tal-aħħar tirrappreżenta l-qabża fil-fidi. Ilkelma Griega għall-fidi hija pistis – πίστις – li maqluba għall-Malti tfisser “fiduċja”. Mela li temmen f’Ġesù jfisser li tafdah.

Iż-żewġ livelli (temmen u tafda) huma meħtieġa fl-għejxien tattwemmin Nisrani, imma żgur li tal-aħħar tagħmel il-fidi vera. Flewwel livell norbtu d-duttrina u l-katekiżmu tal-Knisja. Il-fidi “għarwiena” mhux biss tilqa’ dan kollu, imma ċċedi kollox u tintreħa totalment f’idejn Alla, bħal f’dak l-eżerċizzju li jintuża fil-group dynamics fejn wieħed jerħi lilu nnifsu kompletament f’idejn ilpersuni tal-grupp għax jaf li dawn mhux se jħalluh jaqa’. Hawn nara toqgħod ħafna dak li jgħallem Dun Ġorġ permezz ta’ Santa Tereżina fisSinagoga l-Ġdida: “Aħwa tiegħi, waħda mill-iqsar toroq għall-qdusija hija bla dubju ta’ xejn it-triq iċ-ċkejkna tat-tfulija spiritwali mgħallma mill-istess Ġesù Kristu flEvanġelju. Dan ifisser li tintelqu fi

ħdan Alla bħalma tarbija tintelaq f’ħoġor ommha bla ma toqgħod titħasseb fuq xortiha, għax hi tkun fiż-żgur. Warrbu r-rieda tagħkom u ħallu ’l Alla jagħmel Hu.” Tajjeb ngħidu li din tal-aħħar hija don ta’ Alla. Aħna ma nistgħux noħolquha. Nitolbuh kontinwament jagħtina din il-fidi “għarwiena” bħala rigal minn idejh. F’dan il-kuntest, kemm tagħmel sens it-talba evanġelika: “Kattar fina l-fidi.” (Lq 17, 5) Hawn nerġa’ ndur lejn il-persuni li bdejt bihom. Kif inbidlu dawk innies? Inbidlu meta daqu l-ħniena ta’ Ġesù. Huma laqgħu d-don, ikkooperaw u għamlu l-esperjenza tiegħu. Ma kinux l-għarfien, idduttrina u l-katekiżmu li biddlulhom qalbhom, imma r-relazzjoni miegħu. Mhux hekk ġara wkoll aktar tard lil Pawlu? Tgħid ma kienx sama’ kemm Ġesù kien bniedem straordinarju? It-tagħlim bla dubju jgħin, imma l-bidla vera u fil-fond issir meta nagħmlu l-esperjenza ta’ Ġesù. Ittalb huwa l-mument privileġġjat fejn issir din il-laqgħa.

F’ittra li l-Papa Franġisku kiteb lill-ġurnalist Eugenio Scalfari f’Settembru tal-2013, qallu: “Kif naraha jien, il-fidi titwieled wara l-laqgħa ma’ Ġesù. Laqgħa personali li tmiss lil qalbi, tipprovdili direzzjoni u tagħti sens ġdid lilleżistenza tiegħi.” ⧀ Tonio Agius 183


Joseph Illum il-Magħżulin ġew il-librerija tal-Qasam. Wara ngħaqdu magħhom xi ftit Aspiranti wkoll. Jistrieħu l-blalen bħal-lum, u min jiġi jibqa’ fis-silenzju ħalli l-istudju u l-kitba jsiru fil-kwiet. Għal min hu mixtieq kull opportunità tiswa mitqlu deheb, anki wara ġurnata skola mis-7.00 a.m. sal-5.00 p.m., fiha daqs ġurnata xogħol.

Mess lili noqgħod magħhom. Iva minn tant ġranet illum? Hemm biċċtejn xogħol ilhom jistennew! Fl-eqqel tat-taqbida bejn moħħi u qalbi, fost disinni elaborati biex jikkonvinċuni, kont imlebleb naħrabha jew insib skuża. Kien ikolli raġun biex inbigħ, imma xejn biex niftaħar bih. Kien jiddispjaċini.

184

Vuċi ħelwa daqskemm soda minn ġewwa kkonvinċietni ngħid “iva”. Fakkritni: “Bin il-Bniedem ma ġiex biex ikun moqdi...” Dħalna, għedna t-talba, għażilna ktieb jew tnejn, pitazz jew karta fuqiex niktbu u kulħadd daħal fid-dinja tiegħu. Silenzju qaddis.


Minn fejn kont stajt narahom kollha. Jien ukoll ftaħt ktieb quddiemi, imma ftit li xejn qrajt. Dik ix-xena ma xtaqtx nitlifha. Rajtha kemm-il darba, imma bħal tal-lum qatt: David jitħabat mal-Maths, Brian mal-Chemistry, Stephen mitluf ġo ktieb tal-istejjer, Francis jikkopja minn fuq ktieb tal-Liturġija tal-Ħadd, Patrick u Thomas iqallbu paġna paġna l-istess ktieb, l-għajnejn jibru iktar ma l-paġni jduru... kollox fil-kwiet, fl-isfond tal-aħħar tpespis tal-jum tal-għasafar. Għajnejja mbagħad strieħu fuq tifel f’rokna, daqsxejn maqtugħ għalih. Joseph mhux minn ta’ quddiem l-iskola, imma l-Qasam iħossu komdu bil-ktieb quddiemu għax ħadd ma jaqbad miegħu għax daqsxejn lura, anzi

hu maħbub kif inhu. Rajtu jmexxi l-BIC fuq il-linji, min-naħa tattokka, bil-mod, u kultant jerġa’ ftit lura - u jċaqlaq xufftejh. Illum Joseph kien qiegħed jaqra. Miraklu ċkejken.

F’dik id-daqsxejn ta’ kmajra llum missejt ma’ periferija. Xtaqt qbadt dik is-siegħa u għalaqtha fi flixkun tal-ħġieġ ħalli kultant noqgħod nittawlilha. Ma stajtx. Il-leħen ta’ ġo fija reġa’ serraħni: “Ma jimpurtax jekk din tgħaddi. Għada noffrilek oħra. Int biss intelaq.” Jekk għada sid il-għalqa jerġa’ jgħaddini minn periferija oħra, nitolbu jgħinni biex ma nirreżistix, u jiftaħli għajnejja ħa ngawdiha kollha. ⧀ Oliver Aquilina

185


Mill-Kalendarji “Antiki”... Ta’ 80 Sena Ilu Mejju 1936 “L-aħjar huwa għadu tat-tajjeb.”

“Il-popli jitqatlu u l-prinċpijiet jitgħannqu.” (Proverbji ta’ Missirijietna, p.39)

“Inti Nisrani u trid tivvendika ruħek? Ftakar li Kristu għadu ma vvendikax ruħu.” - Santu Wistin (Sentenzi Spiritwali Mħalltin, p.40)

Ġunju 1936 “Mgħallem wisq aktar mill-Ispirtu s-Santu inkella mill-bnedmin, huwa fehem hekk tajjeb il-qdusija tarReliġjon Nisranija u pprattika hekk sewwa t-tagħlim tagħha li t-tjieba tiegħu, għad li hu ma kienx għajr bidwi l-aktar imsejken, ġabet fuqu l-għaġeb tal-belt ta’ Madrid kollha kemm hi.” (Bijografija nru.2: San Isidoru, il-Bidwi - Mudell u Protettur tal-Ħaddiema Nsara, p.42) 186

Storja tal-Kalendarju Museumin

“Emmen il-faħħari daqs il-giddieb.”

“Jekk mgħaġġel, oqgħod bilqiegħda.” (Proverbji ta’ Missirijietna, pp. 31 u 47) “Lil Alla waħdu kull unur. Għax huwa ħalaq kollox bil-virtù tiegħu. Għax ħalaq kollox għalih innifsu. Għax kollox huwa ta’ Alla. U għax hemm miktub li Alla ma jċedi lil ħadd l-unur tiegħu.” (Prietka ta’ San Vinċenz Ferreri, p.49)


Ta’ 50 Sena Ilu Mejju 1966 “Hemm bżonn li l-Oqsma jkunu ta’ kuraġġ għal xulxin, iħeġġu lil xulxin, għax b’hekk jerġgħu jfeġġu fis-Soċjetà l-imħabba u l-għaqda li tant kienu jorbtu l-Oqsma flimkien fl-antik... Hemm bżonn li meta niltaqgħu fit-toroq insellmu lil xulxin... terġa’ tfeġġ fuq xufftejna dik it-tbissima antika li kienet fost l-aqwa jekk mhux l-aqwa distintiv li kien iżejjen l-ewlenin Soċji.” (Editorjal: Ċerimonji tal-Kandidati u ż-Żgħażagħ Tagħna, p.102)

“Fid-dinja hawn biżżejjed niket imxerred u moħbi. Tissuktax iżżid int miegħu bil-wiċċ imdejjaq u mqarras li turi. Ħalli t-tbissima titliegħeb fuq xufftjek kull darba li tiltaqa’ mal-proxxmu tiegħek, ħalli biha tnissel il-ferħ u l-hena f’qalbu... Ferraħ id-dinja u ’l sħabek ħalli l-piż jonqos u t-toqol jeħfief.” (Qalb Hienja u Wiċċ Ferħan - L.S., p.107)

“Jekk tħares lejn l-opri tiegħu, taħseb li ma għamilx ħlief jikteb, u jekk tħares lejn ħajtu taħseb li ma għamilx ħlief jitlob.” (San Beda, p.114)

“Fil-Qasam għandu jinżamm silenzju? Fil-Qasam qatt u f’ebda ħin m’għandu jkun hemm storbju jew għajat esaġerat. Imbagħad fil-ħin li hu assenjat is-silenzju, skont ir-Regola, allura għandu jinżamm is-silenzju kif preskritt.” (Mistoqsijiet Oħra li Waslulna, p.121)

Ġunju 1966 “X’metodu uża San Pawl biex ta dawk ir-riżultati tal-għaġeb meta d-dinja kienet kollha pagana? X’metodu uża San Franġisk ta’ Assisi li ġibed parti kbira middinja għal warajh? X’metodu uża San Injazju biex ifforma riġment kolossali fil-Knisja ta’ Kristu? X’metodu uża San Ġwann Bosco biex irnexxielu jittrasforma eluf u eluf ta’ żgħażagħ? X’metodu użat

187


Santa Tereżina tal-Bambin Ġesù li mill-erba’ ħitan ta’ kamritha rnexxielha tagħmel sekwela ta’ segwaċi li ma tispiċċax? Kollha għexu fi żminijiet differenti, kollha nqdew b’metodi tista’ tgħid differenti, imma kollha kienu mfawrin biż-żejt tal-ħajja interjuri.” (Editorjal: L-Aħjar Metodu, p.122-123)

“Forsi ili għal ħafna żmien naħdem bla heda f’xi Qasam imwarrab; għandi f’idejja xi xogħol sempliċi... Għaliex jien daqshekk minsi? Għaliex tawni dan ix-xogħol bla ħajja? Forsi m’iniex kapaċi nagħmel xogħol aħjar, ta’ aktar responsabbiltà?... Għaliex lillieħor tawh dak ix-xogħol? Jewwilla jien m’għandix dritt daqsu? Hu stmat u mfittex, xogħlu dejjem apprezzat u jien... Bla dubju ta’ xejn, xi darba jew oħra, dawn ir-raġunamenti għaddew minn moħħna, u forsi ġabu ġlieda qalila fina. Ir-raġunijiet li ħsibna favur tagħna setgħu kienu validi u leċiti, imma żgur li kollha jaqgħu bħal mazz karti quddiem id-dehra ta’ Kristu fin-nieqa ta’ Betlem, filħanut ta’ Nażaret, u speċjalment fil-Passjoni.” (It-Toqol tal-Ħajja Moħbija ta’ Dun Nikol Aquilina, p. 136-137)

188

Ta’ 25 Sena Ilu Mejju 1991 “B’din il-ħarġa speċjali talKalendarju Museumin isSoċjetà tagħna qed tfakkar, mal-kumplament tal-Knisja u tad-dinja li tagħti kas, il-mitt sena mill-pubblikazzjoni tal-enċiklika storika Rerum Novarum tal-Papa Ljun XIII.” (Editorjal, p.123)


“Fid-direzzjoni li tingħata mhux biżżejjed li jkunu tajba n-nies li jagħtuha; jeħtieġ li jkunu jifhmu l-ħwejjeġ ta’ Alla. U jifhmu l-ħwejjeġ ta’ Alla mhux millesperjenzi personali tagħhom biss. Jeħtieġ kompetenza mibnija fuq it-tagħlim tal-Bibbja, tatteoloġija u ta’ awturi spiritwali, u xi ftit tal-psikoloġija tal-bniedem ukoll. Inkella jsiru ħafna żbalji fit-tmexxija tal-erwieħ. U filwaqt li l-erwieħ ikantaw vittorja għax obdew, is-Superjuri jkunu jridu jwieġbu għan-nuqqas ta’ ħila tagħhom.” (Frater Fragilis, p.124)

“Xi membri tagħna kellhom sehem fit-twaqqif tal-General Workers Union. Għad hawn ħafna li jiftakru kemm xi wħud, speċjalment isSuperjur Ċikku Saliba, ħadmu spalla ma’ spalla mas-Sur Reggie Miller fl-ewwel żmien tal-Union u kemm ħabirku biex l-Union timxi ’l quddiem għax fehmu kemm setgħet tkun ta’ ġid għallħaddiema. Diversi minnhom kienu wkoll shop-stewards u delegati, u xi wħud mill-membri anki uffiċjali fl-Eżekuttiv. Dan kollu bil-barka

ta’ Dun Ġorġ. Il-preżenza tagħhom kienu jħossuha importanti biex l-Union timxi mat-tagħlim talKnisja.” (It-Tagħlim Soċjali fisSoċjetà MUSEUM, p.134) Ġunju 1991 “Tajjeb li jkollna Oqsma ġodda u moderni u Dar Ċentrali xierqa għaż-żminijiet, u nirringrazzjaw ’l Alla u lil min ħadem għalihom. Imma kollox jibqa’ artifiċjali jekk noftmu l-organizzazzjoni u l-effiċjenza minn sforz ġenwin biex nixbhu dejjem aktar lil Kristu, fuq il-passi tal-Fundatur.” (Editorjal, p.171)

“L-ewwel Superjur tal-Qasam talGħargħur kien Oreste Tabone. Dan kien daħal kbir fis-Soċjetà, milqut mill-kelma persważiva ta’ Dun Ġorġ. Kien negozjant tal-ġild fi Triq San Pawl, il-Belt, u tattajjeb mill-familja tiegħu... Oreste, bi spejjeż tiegħu, kera remissa kbira u beda jlaqqa’ lit-tfal u liżżgħażagħ hemmhekk.” (Storja talOqsma - Qasam Nru. 28 Għargħur, p.174) ⧀ Miġbura minn Robert Aloisio

189


Sezzjoni Maskili

Djarju Museumin

L-Eżerċizzi tal-Aspiranti Il-Kummissjoni Formazzjoni Tfal u Magħżulin ħadet ħsieb torganizza l-Eżerċizzi għall-Aspiranti Maltin bejn it-Tnejn 15 u s-Sibt 20 ta’ Frar, fiċĊentru tal-Konferenzi ta’ Dar il-Ħanin Samaritan. It-tema għal din is-sena kienet MERCYME u l-laqgħat li saru kienu mibnija fuq it-tema tal-Ġublew tal-Ħniena li l-Papa Franġisku nieda għal din is-sena. Numru ta’ Prefetti ħadu ħsieb l-organizzazzjoni tal-laqgħat li kienu mibnija prinċipalment fuq it-tliet opri tal-ħniena: ilqa’ lil min hu bla dar, żur il-morda, żur il-ħabsin. Kienu mistiedna wkoll persuni differenti li qasmu mal-Aspiranti l-esperjenzi tagħhom, fosthom nurse, żagħżugħ li għadda mit-tbatija tal-mard, kif ukoll barrani li sab kenn f’Malta minħabba l-istat diffiċli li kien jinsab fih ġewwa l-Libja. Il-laqgħat ħadu forma ta’ talks, qsim ta’ esperjenzi u laqgħat fi gruppi żgħar fejn l-Aspiranti setgħu anke jistaqsu, jisimgħu u jiddiskutu. L-istess Eżerċizzi saru fil-Qasam tal-Qala għall-Aspiranti Għawdxin. Nemmnu li dawn l-Eżerċizzi ħallew il-frott mhux biss fl-Aspiranti li ħadu sehem, iżda f’dawk kollha li kienu preżenti. Deo Gratias! ⧀

190


Ir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa f’Kuba Matul il-jiem tar-Randan il-membri tagħna f’Sagua La Grande ħadu ħsieb jorganizzaw diversi attivitajiet għat-tfal u ż-żgħażagħ bl-iskop li jgħinuhom jidħlu iktar fil-misteru tal-passjoni u l-qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu. Għallewwel darba wara għaxriet ta’ snin saret Via Sagra fuq barra, fil-pjazza ħdejn il-knisja parrokkjali, u fiha ħadu sehem bosta nies li jattendu l-knisja. Fil-Ġimgħa l-Kbira filgħodu saret attività fil-knisja li għaliha t-tfal attendew bi ħġarhom. Il-Vġili ta’ Sibt il-Għid kienet ukoll okkażjoni sabiħa minħabba li kien hemm diversi Magħmudijiet, kemm ta’ tfal kif ukoll ta’ adulti. Dakinhar ukoll xi koppji ingħaqdu fis-Sagrament taż-Żwieġ. Għandna tassew għax nirringrazzjaw lil Alla għal dak kollu li qiegħed iwettaq permezz tas-Soċjetà f’Kuba, f’ħidma li issa diġà għalqet ħames snin. ⧀

Il-Kors tal-Missjoloġija Is-Soċjetà qed torganizza t-tieni parti tal-Kors tal-Missjoloġija għal dawk ilmembri li huma interessati li jintbagħtu biex jgħixu s-sejħa tagħhom f’Qasam barra minn Malta. Kull sessjoni tal-kors tinkludi mument ta’ talb, taħdita u ħin għad-diskussjoni. It-temi li ġew magħżula huma prattiċi u għandhom l-iskop li jgħinu lill-membri jippreparaw lilhom infushom mill-aħjar li jistgħu għall-ħajja fil-missjoni. B’kollox qed jattendu dsatax-il membru li jinkludu l-membri kollha tal-KEĠ. Qed jieħdu sehem ukoll xi membri li qegħdin barra minn Malta u nzertaw qegħdin hawnhekk għall-jiem ta’ mistrieħ tagħhom. Il-kors ser jintemm fl-aħħar ta’ Mejju. ⧀ 191


Żjarat fl-Albanija u fl-Ingilterra Is-Superjur Ġenerali u l-Assistent żaru lil sħabna fil-Qasam ta’ Korçë, l-Albanija, bejn is-Sibt 19 ta’ Marzu u l-Ħadd 3 ta’ April. Huma qattgħu dawn il-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir mal-membri u l-komunità Kattolika li minkejja ċ-ċokon tagħha fiha jinħass sens kbir ta’ għaqda u mħabba Nisranija. Għal dawn il-jiem ukoll, grupp ta’ seminaristi u saċerdot mid-Djoċesi ta’ Agrigento fi Sqallija kienu qed jagħmlu esperjenza missjunarja fl-Albanija u għaldaqstant ħadu ħsieb imexxu u janimaw ilQuddies u l-funzjonijiet ta’ dawn iż-żminijiet. Apparti laqgħat mal-membri u mal-Kandidat Marius Baki, saru wkoll laqgħat mat-tfal u ż-żgħażagħ li jattendu l-Qasam, mal-għalliema u mal-istudenti ta’ Preca College, kif ukoll żjarat f’Bilisht, f’Lushnje u f’Durres.

Is-Segretarju Ġenerali u Tonio Caruana (KEĠ) żaru lil sħabna fil-Qasam ta’ Upper Norwood, l-Ingilterra, bejn it-Tlieta 22 u l-Ħamis 31 ta’ Marzu. Huma pparteċipaw fil-Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa mal-membri u ż-żgħażagħ fil-parroċċa ta’ Holy Rosary fi Brixton. Żaru wkoll parroċċi oħra fejn ilmembri tagħna jwettqu l-appostolat tagħhom. Barra minn hekk kellhom okkażjoni li jżuru lil Fr. Jason Jones li huwa l-kappillan tal-parroċċa tasSacred Heart f’Morriston f’Wales. ⧀ 192


Sezzjoni Femminili Inkorporazzjoni Nhar il-Ħadd 17 ta’ April is-Sinjur Alla bierek lis-Sezzjoni Femminili tasSoċjetà bil-kotor tas-Soċji bl-inkorporazzjoni ta’ żewġ membri ġodda. Dawn kienu Kathleen Bezzina (Żurrieq) u Annalise Caruana (Fgura). Id-diskors tal-okkażjoni sar mid-Direttriċi tal-Kandidati Carmen Farrugia. Hi semmiet il-punt taċ-ċelibat u qalet li s-Soċja li tħaddnu għandha tingħata f’għotja totali lil Ġesù u lill-oħrajn. Issemmew ir-Regola bħala l-gwida li tmexxi u ssaħħaħ lis-Soċji u l-intenzjoni retta biex dak li jitwettaq fl-appostolat dejjem jagħti glorja lil Alla u mhux lilna nfusna. Ġie enfasizzat ukoll il-punt tal-għaqda u l-imħabba vera fost is-Soċji biex b’hekk dawn ikunu tassew xhieda awtentiċi u iktar tfajliet jitħajru jħaddnu din il-vokazzjoni. Fl-aħħar taċ-ċerimonja s-Superjura Ġenerali u l-Assistent Ekkleżjastiku Dun Kevin Schembri taw messaġġi qosra marbuta ma’ din l-okkażjoni sabiħa li ħabtet eżatt mal-ġurnata li fiha l-Knisja kienet qed tfakkar Jum il-Vokazzjonijiet. Din l-Inkorporazzjoni saret fis-sala tal-Iskola St. Michael. ⧀

193


Assenjatur għal Mejju u Ġunju 2016 Dommatika Lezzjoni 60: L-Ittri ta’ S. Pawl (Kristoloġija) Lezzjoni 61: Il-Kristoloġija tal-Ittra lil-Lhud Lezzjoni 62-63: Il-Kristoloġija fl-Evanġelju ta’ S. Ġwann

Morali Lezzjoni 43: X’tgħid il-Bibbja dwar il-kuxjenza Lezzjoni 44: Riflessjoni antropoloġika u teoloġika Lezzjoni 45: L-iżvilupp psikoloġiku u l-fażijiet tal-kuxjenza Lezzjoni 46: Kuxjenza tipikament Nisranija Bibbja Lezzjonijiet 10-11: Il-formazzjoni tat-TQ (1-2) Lezzjonijiet 12-13: Il-formazzjoni tat-TĠ (1-2) Spiritwalità Lezzjoni 37: Il-kelma fil-Liturġija u fil-Knisja Lezzjoni 38: Saħħet il-kelma fil-Bibbja Lezzjoni 39: Kelma li tagħti liberazzjoni

194

Storja The Story of the Church, Her founding, mission and progress, paġni 478-487 (Slides 162-171; 173-174 & videos): Stalin (parts 1-2); The Church and the Third Reich (part 1) Kateketika Lezzjonijiet 20-21: Meta l-messaġġ ma jkunx qed jasal tajjeb (1-2) Liturġija Lezzjoni 158: Lejn Teoloġija talLiturġija Rumana tal-Funerali Lezzjoni 159: L-Antropoloġija Teoloġika tal-Mewt

Tagħlim Soċjali tal-Knisja Il-Kompendju tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja - Kapitlu 10: It-Tħaris tal-Ambjent Dokument tal-Knisja L-Enċiklika tal-Papa Franġisku Laudato Si’: art. 84-114


Assenjatur għal Mejju 2016 Omnes Sancti Francescani - Orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni tal-qaddisin kollha tal-Ordni Franġiskan. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla fil-ħniena tiegħu jagħti għajnuna u kuraġġ lis-Soċji, Kandidati u Magħżulin sabiex jiddisprezzaw, fuq l-eżempju ta’ Kristu, Alla inkarnat, dak li japprezzaw il-bnedmin.

Ħsieb tax-xahar Li min japprezza dak li naturalment jogħġbu jkollu jsib ruħu f’dak li ma jkunx jogħġbu, u min jiddisprezza dak li naturalment jogħġbu jsib ruħu f’dak li jkun tassew u żgur jogħġbu. Din hija verità indispensabbli u infallibbli. Unjoni Museumina 1 Id-divinità ta’ Kristu: Epistola - Kol 1, 13-20; Evanġelju - Ġw 1, 1-18; Ktieb il-Kbir - paġna 1.

Qagħda 14 It-twelid tal-Messija (Lq 2, 1-20) (Qagħda nru. 79) 21 Iċ-ċintura ta’ Pawlu (Atti 21, 1-17) (Qagħda nru. 411) Kommemorazzjoni 13 Santa Ġemma Galgani Profil nru. 29

Paġna tal-Fundatur 3 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 52 10 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 53 24 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 55 31 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 56 Regola 17 Direttorju Ġenerali nru. 129-135 27 Direttorju Ġenerali nru. 136-137

Taħdita 20 Innisslu Spiritwalità Ewkaristika fina u f’dawk li ngħallmu 195


Mejju 2016 1 Il-Ħadd Is-6 tal-Għid 2 It-Tnejn S. Atanasju 3 It-Tlieta S. Filippu u S. Ġakbu 4 L-Erbgħa (S. Ċirjaku) 5 Il-Ħamis (B. Nunzju Sulprizio) 6 Il-Ġimgħa (S. Duminku Savio) 7 Is-Sibt (S. Flavja Domitilla) 8 Il-Ħadd IT-TLUGĦ FIS-SEMA TAL-MULEJ 9 It-Tnejn S. ĠORĠ PRECA 10 It-Tlieta (S. Antoninu) 196

Irtir tal-Ewwel Ħadd Unjoni Museumina Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Epistolarju Dommatika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu Mansjonijiet Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Sawm għas-Soċji Programm ta' San Ġorġ Preca. Il-Kult lil Alla Tagħna fil-privat.

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

It-Tieni Ħadd

Omnipotenza

Quddiesa fil-Parroċċa

Eternità

Morali Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Immensità


11 L-Erbgħa (S. Injazju ta’ Laconi)

Laqgħa Ġenerali

12 Il-Ħamis (S. Filippu ta’ Aġġira)

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu

13 Il-Ġimgħa (Il-Madonna ta’ Fatima)

Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi

14 Is-Sibt S. Mattija 15 Il-Ħadd PENTEKOSTE 16 It-Tnejn (S. Xmun Stock) 17 It-Tlieta (S. Baskal Baylon) 18 L-Erbgħa (S. Feliċ ta’ Kantaliċe) 19 Il-Ħamis (S. Ċelestinu V) 20 Il-Ġimgħa S. Bernardinu ta’ Siena

Qagħda Prekatorju 43 Kant: Sliem għalik It-Tielet Ħadd

Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Spiritwali

Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna, Regola Laqgħa Ġenerali

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu Taħdita Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja 197


21 Is-Sibt (S. Karlu Ewġenju ta’ Mazenod) 22 Il-Ħadd It-Trinità Qaddisa 23 It-Tnejn (S. Ġwann Battista de Rossi) 24 It-Tlieta (Sidtna Marija Għajnuna talInsara) 25 L-Erbgħa S. Marija Maddalena de Pazzi 26 Il-Ħamis S. Filippu Neri 27 Il-Ġimgħa S. Wistin ta’ Canterbury 28 Is-Sibt (S. Ubaldeska) 29 Il-Ħadd Il-Ġisem u d-Demm tal-Mulej 30 It-Tnejn S. Ġwanna d’Arc 31 It-Tlieta Iż-Żjara ta’ Marija S.ma lil Eliżabetta 198

Qagħda Prekatorju 44 Kant: Sliem għalik Ir-Raba’ Ħadd Morali Studji Bibliċi Proverbji

Morali, Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Laqgħa Ġenerali Tagħlim Soċjali, Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna, Regola

Eloquia Arloġġ Korali (l-ewwel parti) Kant: Sliem għalik

Arloġġ Korali (it-tieni parti) P.M. Parteċipazzjoni fil-Purċissjoni Ewkaristika 10 posti Rużarju Dommatika, Studji Bibliċi Sentenzi tal-Fundatur 10 posti Rużarju Dommatika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

● Qamar Kwinta Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà Sapjenza Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità


Assenjatur għal Ġunju 2016 San Ġwann, San Żakkarija u Santa Eliżabetta - Itolbu għalina. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni tal-venerabbli familja ta’ San Ġwann il-Battista u l-ġenituri tiegħu, San Żakkarija u Santa Eliżabetta. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla jagħtina l-grazzja li ma nkunux kurjużi u lanqas lablaba.

Ħsieb tax-xahar Li wieħed jiżbalja bl-ikrah ifittex mistrieħ u kumdità xħin il-ħajja ta’ Kristu, Alla inkarnat, hi kollha persekuzzjonijiet u tbatijiet. Unjoni Museumina 5 L-Umanità ta’ Kristu: Epistola - 1 Ġw 4, 1-6; Evanġelju - Lq 2, 40-52; Ktieb il-Kbir - paġna 2.

Kommemorazzjoni 10 San Tumas More Profili nru. 6

QagĦda 4 Salm 63 (62) 11 It-taħbir ta’ Xmun (Lq 2, 21-39) (Qagħda nru. 80) 25 Talb kontinwu (1Tess 5, 14-28) (Qagħda nru. 300)

Regola 27 Direttorju Ġenerali nru. 138-147

Programm Speċjali 16-24 Settenarju u Programm Speċjali ta’ S. Ġwann il-Battista

Paġna tal-Fundatur 14 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 57 28 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 58

199


Ġunju 2016 1 L-Erbgħa S. Ġustinu 2 Il-Ħamis S. Marċellinu u S. Pietru 3 Il-Ġimgħa Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù 4 Is-Sibt (Il-Qalb bla tebgħa ta’ Marija) 5 Il-Ħadd L-10 tas-sena 6 It-Tnejn S. Norbertu 7 It-Tlieta (S. Antnin M. Gianelli) 8 L-Erbgħa (S. Guliermu ta’ York) 9 Il-Ħamis S. Efrem 10 Il-Ġimgħa (B. Enriku ta’ Bolzano) 200

Laqgħa Ġenerali

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu

Id-9 Anniversarju talKanonizzazzjoni tal-Fundatur Mansjonijiet, Spiritwalità, Kult tal-Pjagi

Qagħda Prekatorju 45 Kant: Sliem għalik

Irtir tal-Ewwel Ħadd Unjoni Museumina

Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Epistolarju

Sawm għas-Soċji Assenjatur Vaganza Il-Kult lil Alla tagħna fil-privat

Laqgħa Ġenerali

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu

Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja


11 Is-Sibt S. Barnaba 12 Il-Ħadd Il-11 tas-sena 13 It-Tnejn S. Antnin ta’ Padova 14 It-Tlieta (S. Eliżew)

Qagħda Prekatorju 46 Kant: Sliem għalik

Lectio Continua

Morali Studji Bibliċi Proverbji

Morali Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

15 L-Erbgħa Laqgħa Ġenerali (S. Ġermana Cousin) 16 Il-Ħamis (S. Ludgarda) 17 Il-Ġimgħa (S. Emilja de Vialar) 18 Is-Sibt (S. Girgor Barbarigo) 19 Il-Ħadd It-12 tas-sena 20 It-Tnejn (S. Ġwann ta’ Matera) 21 It-Tlieta S. Alwiġi Gonzaga

Settenarju ta’ S. Ġwann Battista (l-ewwel jum)

Sawm għas-Soċji Settenarju (it-tieni jum) Il-Kult lil Alla tagħna fil-privat

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Settenarju (it-tielet jum)

Ħniena

Settenarju (ir-raba’ jum)

Omnipotenza

Settenarju (il-ħames jum) Settenarju (is-sitt jum)

● Qamar Kwinta Immensità

201


22 L-Erbgħa S. Ġwann Fisher u S. Tumas More 23 Il-Ħamis (S. Ġużepp Cafasso) 24 Il-Ġimgħa S. Ġwann il-Battista 25 Is-Sibt (S. Guliermu ta’ Montevergine) 26 Il-Ħadd It-13 tas-sena

Settenarju (is-seba’ jum)

Il-Membri jsumu f’ġieħ il-Patrun tas-Soċjetà Programm Speċjali

Programm Speċjali

Qagħda Prekatorju 47 Kant: Sliem għalik

Ir-raba’ Ħadd

Sawm għas-Soċji 27 It-Tnejn Vestis S. Ċirillu ta’ Lixandra Kult lil Alla Tagħna, Regola 28 It-Tlieta S. Irinew

29 L-Erbgħa S. Pietru u S. Pawl 30 Il-Ħamis L-Ewwel Martri ta’ Ruma

202

Dommatika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Assenjatur Vaganza

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza


Jiena, Sinjur Alla, m’għandix idea fejn sejjer. M’iniex nara t-triq li hemm quddiemi. Ma nistax inkun naf biċ-ċert kif se nispiċċa. Lanqas biss lili nnifsi ma naf u l-fatt li naħseb li qed nagħmel ir-rieda tiegħek ma jfissirx li veru qed nagħmel dan. Imma jiena sinċerament konvint li x-xewqa tiegħi li nogħġbok lilek togħġbok. U nittama li din ix-xewqa tkunli f’kollox, nittama li qatt ma nagħmel xi ħaġa mingħajr din ix-xewqa. Naf li, jekk nagħmel hekk, ir-rieda tiegħek tmexxini fit-triq it-tajba, anke jekk jien nista’ ma nkun qed nifhem xejn. Fik se jkolli dejjem fiduċja, anke meta naħseb li jien mitluf u mgħotti b’dell il-mewt. M’iniex se nibża’, għax inti miegħi u naf li ma tħallinix waħdi fil-perikli.

Talba

Thomas Merton Thoughts in Solitude

203


“ G ħ a l d e j j e m h i l - ħ n i e n a t i e g ħ u .” Dan hu r-ritornell li nsibu f’kull vers tas-Salm 136 waqt li jirrakkontalna l-istorja tar-rivelazzjoni ta’ Alla. Bil-qawwa tal-ħniena tiegħu, il-ġrajjiet kollha tat-Testment il-Qadim huma mimlija b’valur salvifiku qawwi. Il-ħniena tagħmel l-istorja ta’ Alla ma’ Israel storja ta’ salvazzjoni. Ir-ripetizzjoni kontinwa “għal dejjem hi l-ħniena tiegħu”, kif inhi fis-Salm, donnha trid tkisser id-dimensjonijiet tal-ispazju u taż-żmien biex iddaħħal kollox fil-misteru etern tal-imħabba. Donnu jrid jgħid li mhux biss fl-istorja imma tul l-eternità l-bniedem se jkun taħt il-ħarsa ħanina tal-Missier. Misericordiae Vultus Par. 7


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.