Kalendarju Museumin Lulju - Awissu 2016

Page 1

Lulju - Awwissu 2016


† Verbum Dei caro factum est Is-86 Sena Ħarġa Numru 4 Lulju-Awwissu 2016

Editorjal Kristu mat-Tfal Snin ta’ Grazzja 40 Sena mill-Inkorporazzjoni Mil-Laqgħa Ġenerali Dun Ġorġ: Monaku fl-Ispirtu, Attiv fl-Appostolat (L-Ewwel Parti) Qrajt Ktieb tal-Fundatur L-Abbandun Totali Il-Klassiċi fil-MUSEUM It-Triq Każ Morali Abbużi mill-Għajnuna Soċjali

207 210

214

218 222 227

Mort Irtir Il-Vokazzjoni Personali

230

Missjoloġija Spiritwalità Missjunarja

234

Laudato Si’ Siltiet mill-Evanġelju u l-Laudato Si’ Il-Pittura tal-Faċċata Is-Samaritan it-Tajjeb ta’ Ferdinand Hodler Letteratura In-Nar fl-Ispirtu Tiegħi Il-Membri Jiktbu Li Nibqgħu Joseph u Collins Li Rrid Jien Isir? Storja tal-Kalendarju Museumin Mill-Kalendarji “Antiki”... Djarju Museumin Assenjatur Talba

Rivista ta’ kull xahrejn għall-użu privat tal-membri tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M.

Direzzjoni u Amministrazzjoni: Dar Ġenerali 207 Triq San Ġorġ Preca, Marsa MRS 9010

Issettjar u stampar: Veritas Press, Ħaż-Żabbar

www.sdcmuseum.org e-mail: info@sdcmuseum.org

238 241 244 248 250 252

254 258 262 271


Kristu mat-Tfal

L

Editorjal

-episodju mill-Arloġġ Museumin tat-Tnejn fil-5:30 p.m. jgħinna nġibu fil-ħsieb tagħna dan il-mument fil-ħajja ta’ Ġesù meta hu tant kien ikun għal qalbu mat-tfal. Aħna l-membri nħossu li dan l-episodju jgħinna ħafna biex niffukaw u napprezzaw il-ħidma li ġejna msejħa nagħmlu. Dejjem huwa ta’ konsolazzjoni għalina li fil-bidu ta’ ġimgħa ġdida u fil-ħin li ħafna drabi nkunu sejrin lejn il-Qasam aħna nirriflettu fuq kemm dak li nkunu sejrin inwettqu jagħmel sens u huwa neċessarju. Hija grazzja li aħna bħal Ġesù jkollna l-okkażjoni li nkunu fil-kumpanija tat-tfal u dan forsi għax, kif kiteb Wesley Stafford li għadu jgħix jaħdem favur it-tfal, “kull tifel li tiltaqa’ miegħu għandu jkun għalik bħal appuntament divin”. Fl-ewwel kwadru ta’ dan l-episodju, Dun Ġorġ jimmaġina “lid-dixxipli jimbuttaw lura n-nies bit-tfal”. Interessanti li s-Sinottiċi jġibu dan l-episodju qasir u t-tlieta li huma jiktbu li d-dixxipli bdew iċanfru lil dawk li ġabuhom. Sfortunatament dan għadu jiġri sal-lum għax l-adulti ħafna drabi ma jiħdux pjaċir fil-kumpanija tattfal u minn dak li jgħidu u bil-mod kif jiddeċiedu u jaġixxu joħroġ ċar daqs il-kristall li jippreferu li jkunu waħedhom jew ma’ adulti oħra. Ir-Riżoluzzjoni tal-Kapitlu Ġenerali 2014 tagħti dawl ċar fuq il-konsegwenzi ta’ membru li

jkun maħkum mis-superfiċjalità u mill-individwaliżmu. Waħda minn dawn il-konsegwenzi hija proprju li “huwa jibda jara littfal żejda” (par. 3.2). Dan huwa diskors li nistgħu napplikawh ukoll għal xi ġenituri, għalliema, legislaturi u oħrajn li bl-imġiba tagħhom iwarrbu lit-tfal u ma jagħtuhomx il-vera importanza li tant tistħoqqilhom. Ma jkun qatt li aħna jiġrilna l-istess. Membru jrid jeżamina lilu nnifsu bis-serjetà u jitlob il-grazzja tal-konverżjoni jekk iħossu mtaqqal bil-preżenza tat-tfal jew bl-appostolat li hu jagħmel magħhom. Ma jistax 207


ikun li membru ta’ kuljum jieħu nifs twil ta’ serħan u f’qalbu jew b’fommu jitniehed “Għall-erwieħ!” kull darba li jara lit-tfal ibewġu ’l barra mill-bieb għażiż tal-Qasam.

Fit-tieni kwadru Dun Ġorġ jikteb li “Kristu jrid u jiġbed lejh it-tfal”. Huwa biss San Mark li b’reazzjoni għall-attitudni negattiva taddixxipli jikteb: “Xħin rahom Ġesù għadab u qalilhom: ‘Ħalluhom ittfal jiġu għandi; la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hi s-saltna ta’ Alla.’” (Mark 10, 14) Donnu Ġesù kellu bżonn li bħala bniedem ikun, imqar għal ftit ħin, fil-kumpanija ta’ tip ta’ nies li huma ċkejkna, li m’għandhomx pretensjonijiet, li huma innocenti, li sinċerament kapaċi jiċċajtaw u jidħqu bil-qalb, li jafu jistagħġbu, li jistgħu jimmaġinaw u li huma ħielsa minn ħafna kumplikazzjonijiet u superfiċjalità. Dawn il-kwalitajiet stupendi donnu sabhom biss fit-tfal. Aħna

208

wkoll bħala membri għandna bżonn inkunu mat-tfal għax dan għandu jkun ta’ benefiċċju kbir għalina. Il-perspettiva li jkollna bħal dejjem tagħmel id-differenza kollha. Qatt ma jikber min, ngħidu aħna, iħares lejn it-tfal qishom ktieb tat-tpinġija li jrid jimtela bilkuluri favoriti tiegħu, biex bħal qisu jħalli l-marka tiegħu fuqhom. Aħna l-kbar iktar jaqblilna nersqu lejhom b’attitudni ta’ ftuħ biex inħalluhom jgħallmuna għax kif jikteb tant tajjeb Antoine SaintExupéry fil-ktieb Iċ-Ċkejken Prinċep: “Il-kbar qatt ma jifhmu xi ħaġa waħedhom u hija ta’ għaja kbira għat-tfal li l-ħin kollu u għal dejjem iridu joqogħdu jispjegawlhom kollox.” Irridu nħallu lit-tfal jittamawna għax huma l-messaġġ ħaj li ser nibagħtu liż-żmien li qatt m’aħna ser naraw. Fuq kollox ejjew inħallu lit-tfal iferrħuna f’dinja li l-ħin kollu tista’ tferina u kontinwament tħabbrilna l-qtigħ il-qalb, in-niket


u d-dgħufija tagħna l-kbar. Kemm kellu raġun Fyodor Dostoyevsky meta kiteb: “Ir-ruħ titfejjaq meta tagħmilha mat-tfal.”

Fl-aħħar kwadru ta’ dan l-episodju Dun Ġorġ jgħinna nimmaġinaw lil “Kristu mdawwar bit-tfal, iqiegħed idejh fuq rashom”. Sabiħa din ix-xena fejn Ġesù skont San Mark “ħaddanhom, qiegħed idejh fuqhom u berikhom” (Mark 10, 16). L-immaġinazzjoni tagħna tista’ tkompli timraħ u nistaqsu: “Min jaf xi staqsiehom jew fuq xiex kellimhom Ġesù lit-tfal?” Żgur li meta kellimhom Ġesù qasam magħhom ħsibijiet ċari, sempliċi, tajbin u li jagħmlu l-ġid. U dan ifakkarna li t-tfal u ż-żgħażagħ jiġu għandna biex aħna naqsmu magħhom il-valuri tal-Evanġelju li dejjem ser jibqgħu l-unika u l-aqwa ħaġa li nistgħu noffrulhom. Għandna r-responsabbiltà li nkomplu naqsmu magħhom dak li huma ġew ifittxu mingħandna u

nonqsuhom jekk dan ma jsibuhx fina u magħna. Napprezzaw ilfatt li aħna bħala membri għandna nkunu preżenti minn xħin jiftaħ ilbieb tal-Qasam biex inkunu nistgħu nkellmuhom, nistaqsuhom, biex sinċerament ninteressaw ruħna fihom, nakkumpanjawhom, nilagħbu magħhom, naqsmu l-ħajja Museumina u l-esperjenza personali ta’ Ġesù magħhom. Din hi ħajjitna. Ix-xena ta’ Kristu mat-tfal tnissel komfort fil-qalb tal-membru u tbissima fuq fommu għax jaf li hu qed jgħix biex Kristu jasal filqlub tat-tfal u effettivament ittfal jiltaqgħu ma’ Kristu. U meta jingħalaq il-bieb tal-Qasam u l-membru fis-skiet tal-lejl imur lura lejn daru jew lura lejn kamartu huwa jifraħ, jirringrazzja u jbierek lil Ġesù Kristu u lil Verġni Marija, mhux għal għaxar darbiet biss għax donnu mhux biżżejjed. ⧀

209


40 Sena Mill-Inkorporazzjoni

N

Snin ta’ Grazzja

għid għalija ma stajtx insib ħaġa isbaħ milli nkun membru fi ħdan is-Soċjetà tal-MUSEUM. Kieku sibt aħjar kieku llum qiegħed ngħix vokazzjoni oħra. Ta’ dan nirringrazzja ’l Alla u lil dawk kollha li għenuni nasal sa hawn. Għax tassew, Alla l-imbierek inqeda b’ħafna nies li għenuni fil-vokazzjoni tiegħi, fosthom Joseph (Peppi) Scicluna li kien Prefett tiegħi mill-klassi tal-Preparatorja sa dik tal-Aspiranti. Fost ħwejjeġ oħra kien jinsisti magħna biex wara li nitqarbnu nitolbu lil Ġesù jurina xi jrid minna u jgħinna nwettqu dak li jrid. Kien l-impenn li kont nara fil-membri tas-Socjetà li nissel fija x-xewqa li nidħol għal din l-isfida b’tant gost u serenità, ċert li fid-diffikultajiet u l-qtigħ ta’ qalb ma kontx se nkun waħdi. Ġrajja li tolqtok tibqa’ tiftakarha, kemm jekk tagħmillek il-ġid kemm jekk id-deni. Għadni niftakar id-diskors li għamel Abel Giglio dakinhar tal-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Awditorju meta kont għadni fil-klassi talPreparatorja. Wara li mort id-dar sibt lill-mamà u għedtilha kemm hi ħaġa sewwa li tkun membru talMUSEUM. Qaltli biex nitlob, imma kienet il-ġrajja ta’ dik is-sinjura li xtaqet tagħmel opra kbira filKnisja u l-Papa Piju IX qalilha biex tgħallem id-duttrina li nisslet fija x-xewqa li xi darba jiena wkoll ninkorpora fis-Soċjetà u jkolli 210

l-klassi tiegħi. Xi sentejn wara s-Superjur daħħalni fi klassi tażżgħar ngħin lill-Prefett. Hawn bdejt napplika għalija s-sentenza ta’ Ġesù: “Tassew ngħidilkom, kulma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.” (Mt 25, 40) Id-determinazzjoni li nsir Soċju kompliet tikber hekk kif il-Kultur beda jinsisti magħna biex inżidu fit-talb, l-aktar permezz talArloġġ Museumin, il-Viżta lil Ġesù fl-Ewkaristija u r-Rużarju. Kien jgħidilna wkoll biex ma niddejqux infittxu l-għajnuna spiritwali ta’ min jista’ jiggwidana. Minħabba f’hekk aktar ’il quddiem, meta


sirt Soċju, sibtha faċli li jkolli Direttur Spiritwali. Peress li spiss kienu jħeġġuna biex naqraw kemm nistgħu, għamilt ħabib ma’ Ġużeppi Grima minn Bormla li kien iġib ħafna kotba interessanti minn barra u bdejt naqra wkoll ir-rivisti tas-Soċjetà, b’mod speċjali l-Kalendarju Museumin u l-Gwida Għal Min Jgħallem. Milleżempju tal-membri mbagħad tgħallimt indaħħal idi fil-but u nikkontribwixxi kemm għallQasam kif ukoll għall-klassi li kont ngħallem. Għalkemm nifhem li din is-sejħa ma kinetx għalija biss, xorta waħda nħoss li għandi nirringrazzja ’l Alla l-Imbierek li sejjaħli minkejja li kien hemm oħrajn aħjar minni li setgħu jagħmlu x-xogħol li kont u għadni nagħmel jien. Hekk kif bdew igerbbu s-snin bqajt inżomm f’moħħi dak li qal Ġesù: “Missieri għadu jaħdem sa issa; mela naħdem jien ukoll.” (Ġw 5,17) Madankollu rrealizzajt ukoll li hemm bżonn inkun dejjem kreattiv sabiex nibqa' nħossni utli fis-servizz li nagħti.

Mela ġietni l-opportunità li nidħol naħdem it-Tarzna, post imżejjen b’kollox. Kont għoddni spiċċajt l-apprentistat meta ġejt mitlub nagħmel Qagħda f’wieħed millħwienet tax-xogħol waqt il-ħin talmistrieħ. Ċans bħal dan żgur ma 211


kienx ta’ min jitilfu. Aktar tard ġieli talbuni nagħmel Qagħda kuljum għal ġimgħa sħiħa, ħaġa li għalija ma kinetx faċli. Imma meta kont nara tant ħaddiema quddiemi u oħrajn mimdudin jistrieħu f’xi rokna tal-ħanut kont ngħid: “Dan hu l-ikel l-ieħor tiegħi llum.” IlMUSEUM dejjem kien irrispettat u maħbub fit-Tarzna għaliex ilmembri kienu xhieda kredibbli ta’ Ġesù Kristu. U xi ngħidu għallimħabba fraterna li kien hemm bejn il-membri li kienet tħajjar tant oħrajn li jagħmlu t-tajjeb u jaħarbu l-ħażen. L-ambjent sabiħ li għext fih u l-kooperazzjoni u r-rispett u l-imħabba bejn il-membri bla dubju għenuni nikkonferma li aqwa mill-MUSEUM ma kienx hemm għalija. Konna nfittxu li jasal il-ħin li nkunu flimkien għallkatekeżi, għall-Assenjatur u għattalb, imma b'mod speċjali fil-ferħ u n-niket. Maż-żmien bdejt ninnota li xi wħud mill-membri kienu qed jiġu mitluba jibdlu l-Qasam

212

jew imorru s-Sudan u l-Ingilterra fejn is-Soċjetà kienet firxet ilħidma tagħha. Hekk tkebbset fija t-tama li xi darba lili wkoll tmissni x-xorti li niċċaqlaq mill-Qasam fejn trabbejt. Kemm fraħt meta ġie s-Superjur Ġenerali u staqsieni jekk kontx lest immur fil-Qasam ta’ Ruiru fil-Kenja! Ma nistax ma nsemmix il-mument meta mort nagħti l-aħbar lill-mamà. Niftakar qaltli: “Inti m’intix ibni imma bin Alla. Ara li dejjem tagħmel dak li jrid Hu.” Dan minkejja li t-tluq tiegħi kien ifisser li hi kienet ser tibqa’ d-dar waħedha! Qattajt ħdax-il sena fil-Kenja u nista’ ngħid li dan kien l-isbaħ żmien ta’ ħajti. Veru li kont ’il bogħod mill-kultura li trabbejt fiha u mis-sapport u s-sabiħ li taf toffri l-għaqda tagħna, bħall-Assenjatur u d-direzzjoni spiritwali; veru li kont irriżenjajt mix-xogħol u nftamt minn ħafna affarijiet oħra li tapprezzahom aktar meta titlifhom. Imma minkejja dan kollu tibda tgħix ilverità li ma tistax tkun ġeneruż aktar minn Alla l-Imbierek. Illum


għadni nqum u norqod nisma’ t-taħbit mar-rixtellu u l-għajjat tat-tfal “Leymod! Leymod!” Kont ninsisti magħhom li aqwa minn dawk l-erba’ ħitan tal-Qasam ma setgħux isibu u li kien veru li huma sabu xortihom magħna u aħna sibna xortina magħhom, għaliex f’kull ċirkustanza kont inħoss l-id ta’ Alla miegħi. Meta kont nasal biex niġi għall-vaganzi Malta, ma tantx kont nieħu gost u għadni hekk sal-lum. Kelli l-opportunità li nibqa’ naħdem fil-missjoni imma ma ridtx nitlef ixxorti li tani l-Mulej. Kull min ikollu ċ-ċans imur fl-esteru m’għandux jitilfu. Kemm hi kbira t-tifsira talkelma M.U.S.E.U.M.! Ejjew naħdmu mela. Ngħid is-sewwa, jnikkitni ħafna l-kliem ta’ Kristu: “Taħsbu intom li Bin il-bniedem se jsib il-fidi fuq l-art meta jiġi?” (Lq 18, 8) Il-MUSEUM huwa ferm irrispettat u maħbub mill-barranin. Nirrealizza kemm dan hu minnu meta niltaqa’

ma xi wħud li darba kienu żgħar fil-klassi tiegħi u llum kibru. Darba kienu ta’ inkwiet għalija u issa jirringrazzjawni! Għandna responsabbiltà kbira iżda nagħmlu kuraġġ: Hu għadu jiġbed ilkarretta. Kienet l-ubbidjenza, issottomissjoni, id-dispożizzjoni u l-lealtà lejn ir-Regola (it-twettiq tal-Evanġelu għalija) flimkien mad-direzzjoni spiritwali, l-irtiri, l-Assenjatur ta’ kuljum, l-Arloġġ Museumin, imma fuq kollox Ġesù Ewkaristija li żammewni naħdem fi ħdan is-Soċjetà għażiża ta’ San Ġorġ. Illum inħares lura u nagħti glorja ’l Alla għal dak li għamel bija. Fl-istess ħin nitolbu maħfra għan-nuqqasijiet tiegħi u għal dak li ħallejt barra għax iż-żmien għadda malajr. Ma’ Kristu nistqarr li, sakemm għadu binhar, jeħtieġli nagħmel ix-xogħol ta’ Dak li bagħatni, għax jasal il-lejl meta ħadd ma jkun jista’ jaħdem (Ġw 9, 4). ⧀

Raymond Tabone

213


Dun Ġorġ: Monaku fl-Ispirtu, Attiv fl-Appostolat (L-Ewwel Parti)

F

Mil-Laqgħa Ġenerali

’din ir-rubrika ser inġibu l-punti prinċipali tal-konferenza li kien għamel P. Charlò Camilleri O.Carm. waqt il-laqgħa Ġenerali ta’ nhar l-Erbgħa 21 ta’ Marzu 2012. Din kienet waħda mil-laqgħat speċjali li ġew organizzati mis-Soċjetà fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-mewt tal-Fundatur. Il-ħsibijiet studjati ta’ P. Charlò ser jidhru fi tliet ħarġiet tal-Kalendarju Museumin.

Il-Bluha għal Kristu Ittra fil-gazzetta Is-Salib ta’ korrispondent li ħassu skandalizzat bl-imġiba ta’ Dun Ġorġ u tas-Soċjetà li waqqaf kienet ħajritni nikteb artiklu ta’ studju fuq Dun Ġorġ fir-Rivista ta’ Spiritwalità maħruġa mis-Socjetà tad-Duttrina Nisranija. L-artiklu semmejtu: “X’għandha x’taqsam ir-reliġjon mal-buffunati?” L-argumentazzjoni ta’ dan l-artiklu kienet intlaqgħet tajjeb minn xi wħud u inqas tajjeb minn oħrajn, għax nifhimha li ma tantx tieħu gost iżommuk b’baħnan jew b’buffu! Aħseb u ara ssejjaħ hekk lil xi ħadd li ftit wara kellu jitla’ fuq l-altari! Niftakar li kont inkwetajt ftit għax kellu mnejn ktibt xi ħmerija jew inqast mir-rispett, sakemm ftit wara kien ġie f’idejja 214

l-ktieb ta’ Oliver Friggieri dwar Dun Ġorġ u li kien fih kitba talProf. Dun Peter Serracino Inglott bl-istess linja ta’ ħsieb, u serraħt rasi! L-istess tema reġà qabadha l-Professur Edward Farrugia S.J., fl-EMO VII Conference tal-2008.

F’dan l-istudju kont qegħidt lil Dun Ġorġ fil-kategorija tas-salos (mill-Grieg) jew tal-jurodivyi (mirRussu), jiġifieri ta’ dawk li fittradizzjoni Nisranija, speċjalment dik tal-Lvant, huma boloh minħabba Kristu u allura jgħixu fit-tarf tas-socjetà ċivili kif ukoll dik ekkleżjastika. Il-paradoss f’dawn il-bnedmin ta’ Alla huwa li l-popolin, kif ukoll uħud millivelli għolja tas-soċjetà, jimxu warajhom, ifittxuhom, jitolbuhom pariri u saħansitra jsiru dixxipli


tagħhom, hekk li t-tarf li fih huma jinsabu jsir iċ-ċentru li miegħu jdur kollox. Il-bariċentru jiċċaqlaq mill-ambjenti ċentrali stabbiliti u istituzzjonali tas-socjetà ċivili u reliġjuża (dak li jissejjaħ l-establishment) u jintasab fit-truf madwar dawn l-emarġinati jew boloh, inkella, skont l-etimoloġija Russa, l-abortiti. Dan il-moviment huwa l-kawża li tnibbet soċjetà ċivili jew reliġjuża ġdida. Eżempji bibliċi ta’ dan iċ-ċaqliq millestablishment għat-truf li jġib miegħu epoka ġdida, kultura ġdida, insibuh fir-rakkonti tas-sejħa tal-profeti li mit-truf tas-soċjetà jriegħdu s-simboli stabbiliti: isslaten, it-tempju, il-qassisin u l-kittieba, saħansitra Ġerusalemm bħala l-post u l-garanzija talpreżenza ta’ Alla.

Il-pijunieri f’din il-kategorija huma Mosè, l-Imħallfin, David, Ġeremija, Eżekjel, Isaija, Għamos, Ġesù Kristu u San Pawl li saħansitra jitkellem dwaru nnifsu bhala abortit. Dawn il-persunaġġi kienu strumentali biex is-socjetà ċivili u reliġjuża tinbidel. L-ewwel eżempju ta’ din l-għamla ta’ bluha qaddisa fit-tradizzjoni Lhudija u Nisranija nsibuh fil-fatt fil-profeti u l-azzjonijiet simboliċi tagħhom

215


meqjusin bħala ‘drammi profetiċi’ (prophetic drama). Eżempji klassiċi ta’ dawn id-drammi narawhom f’Ħosegħa meta Alla jamarlu, kontra kull konvenzjoni, liġi u drawwa, jiżżewweġ mara tat-triq u jibqa’ fidil lejha, u hekk il-profeta jirrappreżenta r-relazzjoni ta’ Israel ma’ Alla; jew f’Isaija li għal tliet snin ħareg jimxi għeri u ħafi biex iħabbar il-qerda li ġejja fuq il-poplu li bena tamietu fuq ir-rabta mal-Eġittu (Is 20, 2) biex imbagħad tliet snin wara jiġri li l-Assirja tieħu lill-Eġizzjani litteralment għerja u ħafja fleżilju; f’Eżekjel li kiel il-ħmieġ biex iħabbar it-tniġġis ta’ Israel, u l-bqija. Naturalment, b’dawn ilġesti skandalużi l-profeti kienu spiss jiġu meqjusa bħala nies ta’ moħħhom ħafif, imġienen u boloh.

Jacques Derrida 216

Minn hawn San Pawl jgħidilna li x-xandir tal-kurċifiss huwa skandlu u bluha. Dawn il-ġesti iżda kellhom il-qawwa li jibdlu l-kultura u jaqilbuha ta’ taħt fuq. Il-ġest il-kbir profetiku li fuqu jinbena l-Kristjaneżmu huwa l-Ewkaristija, il-qsim tal-ħobż, li mhuwa xejn ħlief il-ġest profetiku ta’ Ġesù li, quddiem il-mewt, l-infedeltà u ċ-ċaħda saħansitra ta’ dawk ta’ madwaru, minn jeddu jħaddan il-falliment u jħalli lilu nnifsu jiġi mkisser (minn hawn ilqsim u l-ksur tal-ħobż bħala ġest profetiku ta’ ġenn u bluha).

Wara s-sittinijiet feġġet ilFilosofija Dekostruzzjonista ta’ Jacques Derrida u bdejna nitkellmu minn ‘taqlib tal-kultura ta’ taħt fuq’ (subversion of culture). Għal ħafna ċirkoli tradizzjonali, speċjalment dawk reliġjużi li jimxu fuq il-filosofija li dari konna aħjar u li d-dinja sejra l-baħar, din il-filosofija rvinat id-dinja. Millperspettiva tagħha, iżda, Dun Ġorġ jidher bħala essenzjalment monaku fl-identità tiegħu. Huwa mhux biss “ħema l-ħobż tiegħu mid-dqiq li waqa’ mill-ixkejjer ta’ ordnijiet reliġjużi bħall-Ġiżwiti, idDumnikani u l-Karmelitani”, imma wkoll ġabar mill-ġdid xi ħaġa li waqgħet, xi ħaġa li ma kinetx żejda iżda mitlufa, għax waqgħet millixkora fuq l-ispallejn tal-furnar u nstabet minn ħaddieħor. Dun


Ġorġ kien wieħed minn dawk li fehem l-ispirtu monastiku millenti oriġinali tat-twarrib u t-titrif, u b’dan huwa qaleb il-kultura ta’ taħt fuq, l-istess kif għamlu l-imġienen u l-boloh qaddisa ta’ qablu!

Rabta mal-Ħajja Monastika Fil-fatt hemm rabta storika bejn il-ħajja monastika u l-bluha għal Kristu. Jekk il-ħajja monastika (u hawn tinġabar kull forma ta’ ħajja kkonsagrata) trid tkun awtentika, jeħtiġilha tkun fidila għas-sejħa tagħha li tgħix fit-tarf. Jekk inqisu li l-ħajja kkonsagrata fi ħdan ilKnisja bdiet fost in-nisa emarġinati (għax romol u verġni) li, kontra kull konvenzjoni soċjali għażlu li ma jiżżewġux u b’din l-għażla tagħhom taw bidu għal mod differenti ta’ kif wieħed iħares lejn id-dinja (kultura); jekk inqisu li din il-ħajja kkonsagrata tkompliet bl-axxeti fid-deżert, jiġifieri dawk li meta twieldet il-Kristjanità, meta l-Knisja u l-Imperu kienu ħaġa waħda, bħala protesta telqu ’l bogħod miċ-ċentru u marru fid-deżert biex jiġġieldu malpassjonijiet tagħhom; jekk inqisu wkoll li l-ħajja kkonsagrata kienet

dik li, għallinqas f’kull bidu tagħha, assoċjat ruħha mal-imwarrbin, huma min huma u hi x’inhi l-kundizzjoni soċjali, reliġjuża u politika li fiha kienu jinsabu, u għaldaqstant tat bidu għal kultura ġdida, allura ma nkunux qed niżbaljaw jekk ngħoddu lil Dun Ġorġ ma’ din il-kategorija ta’ nies fil-Knisja. Hija ħasra tassew li l-Knisja lokali qiegħda titlef l-opportunità taddeheb li tkun fit-tarf tas-socjetà għax trid tibqa’ fiċ-ċentru f’soċjetà teokratika. Hija opportunità li tqarribna lejn l-emarġinati tal-lum (il-minority groups) li, rridu jew ma rridux, fihom hemm il-ħjiel tas-soċjetà tal-futur qarib. Jekk mhux se nittarrfu, se niġġarrfu, imma jekk nittarrfu nkunu nistgħu niltaqgħu ma’ Kristu li għazel għalih il-faqar mhux għax ma kellux x’jiekol jew jilbes, imma għax minn Alla li miegħu jdur kollox ittarraf billi sar bniedem ilsir u ubbidjenti sal-mewt tassalib. Dak li jrid jimxi wara Kristu mill-qrib jeħtieġ bħal San Pawl iqis lilu nnifsu daqslikieku ma jaf lil ħadd u lil xejn ħlief lil Kristu msallab, għerf u qawwa ta’ Alla murija fil-bluha u d-dgħufija. ⧀ Rev. Dr Charlò Camilleri O.Carm.

217


L-Abbandun Totali

M

Qrajt Ktieb tal-Fundatur

in jaf kemm-il darba smajna l-proverbju li jgħid: “Il-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi.” Interessanti huwa l-fatt li dan ilproverbju jidher li ġej mill-ktieb magħruf L-Imitazzjoni ta’ Kristu fejn f’kapitlu 19 l-awtur Tumas à Kempis bil-Latin jikteb: “Homo proponit, sed Deus disponit.”

Fil-ktieb L-Abbandun Totali l-Fundatur jimmaġina żagħżugħ deskritt fid-daħla tal-ktieb bħala “intelliġenti u devot” li wara li sama’ prietka fuq dan is-suġġett xtaq jiskopri aktar. Għaldaqstant, wara li rrifletta fit-tul, talab lillParrinu tiegħu sabiex ikellmu aktar fuq l-abbandun totali u jgħidlu dak kollu li kien jaf dwaru. Il-Fundatur jiddeskrivi lil dan ilParrinu b’mod mill-iktar sabiħ u jsemmi fost oħrajn li kien dħuli u doċli u li fuq kollox aċċetta bilqalb li jgħin lil dan iż-żagħżugħ fittfittxija tiegħu għal iktar għarfien fuq is-suġġett. Fid-daħla wieħed isib li dan il-ktieb huwa frott ta’ dawn il-laqgħat, bil-Filjozz jieħu nota u jniżżel dak li kien qiegħed jgħidlu l-Parrinu. 218

Sa mill-bidu tal-laqgħat tagħhom, il-Parrinu jitkellem ċar mal-Filjozz u jistqarr li wieħed qatt ma jista’ jħaddan l-abbandun totali jekk ma jkunx bniedem ta’ talb. Matul il-bqija tal-laqgħat il-Parrinu ta’ spiss ifakkar lill-Filjozz li hija grazzja kbira li wieħed f’kollox u għal kollox jagħmel r-rieda ta’ Alla. Minħabba li fl-Evanġelju ta’ San Mattew insibu lil Ġesù jistqarr li Missieru “li qiegħed fissmewwiet jagħti ħwejjeġ tajba lil min jitlobhomlu”, il-Parrinu jħeġġeġ lill-Filjozz sabiex jitlob bil-qalb u ta’ spiss din it-talba: “Alla, o Missier, għall-merti ta’ Ibnek u Ħuna Ġesù Kristu, agħtini din il-grazzja li ngħidlek bil-verità u bis-sinċerità ta’ qalbi: Ikun li trid int kif fis-sema hekk ukoll fl-art.”


Il-Parrinu jfiehem tajjeb lillFiljozz fiex jikkonsisti l-abbandun totali u jistqarr li “wieħed għandu jorbot r-rieda tiegħu mar-rieda ta’ Alla f’kollox u għal kollox, tant fi ħwejjeġ kbar kemm fi ħwejjeġ żgħar”. Minkejja dan il-Filjozz jiġi mwissi li b’abbandun totali m’għandux jifhem li “jerħi ruħu għal kollox mingħajr dehen u bla ma jmidd idejh meta għandu jmiddhom biex itemm it-tliet dmirijiet li għandu lejn Alla, lejh innifsu u lejn il-proxxmu”. Filwaqt li l-Filjozz jagħraf li mingħajr ilqabża fil-fidi wieħed ma jistax iħaddan tassew din l-attitudni, ilParrinu jispjegalu wkoll il-ħames effetti li joħorġu mill-abbandun totali. Dawn huma:

• li wieħed jagħti glorja ’l Alla meta f’kollox u għal kollox jintrabat mar-rieda tiegħu,

• il-paċi sħiħa u perfetta filqalb ta’ min jgħix f’dan l-istat, għaliex ma tkun tixtieq l-ebda ħaġa temporali ħlief it-temmija tar-rieda ta’ Alla, • teżor immens ta’ merti li wieħed jaħżen fis-sema għal wara mewtu, • li bniedem li jgħix dan l-istat igawdi ċerta setgħa fuq qalb Alla u li Alla żgur ma jiċħadlux it-talba tiegħu,

• li wieħed isir strument denn f’idejn Alla li jinqeda bih għallistess glorja tiegħu u għassaħħa tal-bnedmin.

219


F’Laqgħa Numru 6 l-Parrinu jsemmi lista ta’ sinjali ta’ min m’għandux l-abbandun totali u fosthom isemmi: “Min jgħir għall-ġid li jagħmel ħaddieħor.” B’kuntrast, f’Laqgħa Numru 9 juri min għandu l-abbandun totali u fost ħwejjeġ oħra jsemmi: “Min hu persważ li kollox jiddisponi s-Sinjur Alla, tant il-ħwejjeġ kbar kemm ukoll il-ħwejjeġ żgħar.” Il-Parrinu jirreferi għall-bniedem li ma jridx jaċċetta r-rieda ta’ Alla l-Missier fil-ħajja tiegħu bħala “miġnun” u jqabblu ma’ iben li ma jridx jaċċetta dak li missieru jrid jagħtih għall-ġid tiegħu nnifsu. F’dan il-ktieb il-Fundatur jikteb

220

dwar kif id-dnub huwa l-għadu tal-abbandun totali u jispjega kif meta wieħed jagħżel li jagħmel id-dnub dan ikun qiegħed jgħid lil Alla “li kliemu jistmah taħt saqajh u li jara aktar prezzjuża r-rieda tiegħu minn dik ta’ Alla”. Il-Parrinu jipprova jkun prattiku kemm jista’ mal-Filjozz u f’laqgħa minnhom isemmi kif Alla lill-bniedem tah is-sens komun u dan sabiex ikun kapaċi jagħmel il-parti tiegħu. Imbagħad jagħtih dan l-eżempju: “Wieħed isib ruħu fl-okkażjoni prossima tad-dnub. Din hija dispożizzjoni ta’ Alla, iżda dak għandu jagħmel il-parti tiegħu li jaħrabha biex hekk jogħġob ’l Alla.” Permezz tal-Parrinu l-Fundatur


juri wkoll il-bżonn tad-direzzjoni spiritwali meta liż-żagħżugħ jgħidlu li wieħed għandu jkun għaqli u jfittex li jikkonsulta ruħu ma’ nies ta’ esperjenza u li jgħixu fil-biża’ ta’ Alla, sabiex permezz tagħhom jagħraf iktar x’inhi r-rieda ta’ Alla għalih. Hemm ħafna xi jtellef lill-bniedem milli jħaddan l-abbandun totali, fosthom l-attakk man-natura. Għaldaqstant eżerċizzju li l-Parrinu jipproponi lill-Filjozz huwa li waqt il-ħin talprova jara lil xiex jagħti preferenza, jekk hux lir-rieda ta’ Alla jew lirrieda tiegħu nnifsu. Fil-ktieb Dun Ġorġ isemmi x’inhuma l-prinċipji morali li jmexxu lill-bniedem li jħaddan l-abbandun totali u fosthom isemmi: “Hu ma jagħti qatt parir ta’ ġlied jew ta’ ingann u jeżorta dejjem fejn jista’ għall-paċi u l-ftehim.”

Il-Parrinu jinqeda b’numru ta’ kotba mill-Bibbja sabiex permezz tagħhom iressaq provi quddiem iż-żagħżugħ li huwa tassew Alla li jiddisponi kollox. Ma’ dawn iżid sew it-tagħlim kif ukoll l-eżempji li tana Kristu stess f’dan ir-rigward. Għal Dun Ġorġ is-silenzju huwa l-aqwa sinjal tal-abbandun totali

tant li jistqarr li “m’hemmx kliem biex bih wieħed jista’ jfaħħar issilenzju”. Laqgħa minnhom hija ddedikata kompletament għattalba tal-Missierna u l-Parrinu jisħaq li meta nifhmu tassew ilkliem “ikun li trid int” u nwettquh, b’hekk inkunu tassew qed nogħġbu lil Alla. Minkejja li jagħmel ilqalb lill-Filjozz, il-Parrinu jistqarr li huwa faċli li wieħed jagħmel r-rieda ta’ Alla f’mumenti kwieti, imma huwa ferm iktar diffiċli meta din l-aċċettazzjoni tar-rieda ta’ Alla tasal ukoll fil-mumenti iebsa tal-prova. Hawn jidher tassew l-abbandun totali. Dan il-ktieb mhux ta’ min wieħed jaqrah mingħajr ħin adegwat ta’ riflessjoni. Idealment din il-ħaġa għandha ssir wara l-qari ta’ kull Laqgħa. Bla dubju dan il-ktieb jista’ jservi bħala eżami tajjeb biex wieħed jagħraf jekk għandux l-atteġġjament tal-abbandun totali. Jekk wieħed iħoss li għadu lura, allura dan il-ktieb joffri ideat u għajnuniet ta’ kif wieħed jista’ jikber f’dan l-aspett. Nagħlaq bi kwotazzjoni li tinsab fil-ktieb u li hija meħuda mill-Ktieb talProverbji: “Ibni, agħtini qalbek.” ⧀ Darren Borg

221


It-Triq

ta' Josemaría

I

Escrivá

Il-Klassiċi fil-MUSEUM

r-regolament numru ħamsa tal-Ewwel Taqsima tal-Kostituzzjoni talGħaqda tagħna jgħid: “L-għan fundamentali li fuqu tinbena s-Soċjetà huwa l-qdusija tal-membri.” Għal Dun Ġorġ il-qdusija hija avventura li titlob ħafna ħidma u li tieħu ż-żmien. Kien spiss juża l-espressjoni: “Ilqdusija mhux f’erbat ijiem.” Hawn min ixebbah il-qdusija ma’ mixja. San Josemaría Escrivá jxebbahha ma’ triq.

L-Awtur San Josemaría Escrivá twieled f’Barbastro, qrib Saragozza, fi Spanja, fl-1902. Huwa studja fl-Università ta’ Madrid u f’dik Pontifiċja ta’ Ruma fejn kiseb iddottorati tiegħu. Ta’ tnejn u għoxrin sena ġie ordnat saċerdot. Ħadem f’diversi parroċċi fil-kampanja u fil-kwartieri foqra ta’ Madrid. Ħadem ukoll fost l-istudenti tal-università. Ma damx ma ġie mogħti r-responsabbiltà li jmexxi s-seminarju f’Saragozza.

222

Fl-1928 huwa waqqaf l-Opus Dei (Il-Ħidma ta’ Alla). Din hija istituzzjoni fil-Knisja li tiġbor fiha ħafna lajċi u saċerdoti sekulari taħt it-tmexxija ta’ isqof elett mill-membri bl-approvazzjoni


tal-Papa. L-iskop tagħha huwa li tixtered is-sejħa universali għallqdusija.

Tul it-tliet snin tal-Gwerra Ċivili ta’ Spanja li bdiet fl-1936 San Josemaría wettaq ħidma sfiqa fost diffikultajiet kbar biex isostni l-qassisin sħabu. Huwa aċċetta b’sabar kbir il-mard li ħakmu tul ħajtu kollha. Il-ħbieb kbar tiegħu kienu Ġesù, Marija u l-Papa. Huwa mbarka fuq vjaġġi kateketiċi lejn il-ħames kontinenti fejn fi ftit żmien l-Opus Dei ixxettlet u kibret. Spiss kien jitlob: “Mulej, kemm nixtieq li nara ’l wiċċek biex inkun nista’ nammirak bilkontemplazzjoni.” Huwa daħal jikkontempla dan il-wiċċ fis-26 ta’ Ġunju 1975. Ġie kkanonizzat millPapa San Ġwanni Pawlu II fis-6 ta’ Ottubru 2002. Il-Kitba L-istrateġija li adotta San Josemaría Escrivá tixbah ħafna lil dik ta’ San Ġorġ Preca u ta’ qaddisin oħra. Dawn kienu jemmnu mhux biss li ‘scripta manet’ (il-kitba tibqa’), iżda wkoll li ‘scriptum subsidiis’ (il-kitba tgħin). Għalhekk investew ħafna ħin fil-kitba biex biha jirfdu l-ħajja tal-qdusija kemm tal-membri tal-istituzzjonijiet tagħhom kif ukoll ta’ dawk li riedu jieħdu l-qdusija bis-serjetà. Fost il-kotba li ppubblika San Josemaría nsibu

223


Il-Forġa, Ir-Radda, Ir-Rużarju, ItTriq tas-Salib, Il-Konversazzjonijiet u It-Triq.

Tagħrif It-Triq huwa meqjus bħala wieħed mill-kotba klassiċi talispiritwalità. Hawn min iqarrbu lejn Il-Lejl Mudlam tar-Ruħ ta’ San Ġwann tas-Salib, L-Imitazzjoni ta’ Kristu ta’ Tumas à Kempis u anke Il-Kastell Interjuri ta’ Santa Tereża ta’ Avila. Niftakar fis-sebgħinijiet u t-tmeninijiet ħafna mill-membri fis-Soċjetà u anke lajċi oħra kienu jqisu dan il-ktieb bħala kumpann importanti għalihom fil-mixja tagħhom lejn il-qdusija. It-Triq kien ippreżentat għallewwel darba fl-1934 bl-isem Consideraciones Espirituales (Riflessjonijiet Spiritwali). Wara li ġie rivedut mill-istess awtur, fl1939 ingħata t-titlu definittiv ta’ It-Triq. Sal-lum ġie maqlub f’sitta u erbgħin lingwa.

L-iskop li għalih inkiteb insibuh fid-daħla tal-ktieb stess. L-awtur jgħid: “Dawn il-pariri aqrahom bilmod. Ieqaf fuqhom ħa ttegħimhom sewwa. Ngħidhomlok minn taħt l-ilsien, f’widnejk; huma pariri ta’ ħabib, ta’ ħu, ta’ missier. Inkellmek bejnietna, weħidna, u Alla jkun jismagħna. Xejn ġdid ma jien se ngħidlek. Niffriskalek biss ilmemorja biex infakkrek f’xi ħaġa 224

li tista’ tolqtok. Hekk ħajtek titjieb u int taqbad it-triq tat-talb u talimħabba. U fl-aħħar issir persuna li tassew tiswa.”

L-istil tal-ktieb huwa wieħed sempliċi, magħmul minn sentenzi u paragrafi qosra imma mimlija ħsieb. Jispiraw u anke jipprovokaw għall-meditazzjoni u r-riflessjoni. Mons. Pedro Rodríguez, teologu u awtur tal-edizzjoni kritika ta’


It-Triq, jgħid li San Josemaría kien iżomm fil-but biċċiet żgħar tal-karti biex fuqhom iniżżel esperjenzi, frażijiet mill-Iskrittura u invokazzjonijiet lil Ġesù li minn ħin għal ieħor kien iħoss f’qalbu. F’dawk in-noti kien hemm Alla u l-bnedmin kollha li kontinwament kienu f’moħħu u f’qalbu. Dawk ilpunti fuq il-biċċiet tal-karti kienu l-bażi li fuqhom bena It-Triq.

Il-ktieb fih sitta u erbgħin kapitlu u kull wieħed minnhom jiffoka fuq xi aspett tal-mixja lejn ilqdusija. Fost is-suġġetti nsibu ‘IlKarattru’, ‘Id-Direzzjoni’, ‘It-Talb’, ‘Il-Preżenza ta’ Alla’, ‘Il-Ħwejjeġ iż-Żgħar’ u ‘Il-Perseveranza’. Barra minn dawn l-awtur jittratta aspetti oħra li jagħtu lil min jaqra l-opportunità li ‘jieqaf fuqhom ħa jtegħimhom sewwa’.

Kull kapitlu jew ‘aspett’ hu magħmul minn numru ta’ sentenzi. Xi wħud minn dawn huma qosra filwaqt li oħrajn huma ftit itwal u jieħdu l-forma ta’ paragrafi żgħar. Is-sentenzi huma ppreżentati bħalkieku xi ħabib qed ifesfes xi ħaġa tajba f’widnejn sieħbu għax jixtieqlu l-ġid. Inti u taqra tħoss li min qed ikellmek hu qrib tiegħek u aktar ma timxi t-Triq aktar tħossok tkabbar l-intimità miegħu. Il-kliem li taqra tibda tħossu u tqisu bħala ‘parir ta’ ħabib, ta’ ħu, ta’ missier’. Biex tiġi faċilitata r-referenza, kull

sentenza (jew paragrafu) għandha n-numru tagħha. B’kollox hemm disa’ mija u disgħa u disgħin sentenza li fihom l-awtur ibewwes ir-referenzi mill-Bibbja ma’ anedotti mill-ħajja u x-xogħol tiegħu nnifsu, kif ukoll ma’ partijiet minn konversazzjonijiet u siltiet mill-ittri personali tiegħu.

Esperjenzi L-Ingliż William Keenan, kittieb, ġurnalist u kritiku tatteleviżjoni, f’xhieda li ta f’Marzu tal-2008 stqarr li bħala kittieb huwa kien ibati mill-marda talprokrastinazzjoni, sakemm qara l-paragrafu numru 42 tal-kapitlu fuq il-karattru li jgħid: “Int jibdielek iżżejjed. Meta se tagħti ruħek għax-xogħol kif imiss? Neħħi l-ġenn li għandek li tqiegħed ħafna pedamenti, u saqqaf imqar wieħed mill-proġetti li trid tibni.” “Wara li qgħadt naħseb,” qal William, “iddeċidejt li naqbad waħda minnovelli li kont tlaqt mhux kompluta u nispiċċaha.” Kemm ‘novelli’ filħajja tagħna nibdewhom u ma nispiċċawhomx! Hui-zhen Huo kienet għalliema mit-Taipei (Taiwan) li ġiet imqabbda minn ħabibtha biex tiċċekkja l-verzjoni Ċiniża ta’ ItTriq qabel ma tiġi ppubblikata. Hija kienet għaddejja minn żmien diffiċli ħafna. Ħames snin qabel kienet iġġieldet il-marda 225


tal-kanċer. Issa kienet għaddejja minn serje ta’ testijiet għax ittabib kien innota anomalija oħra fuq ġewwa. Minħabba f’hekk Huizhen kienet anzjuża; bdiet torqod ftit u anke titlef mill-piż. It-Triq kienet qratu qabel, imma issa qratu “b’mod ġdid, frisk u aktar intimu”. Aktar tard stqarret: “Kont nisma’ l-Ispirtu s-Santu jkellimni.... Bdejt inħoss lil Alla qrib ħafna u s-sintomi negattivi minn barra għebu.” L-anomalija rriżultat waħda beninja.

Għeluq L-oriġni tal-ktieb kienu l-fuljetti li San Josemaría kien iħejji dwar temi marbuta mal-mixja tal-ispirtu. Meta kien jiltaqa’ mal-istudenti li kienu jmorru għandu għall-pariri spiritwali u kien jinduna li ma kellux aktar ħin, kien jgħidilhom: “Għal-lum m’għandniex aktar ħin. Ħu u aqra dawn il-fuljetti bil-kwiet; darb’oħra nitkellmu fuqhom.” Għażiż/a qarrej/a, għal-lum ukoll għadda l-ħin li kellna biex nittrattaw dan il-ktieb. Inħoss li San Josemaría Escrivá qed jgħidlilna: “Mur, ħu u aqra bilkwiet dan il-ktieb u tkellem fuqu ma’ Alla u ma’ ħutek l-oħra.” ⧀ Franky Chetcuti

226


Abbużi

mill-għajnuna

Soċjali

Każ Morali

Lil Pietru qalulu kif jista’ jagħmel biex jieħu, bla ma jistħoqqlu, flus ta’ assistenza soċjali. L-idea għoġbitu u hekk għamel, u beda jdaħħal somma sew minbarra l-paga regolari tiegħu.

I

s-servizzi soċjali mhumiex kapriċċ. Isiru minn flus ilpoplu għall-bżonn tal-poplu, speċjalment l-aktar batut. Ilġustizzja soċjali, mill-perspettiva ta’ social welfare, għandha t-tendenza pożittiva li ġġib magħha opportunitajiet ugwali u kundizzjoni ta’ ħajja tajbin għal kulħadd. Kulħadd għandu jkollu l-opportunità ta’ edukazzjoni, żvilupp kulturali u soċjali, xogħol, kura medika, dar fejn jgħix u drittijiet oħra.

Il-welfare states moderni żviluppaw gradatament bejn is-sekli dsatax u għoxrin. Illum iktar qed nikellmu minn welfare society fejn kulħadd jagħti aktar is-sehem tiegħu. Ma rridux ninsew li l-ewwel għajnuna lil dawk fil-

bżonn kienet tingħata mill-Knisja u mill-parroċċi bħala espressjoni tal-karità Nisranija. Stat modern b’servizzi soċjali jirrealizza li l-ġustizzja distributtiva hi espressa b’sistema bilanċjata ta’ tassazzjoni fejn kulħadd jikkontribwixxi, skont il-ħiliet tiegħu u l-piż li jiflaħ fil-ħajja u b’ġustizzja ma’ min hu aktar debboli. Stati ta’ dan it-tip iqassmu parti sustanzjali tal-prodott gross domestiku lillmorda, dawk bi bżonnijiet speċjali, vittmi ta’ diskriminazzjoni, nies bla edukazzjoni formali u oħrajn fil-bżonn, jiġifieri lil nies li qajla jistgħu jieħdu sehem attiv fis-suq u jaslu jakkwistaw b’ħilithom mill-ġid tal-pajjiż. L-Istat jeżerċita l-ġustizzja soċjali mhux biss 227


billi jirregola d-distribuzzjoni tal-għajnuna ekonomika lillfqar, imma fuq kollox billi jara li din tkun twieġeb għad-dinjità u l-libertà ta’ kull bniedem u tirrispetta l-aspirazzjoni talbniedem għall-ugwaljanza u għall-parteċipazzjoni fil-ħajja tas-soċjetà. Is-servizzi soċjali, li dejjem jogħlew, qed jieklu porzjon qawwi mill-ispiża nazzjonali. Dan ikabbar ir-responsabbiltajiet fuq l-awtoritajiet u fuq min jirċievi l-għajnuna soċjali. L-Istat għandu jgħin lil min ġenwinament u tabilħaqq hu filbżonn tal-għajnuna. Fil-pajjiż m’għandux ikollna ċittadini tal-ewwel diviżjoni u tat-tieni diviżjoni. Kollha huma tal-ewwel diviżjoni. Imma ma ninsewx li l-kamp tas-servizzi soċjali hu tant vast li l-Istat ikollu jintaxxa liċ-ċittadini tiegħu biex jara kif ilaħħaq mal-ispiża. Huwa għalhekk li l-amministrazzjoni tal-pajjiż trid tagħmel attenzjoni kbira biex tara li ma jkunx hemm abbużi misservizzi soċjali.

228

X’tipi ta’ inganni jeżistu fejn jidħlu l-assistenza u s-servizzi soċjali? Kważi nistgħu ngħidu li m’hemmx limitu għal dan. Numerikament u fattwalment joħroġ ċar li l-ikbar attentati ta’ abbużi jinstabu fejn jidħlu l-benefiċċji tal-mard, anke bl-għajnuna ta’ tobba li huma ħfief


biex joħorġu ċ-ċertifikati. Imma għandna ruxxmata ta’ abbużi oħra. Għandna, ngħidu aħna, il-każi ta’ nisa mhux miżżewġa li, minkejja li jkunu jafu min hu missier ittarbija jew trabi tagħhom (u allura jkollhom imantnuhom), jiddikjaraw li ma jafux min hu l-missier naturali ta’ wliedhom biex b’hekk jikkwalifikaw għallbenefiċċji soċjali. Hemm iddikjarazzjoni oħra falza ta’ dawk li jiddikjaraw li, bħala selfemployed, jaqilgħu ħaqq il-paga minima biex b’hekk ikunu jistgħu jieħdu l-benefiċċji marbuta ma’ dan it-tip ta’ dħul, waqt li jħallsu l-iżgħar bolla. Hemm dawk li jiddikjaraw li ma jaħdmux meta fil-fatt ikunu jaħdmu u fl-istess ħin jieħdu l-għajnuna. Hemm dawk li jiddikjaraw li huma separati u jagħmlu bidla fl-indirizz, biex b’hekk jikkwalifikaw għas-servizzi soċjali. Dan hu kollu serq u jirrikjedi li wieħed jirrepara biex jinħafer id-dnub.

L-idea li ċ-ċittadin jista’ jieħu kemm irid u kemm jogħġbu millġid tal-pajjiz bla ma jkun jonqos hi żball kbir. Min jabbuża millassistenza soċjali jkun qed jidneb u jrid jirranġa s-sitwazzjoni tiegħu quddiem Alla u quddiem ilbnedmin. Dawn huma abbużi kontra l-ġustizzja, il-verità, il-ġid komuni u s-solidarjetà soċjali, u għalhekk Pietru għandu jimxi fuq dak li jgħid Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika dwar isserq: “Is-seba’ kmandament jikkundanna s-serq. Tisraq meta tieħu xi ħaġa ta’ ħaddieħor, kontra r-rieda raġunevoli ta’ sidha” (KKK 2453), u “Kull sura ta’ ħtif u ta’ użu inġust ta’ xi ħaġa ta’ ħaddieħor huma kontra s-seba’ kmandament. Din l-inġustizzja trid titpatta. Il-ġustizzja kommutattiva trid li jintradd lura dak li nsteraq.” (KKK 2454) ⧀ Joe Camilleri

229


Il-Vokazzjoni Personali 26-28 ta’ Frar 2016

F

Mort Irtir

’din ir-rubrika qed inġibu xi riflessjonijiet li tliet membri kitbu wara li attendew l-Irtir ta’ Tmiem il-Ġimgħa li sar f’Mount St. Joseph fi Frar. L-irtir tmexxa minn P. Bernard Falzon MSSP u ttratta s-suġġett talvokazzjoni personali. Hu nqeda ħafna bil-ktejjeb Discovering Your Personal Vocation tal-Ġiżwita Herbert Alphonso. Nirringrazzjaw lil Alla tal-ġid li sar f’dan l-irtir li għalih attendew 25 membru.

Salibi Għandu Isem

Kull membru għandu jmur għal irtir ta’ ftit jiem kull sena mhux biss għax hemm regolament (DĠ 72) imma għax dan huwa tassew ta’ ġid għalih. Forsi l-Mulej ikollu xi ħaġa x’jgħidlu f’ambjent ta’ ġabra u silenzju. Barra minn hekk wieħed ikollu l-okkażjoni jiċċarġja ftit ilbatteriji u jneħħi xi ftit mis-sadid li jkun trabba. Hekk inħoss li ġrali waqt dan l-irtir. L-irtir beda bl-adorazzjoni tassalib, megħjuna bi slides ta’ ritratti li ħa fotografu Amerikan fl-1964 tal-Pietà ta’ Michelangelo. Dawn, meħuda minn angoli differenti, juru mhux biss is-sbuħija taxxogħol u s-sengħa tal-iskultur 230


imma wkoll il-mod kif esprima fl-istess ħin ir-realtà tat-tbatija u l-kontemplazzjoni serena ta’ Marija. Il-predikatur issuġġerielna biex kull darba li nbusu s-salib nagħtuh isem: salib reali f’ħajti! Dan huwa l-mod kif inkun qed ningħata b’imħabba fil-ħajja tiegħi ... sakemm ma nkunx qed nipprova nevitah!

Il-predikatur tkellem fuq ilvokazzjoni personali ta’ Ġesù li skont Alphonso hi r-relazzjoni mal-Abba Missier. Din tħabbret mill-Missier innifsu fil-Magħmudija u għaddiet mill-prova tat-

tentazzjonijiet fid-deżert fejn ixxitan ipprova jġiegħel lil Ġesù jkun xi ħaġ’oħra.

Li wieħed jagħraf il-vokazzjoni personali tiegħu mhux bilfors hi xi ħaġa ħafifa. P. Bernard talabna nagħmlu eżerċizzju li fih spontanjament kellna niktbu s-summary tagħna tal-Evanġelju u niddiskutuha fi gruppi żgħar. Minn dan joħorġu l-iktar punti li jolqtuna fl-Evanġelju. Tajjeb ukoll li wieħed jara x’kienu dawk l-esperjenzi spiritwali li l-iktar xprunaw ħajja ġdida fih. ⧀ Albert Pace

Vokazzjoni Personali Mhux Vokazzjoni Individwali

Ngħid il-verità dan għalija kien irtir differenti minn tas-soltu. Filwaqt li r-riflessjonijiet saru lill-grupp kollu, l-irtir kien intenzjonat biex kull membru jiddixxerni waħdu l-vokazzjoni personali tiegħu. Il-programm kien flessibbli, bla ħinijiet fissi biex kull membru jkollu ħafna ħin waħdu ħalli jirrifletti dwar dik li hi l-vokazzjoni personali tiegħu filwaqt li jgħix ta’ Nisrani, lajk impenjat u Soċju talMUSEUM. Ħsibt ħafna fuq id-differenza bejn il-vokazzjoni personali u l-vokazzjoni individwali, l-aktar

wara li l-predikatur spjega d-differenza bl-iktar mod ċar. Ilvokazzjoni personali tmur lil hinn mill-vokazzjoni individwali ta’ bniedem, Nisrani, lajk u Museumin. Hija l-mod speċifiku kif il-persuna tinkarna fiha l-Evanġelju. Wieħed jagħraf l-iktar aspett li jolqtu fl-Evanġelju u jħallih jispiralu ħajtu. Il-vokazzjoni personali hija s-sigriet tal-integrazzjoni talvokazzjoni u tat-tifsira li din tagħti lill-ħajja tal-bniedem imsejjaħ. Hija l-boxxla li tagħti d-direzzjoni lill-ħajja u tgħinna nagħżlu, anke bejn ħwejjeġ tajbin. Imma hija personali mhux individwali, 231


jiġifieri ma tagħlaqx lill-persuna fiha nfisha, ma teskludihiex millkomunità u ma tħallihiex titpoġġa fiċ-ċentru tal-attenzjoni. Għallkuntrarju, il-vokazzjoni personali tarrikkixxi l-komunità u tirrispetta l-personalità tal-individwu.

Il-vokazzjoni mhix dak li jidher, mhix stat, mhix xogħol. Ilvokazzjoni hija mixja spiritwali, hija laqgħa ma’ Persuna; fuq kollox hija sejħa għall-qdusija. Iddixxerniment dwar il-vokazzjoni personali jwasslek tagħraf kif Alla jridek tgħix il-ħajja tiegħek ta’ kuljum, iwasslek biex issir taf sew kif taħdem il-magna tiegħek. Tkompli tiskopri t-toroq kreattivi u d-dinamika tal-qdusija tiegħek. Ilvokazzjoni personali tikkonferma l-entużjażmu tiegħek.

232

Fil-vokazzjoni personali għandek issib dak li fil-mużika jissejjaħ leitmotif, dawk il-ftit noti li kompożitur jirrepeti minn ħin għal ieħor biex jesprimi emozzjoni, sitwazzjoni jew kundizzjoni. Illeitmotif fil-vokazzjoni personali huwa dak l-aspett li ssibu jirrepeti ruħu fil-ħajja b’modi differenti, f’ċirkustanzi u f’sitwazzjonijiet differenti. Hu biċċa xogħol ta’ Alla li huwa l-kompożitur il-kbir ta’ ħajjitna. Fl-aħħar nett nixtieq naqsam din il-kwotazzjoni millktejjeb ta’ Alphonso: “My personal vocation is my truest and deepest self – the meaning of my particular life and story.” ⧀ Raymond D’Amato


Summary tal-Evanġelju “Kemm inbidel P. Bernard!” Hekk għedt fl-ewwel mumenti tal-irtir xħin rajt lill-qassis u bdejt inġib il-memorji ta’ xi sittax-il sena ilu meta konna Kandidati firResponsorju flimkien. Ma għażiltx dan l-irtir minħabba l-qassis, imma minħabba l-post u ż-żmien li fih sar l-irtir. Iżda, kif kien dejjem jgħid il-Fundatur, xejn ma jiġri addoċċ. Il-predikatur beda l-irtir billi qal li meta Alla jsejjaħ ma joħroġx call for application imma jagħżel bl-isem bħalma għamel ma’ Mosè, David, Samwel u Marija. Anke lil kull wieħed u waħda minna Alla għażilna b’isimna.

Biex jispjega l-kunċett talvokazzjoni personali P. Bernard ġabilna l-eżempju tal-kompożitur Wagner fl-użu tiegħu tal-leitmotifs. Milli stajt nifhem, leitmotif hija melodija li kompożitur jagħti lillkarattru fl-opra. F’kull ċirkostanza li jidher dak il-karattru jindaqq dan il-leitmotif b’tonalità li tirrifletti l-mument li jkun għaddej minnu dak il-ħin. Hekk, ngħidu aħna, jekk ikun għaddej minn mument ta’ ferħ u vittorja l-melodija tindaqq b’mod trijonfali; jekk ikunu qed jagħmlu l-funeral tiegħu tindaqq l-istess melodija imma b’ton ta’ dwejjaq. U l-bqija.

Nistqarr li l-iktar mument kruċjali u sabiħ ta’ dan l-irtir kien meta P. Bernard talabna biex nagħmlu summary tal-Evanġelju, tal-ħajja ta’ Ġesù, biex ngħadduha lil xi ħadd li ma jafx bih. Jien tlaqt u f’għoxrin minuta kont lest. Wara ġejna mitluba biex minn dik is-summary nisiltu l-iktar frażi li tiġbor dak kollu li konna ktibna Dik il-kelma jew frażi hi l-vokazzjoni personali ta’ kull wieħed minna. Issa rrid infittex li ngħix dik il-frażi permezz tal-vokazzjoni Museumina. Anke jekk jiġri li jien inħalli s-Soċjetà, dik il-frażi trid tibqa’ timmarka lil ħajti u l-ġesti kollha tiegħi! Ġabilna l-eżempju tal-vokazzjoni personali tal-Papa. Għalkemm il-predikatur ma tkellimx miegħu dwarha, millġesti u l-imġiba tiegħu jidher li l-vokazzjoni personali tal-Papa hija l-eżerċizzju u x-xandir talħniena u din ilu jgħixha mhux biss kemm ilu Papa imma anke qabel, meta kien isqof u qassis. Meta l-Ħadd filgħaxija temmejna l-irtir għedt bejn u bejn ruħi: “Tgħid issummary tal-Evanġelju li ktibt se tibdilni xi ftit f’Nisrani u Soċju aħjar?” ⧀ Neil Aquilina

233


Spiritwalità Missjunarja

F

Missjoloġija

il-bidu nett tal-ewwel kapitlu tad-digriet dwar il-ħidma missjunarja talKnisja Ad Gentes insibu li l-Knisja “hi minnha nfisha missjunarja għax hi tieħu l-oriġni tagħha mill-missjoni tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu skont il-pjan ta’ Alla l-Missier”. B’konformità ma’ dan il-ħsieb, ilKnisja timpenja ruħha biex bittħabbir tal-Evanġelju lill-ħolqien kollu tiġi mdawla d-dinja kollha bid-dija ta’ Kristu Ġesù. Fil-fatt f’waħda mid-dehriet tiegħu Ġesù qal lill-ħdax: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien kollu.” (Mk 16, 15) Anke meta kien mistoqsi minn Pilatu dwar min kien, Kristu wieġeb li hu għalhekk twieled u għalhekk ġie fid-dinja, biex jixhed għas-sewwa (Ġw 18, 37). U kien proprju dan li għamlu l-Appostli u d-dixxipli, xehdu għas-sewwa. Allura nistgħu ngħidu li l-għejxien tal-Ispiritwalità Missjunarja huwa wieħed mill-eqdem forom ta’ spiritwalità fl-istorja tal-Knisja, spiritwalità megħjuxa mijiet ta’ snin qabel ma nkitbu dawn iddokumenti konċiljari dwar il234

ħidma missjunarja tal-Knisja.

Id-diversi spiritwalitajiet li jeżistu, li xi drabi jidhru wkoll filkariżmi tal-ordnijiet u l-għaqdiet differenti fi ħdan il-Knisja, juru li huwa possibbli li tħares lejn il-figura ta’ Kristu u tilmaħ fiha diversi kwalitajiet li jħajruk tfassal ħajtek fuqhom. Il-figura ta’ Kristu tixbah lil kalejdoskopju li fih tista’ tosserva ħafna riflessjonijiet talistess sors ta’ dawl. Allura nistgħu fil-qasir ngħidu li l-Ispiritwalità Missjunarja hija l-imitazzjoni ta’ ‘Ġesù Kristu l-Missjunarju’. FiċĊerimonja tal-Magħżulin jew talKandidati aħna nitfgħu l-ħarsa tagħna fuq Kristu Msallab bħala l-Imgħallem tagħna, mgħallem ħanin, fqir, manswet, paċenzjuż, ubbidjenti ... u ma’ dawn, jekk inħarsu mil-lenti tal-Ispiritwalità


Missjunarja, nistgħu nosservaw ukoll ‘mgħallem missjunarju’. Din l-imitazzjoni ta’ Ġesù Kristu l-missjunarju, kif ser naraw, tikkonkretizza lilha nfisha flgħejxien Nisrani, fit-talb, flappostolat, fl-imħabba pastorali, fid-distakk minn ħwejjeġ temporali u f’diversi forom oħra.

Din l-ispiritwalità missjunarja hija neċessarja għal dawk li Alla jsejħilhom biex ikunu missjunarji. Naturalment biex din l-ispiritwalità missjunarja tkun tista’ tirfed daqstant aspetti talħajja tagħna bħala Soċji, hemm bżonn li jkun hemm “kawża interjuri li tħarrek, tqanqal, tħeġġeġ u tagħti sens lill-azzjoni personali” (Il-Ferħ tal-Vanġelu, par. 261) Din il-kawża interjuri hija s-sejħa missjunarja fiha nfisha u t-tweġiba doċli li tissottometti ruħek għal dak li jitlob l-Ispirtu. F’paragrafu 87 ta’ Redemptoris Missio, San Ġwanni Pawlu II jgħid li “dan ifisser li wieħed irid iħalli l-Ispirtu jsawwarlu ruħu biex jagħmlu dejjem aktar jixbah 'il Kristu”. Din l-ispiritwalità timplika direttament iċ-ċaħda totali tagħna nfusna biex inkunu doċli għallħidma tal-Ispirtu. Wieħed miż-żewġ għanijiet fundamentali tas-Soċjetà tagħna hu li “tgħin lill-Isqfijiet bit-tixrid tat-tagħlim tal-Knisja Kattolika”

235


(DĠ, 5). Allura s-Soċji, kemm dawk li qed jaħdmu fil-Qasam li fih trabbew kif ukoll dawk li jterrqu minn raħal għal ieħor, jew jinsabu saħansitra fl-esteru, jissieħbu f’din il-ħidma missjunarja tal-Knisja. L-ewwel nett kull Soċju, fil-ħidma tiegħu għall-bini tas-saltna ta’ Alla, qed jgħix Spiritwalità Missjunarja. Ma’ din is-sejħa ta’ kull Soċju nistgħu nżidu wkoll it-tieni forma ta’ għejxien ta’ din l-Ispiritwalità Missjunarja, jiġifieri meta Soċju joffri l-ħajja interjuri tiegħu u talbu għas-sostenn tat-tixrid tal-Vanġelu. Dan it-tieni aspett jidher evidenti ħafna fil-ħajja ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù. It-tielet mod kif wieħed jgħix din l-Ispiritwalità Missjunarja huwa billi jkun direttament involut f’ħidma ta’ tixrid tal-Vanġelu fost komunitajiet oħra lil hinn minn art

236

twelidu. Dawn il-forom differenti ta’ Spiritwalità Missjunarja jidhru sewwa fl-Atti tal-Appostli li jurina li fl-ewwel komunitajiet Insara, minbarra li kien hemm dawk li kellhom il-vokazzjoni speċjali ta’ missjunarji, l-Ispiritwalità Missjunarja “kienet titqies bħala frott tal-ħajja Nisranija, dmir ta’ kull min jemmen permezz taxxhieda personali tiegħu u tattħabbira espliċita tal-Evanġelju, meta dan seta’ jkun” (Redemptoris Missio, par. 27).

Nislet hawnhekk parti minn dak li jgħid is-Superjur Ġenerali waqt l-Inkorporazzjoni, jiġifieri li jkun ta’ ġid kbir għalina s-Soċji li spiss niftakru “f’din il-grazzja tal-missjoni tagħna fis-Soċjetà, grazzja li tagħmilna nixbhu lill-Imgħallem Divin, grazzja li


tagħmilna kooperaturi fil-missjoni tiegħu għat-tagħlim tal-ħajja eterna”. Hawnhekk għandna lok ukoll għal ftit riflessjoni personali u naraw kemm aħna leali lejn issejħa missjunarja tagħna. X’jista’ jkun li qiegħed iżommna lura milli ngħixu din is-sejħa li rċivejna dakinhar tal-Inkorporazzjoni tagħna? Wieħed mill-impedimenti jista’ jkun li, minħabba n-nuqqas ta’ spiritwalità profonda, nispiċċaw maħkuma minn pessimiżmu, fataliżmu, tgergir u sfiduċja f’dawk li jmexxuna. Dan iwassal biex irraġuni għalfejn ma norqdux billejl ma tkunx bħal dik tal-ewwel Superjur Ġenerali Ewġenju Borg, jiġifieri li nkunu tant imħeġġa għall-appostolat. Sfortunatament ġieli jiġri li r-raġuni li m’aħniex

norqdu billejl tkun għax ninsabu magħluqin “fi dwejjaq li qatt ma jsib sodisfazzjon f’xejn”, għax naħsbu li xejn ma jista’ jitbiddel u allura għalxejn nagħmlu l-isforzi tagħna. B’din il-mentalità “impossibbli nkunu missjunarji”, jgħid il-Papa Franġisku (Il-Ferħ tal-Vanġelu, par. 75).

Nikkonkludi billi nitlob lis-Sinjur Alla li jitfa’ fuq is-Soċjetà tagħna spirtu ta’ qawwa biex nevitaw it-tentazzjoni ta’ qtigħ il-qalb firrigward tal-għotja totali tagħna nfusna lil Alla. Mhux li kien li numru dejjem akbar ta’ membri jinħakmu minn din l-imħabba lejn il-Knisja u lejn l-istess Soċjetà tagħna biex narawha tkompli tixxettel f’postijiet li fihom għadha mhix magħrufa. ⧀ Francesco Randich

237


Siltiet mill-Evanġelju u l-Laudato Si’

Laudato Si’

G

ħalina membri ta’ Soċjetà li tfittex li tifforma fil-fidi, l-Iskrittura hija għodda li ma nistgħux ngħaddu mingħajrha. Il-katekeżi tagħna tinbena u tispira ruħha mill-kelma ta’ Alla. F’dan l-artiklu tal-lum ser nikkunsidraw xi passaġġi mill-Evanġelju li jistgħu jkunu ta’ dawl biex nifhmu aħjar dak li kiteb il-Papa fil-Laudato Si’. Fi kliem ieħor, waqt illaqgħat tagħna nistgħu nisiltu mill-Evanġelju riflessjonijiet li għandhom x’jaqsmu ħafna mal-ħarsien tad-dinja li qed ngħixu fiha. Kultant is-siltiet ma jkunux daqshekk diretti u forsi wieħed jistaqsi: “Din il-ġrajja mill-Evanġelju x’għandha x’taqsam mal-Laudato Si’?” Iżda jekk jidħol ftit fil-fond malajr jinduna li jista’ jkun hemm rabta interessanti u li tagħmel ħafna sens.

It-Tieġ ta’ Kana Ilkoll nafuha tajjeb din il-ġrajja minn San Ġwann li tirrakkonta l-ewwel sinjal li għamel Ġesù. Fost ħwejjeġ oħra turina li kull darba li ma nagħmlux il-kalkoli sew ser ikun hemm min iħallas prezz. Irriżorsi tal-pjaneta huma bħallinbid fit-tieġ ta’ Kana: mhumiex bla limitu u għalqdastant jeħtieġ li nużawhom bil-għaqal. Dan id-diskors ilna nisimgħuh imma b’xorti ħażina jekk aħna stess ma nkunux immissu malproblema jew jekk aħna ma nħossux l-inkwiet jolqotna, bħall-mistednin fit-tieġ nibqgħu 238

għaddejjin qisu ma ġara xejn. Iżda jekk jispiċċa l-inbid, ikun spiċċa għal kulħadd.

Dak li qed jiġri fl-Amażonja fejn innies tal-post qed ibatu minħabba l-irresponsabbiltà ta’ nies minn pajjiżi oħra li jqisu l-interessi tagħhom biss, huwa eżempju ċar ta’ dan. L-isfruttament ta’ dan ir-reġjun huwa kbir u mhu qed jingħata l-ebda kas tar-riżorsi naturali u umani. Hija tassew ħasra li m’aħniex nintebħu li l-effetti negattivi mhumiex se jinħassu hemm biss imma mal-pjaneta kollha. Għalhekk


niżbaljaw jekk naħsbu li din hija problema ta’ reġjun wieħed, jew li l-ħsara se tieqaf biss fl-ambjent. IlPapa Franġisku jfakkarna: “Meta nistaqsu lilna nfusna dwar iddinja li nixtiequ nħallu warajna, qed nirreferu fuq kollox għallorjentament ġenerali tagħha, għat-tifsira tagħha, għall-valuri tagħha.” (par. 160) Is-Samaritana Wieħed jista’ jkompli jaħseb dwar id-dnubiet kontra l-ambjent anke waqt li jkun jaqra dwar il-mara Samaritana li ltaqgħet ma’ Ġesù ħdejn il-bir. Huwa minnu li f’dan l-episodju Ġesù aċċenna għall-

għatx spiritwali, imma nistgħu wkoll infakkru lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna li hemm eluf jekk mhux miljuni ta’ nies madwar id-dinja li għandhom anke l-għatx fiżiku, l-għatx għall-ilma nadif. Nagħmlu tajjeb għalhekk, meta nkunu nitkellmu dwar dan l-episodju, nieħdu spunt fuq il-mod ta’ kif għandna nużaw l-ilma u nuru kemm il-ħala hu ħażin u ta’ ħsara. Iż-Żagħżugħ Għani Wieħed jista’ saħansitra jieqaf u jaħseb fuq dak li ż-żagħżugħ għani staqsa lil Ġesù: “Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex nikseb ilħajja ta’ dejjem?” Għalkemm Ġesù

239


qallu biex iħares il-Kmandamenti, ma' dawn nistgħu ninkludu wkoll il-ħarsien ta’ dak li tana Alla u naraw liema huma d-deċiżjonijiet li għandna nieħdu fejn jidħol l-ambjent. Permezz ta’ eżami sinċier tal-kuxjenza, il-bniedem jista’ faċilment jara liema huma d-dnubiet li qed iwettaq kontra l-ħolqien. Żgur li jkun hemm bosta li jdawru spallejhom bħażżagħżugħ, imma jaf ikun hemm min jagħżel li jinbidel u b’hekk isSaltna ta’ Alla tkompli tikber.

Kemm tkun ħaġa sabiħa jekk it-tfal u ż-żgħażagħ jitkellmu magħna u jiddiskutu b’sinċerità, waqt li jwiegħdu impenn u ħidma favur l-ambjent. Aħna u nies oħra nistgħu ngħinu biex tinħoloq fihom kuxjenza dwar din il-ħaġa b'mod li dak li hu materjali jibdew iħarsu lejh b'mod spiritwali. Wara kollox bniedem spiritwali għandu bla dubju jħalli effett pożittiv fiddinja li qed jgħix fiha u man-nies li jiltaqa’ magħhom. ⧀

Kevin Scicluna

Għadek ma mortx irtir din s-sena? 21-23 ta' Ottubru Mt St. Joseph Immexxi minn Dr. Michael Downey

240


Is-Samaritan it-Tajjeb ta’ Ferdinand Hodler

I

Il-Pittura tal-Faċċata

l-pittura tal-lum, li hi moderna u mhux tas-soltu minn ħafna aspetti, hi tal-artist Żvizzeru l-aktar magħruf tad-19-il seklu, Ferdinand Hodler.

Għall-bidu kien ipitter pajsaġġi, xeni mill-ħajja ta’ kuljum u portraits. Imma aktar tard addatta stil għalih li hu kien isejjaħlu Parallelism, spjegat fi kliemu stess: “I call parallelism any kind of repetition. When I feel most strongly the charm of things in nature, there is always an impression of unity. If my way leads into a pine wood where the trees reach high into heaven, I see the trunks that stand to the right and to the left of me as countless columns. One and the same vertical line, repeated many times, surrounds me. Now, if these trunks should be clearly outlined on an unbroken dark background, if they should stand out against the deep blue of the sky, the reason for this impression of unity is parallelism.” Dan ħarġu fil-pitturi tiegħu mill-1890 ’il quddiem. Fihom enfasizza s-simetrija u 241


r-ritmu li naraw madwarna u li hu kien jemmen li huma l-bażi tassoċjetà tagħna.

Twieled f’Berne fl-14 ta’ Marzu tal-1853, il-kbir minn sitt ulied ġo familja fqira. Missieru Jean kien jipprova jaqla’ l-għajxien għall-familja bħala mastrudaxxa u ommu Marguerite kienet minn familja ta’ bdiewa. Sakemm kellu tmien snin tilef lil missieru u tnejn minn ħutu minħabba l-marda tat-tuberkolosi. Ommu reġgħet iżżewġet dekoratur, iżda ftit wara mietet hi wkoll bit-tuberkolosi li fi ftit snin qerdet anke lil ħutu li kien baqagħlu. B’hekk spiċċa prattikament waħdu.

L-ewwel tagħlim fl-arti ħadu mingħand missieru tar-rispett. Fl-1867 ġie mibgħut f’Thun bħala apprentist ma’ Ferdinand Sommer, pittur ta’ xeni popolari. Fl-1871 mar Ġinevra biex isib għalliem aħjar. Għal ħames snin studja taħt Barthélémy Menn, li laqqgħu max-xogħlijiet ta’ artisti kbar bħal Camille Corot, Eugène Delacroix u J. A. D. Ingres. Kien affaxxinnat ukoll mix-xogħol ta’ Hans Holbein iż-Żgħir, u laqtuh it-teoriji artistiċi ta’ Albrecht Dürer, Leonardo da Vinci u ta’ Vitruvius. Fl-1878 mar Madrid biex jistudja x-xogħlijiet ta’ Peter Paul Rubens, Titiano, Poussin u Diego Velázquez filMużew Prado. 242

Fl-1884 iltaqa’ ma’ Augustine Dupin li għal xi snin wara kienet issieħba u l-mudella tiegħu. Binhom Hector Hodler, li aktar tard sar il-fundatur tal-World Esperanto Association fl-1908, twieled fl-1887. Ferdinand iżżewweġ lil Bertha Stucki fl-1889 iżda ddivorzjaha sentejn biss wara. Fl1898 reġa’ żżewweġ, din id-darba lil Berthe Jacques.

Kien iħobb ipitter pitturi kbar b’temi patrijottiċi. Fl-1897 aċċetta kummissjoni li jpitter sett ta’ affreski kbar għall-kamra tal-armi ta’ Schweizerisches Landesmuseum f’Zurich. Iżda l-istil li xtaq juża tant kien kontroversjali li ma ħallewhx jibdiehom qabel l-1900. Lejn l-aħħar ta’ ħajtu x-xogħol ta’ Hodler sar aktar espressjonista b’ħafna kuluri qawwijin u figuri ġeometriċi. Il-pajsaġġi kienu sempliċi għall-aħħar. Fl-1908 ltaqa’ ma’ Valentine GodéDarel li saret is-sieħba tiegħu. Fl-1913 qalulha li kellha kanċer. Hodler kien joqgħod ħdejha għal sigħat twal u minħabba f’hekk għandna diversi disinji u pitturi li jagħtuna ħjiel ta’ dak li għaddiet minnu. Il-mewt tagħha f’Jannar tal-1915 affettwatu bil-kbir. Intefa’ jagħmel is-self-portraits, madwar 20 b’kollox. Fl-1914 ikkundanna l-atroċitajiet tal-Ġermaniżi li


wettqu f’Rheims. Minħabba f’hekk ix-xogħlijiet tiegħu ġew imwarrba mill-mużewijiet talarti Ġermaniżi. Saħħtu marret lura tant li miet fid-19 ta’ Mejju 1918 f’Ġinevra. Żewġ disinji minn tiegħu ġew magħżula għall-flus Żvizzeri. Kienu kontroversjali għax flok uċuħ ta’ nies prominenti ddeċieda li juri wieħed jaqta’ l-ħatab u l-ieħor jaħsad il-qamħ. Dehru fis-serje tal-Bank Żvizzeru fl-1911. Dan il-ħjiel dwar ħajtu hu introduzzjoni tajba għall-pittura tal-lum. Bl-ebda mod mhi konvenzjonali u ma rajtx pitturi oħra bħalha. Ix-xena tidher qed isseħħ f’post diżabitat u deżert. Għajr ftit blat fuq ix-xellug, ma jidher xejn aktar fuq l-art imħarbta. Fix-xellug ukoll hemm idea ta’ ħmar bajdani qed jipprova jiekol xi ħaġa.

Nibdew mill-angolatura. Donnu l-artist kien qed iħares lejn ixxena mill-art u min-naħa ta’ ras ilferut. Tant hu hekk li wiċċ il-ferut ma jidhirx, għalkemm jidher li hu

żagħżugħ. Jidher mitluq sewwa u bla saħħa, għeri fuq biċċa drapp ħamranija.

Mitfuħ fl-art għal tulu ħdejh naraw lis-Samaritan. Jidher liebes ilbies taż-żmien li fih saret il-pittura, speċjalment is-sidrija u l-qmis. Wiċċ is-Samaritan ftit jidher, imma jien inxebbhu ħafna ma’ wiċċ Hodler stess, għalkemm għandu mustaċċi biss. Tidher sewwa l-ġentilezza li biha s-Samaritan qed iżomm ġisem il-ferut waqt li qed jipprova jisqih, dettal li ma nsibuhx fil-parabbola iżda li żgur jagħmel sens la kien ferut, forsi mitluf minn sensih. Jimpressjonani l-mod kif id is-Samaritan qed taħfen għonq il-ferut, ħafna b’saħħitha imma kollha ġentilezza fl-istess ħin, waqt li qed jerfagħlu ftit rasu biex jixrob. Tolqotni wkoll il-ħarsa tas-Samaritan f’wiċċ ilferut, donnu qed jgħidlu: “Tibżax, issa hawn jien nieħu ħsiebek. Serraħ rasek…” Dettal żgħir dwar id-data. Sibtha dejjem 1885 għalkemm fuq ilpittura tidher 1875. ⧀

Vincent Mangani

"Li tkun sempliċi mhux dejjem faċli daqskemm tidher." Ferdinand Hodler

243


In-Nar fl-Ispirtu Tiegħi ta’

Carmel G. Cauchi

L

Letteratura

ejn tmiem is-sena l-oħra seħibna Carmel G. Cauchi ppubblika ktieb ġdid ta’ poeżiji bl-isem In-Nar fl-Ispirtu Tiegħi. X’inhu dan in-nar jgħidilna hu stess fl-aħħar poeżija li hemm fil-ktieb bl-istess isem u li qegħdin nipproduċu hawn ma’ dan l-artiklu. Biex nagħti ħjiel żgħir ta’ dan innar fl-ispirtu ta’ Cauchi ngħid li dan hu nar li kebbes fih il-Mulej u baqa’ bla ma ntefa qatt, għalkemm Cauchi jiżvela li qatt ma fehem l-imġiba ta’ nar bħal dan, daqqiet ikun qisu ħuġġieġa fih u drabi oħrajn isir bħal fjamma ċkejkna. Il-ħuġġieġa li jirreferi għaliha hija l-ħeġġa li jħoss biex ikun fisservizz ta’ Alla filwaqt li l-fjamma ċkejkna tirrappreżenta n-nuqqas ta’ ħeġġa iżda fiha hemm ukoll ixxewqa li timtela bil-ħeġġa minkejja li tkun qiegħda tbati biex tagħti d-dawl. Forsi din mhix il-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna li kultant inkunu kollha entużjażmu biex naħdmu fl-għalqa tal-Mulej u waqtiet oħra nsiru qisna bla ħeġġa ta’ xejn, f’telqa li tifnina, forsi nixxenqu biss li nerġgħu għallħajja ta’ qabel? Għax, tabilħaqq, 244

il-ħajja hija kollha tlugħ u nżul. Ilkittieb jagħti ħjiel sa mill-ewwel strofa li dan in-nar qatt ma ntefa għaliex la kebbsu fih il-Mulej baqa’ dejjem iħarsu mir-riħ li jonfoħ biex jitfih.


Għandu raġun seħibna Cauchi jibqa’ mħasseb għaliex ikun hemm dan it-tlugħ u dan l-inżul filħajja spiritwali (kif ukoll kultant nitħassbu aħna) iżda hu jistrieħ fuq il-fatt, kif jgħid fl-għeluq talpoeżija, li dan l-istess nar qiegħed ‘jikkunsmah’ minħabba fil-Mulej innifsu. Forsi hawn Cauchi kien qed jaħseb f’xi xemgħa tixgħel li tikkonsma ħajjitha b’dan il-mod.

Din hija biss waħda minn iżjed minn mitt poeżija li hemm filktieb. Fil-fatt il-ktieb fih tliet taqsimiet: 1) Titwiliet ’il ġewwa fija; 2) Ħarsiet ’il barra minni; 3) Kollokji mad-Divin. Hawnhekk se nagħti xi eżemplari mit-tliet taqsimiet għaliex, kif wieħed jista’ jimmaġina, kull waħda hija mimlija b’veritajiet umani kif ukoll spiritwali. Fl-ewwel żewġ taqsimiet wieħed isib li s-sensittività tal-Poeta hija fl-aqwa tagħha, speċjalment fejn jidħlu l-uġigħ u t-tbatija. Huwa jfakkar f’poeżija minnhom ilmewt traġika tal-istudenta Melissa Bassi u l-feriment gravi ta’ ħamsa minn sħabha fi Brindisi, l-Italja, minn bomba qerrieda mqiegħda maġenb l-iskola fid-19 ta’ Mejju 2012 (Melissa Bassi), kif ukoll ilmassakru li seħħ f’Connecticut, l-Amerika, fl-14 ta’ Diċembru 2012 meta żagħżugħ ta’ 20 sena daħal jispara fi skola elementari

u qatel għoxrin tifel u tifla u sitta mill-għalliema (Bambin Ħelu f’dal-Milied). F’mument ieħor ta’ riflessjoni f’poeżija qawwija Cauchi jitkellem f’termini metaforiċi tassew sbieħ dwar ittbatija u l-gwaj li hawn fid-dinja u kemm jixtieq li kieku dawn ma jkunux iżjed jew għallinqas ma jiżdidux u b’hekk ma jifnux iżjed lill-bniedem. Din il-poeżija jisimha ‘Kieku Naqbad’ u hawn qiegħed inġibha sħiħa.

Kieku naqbad kejla wġigħ u nitilqu frak mar-riħ... Kieku naqbad siegħ tbatija u nitlaqha mal-mogħdija biex tinsaħaq mas-saqajn u tingħaġen fl-art mat-tajn...

Kieku mqar kemm indum ħaj nasal naqbad xkora gwaj u naħarqu f’qiegħ il-wied qabel l-għawġ jilħaq jiżdied...

kieku kemm immur kuntent meta jasal il-mument!

Fl-ewwel taqsima jitkellem ukoll fuq il-verità li ż-żmien għaddej minn fuqu (kif jgħaddi minn fuq kulħadd) iżda jemmen bil-qawwa kollha li wara ż-żmien tibda l-eternità. Għalih li miexi b’passi tqal, bil-fanal inemnem f’idu u bil-dell jitwal minħabba li x-xemx riesqa lejn it-tmiem tal-jum, qiegħed jara ż-żmien dejjem jiqsar 245


iżda fl-aħħar jisħaq b’mod sabiħ fuq dak li toffrilu l-fidi.

Imm’għad jiddi l-fanal u dawn il-passi tqal għad jiġru u jaqbżu ħfief

... u ż-żmien joħroġ tellief (Passi)

Fil-poeżija ‘Gradwazzjoni’ Cauchi jikteb li għadu tiela’ ’l fuq jixxabbat biex iduq l-ilma tannixxiegħa (tixbiha tal-ħajja ta’ dejjem) u għandu tama sħiħa li għad jirnexxilu jasal fejn jixtieq, għalkemm iħoss li għadu lura. Għalhekk jagħlaq din il-poeżija hekk:

Għadni s’issa qed nittama illi ż-żmien ma jagħlaqlix qabel nasal li niggradwa għall-jien ġdid li għad m’iniex.

Poeżija ħelwa oħra fuq iż-żmien flistess taqsima hija dik li ġġib l-isem ‘Żammni ż-Żmien’. Taħt forma ta’ tixbiha ħelwa Cauchi jikteb li ż-żmien żammu ‘bilqiegħda f’ħoġru’ u bla ma fdah minn taħt għajnejh qagħad ibandlu fuq idejh u jżeffnu fuq irkupptejh. Iż-żmien għad jgħaddi u l-mewt tasal ukoll. It-tmiem tal-poeżija hu mimli fidi fil-Mulej Alla li hu Missierna u 246

għalhekk lest li jilqagħna f’ħoġru wara l-mewt u ż-żmien allura ma jibqax iżjed iżomm fuq ħoġru lillPoeta.

Naf li għad minn ħoġru naqa’ forsi f’waqtu, forsi mhux; nitla’ mbagħad f’ħoġor ħaddieħor fejn jedd fuqi ma jkollux. L-aħħar taqsima, li minnha slitt u għamilt il-kumment kemmxejn fit-tul dwar il-poeżija li ġġib l-isem tal-ktieb, hija l-itwal waħda għax fiha 61 poeżija. Għalija din ittaqsima hija wkoll l-isbaħ għax fiha ħsibijiet tassew milquta poetikament u mhux anqas spiritwalment. Hawnhekk, biex nagħlaq, se nirreferi għall-poeżija ‘Tawtaġġ’. Cauchi jgħid li hu twieled b’isem il-Mulej maħżuż fuqu u dan tah identità unika għax iħoss li hu ta’ Alla bil-jedd għallwens ta’ driegħu. Din il-poeżija mimlija fidi u tama tagħlaq bi ħsieb qawwi.

U jekk nisfa mitluf lil hinn mill-mhux magħruf naf żgur illi jsibuni u mit-tawtaġġ jagħrfuni

u lilek irodduni. ⧀

Ġorġ Borg


In-Nar fl-Ispirtu Tiegħi In-nar fl-ispirtu tiegħi int stess kont li kebbistu, u baqa’ bla ma ntefa għax int mir-riħ ħaristu. Dan-nar fl-ispirtu tiegħi sal-lum bqajt ma fhimtux, u s-sens fl-imġiba tiegħu xi drabi ma nsibux. Kultant ħuġġieġa kbira ta’ ħeġġa biex naqdik; kultant fjamma ċkejkuna, lampier f’nofs il-kursija ta’ ruħi mxennqa għalik... U jħeġġeġ jew inemnem sikwit fil-ħsieb jitfagħni... ‘mma ħaġa waħda ċerta: li n-nar fl-ispirtu tiegħi għalik qed jikkunsmani.

Carmel G. Cauchi

247


Li Nibqgħu

M

Il-Membri Jiktbu

ill-bogħod ilmaħt tlitt itfal, tnejn minnhom rekbin ir-rota. Għarafthom. Wieħed kien ilu ma jiġi l-Museum mis-sajf u t-tnejn l-oħra kienu ilhom mill-Griżma. Tal-aħħar kienu mqarqċin u kemmil darba qalgħulna l-inkwiet fil-Qasam, tant li f’qalbi għedt “Għall-erwieħ!” meta waqfu. Imma issa kont f’dilemma. Insellmilhom u nibqa’ għaddej jew nieqaf inkellimhom u forsi anke nistedinhom jiġu sal-Museum? Wasalt ħdejhom u ddeċidejt li nieqaf. Wara ftit kliem fuq ir-roti, stedinthom jiġu. Minn dawk ittnejn wieħed stkerraħni u l-ieħor baqa’ sal-aħħar jgħid li qatt mhu se jiġi lura. Madankollu l-ġimgħa ta’ wara, b’sorpriża għalija, nara wieħed minnhom il-Museum. Meta staqsejtu għaliex ġie, qalli: “Ridt nisfidak li niġi darb’oħra!”

Minkejja li kemm-il darba nirrepetu li aħna fid-dinja imma mhux tad-dinja, it-tendenzi taddinja jibqgħu fina għax bnedmin aħna. Tendenza minnhom hija li nirriġettaw dak li mhux konformi, dak li hu differenti mill-grupp u mill-bqija tan-nies li nagħmluha magħhom. Tfal diffiċli u kesħin jistgħu jkunu fil-grupp ta’ nies 248

li aħna ma nirriġettawx imma lanqas nippruvaw infittxu.

Il-fatt li nħossuna skomdi ma’ dan it-tip ta’ tfal u komdi ma’ oħrajn aktar doċli x’aktarx niġġustifikawh bl-idea li l-appostolat tagħna jikkonsisti filli ngħallmu t-tagħlim tal-Knisja u rrawmu fil-valuri Nsara u mhux li niġbru t-tfal tattriq, kif kien jagħmel Don Bosco. Iżda huwa l-istess twemmin fittagħlim u l-valuri Nsara li għandu jimbuttana, għax nemmnu li fejn dawn huma nieqsa jkun hemm biss ħsara. Fi kliem Don Lorenzo Milani, aħna rridu “nkunu sptar li jikkura lill-morda u mhux lil dawk f’saħħithom”.


Ħadd minna mhu jippretendi li ‘jikkonverti’ jew iġib lura littfal kollha li jkunu qatgħu millMuseum, imma tajjeb inżommu f’moħħna li Alla jifraħ meta nuru mħabba kemm mat-tajbin kif ukoll ma’ dawk li forsi jkunu xi ftit 'il bogħod minnu. Aħna dixxipli ta’ Kristu u bħalu għandna nibqgħu miftuħin għal kullħadd. Hu proprju dan li jiddistingwi l-imħabba taddixxipli minn dik tal-pagani li jħobbu biss lit-‘tajbin’ jew lil min iħobbhom (Mt 5, 46-48). Huwa wkoll dan l-atteġġjament li jagħmilna differenti millfilantropi, kif jispjega Milani: “The Christian acts for the love of God and loves the other only for interior obligation while the philantropic loves the other and stops. The philantropic therefore is retained to do alms correctly: he has to be

cautious from the faking poor, he has to calculate statistically to see which is the zone in most need, etc... because if in his act efficacy is missing it would lack the reason to be. Not so for the Christian for whom the alms is an interior act which will be weighed only through the measurement of his intention and the sacrifice which it cost him.” (Letter to Don Enzo Palombo-1957) Mela meta niltaqgħu ma’ xi tifel minn dawk ‘l-ibsin’ m’għandniex għax nibżgħu jew nevitawh daqslikieku qatt ma ltqajna miegħu. Nieqfu ftit, nibqgħu għal ftit miegħu, inkellmuh ta’ ħbieb, ninteressaw ruħna fih, nuruh li għad hemm min ġenwinament jirrispettah, għax hekk inkunu nixbhu aktar lill-Imgħallem Ġesù li ma kienx biss jgħallem imma kien ħabib u tabib ta’ kull min kien jgħallem. ⧀

Andrew Cassar

249


Joseph u Collins

F

erħ ta’ ġenn jidħlu bih it-tfal il-Qasam. Ħaffef, ħaffef ħa ngħidu Ave Marija u noħorġu l-blalen. Kuljum qishom ġew l-ewwel darba, ġieli lanqas ċans issellmilhom. Bir-raġun. Għadhom tfal.

Imma Joseph mhux hekk. Jidħol bilmod, qatt imferfex, kalm, mixja umli. Jeħodlok b’idek, iħares f’għajnejk u jkun għadu mhux lest. B’idu għadha f’idek, imiss kemmkemm il-warda ta’ wiċċu ma’ sidrek, imbagħad jerħilha għal mat-table-soccer. Ritwal ta’ ftit sekondi, nistħajlu jissemmagħli ’l qalbi, jara li ma tilfitx mir-ritmu,

250

iserraħ rasu li għadha tbaqbaq. U ħsiebi kull darba jmur fl-Aħħar Ċena u fi Ġwanni b’rasu ma’ sider Ġesù.

Lanqas Collins mhu ta’ iġri u ġerri. Qisu lanqas ikun irid jitlaq millQasam. Qabel jaqbad triqtu lejn id-dar, aħna u mexjin flimkien salgate ta’ barra, ġieli anki sat-triq,


Collins ukoll għandu ritwal ċkejken. L-ewwel darba li għamilhieli ma bsarthiex u ma fhimthiex. Qalli: “Baxxi ftit rasek.” “X’nagħmel, Collins? Inbaxxi rasi?” “Iva, inkella ma llaħħaqx miegħek.” “Imma għaliex?” “Irrid inbierkek,” qalli u għamilli salib ċkejken fuq ġbini. Issa qabel ninfirdu m’għadux joqgħod jgħidli nbaxxi rasi. Tkun baxxuta u lesta, tistenna l-barka tat-tifel, filforma ta’ salib.

Jalla, anki għada, sid il-għalqa jerġa’ jagħtini l-grazzja li nkun imdawwar bit-tfal, mhux biex nippritkalhom, nimpressjonahom jew inberikom jien, imma biex huma jbierku lili. Ħalli ma negħriqx fid-dnub oħxon tal-aljenazzjoni, u nkun nista’ nissemma lill-qalb ta’ dak it-tifel mifxul, ta’ dik l-omm imbikkma, ta’ ħija mħabbat u mtaqqal, ħalli qalbi tħabbat ma’ tagħhom, ħa nkun għalihom ta’ wens. Għada jkun imiss lilhom iserrħu lili. Jalla, la mmur niftaħ dak il-bieb ħa jidħlu l-ħrief u n-nagħaġ, is-Sinjur jgħinni nbaxxi rasi, manswet u umli, ħa jberikni permezz tat-tfal, il-mimmi ta’ għajnejh, u għal darb’ oħra jdoqq ħlejju f’widnejja kliem l-Imgħallem: “Ħalluhom it-tfal ċ-ċkejknin jiġu għandi, la żżommuhomx...” ⧀ Oliver Aquilina

251


Li Rrid Jien Isir?

I

r-rieda hi arma importanti għal kull bniedem li jkun irid jagħmel progress fil-ħajja tiegħu. Wieħed jista’ jmur ’il quddiem daqskemm ikollu rieda fih, kemm fil-ħajja materjali kif ukoll f’dik spiritwali.

Rieda sodda ma taqtax qalbha wara l-ewwel żball jew wara l-ewwel fjask. Tfittex sakemm issib ir-raġunijiet tal-falliment biex tevitah ’il quddiem. Min jintelaq bla rieda jinġarr mill-kurrent. Ilqadfa ’l fuq hi dejjem iebsa, imma meta wieħed jasal fejn ikun xtaq jibda jgawdi l-ferħ u s-sodisfazzjon ta’ min ikun laħaq l-iskop tiegħu. Rieda sħiħa meta mmirata lejn it-tajjeb tagħmel ġid sew lir-ruħ u sew lill-ġisem. Ġieli wieħed

252

jistenbaħ b’rasu tqila u għajjien. Jekk iwaħħalha f’rasu li hu marid jibqa’ l-ġurnata kollha fis-sodda. Imma jekk jagħmel sforz u jqum jaf bil-mod il-mod jiġi f’tiegħu. L-istess fir-ruħ. Bniedem jaf jinkwieta għaliex jiftakar f’xi nuqqas tiegħu u moħħu jibda jhewden dwaru. Sa minn meta tkun għadek żgħir titgħallem li mhux kollox iseħħ kif trid int. U iktar ma tikber u tiltaqa’ ma’ nies differenti jkollok tħalli fil-ġenb dak li tixtieq għall-ġid


tal-grupp. Peress li aħna bnedmin tad-demm u l-laħam mhux dejjem jirnexxilna nagħmlu dan u għalhekk jinqalgħu l-argumenti u l-konflitti.

Jgħidu li fost iċ-Ċiniżi kien hemm drawwa li meta tnejn ikollhom xi jgħidu minħabba kwistjoni li tinqala’ bejniethom, ilaqqgħuhom quddiem il-ġemgħa. Imbagħad iħallu lil kull wieħed jgħid tiegħu bil-patt li l-ewwel wieħed li jgħolli leħnu jew jitlef sabru jkun meqjus bħala li għandu t-tort ta’ kollox. Min ikollu raġun m’għandux għalfejn jitlef il-kalma. Anzi ħafna drabi l-kalma tiegħu turi kemm ikun ċert minn dak li qed jaħseb. Leħen jgħajjat juri li dak li jkun ma jkunx jista’ jirbaħ bir-raġunament u allura jistenna li jirbaħ bl-għajjat. L-għajjat huwa forma ta’ intimidazzjoni u jaf isir bi skop biex

il-parti l-oħra tibża’ u ċċedi. Minnaħa l-oħra l-kalma tista’ tkun aktar persważiva għaliex tagħraf tpoġġi argument wieħed wara l-ieħor. L-agħar meta l-argument tant jisħon li l-manjieri t-tajba jmorru l-baħar u magħhom l-imħabba Nisranijia. Dan ma jfissirx li wieħed ma jesprimix il-fehma tiegħu, forsi anki b’mod animat. L-importanti li wara ż-żewġ partijiet ma jibqgħux distakkati minħabba dak li jkun intqal jew seħħ.

Ir-raġuni m’għandhiex bżonn forza. Hi suppervja li wieħed jippretendi li l-kelma tiegħu għandha tkun dejjem l-aħħar waħda u li ħadd ma jista’ jmerihielu. L-umli jammetti li hemm opinjonijiet oħrajn apparti minn tiegħu. Ftakar li l-għaref jgħarbel kollox filwaqt li l-medjokri jagħlaq għajnejh u widnejh biex jisma’ biss lilu nnifsu. ⧀ Kurt Miceli

253


Mill-Kalendarji “Antiki”... Ta’ 80 Sena Ilu Lulju 1936 “20 ta’ Lulju... Illum il-Ħdax-il Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Isqof ta’ Għawdex, Mons. Michele Gonzi. Alla Missier, noffrulek il-pjagi divini ta’ Ħuna Ġesù Kristu, Ibnek l-għażiż, biex inti tagħni dejjem iżjed lill-Isqof tagħna bl-ispirtu tal-prudenza u tal-qawwa, u tħarsu dejjem millperikli kollha. Ammen.” (Tavola għall-Kalendarju Museumin)

“Iblah quddiem Alla u quddiem il-bnedmin min jitkellem bla riflessjoni. Is-Soċji u l-Kandidati kuljum quddiem xulxin jipproponu quddiem Alla li jkunu foqra, sempliċi, mansweti, umli, li jħobbu d-disprezzi u li jħobbu lil xulxin. Dan hu kliem tassew sabiħ, però jekk ikun ħiereġ minn volontà jew minn qalb disposta u riżoluta li verament tipprattikah. Xi wħud mis-Soċji... jixbhu lil ċimblu li jdoqq biss, u lanqas ma 254

Storja tal-Kalendarju Museumin

jiċċanfru fihom infushom xħin quddiem sħabhom jgħidu bilkelma l-Proponiment u bil-fatti juru l-kuntrarju.” (Ir-Regola f’Idejn il-Parrinu mal-Filjozz Tiegħu) “Il-bniedem jintgħaraf b’dawn it-tliet ħwejjeġ: fil-korla, filborża u fit-tazza.” (Proverbji ta’ Missirijietna, p. 59)

“Liema huma d-devoti foloz lejn Marija Santissima? Id-devoti ipokriti li biex jgħaddu b’nies tajba jġibu l-kuruni jew xi sinjal estern ieħor ta’ devozzjoni lejn Marija Santissima.” (Id-Devozzjoni lejn Marija Santissima, p. 62)


“Min irid il-bajd għandu jsofri l-istorbju tat-tiġieġa.” “Min jinbaħ wisq jimla żaqqu birriħ.” (Proverbji ta’ Missirijietna, p. 71) Ta’ 50 Sena Ilu

Awwissu 1936 “Nisrani, ftakar illi llum inti għandek Alla x’tigglorifika. Ġesù Kristu x’timita. Ruħ x’issalva. Ġisem x’tgħakkes. Virtujiet fiex titħarreġ. Dnubiet x’tiskonta. Ġenna x’tirbaħ. Infern x’taħrab. Eternità x’timmedita. Żmien x’tutilizza. Proxxmu x’tedifika. Dinja minn xiex tibża’. Dimonji ma’ min tissara. Passjonijiet x’tirbaħ. Orazzjonijiet x’tagħmel bla heda. Forsi wkoll mal-mewt tiltaqa’. Ġudizzju x’imissek. O x’serjetajiet għandna fuq rasna!” (Prattika ta’ Kuljum, p. 70)

Lulju 1966 “Toni kien jaħdem ta’ ħajjat u kien jgħix kemm kemm jaqla’ x’jiekol, huwa u ħutu, l-ewwel bħala lavrant imbagħad għal rasu. Kemm-il darba lanqas kien ikollu flus biżżejjed biex jixtri l-materjal għal xi lbies li kienu jordnawlu. Madankollu ma kienx ifalli l-Museum... Kont tarah b’daqxejn ta’ bicycle nieżel u tiela’ għall-Assenjatur... mingħajr ma jiġi qatt tard, fix-xita, bard, dlam u x’naf jien... Fl-aħħar anke l-bicycle kellu jħalli minħabba għajnejh u kien imur bil-mixi.” (Apprezzament: Antonio Cioffi, Soċju minn ĦażŻabbar, 1910-1966, p.146) “‘Miet tifel ta’ 14-il sena b’diżgrazzja!’ Hekk ġriet l-aħbar ma’ Ħaż-Żebbuġ kollu nhar it-Tnejn 9 ta’ Mejju li għadda, meta bil-kemm kien għadu sebaħ... Philip ħareġ filgħodu biex jobdi lil missieru, li tant kien iħobb, biex imur ilkalkara tal-ġir biex jixtri l-ġir għattibjid għax il-festa ta’ San Filep, li Philip tant kien iħobb u li għalih kien imsemmi, kienet fil-qrib... Xħin kien ġej lura mill-kalkara bla 255


ma ntebaħ ġie milqut minn trakk minn wara li sabbtu mal-art u fi ftit ħin Philip kien diġà mejjet.” (IlMewt ta’ Philip Camilleri, Aspirant minn Ħaż-Żebbuġ, pp.102-103)

“Kun il-qaddej tal-oħrajn biex tkun sid tiegħek innifsek.” – J.D. Cognots (Ikel għall-Ħsieb) Awwissu 1966 “Is-Superjur Antonio Debattista, fl-età ta’ 60 sena, appena magħluqa, wara marda kiefra li hu sofra bl-akbar rassenjazzjoni u eżemplarità... ħalla dan il-wied ta’ dmugħ nhar id-19 ta’ Ġunju... Toninu kien il-veru tip ta’ Soċju missjunarju... Attenda bħala Soċju fl-Oqsma tal-Belt u tal-Furjana u ta daqqa t’id f’diversi Oqsma oħra. Kien Superjur fl-Oqsma talPietà, tal-Gżira, Valletta II u San Ġiljan, l-aħħar Qasam li ma swilux sagrifiċċju żgħir, u bħala Superjur ta’ dan il-Qasam huwa għadda għallħajja ta’ dejjem.” (Apprezzament: Antonio Debattista, p.167) “Kont immur il-Quddies kuljum u ħdejja kien ipoġġi żagħżugħ miġbur u attent. Bejni u bejn ruħi għedt: ‘Għaliex ma nkellmux u nħajru jidħol magħna?’ U hekk għamilt... Illum dan huwa Soċju. Forsi dak li issa ma nistax nagħmel jien minħabba ommi qed jagħmlu hu.” (Appell ta’ Soċju Anzjan lisSoċji Żgħażagħ, Ġanni, p.169) 256

“Aħna għandna nkunu konvinti mill-istil li għandna li huwa adatt ferm għal kull żmien għax huwa sempliċi. Iżda aktar ma naġġornaw dan l-istil b’metodi moderni aktar nieħdu frott tal-ħidma tagħna.” (Hemm Bżonn ta’ Riforma? Soċju, p.177) Ta’ 25 Sena Ilu

Lulju 1991 “L-ikel żejjed qatt ma għamel bija. Il-ġisem tiegħi ma jitlobx ħafna ikel. Barra dan dejjem ma għoġbunix il-ħafna nies li għandna Malta li ma jagħtux kas li jżommu ġisimhom f’forma xierqa, u jieklu bla rażan anki bi ħsara tagħhom infushom. Anzi kull meta kilt ftit żejjed wara dejjem iddejjaqt.” (Frater Fragilis, p.198)

“Dan ix-xahar qed niftakru fl-450 sena mit-Twaqqif tal-Kumpanija ta’ Ġesù, u fil-500 sena mit-twelid ta’ San Injazju... L-anniversarji reliġjużi mhumiex biss okkażjonijiet ta’ ċelebrazzjonijiet u tifkiriet storiċi li jħalluna fejn inkunu, imma mumenti ta’ meditazzjoni, tiftix għall-oriġni, u evalwazzjoni tat-tħaddim tal-kariżma tal-fundaturi. Dan nagħmluh b’mod speċjali billi naqraw u nimmeditaw il-kitbiet li ħallewlna.” (Editorjal, p.199)


“Bejn nofs Mejju u l-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju s-Soċji u l-Kandidati kollha tas-Soċjetà kienu mistiedna fi gruppi ta’ madwar ħamsin biex jieħdu sehem f’Assenjatur speċjali fil-Blata l-Bajda fl-okkażjoni tal-ftuħ tad-Dar Ġenerali fuq innaħa tal-Marsa... Wara kien isir trattament u l-membri kienu jiġu mistiedna jduru l-post. Jidher li l-membri apprezzaw ħafna x-xogħol li sar.” (Mid-Djarju Museumin, pp. 202-203) Awwissu 1991 “Niftakar darba ltqajt mal-ewwel Superjur Ġenerali wara ħass ħażin serju u qalli b’ċerta kalma u paċi fuq wiċċu: ‘Kont se nara lil Ġesù imma reġgħet daret.’ Ewġenju Borg kellu wiċċ mislut samrani, rasu tonda, għajnejn bojod bħassilġ u l-ħabba ta’ lewn griż kważi trasparenti. Kull meta kien jitkellem fuq Ġesù, leħnu kien ikun donnu jitriegħed, donnu jhennik; daqqa jkun qawwi, daqqa ġentili u wara li tisimgħu dejjem tgħid: ‘Kellimni Ġesù.’” (Frater Fragilis, p. 230)

“... Malajr inqisu li Soċju hu suċċess għax jgħallem f’żewġ jew tliet shifts, jiġri bil-vannijiet, imur f’Oqsma oħra, jorganizza l-ħin kollu... Faċli ħafna wkoll li s-suċċess inkejluh min-numru ta’ dawk li jattendu l-attivitajiet tagħna: klassijiet tad-duttrina, Qagħdiet, Sajdat, laqgħat tal-ġenituri u x’naf jien... għandna ngħarblu sewwa jekk aħniex naħdmu skont ir-rieda ta’ Alla, kif tabilħaqq kien jagħmel Kristu... L-attivitajiet u n-numri jistgħu jittraduna għax iħajruna nagħmlu fattina u mhux ir-rieda ta’ Alla.” (Editorjal, p.171) “Il-qari fl-Assenjatur, ħlief meta assenjat, għandu jiġi evitat. Ilqari regolari jdejjaq u joqtol l-entużjażmu... Meta joħorġu struzzjonijiet ġodda għandna nimxu fuqhom. Biex nagħtu eżempju, għad hawn min ilMansjonijiet għadu jagħmilhom bħal qabel. Dan mhux sewwa... L-Assenjatur ikun kif nagħmluh. Minn dejjem kien jitqies bħala ruħ is-Soċjetà tagħna. Jekk nagħmluh bit-traskuraġni u ma nibżgħux għalih, inbatu l-konsegwenzi.” (Osservazzjonijiet Importanti, Ġunta tal-Assenjatur, p. 255) ⧀ Miġbura minn Robert Aloisio

257


Avvenimenti Mejju - Ġunju 2016

Djarju Museumin

Il-Film Gates of the Lamb Il-Ġimgħa 29 ta’ April is-Soċjetà organizzat attività għall-pubbliku fejn intwera l-film Gates of the Lamb tad-direttur Adrius Stonys fiċ-Ċentru talKonferenzi Dar il-Ħanin Samaritan. Il-preżentazzjoni kienet tinkludi wkoll introduzzjoni u spjega minn P. Gediminas Numgaudis OFM, Franġiskan mil-Litwanja li pproduċa dan il-film. Wara l-film dawk preżenti qasmu flimkien ir-riflessjonijiet personali tagħhom u staqsew lil P. Gediminas għadd ta’ mistoqsijiet dwar il-film li essenzjalment jittratta s-sagrament tal-Magħmudija. Is-Superjur Ġenerali fl-aħħar tal-laqgħa għamel ukoll irriflessjoni tiegħu. Wara kien hemm ftit ħin informali fejn dawk preżenti setgħu jgawdu l-ġnien taċ-ċentru. Il-Ħadd 1 ta’ Mejju l-istess film intwera lis-Soċji u l-Kandidati. ⧀

258


Pellegrinaġġ fl-Okkażjoni tas-Sena tal-Ħniena f’Kent l-Ingilterra Il-Ħadd l-1 ta’ Mejju l-membri tal-Qasam ta’ Upper Norwood organizzaw pellegrinaġġ lejn is-Santwarju tal-Madonna u ta’ San Xmun Stock fil-Kunvent Karmelitan ta’ Aylesford f’Kent. Grupp ta’ 21 persuna pparteċipaw f’dan il-pellegrinaġġ. Ħafna minnhom jattendu l-laqgħat tal-Bibbja li l-membri tagħna janimaw kull xahar. L-attività kienet tinkludi Quddiesa, riflessjonijiet fuq l-Iskrittura u l-kitbiet tal-Fundatur u Rużarju waqt il-mixja li ntemmet billi l-pellegrini għaddew mill-Bieb Ġubilari tal-Ħniena. ⧀

Inawgurazzjoni ta’ Mafkar ta’ San Ġorġ f’Għawdex

Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju d-Djoċesi ta’ Għawdex inawgurat mafkar tal-bronż ta’ San Ġorġ Preca li tpoġġa f’niċċa filfaċċata tal-Knisja ta’ San Ġakbu fi Pjazza Indipendenza, ir-Rabat. Il-monument hu xogħol l-artist Għawdxi Manuel Farrugia u nħadem fil-Funderija Domus Dei f’Ruma. Iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni ssemmiet ‘Għawdex ifakkar lil Dun Ġorġ’ u inkludiet riflessjonijiet mill-artist, misSuperjur Ġenerali Natalino Camilleri, mill-Onor. Anton Refalo, Ministru għal Għawdex, u mill-E.T. l-Isqof Mario Grech. Fi tmiem iċ-ċerimonja l-Isqof bierek ilmafkar. ⧀

259


Il-Festa tal-Fundatur Is-Soċjetà fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġorġ Preca organizzat seminar ta’ nofstanhar għas-Soċji u l-Kandidati taż-żewġ sezzjonijiet nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju fl-Iskola St. Michael. Is-seminar prinċipalment kien jikkonsisti f’taħdita mill-Assistent Ekkleżjastiku Dun Kevin Schembri dwar il-fedeltà li kull membru għandu jkollu lejn is-Soċjetà u r-Regola. It-taħdita kienet segwita minn xi interventi u mistoqsjiet mill-membri. Wara kien hemm ħin informali bejn il-membri.

Il-Ħadd 8 ta’ Mejju d-Djoċesi ta’ Għawdex organizzat il-pellegrinaġġ annwali lejn il-kappella tal-Midalja Mirakoluża fejn kienet iċċelebrata Quddiesa quddiem il-fdalijiet tal-Fundatur. L-għada t-Tnejn 9 ta’ Mejju, jum il-festa, kienet ikkonċelebrata Quddiesa solenni mill-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi flimkien ma’ numru sabiħ ta’ saċerdoti u reliġjużi. Fl-omelija tiegħu l-Monsinjur semma x-xebh li hemm bejn xi kitbiet ta’ Dun Ġorġ u dak li kiteb il-Papa Franġisku fil-Misericordiae Vultus. L-Oqsma kollha tasSoċjetà organizzaw u animaw il-Quddiesa ta’ nhar il-festa fil-parroċċi fejn huma jwettqu l-appostolat Museumin. ⧀

260


Pellegrinaġġi tas-Sena tal-Ħniena f’Malta u f’Għawdex Nhar l-Erbgħa l-1 ta’ Ġunju s-Soċjetà organizzat pellegrinaġġ għallmembri taż-żewġ Sezzjonijiet fl-okkażjoni tas-Sena Ġubilari tal-Ħniena. Ilpellegrinaġġ beda fil-Kolleġġjata tal-Immakulata Kunċizzjoni f’Bormla fejn il-membri talbu l-Vestis Honoris. Wara kulħadd ħa sehem f’mixja penitenzjali lejn il-Bażilika tat-Twelid ta’ Marija fl-Isla. Wara d-dħul mill-Bieb tal-Ħniena, sar servizz penitenzjali li fih intużaw riflessjonijiet mis-Salm fuq il-Ħniena ta’ Alla, kitba tal-Fundatur. Waqt is-servizz kien hemm bosta konfessuri li amministraw is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni. Fl-istess ħin il-membri Għawdxin ħadu sehem f’pellegrinaġġ simili fis-Santwarju tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Qala. ⧀

Skultura tal-Ħanin Samaritan Nhar is-Sibt 4 ta’ Ġunju fiċ-Ċentru tal-Konferenzi Dar il-Ħanin Samaritan ġiet imbierka skultura fil-bronż tal-artist Mario Borg. Din il-biċċa xogħol tittratta proprju l-parabbola tal-Ħanin Samaritan. Wara l-qari tas-silta mill-Evanġelju ta’ San Luqa saret riflessjoni qasira u wara s-Sur Mario Borg spjega l-proċess li hemm wara l-iskultura fil-bronż. Fl-aħħar Mons. Lawrence Gatt bierek l-iskultura li issa tista’ titgawda minn dawk kollha li jiffrekwentaw u jżuru l-post. ⧀ 261


Assenjatur għal Lulju u Awwissu 2016 Dommatika Lezzjoni 64: Żvilupp talKristoloġija fl-ewwel sekli Lezzjoni 65: Il-Kristoloġija medjevali u moderna Lezzjoni 66: L-Inkarnazzjoni – L-Unjoni Ipostatika Lezzjoni 67: Veru Alla u veru bniedem Lezzjoni 68: Il-komunikazzjoni tal-idjomi Lezzjoni 69: Kif l-Iben ta’ Alla sar bniedem Lezzjoni 70: Kristu sar bniedem bħalna f’kollox barra d-dnub

Morali Lezzjoni 47: Il-kuxjenza u d-dnub Lezzjoni 48: Il-mistifikazzjoni taletika tas-sitwazzjoni Lezzjoni 49: Il-mistifikazzjoni taddnub Lezzjoni 50: Il-libertà tal-kuxjenza Lezzjonijiet 51-52: Tipi ta’ kuxjenza

Bibbja Lezzjoni 14: Il-Kanoni tat-TQ Lezzjoni 15: Il-Kanoni tat-TĠ Lezzjoni 16: It-trasmissjoni tattest bibliku Lezzjoni 17: Il-Kotba Apokrifi Lezzjoni 18: L-interpretazzjoni tal-Bibbja (1) 262

Spiritwalità Lezzjoni 40: Kelma li ħadet ġisem uman Lezzjoni 41: Il-limiti tal-ħsieb razzjonali Lezzjoni 42: Qawwa fil-kelma, diffikultajiet fina Lezzjoni 43: Alla jidħol f’relazzjoni mal-bniedem Lezzjoni 44: Il-Patt fil-Bibbja Lezzjoni 45: L-għeruq tal-kunċett Storja The Story of the Church, Her Founding, Mission and Progress, paġni 488-492 (Slides 176-183 u videos: The Church and the Third Reich (parts 2-3))

Kateketika Lezzjonijiet 22-23: Meta tibda ma’ klassi ġdida: punti prattiċi (1-2) Liturġija Lezzjoni 160: Il-mewt Nisranija u s-Sagramenti tal-Inizjazzjoni Lezzjoni 161: Il-mewt u l-Ispirtu s-Santu

Tagħlim Soċjali tal-Knisja Il-Kompendju tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja – Kapitlu 11

Dokument tal-Knisja L-Enċiklika tal-Papa Franġisku Laudato Si’: art. 115-155


Assenjatur għal Lulju 2016 Sancte Elia et Omnes Sancti Carmelitani — orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali ta’ S. Elija u tal-qaddisin kollha Karmelitani. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla jippreserva s-Soċjetà mid-dnub, iqegħidha fl-okkażjoni li tagħmel ilġid u jagħmel li hija ssofri.

Ħsieb tax-xahar Li min jgħallem jiġbor ħlas f’mewtu għax it-tagħlim huwa l-għajn ta’ kull ġid. Unjoni Museumina 3 Ir-ritratt ta’ veru ragħaj spiritwali: Epistola – 1 Pt 5, 1-11 Evanġelju – Mt 23, 1-12 Ktieb il-Kbir – Paġna 3 Programm Speċjali 16 Il-Madonna tal-Karmnu 23-24 Programm Speċjali tal-Virtujiet

Qagħda 2 Salm 65 (64) 9 Ġesù jiddisputa (Lq 2, 40-52) (Qagħda nru. 81) Kommemorazzjoni 8 San Kamillu de Lellis Profil nru. 19 22 Beatu Titu Brandsma Profil nru. 55 29 San Leopoldu Mandic

Taħdita 22 San Ġorġ Preca u Ewġenju Borg: relazzjoni spiritwali bejn żewġ qaddisin Paġna Tal-Fundatur 1 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 59 8 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 60 15 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 61 22 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 62 29 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 63 Regola 7 Direttorju Ġenerali nru. 148-152

263


Lulju 2016 1 Il-Ġimgħa B. Injazju Falzon 2 Is-Sibt (S. Bernardinu Realino) 3 Il-Ħadd L-14 tas-sena 4 It-Tnejn S. Eliżabetta tal-Portugall 5 It-Tlieta S. Anton M. Zaccaria 6 L-Erbgħa S. Marija Goretti 7 Il-Ħamis (S. Apollinare) 8 Il-Ġimgħa S. Akwila u S. Prixxilla 9 Is-Sibt Il-Martri taċ-Ċina 10 Il-Ħadd Il-15 tas-sena 264

Mansjonijiet Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Qagħda Prekatorju 48 Kant: Sliem għalik

Ġustizzja

Ħniena

Quddiesa flimkien, Irtir talEwwel Ħadd, Unjoni Museumina Omnipotenza u passiġġata Morali Studji Bibliċi Sentenzi Leħen il-Maħbub Morali Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sawm għas-Soċji Vestis Sapjenza Kult lil Alla Tagħna u Professjoni Regola Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi Qagħda Prekatorju 49 Kant: Sliem għalik

Quddiesa flimkien u passiġġata

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza


11 It-Tnejn S. Benedittu 12 It-Tlieta (S. Ġwann Gwalbertu) 13 L-Erbgħa S. Enriku 14 Il-Ħamis S. Kamillu de Lellis 15 Il-Ġimgħa S. Bonaventura 16 Is-Sibt Il-Madonna tal-Karmnu 17 Il-Ħadd Is-16 tas-sena 18 It-Tnejn (S. Arnolfu) 19 It-Tlieta (S. Makrina) 20 L-Erbgħa S. Elija 21 Il-Ħamis S. Lawrenz ta’ Brindisi

Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Epistolarju Dommatika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu Spiritwalità Kult tal-Pjagi 10 posti Rużarju

Programm Speċjali 10 posti Rużarju

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Quddiesa flimkien, Kult Latrija u Omnipotenza passiġġata Morali Studji Bibliċi Sentenzi Spiritwali

Morali Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu

Eternità

Immensità

● Qamar Kwinta

Sapjenza

265


22 Il-Ġimgħa S. Marija Maddalena 23 Is-Sibt S. Briġida tal-Isvezja 24 Il-Ħadd Is-17 tas-sena 25 It-Tnejn S. Ġakbu l-Kbir

26 It-Tlieta S. Anna u S. Ġwakkin 27 L-Erbgħa (S. Venera) 28 Il-Ħamis (S. Nażarju u S. Ċelsu) 29 Il-Ġimgħa S. Marta 30 Is-Sibt S. Pietru Krisologu 31 Il-Ħadd It-18 tas-sena

266

Kommemorazzjoni Taħdita Kult tal-Pjagi Programm Speċjali

Ġustizzja

Ħniena

Il-130 Anniversarju tat-Twelid tal-Qaddej ta' Alla Euġenju Borg Omnipotenza Quddiesa flimkien, Programm Speċjali u passiġġata Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi tal-Fundatur

Eternità

L-54 Anniversarju tal-Mewt talFundatur Tagħna S. Ġorġ Preca Immensità Dommatika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Sawm għas-Soċji Laqgħa Ġenerali Il-Kult lil Alla tagħna fil-privat Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Eloquia Arloġġ Korali (l-ewwel parti) Kant: Sliem għalik

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Quddiesa flimkien, Arloġġ Korali Omnipotenza (it-tieni parti) u passiġġata


Assenjatur għal Awwissu 2016 Omnes Sancti Agostiniani — orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali tal-qaddisin kollha tal-Ordni Agostinjan. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla bil-potenza u bil-ħniena tiegħu jipprospera s-Soċjetà Museumina għall-utilità tal-Knisja rigward it-tagħlim.

Ħsieb tax-xahar Li minħabba li fid-dinja hawn bżonn tat-tagħlim tal-ħajja, għalhekk issa hu l-waqt li nitfgħu żrieragħ tajba biex nieklu frott bil-kotra fi żmien il-ħsad.

Unjoni Museumina 7 Il-prezzjożità ta’ ruħ bniedem: Epistola – 1 Pt 1, 13-21 Evanġelju – Lq 9, 18-27 Ktieb il-Kbir – Paġna 4

il-

Qagħda 6 Salm 66 (65) 13 Kristu fid-deżert (Lq 4, 1-14) (Qagħda nru. 83) 20 Pawlu f’idejn il-Lhud (Atti 21, 18-40) (Qagħda nru. 412) Kommemorazzjoni 12 San Ġwann M. Vianney Profil nru. 44 26 San Bernard Profil nru. 56

Assenjatur Speċjali 15 It-Tlugħ fis-Sema ta’ Marija

Taħdita 19 Għajnuna għall-perseveranza fil-vokazzjoni Paġna Tal-Fundatur 4 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 64 11 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 65 18 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 66 25 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 67 Regola 27 Direttorju Ġenerali nru. 153-165

267


Awwissu 2016 1 It-Tnejn S. Alfons M. De Liguori 2 It-Tlieta (S. Ewsebju ta’ Vercelli) 3 L-Erbgħa (S. Lidja)

Morali Studji Bibliċi Proverbji

Morali Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Laqgħa Ġenerali

Kateketika 4 Il-Ħamis Liturġija S. Ġwann M. Vianney Kult ta’ Wiċċ Kristu

5 Il-Ġimgħa Dedikazzjoni talBażilika ta’ S. Maria Maggiore 6 Is-Sibt It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej 7 Il-Ħadd Id-19 tas-sena 8 It-Tnejn S. Duminku 9 It-Tlieta S. Edith Stein 10 L-Erbgħa S. Lawrenz

268

Mansjonijiet Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Qagħda Prekatorju 50 Kant: Sliem għalik

Quddiesa flimkien, Unjoni Museumina u passiġġata

Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Leħen il-Maħbub

Dommatika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Laqgħa Ġenerali

Eternità

Immensità Immutabiltà Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà


11 Il-Ħamis S. Kjara ta’ Assisi 12 Il-Ġimgħa S. Ġwanna Franġiska de Chantal 13 Is-Sibt S. Benildu 14 Il-Ħadd L-20 tas-sena 15 It-Tnejn It-Tlugħ fis-Sema ta’ Marija 16 It-Tlieta S. Stiefnu tal-Ungerija 17 L-Erbgħa (S. Ġjaċint) 18 Il-Ħamis S. Albertu Hurtado 19 Il-Ġimgħa S. Ġwann Eudes 20 Is-Sibt S. Bernard

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu

Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Qagħda Prekatorju 51 Kant: Sliem għalik

Quddiesa flimkien u passiġġata 10 posti Rużarju

Assenjatur Speċjali 10 posti Rużarju

Morali Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Sawm għas-Soċji Laqgħa Ġenerali Il-Kult lil Alla Tagħna fil-privat

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu

Taħdita Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Qagħda Prekatorju 52 Kant: Sliem għalik

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà

● Qamar Kwinta

Ġustizzja

Ħniena

269


21 Il-Ħadd Il-21 tas-sena 22 It-Tnejn Marija Reġina 23 It-Tlieta S. Roża ta’ Lima 24 L-Erbgħa S. Bartilmew 25 Il-Ħamis S. Lwiġi IX 26 Il-Ġimgħa S. Żeferinu 27 Is-Sibt S. Monika 28 Il-Ħadd It-22 tas-sena 29 It-Tnejn Il-Martirju ta’ S. Ġwann il-Battista 30 It-Tlieta S. Ġwanna Jugan 31 L-Erbgħa S. Rajmondu Nonnatu

270

Quddiesa flimkien u passiġġata

Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Epistolarju

Dommatika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Laqgħa Ġenerali

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu

Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Sawm għas-Soċji Vestis u Kult lil Alla Tagħna Regola

Quddiesa flimkien u passiġġata

Morali Studji Bibliċi Sentenzi mit-TQ

Morali Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Laqgħa Ġenerali

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà


... Ħdejk tlajt nilheġ, omm il-ħajja: int kif rajtni, Fjur tal-Karmnu, lbiesek tajtni. Kont żagħżugħ; l-imrar tal-ħajja ma kienx għadu mess xufftejja, u jekk qatt demgħa fuq ħaddejja, daqqiet taqbeż minn għajnejja, b’wiċċ il-ħelu ta’ dik ommi terġa’ tfeġġ id-daħka f’fommi. Hawn fejn lilek qed inkellem, u nsellem, hawn filgħodu u filgħaxija kont tarani fi tfuliti; hawn, Marija, kont jien niġi, leħni nsemma’ fis-sejħat tal-litanija, fit-tnehid ta’ Ġeremija. Fejnek issa, żmien ta’ dari, ja żmien ħelu taż-żgħożija, meta kollox kien ġo fija, għana u dija! Ah! Marija, ja Marija, kemm dmugħ żdied issa ma’ tiegħi! X’dalma din! X’lejla waħxija! Omm u xbejba ta’ kull ħlewwa, li bik biss qalbi tithenna, tħallinix aktar nistenna, tħallinix iżjed li nara dix-xmara ta’ dmugħ għaddejja: ejja, ejja fuq is-sodda tal-mewt tiegħi; ejja fis agħlaq għajnejja: lilek, ja sbejħa, l-aħħar sejħa, l-aħħar kelma ta’ xufftejja. Patri Anastasju Cuschieri (silta minn Fis-Santwarju tal-Karmnu)

Talba

271


Il-Knisja għandha l-missjoni li xxandar il-ħniena ta’ Alla, il-qalb tħabbat tal-Vanġelu, li min-naħa tagħha trid tippenetra l-qalb u l-moħħ ta’ kull bniedem. L-Għarusa ta’ Kristu trid tfassal imġibitha fuq dik tal-Iben ta’ Alla li kien joħroġ jiltaqa’ ma’ kulħadd mingħajr eċċezzjoni. Fi żmienna, meta l-Knisja hi mibgħuta għall-evanġelizzazzjoni ġdida, it-tema tal-ħniena jeħtieġ li tiġi proposta ripetutament quddiem id-dinja b’ħeġġa ġdida u b’azzjoni pastorali mġedda. Hu assolutament essenzjali għall-Knisja u għall-kredibiltà tal-messaġġ tagħha li tgħix u tkun hi l-ewwel li tgħix il-ħniena u tagħti xhieda għaliha. Il-lingwaġġ u l-ġesti tagħha għandhom jittrasmettu l-ħniena b’mod li tmiss il-qlub tal-bnedmin kollha u għal darba oħra tispirahom biex isibu t-triq li twassalhom għand il-Missier. Misericordiae Vultus Par. 12


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.