† Verbum Dei caro factum est Is-86 Sena Ħarġa Numru 5 Settembru - Ottubru 2016
Editorjal Nirringrazzjak Denjament Li Ħlaqtni Snin ta’ Grazzja 50 Sena mill-Inkorporazzjoni 50 Sena Soċju Mil-Laqgħa Ġenerali Dun Ġorġ: Monaku fl-Ispirtu, Attiv fl-Appostolat (It-Tieni Parti) Qrajt Ktieb tal-Fundatur Ittra Popolari fuq il-Manswetudni Il-Klassiċi fil-MUSEUM Ir-Ruħ ta’ Kull Appostolat Każ Morali Il-Moralità u l-Ispin Doctors Mort Irtir Il-Papa Franġisku bħala Mudell għas-Soċju
275 278 280 283
286 290 295 298
Missjoloġija Il-Qalb Tħabbat tal-Vanġelu Laudato Si’ Naffaċċjaw ir-Realtà Il-Pittura tal-Faċċata Is-Samaritan it-Tajjeb ta’ François-Léon Sicard Letteratura Lill-Madonna ta’ Soledad Il-Membri Jiktbu Kompromessi u Kumpensazzjonijiet Il-Manswetudni Jitkellmu Ħafna Fuqha Together4europe Storja tal-Kalendarju Museumin Mill-Kalendarji “Antiki”... Djarju Museumin Assenjatur Talba
Rivista ta’ kull xahrejn għall-użu privat tal-membri tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M.
Direzzjoni u Amministrazzjoni: Dar Ġenerali 207 Triq San Ġorġ Preca, Marsa MRS 9010
Issettjar u stampar: Veritas Press, Ħaż-Żabbar
www.sdcmuseum.org e-mail: info@sdcmuseum.org
301 306 308 310 313 316 317 319
322 326 330 339
Nirringrazzjak Denjament Li Ħlaqtni
W
Editorjal
aħda mill-iqsar talbiet li nsibu fl-Arloġġ Museumin nitolbuha kmieni filgħodu hekk kif inkunu qegħdin nibdew jum ġdid. F’dan l-ewwel ringrazzjament tal-ġurnata għall-ħabta tas-6:45 a.m. lil Alla noffrulu l-pjagi divini ta’ Kristu Ibnu biex nirringrazzjawh talli ħalaqna. Talba sempliċi li permezz tagħha napprezzaw ir-rigal sabiħ u essenzjali tal-ħajja li tana Alla. Tassew jixraq li fis-sebħ ta’ ġurnata ġdida toħroġ minn qalbna din il-gratitudni li b’xi mod tista’ tagħti sens lill-bqija tal-jum. Minkejja li s-sigħat li jsegwu mhux dejjem ikunu passi ħfief li rridu nimxu, aħna xorta mistiedna nibqgħu grati lejn is-Sinjur Alla kollu providenza. Wara kollox dan huwa dak li bil-fidi jitlob is-serv ta’ Alla wara t-Tqarbin: “Agħtini l-grazzja li nirringrazzjak fuq kulma jiġi fuqi, sija ħwejjeġ prosperi kif ukoll penużi, għax kollox jiġi minnek.” Hawn min sfortunatament tilef dan is-sens ta’ ringrazzjament u dan jista’ jseħħ minħabba diversi fatturi u ċirkustanzi li jkunu wasslu lil dik il-persuna biex tħares lejn il-ħajja b’mod negattiv. Hawn min qalbu hija mimlija b’sens kbir ta’ ħtija, b’diżappunti u fallimenti, bi frustrazzjonijiet u bi skuraġġimenti li qajla jħallu spazju għal sens san ta’ gratitudni. Dawn il-persuni jeħtieġu ħafna mħabba u sensittività. Għax hija biss l-imħabba u s-sensittività ta’ xi wħud mill-bnedmin ħuthom
li tista’ twassalhom jagħrfu l-imħabba eterna ta’ Alla u b’hekk jerġa’ mill-ġdid ibexbex ftit dawl fil-ħajja tagħhom. Huwa biss min hu konxju u grat li rċieva ħafna li jista’ jintebaħ bil-feriti fl-oħrajn u b’hekk jiddeċiedi li jingħata u jħenn għalihom. Apparti d-don tal-ħajja, aħna rċevejna wkoll ir-rigal talvokazzjoni partikulari tagħna u għalhekk inħossu l-bżonn li nirringrazzjaw lil Alla ta’ din ukoll. Min ma jħossx ix-xewqa li 275
jirringrazzja lil Alla għas-sejħa tiegħu ma jistax jgħixha b’mod san u llum jew għada kollox jibda jsir insopportabbli. Dan japplika għal kull vokazzjoni. Ilmument meta l-persuna msejħa tieqaf tirringrazzja lil Alla huwa l-mument li fih il-vokazzjoni ssir piż, huwa l-mument meta tieqaf temmen, meta tieqaf tħobb, meta tieqaf tingħata, meta tieqaf tikber. Mhumiex ħafna l-alternattivi ta’ min waqaf jikber u jimmatura: staġnar, kompromessi u eventwalment il-mewt interjuri: “B’konsegwenza jasal li jwarrab id-deċiżjonijiet kollha li jkun ħa meta ta lilu nnifsu lil Alla filvokazzjoni tiegħu.” (Oasi li Ttaffi l-Għatx, 3.1). Ma jkun qatt li ngħaddu minn dan. Imma jekk għal xi raġuni jew oħra ngħaddu minn din l-esperjenza, allura nitolbu l-grazzja tal-konverżjoni, il-grazzja li nitgħallmu mill-iżbalji tagħna, il-grazzja li nqumu millġdid, il-grazzja li ngħixu s-sejħa tagħna fi ħdan Alla, grati li millmewt ġibidna minn xagħarna għall-ħajja. Huwa tajjeb, neċessarju u ta’ benefiċċju għal kull membru fisSoċjetà li b’mod sinċier jirrifletti u jinnota għal xiex għandu jirringrazzja lil Alla. Il-lista tista’ tkompli titwal daqskemm wieħed jidħol fil-profond tal-vokazzjoni tiegħu. Nirringrazzjaw lil Alla li: 276
Aħna qed nittrattaw ma’ Alla tal-qlub tagħna li jħobbna b’imħabba eterna.
Aħna qegħdin fit-triq tal-qdusija permezz tal-għejxien tar-Regola.
Aħna nistgħu nimitaw lil Ġesù fl-umiltà u l-manswetudni. Aħna kollaboraturi ta’ fit-tixrid tal-Aħbar it-Tajba.
Ġesù
Aħna nistgħu nikbru dejjem iktar fil-kultura tat-tagħlim. Aħna nistgħu ningħataw f’ħajja ċelebi u f’appostolat ġeneruż. Aħna nistgħu sempliċi.
ngħixu
ħajja
Aħna nistgħu nagħmlu ħafna ġid mingħajr ħafna daqq ta’ trombi u storbju. Aħna nistgħu nkunu ta’ servizz għall-oħrajn mingħajr pretensjonijiet tal-ebda forma.
Aħna nistgħu nsibu u nagħtu għajnuna sinċiera u bla interessi fid-direzzjoni spiritwali. Aħna nistgħu mmorru minn Qasam għal ieħor bil-libertà skont il-bżonn tas-Soċjetà
Aħna nistgħu niġu f’kuntatt ma’
ħafna nies minħabba n-natura talmissjoni tagħna.
Aħna nistgħu nkunu sors ta’ ferħ u tama għall-familjari tagħna, għal membri oħra, tfal, żgħażagħ, ġenituri u kollegi fuq ix-xogħol. Aħna, minkejja l-limitazzjonijiet tagħna, bħala membri kapaċi nkunu ħbieb u aħwa ta’ xulxin u kapaċi naħdmu flimkien. Aħna jkollna l-okkażjoni nipprattikaw il-maħfra l-paċenzja ma’ xulxin.
li u
Aħna nistgħu nistrieħu flimkien f’ambjenti sani u paċifiċi. Aħna nistgħu niċċajtaw ma’ xulxin u kapaċi nidħqu daħka flimkien.
Aħna qegħdin f’Soċjetà fejn sħabna jixtiqulna l-ġid u lesti jgħinuna. U l-bqija...
Huma ħafna l-grazzji li nirċievu permezz tal-vokazzjoni tagħna. Dun Ġorġ kien konvint li din tagħna hija vera vokazzjoni u fiddaħla għar-Regola jiktbilna: “Kull Soċju għandu jkollu raġuni soda biex jikkonforta ruħu b’sinjal ta’ grazzja hekk kbira.” Jagħmel ħafna sens il-parir li jagħti Charles Dickens li faċilment nistgħu napplikawh għalina: “Irrifletti fuq il-barkiet preżenti – li kull bniedem għandu ħafna minnhom – u mhux fuq l-isfortuni passati – li kull bniedem għandu xi ftit minnhom.”
Soċju staqsa lil Soċju ieħor dwar ilpassat tiegħu meta kien qed iservi f’Qasam partikulari għal ħafna snin u fejn id-diffikultajiet ma naqsux. Ċara, konċiża, konvinta, sinċiera u inkoroġġanti kienet irrisposta tiegħu: “Kien żmien sabiħ. Deo gratias!” ⧀
277
50 Sena Mill-Inkorporazzjoni
J
Snin ta’ Grazzja
iena bdejt immur il-Museum ta’ ħames snin. Fir-raħal tagħna, ixXewkija, il-MUSEUM tal-Bniet ilu jopera mitt sena. Bħala duttrina ma kellniex ċentri oħra minbarra l-Museum. Malli tagħlaq ħames snin dritt għall-Museum u jiena hekk ġrali. Għamilt l-Ewwel Tqarbina u wara li rċevejt il-Griżma tal-Isqof, li dak iż-żmien kienet issir ta’ seba’ snin, bqajt nattendi kuljum. Is-Soċji li kellna kienu kollha anzjani għax kienu kollha minn tal-bidu. Kienu jifirħu ħafna bina. Skola ma kinux jafu. Qabel saru Soċji la kienu jafu jiktbu u lanqas jaqraw. Tgħallmu jiktbu u jaqraw meta ġew biex isiru Soċji. Il-ferħ u l-imħabba li kellhom bejniethom u għalina ma nistax infissirha bilkliem! Il-mod kif kienu jitolbu għadu stampat f’moħħi u f’qalbi. Meta kienu jagħtuna l-paċi, l-għafsa ta’ jdejhom kont inħossha f’qalbi. L-eżempju tagħhom u l-imħabba li kellhom għattagħlim ma ninsiehom qatt. Kienu jgħallmuna ħafna sentenzi talLeħen il-Maħbub. Kienu jgħidulna biex naqraw il-Vanġelu. Darba tawna l-ktieb L-Erba’ Vanġeli biex naqrawh u ngħallmuh lit-tfal tal278
klassi. Dan l-aħħar qrajt li l-Papa Franġisku qal: “Il-Vanġelu huwa l-ktieb tal-ħniena ta’ Alla. Huwa ktieb li wieħed għandu jaqra u jerga’ jaqra.” U jiena għedt: “Kemm qed nirrifletti l-episodji li għandna fit-talb tal-Arloġġ?”
Hekk kif wasalt għas-sittax-il sena, fl-1960 ġew xi Soċji Maltin u għamlu Sajda fix-Xewkija. IxXewkin attendew bi ħġarhom. Żewġ Superjuri damu magħna kważi xahar u ħafna nies kienu jmorru jkellmuhom u jeħdulhom xi affarijiet tal-ikel. Filgħaxija kienu jgħallmu u jħeġġu lilna, birriżultat li t-tfajliet żdiedu u baqgħu jiġu. Jiena kont għamilt kuraġġ għax għedt: “Issa jkun hemm ftit żgħar, mhux anzjani biss.”
Żewġ Superjuri Maltin baqgħu jiġu jżuruna kull ħmistax, sajf u xitwa, bnazzi u maltemp. Jekk kien jaħdem il-vapur, arahom ġejjin u jqattgħu l-weekend magħna. Jiena l-vokazzjoni tiegħi nafha lilhom bid-direzzjoni li kienu jagħtuni. Meta wasalna għaċ-Ċerimonja talKandidati, ippreparawna kemm felħu. Il-ġurnata kienet id-29 ta’ April 1962. Dakinhar ipproponejt quddiem il-Kurċifiss li rrid inħares lejh il-ġranet kollha ta’ ħajti. Din is-sentenza spiss niftakar fiha u nipprova ngħixha.
Issa li konna numru kollha żgħażagħ, bdejna noħorġu passiġġati twal fix-xitwa lejn Ta’ Ċenċ u fis-sajf lejn Mġarr ix-Xini, dejjem bil-mixi. Kien żmien sabiħ taż-żgħożija. Kienu jiġu ħafna tfal magħna għax issa kollha kellna klassi x’nieħdu ħsieb. Konna ngħaddu ġranet sħaħ filQasam, innaddfu u nippreparaw il-premijiet u xi play għall-Milied. Jiena l-Qasam kien l-għaxqa tiegħi,
għax fejn tħobb il-qalb jimxu r-riġlejn. Issa kien wasal iż-żmien tal-Inkorporazzjoni. Kelli għoxrin sena u għall-ewwel rajtha ftit iebsa biex nintrabat u żammejt lura. Imma bil-għajnuna taddirezzjoni li kelli rbaħt lili nnifsi u ddeċidejt. U waslet il-ġurnata tal-Inkorporazzjoni li ma ninsieha qatt. Il-ġenituri tiegħi tgħidx kemm ħadu gost bija, speċjalment ommi. Tgħidx kemm kienet ta’ sapport għalija bil-kuraġġ li kienet tagħmilli.
Wara li ngħid grazzi kbira lil Alla ta’ dawn l-ewwel mitt sena tal-preżenza tal-MUSEUM filparroċċa tagħna u tal-ħamsin sena tiegħi fil-MUSEUM, ngħid grazzi wkoll lil dawk is-Superjuri u s-Soċji li tant għenuni biex bdejt it-triq u komplejtha s’issa, xi ħaġa li ma jiddispjaċinix minnha. Grazzi, Sinjur Alla, u aħfirli, Sinjur Alla! ⧀ Maria Vella 279
50 Sena Soċju
H
awn membri li jgħidulek li sa minn meta kienu Kandidati, jekk mhux ukoll Aspiranti, kienu deċiżi li jsiru Soċji. Jiena m’iniex wieħed minnhom. Meta kont Aspirant u anki Kandidat kont bi ħsibni nitlaq malli toqrob l-Inkorporazzjoni. Illum ma nistax nirringrazzja ’l Alla u lil Ommna Marija biżżejjed għal dak li għamlu miegħi. Meta kont Preparatorja u Magħżul dejjem kont l-ewwel fl-attendenza, tagħlim u sentenzi, imma meta waslet iċ-Ċerimonja tal-Magħżulin ma ġejtx magħżul biex nagħmilha. Ma nafx għaliex. Kienet l-ewwel prova li x-xitan għamel biex jiena nitlaq mill-MUSEUM. Kif spiċċat ma nafx imma dawk kollha li għamlu ċ-Ċerimonja telqu u jien għadni hawn. Min jaf min kien qed jitlob għalija; żgur li ommi waħda minnhom. Niftakar li l-Quddiesa u t-Tqarbina kważi ma kont nitlifhom qatt. Kemm għandi memorji sbieħ tal-ġranet fil-kampanja talImtaħleb, il-Baħrija u l-Irdumijiet ta’ Ħad-Dingli. Malli kelli 14 jew 15-il sena, is-Superjur Ġużeppi Adami tani klassi (naħseb li kienet tal-Griżma) u fiha kien hemm l-imqarbin. Għajnuna kważi ma kelli xejn imma kont nipprepara u nivvinta x’se nagħmlilhom: katekiżmu, stejjer, filmini u anki xi sentenzi. 280
Meta tlajt Kandidat is-Superjur mill-ewwel tani materja: Storja tal-Knisja jew Leħen il-Maħbub. Il-klassi kienet għal qalbi u anki l-Assenjatur, imma l-Arloġġ ma kontx nafu bl-amment. Wasal iż-żmien tal-Inkorporazzjoni u l-Kultur, Joe Vella, staqsieni rridx ninkorpora u jien għedtlu le. IsSuperjur qalli li ma kelli xejn xi jżommni; insir Soċju u wara nara. Kont għadni qed nistudja u ma kellix għaliex nitlaq daqshekk malajr. Ma nafx kif nirringrazzja ’l Alla u ’l-Madonna li tawni l-grazzja li ngħid ‘iva’. Bil-mod il-mod ilvokazzjoni bdiet tissaħħaħ u jien bdejt inqawwi l-konvinzjoni li s-sejħa għalija hija dik ta’ Soċju fil-MUSEUM. Din is-sena qed niċċelebraw is-Sena tal-Ħniena. Jien nista’ ngħid li Alla ilu li wera ħniena miegħi minn dakinhar li jien għedt ‘iva’ għal dik l-għażla li dak iż-żmien ma kinetx tidher daqshekk ċara.
Kien hemm diffikultajiet, sagrifiċċji u tbatijiet. Fil-fatt nista’ ngħid li kienu ħamsin sena ta’ sfidi. Sfidi li ġew minn ħafna angoli – mix-xitan li jobgħod it-tagħlim, mid-dinja tax-xogħol u anki minn ġewwa. Imma l-qawwa ta’ Alla u tal-Verġni Marija għelbuhom. Irrid ngħid li dak iż-żmien ta’ żgħożiti ma tantx kelli eżempji sbieħ. Nirringrazzja wkoll lill-Fundatur li qatt ma ħadt deċiżjonijiet mgħaġġla. Malli sirt Soċju bdejt immur l-irtiri ta’ tlett ijiem li kienu żgur mezz qawwi biex nirrifletti u neżamina lili nnifsi. Kemm kien għal qalbi dak il-kwiet ta’ Mount Saint Joseph fil-ġnien u fil-prayer room. Waħħalt f’rasi li nistudja l-Arloġġ bl-amment biex inkun nista’ nitolbu b’iktar ħeffa. Id-direzzjoni spiritwali bdejt nagħmilha b’aktar regolarità u bdejt inkun iktar doċli u attent. Hawnhekk jien fhimt li s-sejħa tiegħi hi mingħajr dubju dik Museumina. Issa saru l-Arloġġ Museumin u d-direzzjoni spiritwali li kienu jżommuni sod fit-triq li kelli quddiemi.
281
Kont spiss inġib quddiem għajnejja li l-iskop tas-Soċjetà huwa tassew nobbli: tgħallem biex issalva l-erwieħ! Li tkun taħt Regola hija triq żgura u ħafifa għax taf ċar xi trid tagħmel.
Kompla għaddej iż-żmien u kien hemm deċiżjoni oħra iebsa. Għallbidu ma ridtx noqgħod Superjur. Rajtha rabta kbira, imma anki hawn wasalt biex ngħid iva. Meta s-Superjur Ġenerali Francis Saliba ġie l-Qasam, niftakru jagħmel diskors qasir li fih qal li s-Superjur irid ikun bħall-ħobż maqsum li Ġesù qasam u ta lid-dixxipli. Meta għaddew ftit snin bdejt id-dawra twila Raħal Ġdid, Birkirkara u Ħal-Balzan. Iva, kien hemm żmien li bżajt ftit meta Victor Deliċata kien jgħidli biex immur minn post għal ieħor. Anki lil Marija l-anġlu qalilha: “La tibżax.” U hi kienet lesta tgħid: “Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej. Ikun minni skont kelmtek.” (Lq 1,38) L-Ispirtu s-Santu u Ommna Marija dejjem sostnewni biex ninxteħet f’dak il-baħar u ngħum anki jekk ikun imqalleb. Imbagħad l-istess Superjur Ġenerali reġa’ sejjaħli u talabni mmur l-Albanija.
282
Għall-bidu ma stajtx nifhem dan xi jfisser, imma mort għand il-Parrinu u ltqajt ukoll ma’ Mons. Lawrence Gatt, u meta staqsejthom irrispondewni blistess kliem. “Ara ma tmurx tgħid le.” U mort nipprepara l-bagalja. Qatt ma ddispjaċieni. Ġieli għejjejt u ġieli kien hemm min ma fehemnix. U ġieli kont interpretat ħażin. Imma l-aktar arma li kienet iġġibli paċi kienet is-skiet. Min jaf kemm-il darba kont ippreparat biex inċempel u wara ngħid: “Le, ħa noqgħod kwiet.”
Hemm ħaġa waħda li ċert li kienet frott l-imħabba tat-Trinità Qaddisa u din hi l-ferħ. Jekk xi ħadd irid jeqred il-vokazzjoni tiegħu u taloħrajn ħaġa waħda jrid jagħmel. Idendel il-geddum, igerger u jeqred u ma jitbissem qatt. F’dawn il-ħamsin sena dejjem ippruvajt nitbissem, inkun kuntent u nagħmel lill-oħrajn ferħanin. U x’nista’ ngħid? “Ruħi tfaħħar ilkobor tal-Mulej u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-salvatur tiegħi. Għax Hu xeħet għajnejh fuq ix-xejn talqaddej tiegħu.” (Lq 1, 46-47) ⧀ Lawrence Cachia
Dun Ġorġ: Monaku fl-Ispirtu, Attiv fl-Appostolat (It-Tieni Parti)
Mil-Laqgħa Ġenerali
Il-Bluha f’Għajnejn id-Dinja il-kapulavuri tiegħu Is-Sakrarju tal-Ispirtu ta’ Kristu u Il-Ktieb ilKbir, Dun Ġorġ jgħallimna li wieħed għandu “jimxi wara Kristu, b’imitazzjoni perfetta ta’ dak l-uniku mudell u mgħallem tal-bnedmin li jridu jigglorifikaw lil Alla u jidħlu fil-ħajja eterna” (Passus VI), u l-aktar fid-disprezz ta’ “l-unuri, il-ħsejjes u l-glorja tad-dinja u l-frugħat tagħha, u l-istimi tagħha” (Passus XII). Dawn kollha għandu jwarrabhom u waqt li jħares lejn Kristu “neċessarjament jaqbad u jitħaddan jew mat-tgħakkis jew mal-paċenzja jew mal-imħabba” (Passus IX), jiġifieri mas-Salib. Dan kollu f’għajnejn id-dinja hu bluha (ara Eżerċizzju Memorjali, 4; Iż-Żewġ Bnedmin, 30; Ittra Popolari fuq il-Manswetudni, 10; Castra Poenitentium, 55-56; IlKostituzzjonijiet, 1).
F
B’din il-perspettiva nistgħu nħarsu lejn Dun Ġorġ bħala monaku. Minn dan l-ispirtu ta’ Dun Ġorġ joħroġ imbagħad dak kollu li għamel, inkluż il-ħajja appostolika tiegħu. L-Atti tal-Appostli fil-fatt jiddefinixxu l-Appostli Pietru u Ġwanni bħala idiōtēs, jigifieri ‘nies mhux kolti’, ‘nies komuni’ u allura ‘boloh’ (Atti 4,13). Idiota wkoll bil-Latin tfisser ‘wieħed bla xjenza’, ‘illitterat’. Il-ħajja monastika fil-fatt kienet meqjusa ħajja appostolika minħabba dalfatt, u mhux biex tidentifikalna
jekk il-monaku huwiex attiv jew le f’ħidma pastorali. Minn hawn ukoll id-dibattiti medjevali dwar liema kienet il-ħajja appostolika (ħajja bħal tal-Appostli), jekk hix il-ħajja tal-qassisin, speċjalment il-kanonċi sekulari u regulari ta’ Santu Wistin, jew il-ħajja monastika (reliġjuża). Il-binarju ħajja monastika u ħajja attiva huwa kunċett impreċiz u żbaljat għallaħħar, li daħal fil-Kristjaniżmu tal-Punent permezz ta’ San Tumas ta’ Akwinu (għalkemm diġà nsibu xi ħjiel ta’ dan il-ħsieb 283
f’San Girgor il-Kbir) u tkompla bil-kategoriji strutturati (ordo et modus) ta’ San Injazju, li qasmu l-ħajja kkonsagrata u religjuża f’dawn iż-żewġ kategoriji: kontemplattiva jew monastika u attiva jew apostolika. Kategoriji li ż-żmien uriena li ma jagħmlux sens u li huma żbaljati għal diversi raġunijiet. Biżżejjed jekk inżommu f’moħħna li oriġinarjament b’ħajja attiva u kontemplattiva wieħed kien jifhem il-ħajja axxetika (attiva) u l-ħajja mistika (passiva). Tal-ewwel turi l-aspett tal-isforzi u l-ħidma tagħna fl-eżerċizzju talvirtù fil-ħajja tar-ruħ u tat-tieni turi l-għaqda ma’ Alla fl-imħabba mfissra fil-metafora li wieħed jgħix fit-tempju ta’ Alla (contemplation, con-templum).
284
Monaku u Appostlu Min hu mela l-monaku-appostlu? Il-kelma monaku ġejja minn żewġ kelmiet Griegi monade u achos, jiġifieri xi ħadd waħdu u mnikket, muġugħ jew jibki. Il-Padri tal-Lvant iqabbluh mal-ħmar tad-deżert li surtu skura u dejjem imwarrab, imgerrex, b’rasu baxxuta qisu qed jibki. Waħdu għax jitbiegħed millbqija. Ir-relazzjoni tal-monaku ma’ Alla b’xi mod taqtgħu mill-bqija tal-bnedmin għax ma jaħsibhiex bħalhom, il-valuri tiegħu huma differenti. Jgħix f’dinja differenti, għalih innifsu. Fil-fatt għallmonaċi qaddisa t-tradizzjoni Nisranija ħarġet bl-espressjoni cuius dignus non erat mundus, jiġifieri li d-dinja ma jistħoqqilhiex nies bħal dawn. Għaldaqstant il-monaku jibki u jitnikket għax
jara li l-qagħda tiegħu xejn mhija ħafifa. Lanqas kieku jrid ma jista’ jitħallat mal-bnedmin għax it-taraġ tal-valuri u l-prinċipji tiegħu huwa differenti. Huwa jibki wkoll għax it-tqarrib tiegħu ma’ Alla jiftaħlu għajnejh għal dinja riesqa lejn it-telfien. F’dan is-sens hu jsir profeta li jwassal, anzi li jġorr fih innifsu messaġġ. Għaldaqstant it-twarrib interjuri tiegħu jieħu forma ta’ twarrib esterjuri: jinġabar u jintasab fiddeżert. U hawn nistaqsi: min jaf x’kien hemm f’qalb Dun Ġorg li ta’ saċerdot novell għażel li jintasab u jinħeba fil-kamra tal-bejt biex magħluq hemmhekk, apparti l-Quddiesa tal-jum, jinġabar filqari tal-kitba axxetika u l-mistika? Dun Ġorġ qassis novell u f’ċertu sens imwarrab, imtarraf bi twarrib li laqqgħu ma’ erba’ żgħażagħ jaħlu l-ħin ipejpu fuq iz-zuntier talknisja tal-Ħamrun. Huma wkoll kienu mwarrbin; hekk kienu jkunu dal-ġgajtiet ta’ ġuvintur jittantaw ix-xemx għaddejja. Imma Dun Ġorġ l-imtarraf seta’ jikkomunika magħhom li kienu mtarrfin.
Aspett ieħor tal-ħajja monastika huwa dak tal-paternità spiritwali mfissra fil-ministeru tad-direzzjoni spiritwali li ġeneralment l-axxeta jew ilmonaku kien joffriha b’xi kelma qasira jew b’xi ġest simboliku jew profetiku. Dawn l-aspetti ta’
mġiba narawhom ukoll f’Dun Ġorġ, ġesti li jfakkruna fl-aneddoti tal-Vita Patrum u fil-ħajjiet talqaddisin it-tip ta’ San Filippu Neri. Dawn il-ġesti kienu maħsuba mhux biss biex iwasslu messaġġ, iżda wkoll biex jostru l-qdusija. Mela l-monaku huwa wkoll ilprofeta fis-sens li bil-ġesti tiegħu jiġbed l-attenzjoni fuqu u minn hemm idawwarha lejn Alla u lejn l-assurdità tal-ħajja preżenti billi b’dak li jagħmel jaħsad lil min jarah ħalli jġiegħlu jieqaf, jaħseb u jibdel ħajtu. Naturalment persuna ta’ dat-tip wieħed jinġibed lejha, waqt li fl-istess ħin jibża’ xi ftit minnha, għax qatt ma taf biex se toħroġ. U minn hawn ukoll tiġi li l-monaku postu fit-tarf, daqskemm postu huwa fin-nofs. Il-Papa Benedittu XVI, fiż-żjara tiegħu liċ-Ċertożini f’Serra San Bruno, assigura lillmonaċi li huma jinsabu fil-qalba tal-Knisja daqskemm jinsabu fittarf tagħha. F’dan il-kuntest nistgħu nifhmu iktar il-fehma ta’ Dun Ġorġ dwar il-faqar evanġeliku, il-qalb ħelwa u umli, il-wegħda tal-kastità kif ukoll il-kunsilli l-oħra kollha evanġeliċi li hu nnifsu kien iħaddan u li ried li s-Soċjetà li hu waqqaf tħaddanhom bħalu. ⧀ Rev. Dr Charlò Camilleri O.Carm.
285
Ittra Popolari fuq il-Manswetudni
M
Qrajt Ktieb tal-Fundatur
eta kont studenta f’Mater Admirabilis Training College kont nistudja l-Malti taħt is-Sur Ġuzè Cardona u fi tmiem il-kors kellna niktbu long essay fuq xi kittieb tal-Malti, fil-proża jew fil-poeżija. Niftakar sħabi mill-ewwel iddeċidew fuq Anton Buttigieg, Ġuzè Aquilina, Rużar Briffa u l-bqija, għax is-Sur Cardona staqsa lilhom l-ewwel. Jiena bdejt naħseb: “Issa sew! Dawn ħadu lill-persuni importanti kollha. Jien fuq min ser nikteb?” Fl-aħħar is-Sur Cardona dar lejja u qalli: “Int ikteb fuq Dun Ġorġ Preca tal-Mużew. Dak kittieb kbir tal-Malti.”
Ngħid is-sewwa ħasadni għax, għalkemm dejjem kelli ammirazzjoni kbira lejn Dun Ġorġ, qatt ma ħarist lejh bħala kittieb tal-Malti ... u kittieb kbir! Kont iddeċidejt li nikteb fuq l-Ittra Popolari tal-Manswetudni, aktar bħala opra letterarja milli bħala opra spiritwali kbira kif inħares lejha llum.
Dan il-ktieb ġie stampat bl-Ingliż u tiegħu għandna mill-inqas sitt edizzjonijiet. Oriġinarjament kien stampat Ad usum privatum S.P. iżda ġie f’idejn xi ħadd li pperswada lillFundatur joħorġu għall-pubbliku. Dun Ġorġ kien ilu jitkellem dwar il-manswetudni sa mill-bidu tas286
Soċjetà. “L-operarju kif għandu jġib ruħu mat-tfal skulari fil-klassi? Bl-ikbar ħlewwa u manswetudni, b’mod li t-tifel jgħid, meta jkun ġej biex jitgħallem: ‘Jien sejjer noqgħod siegħa ma’ ħabib , u mhux ma’ tirann.’” Ried li l-membri jħarsu lejn il-manswetudni b’mod san. Ġorġ Borg fil-preżentazzjoni tal-ktieb jgħidilna li Dun Ġorġ “emmen f’qalbu u wettaq hu nnifsu bl-eżempju li, anki min ikun sofra l-inġustizzja, l-aħjar triq tibqa’ dik li għallem Ġesù Kristu, jiġifieri l-paċi u l-maħfra.” Dun Ġorġ kiteb wara żmien ta’ riflessjoni serja fuq in-neċessità tal-maħfra tal-għedewwa. Ibbaża
l-kitba tiegħu b’mod speċjali fuq il-Bibbja, b’numru konsiderevoli ta’ kwotazzjonijiet bibliċi, bħal: “Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, sabiex tkunu wlied missierkom li huwa fis-smewwiet li jtella’ x-xemx tiegħu u jifrex ix-xita fuq dawk li huma tajbin u fuq dawk li huma ħziena.” (Mt 5, 44-45) Insibu wkoll eżempji ta’ nies li jissemmew fil-Bibbja, ewlieni fosthom San Stiefnu li miet imħaġġar waqt li għarkupptejh talab: “Sinjur, dan tgħoddhulhomx bi dnub.” (Atti 7, 60) Isemmi lil Mosè u lil San Pietru li Kristu qallu: “Irgħa l-ħrief... irgħa n-nagħaġ tiegħi.” (Ġw 21, 15, 17) Dun Ġorġ jistaqsi: “Liema hija l-aqwa kwalità f’dawn iż-żewġ annimali?” Fuq Pawlu jikkwota lil Santu Wistin li jgħid: “Li kieku Stiefnu ma talabx, il-Knisja ma kienx ikollha lil Pawlu.”
Ċiċerun 106 - 43 QK
Isemmi wkoll nies qaddisin li meta ġew f’okkażjoni fejn kellhom jagħżlu, jew jaħfru jew jieħdu vendetta, kienu pronti ħafru, bħal San Ġerardu Maiella, San Franġisk de Sales, eċċ. Insibu oħrajn mhux qaddisin, fosthom Sir Isaac Newton u Ċiċerun li kkoltivaw dilvirtù. Napuljun kien kapaċi juri ħlewwietu mas-suldati tiegħu u dan ġegħilhom iħobbuh. Kienet din l-ħlewwa li ġabitlu rebħiet kbar fil-gwerer li kellu.
Dun Ġorġ b’mod prattiku jurina kemm il-bniedem jiswielu li jipprattika din il-virtù meta jgħid: “Jeħtieġlek tgħix f’dinja kollha għawġ... Kif ma tinqeridx f’qasir ilgħomor mingħajr manswetudni?” Jagħtina stampa ċara ta’ bniedem li ma jridx jaħfer: “Il-kruha talkorla tissieħeb mas-suġġett: l-għajnejn jaqbżu, il-qalb tferfer, l-ilsien jitriegħed, il-pil iqum, ilwiċċ jisfar, ibiddel il-kulur. Iżda fuq kollox il-konsegwenzi flazzjonijiet li jsewdu l-qalb u jħallu dispjaċir li aktarx ma jissewwiex.” Jiġina quddiem għajnejna l-każ ta’ dik il-mara li kellha xi tgħid malġara u taha kolp ta’ puplesija. Imma forsi nistaqsu: Għaliex għandu bniedem jaħfer? Ittweġiba prinċipali nsibuha f’fomm il-Mulej Ġesù meta jgħidilna: “Jekk tridu tidħlu fit-tgawdija eterna wara pellegrinaġġ kollu paċi, aħfru 287
u ħobbu l-għedewwa bil-verità. Jekk tridu wara pellegrinaġġ kollu inkwiet tindifnu f’nirien eterni, la taħfrux.” (Mt 6, 14-15) Tajjeb li ninnotaw il-kelma ‘bil-verità’ għax faċli l-motivi tagħna ma jkunux dawk li jistenna minna Kristu. F' Il-Ktieb il-Kbir Dun Ġorġ jgħidilna: “Il-veru manswet mhux meta mqanqal minn ħwejjeġ ta’ dina l-art imma meta mqanqal minn ħaġa ta’ fidi.” Mela m’iniex tassew mansweta jekk naħfer għax nibża’ minn xi konsegwenza ikbar... jew lil dik iva u lill-oħra le... jew darba iva imma aktar minn darba le. Dun Ġorġ ikompli jikkwota żewġ proverbji komuni daqskemm veri: “Bil-kelma t-tajba toħroġ ilfar mit-toqba” u “B’qatra għasel taqbad ħafna dubbien u xejn 288
b’mitt barmil ħall”. Kull wieħed u waħda minna ġarrab jew ġarrbet il-verità ta’ dawn il-qwiel. Kemm isir ġid meta tieħu persuna bilkelma t-tajba, meta turi mħabba u mhux qilla mal-persuna li naqsitek jew li inti forsi taħseb li naqsitek. B’kelma goffa jew għajjat u tisbit ma tirranġa xejn, anzi tkompli tkebbes in-nar li jkun diġà qed jaqbad. Effett importanti ħafna talmanswetudni huwa l-paċi tal-qalb li l-bniedem ma jibdel ma’ xejn. B’xorti ħażina xi drabi l-bniedem ifittex il-paċi fejn żgur ma jsibhiex, “iżomm b’rimedju dak li huwa ta’ tfixkil kbir ” għax vendetta u tpattija jġibu vendetta u tpattija fuq min jagħmilhom.
Kien l-Imgħallem Ġesù li għallimna ngħidu l-Missierna li fiha aħna nitolbu lis-Sinjur Alla “jaħfrilna kif aħna naħfru lil min hu ħati għalina”. Bi kliem sempliċi nkunu nitolbu lill-Mulej jimxi magħna bħalma aħna nimxu mal-proxxmu: ħniena bi ħniena u vendetta b’vendetta. Mhux ta’ b’xejn li Dun Ġorġ ħareġ b’dik is-sentenza ta’ piż kbir: “Min jaħfer ikun jimxi ma’ Alla bir-riħ fil-qala’.”
Il-Mulej li bla ebda mertu tagħna laqqagħna ma’ Dun Ġorġ u mattagħlim tiegħu żgur li jistenna mingħandna li nagħmlu dak li nitgħallmu. Mhux kemm wieħed jaf imma kemm wieħed jipprattika li jgħodd. Ngħidu mal-Fundatur: “Jaqbel immela li aħna nċedu ftit soldi biex ma jkollniex inħallsu eluf ta’ talenti, u fuq kollox meta l-faqar tagħna ma jwassal b’ebda mod.” ⧀ Rita Attard
Oħrajn ukoll li jixtiequ jimxu f’ħajja perfetta fl-ispirtu jħawdu l-fantasija fil-waqgħat tagħhom. Jitqarrqu filħsieb li, għax għamlu jumejn ta’ suldati bravi (kulħadd suldat bravu meta mhix il-gwerra), ma għandhomx jidinbu iżjed, tarahom jinkurlaw kontra tagħhom infushom, u jibdew biex jaqtgħu qalbhom fl-avveliment bħallikieku meta rebħu kien bil-ħila tagħhom. (Kap. 10)
289
ta’
Ir-Ruħ ta’ Kull Appostolat
Dom Jean-Baptiste Chautard, O.C.R.
G
Il-Klassiċi fil-MUSEUM
ħall-kuntrarju tal-kotba li kienu jintużaw fis-Soċjetà sa mit-twaqqif tagħha, kotba oħra kisbu l-importanza fost il-membri biss mażżmien. Hekk ġara fil-każ tal-aqwa opra ta’ Dom Chautard, L’Âme de Tout Apostolat (Ir-Ruħ ta’ Kull Appostolat). Kien fis-snin ħamsin li beda jissemma dan il-ktieb fost il-membri hekk kif ħafna bdew mhux biss jaqrawh u jirrikmandawh imma wkoll jikkwotawh ta’ spiss. Għalkemm, bil-maqlub ta’ kotba oħra, qatt ma sar użu direttament minnu fl-Assenjatur, bosta kienu jqisuh bħala gwida mill-aqwa għal min hu impenjat fl-appostolat. Sfortunatament ma kinetx teżisti edizzjoni bil-Malti u għal din ir-raġuni s-Superjur Abel Giglio ġieli qaleb xi siltiet minnu biex jidhru fil-Kalendarju Museumin bil-għan li s-Soċji jsiru familjari mal-ktieb. Hekk, ngħidu aħna, filħarġa ta’ Frar tal-1970 insibu silta x’aktarx twila dwar il-meditazzjoni, u flistess ħarġa hemm ukoll bijografija dwar l-awtur miktuba minn “G.B.”. Fost dawk li kienu jikkwotawh ta’ spiss insibu lis-Superjur Victor Delicata li wara laħaq Superjur Ġenerali. Bla dubju nistgħu nqisu Ir-Ruħ ta’ Kull Appostolat bħala wieħed mill-Klassiċi Museumini. L-Awtur Gustave Chautard twieled fi Briançon, belt fl-Alpi Franċiżi, fid-29 ta’ Marzu 1858. Missieru kellu ħanut żgħir tal-kotba u kien Kalvinist. Il-qassisin ma kienx iniżżilhom u kien iħeġġeġ lil ibnu biex jaqra kotba antiklerikali bħal dawk ta’ Voltaire. Ommu, min-naħa l-oħra, kienet mara tar-ruħ u ħabirket biex uliedha 290
jirċievu edukazzjoni Nisranija tajba. Gustave kien intelliġenti u meta kiber bagħtuh jistudja filKulleġġ Kummerċjali ta’ Marsilja. Hemm darba lemaħ qassis jgħid il-Brevjar u tant intlaqat bil-ġabra u d-devozzjoni tiegħu li ddeċieda li jibda jitlob bħalu. Aktar tard issieħeb f’għaqda Kattolika għaż-żgħażagħ li kien
hemm fil-Kulleġġ imwaqqfa minn Père Jean-Baptiste Allemond, qassis ta’ qdusija kbira. Darba, waqt li kien qed jitlob fuq ilqabar ta’ Père Allemand, Gustave ħass is-sejħa għas-saċerdozju u fl-1877 ingħaqad mat-Trappisti fl-Abbazija ta’ Aiguebelle, ’il-fuq minn Avignon. Erba’ snin wara ħa l-voti perpetwi u ġie ordnat saċerdot fl-1884. Minħabba l-ħeġġa, l-istudji u l-kapaċitajiet tiegħu, fl-1897 inħatar Abbati ta’ Chambarand u sentejn wara ta’ Sept-Fons f’Moulins. Hawnhekk ix-xogħol u r-responsabbiltajiet tiegħu kotru ħafna u kien ikollu jivvjaġġa ta’ spiss. Minbarra d-diffikultajiet kawżati missitwazzjoni finanzjarja mwiergħa tal-abbaziji, Dom Chautard kellu jħabbat wiċċu wkoll mal-problemi li beda jaqla’ l-gvern anti-klerikali ta’ George Clemenceaux li ried jissoprimi l-ordnijiet reliġjużi. Bil-kuraġġ kollu l-abbati ffaċċja lil Clemenceaux, imsejjaħ “it-tigra vjolenti tax-xellug”, u tant tkellem tajjeb li pperswadih iħalli litTrappisti bi kwiethom. Il-Knisja wkoll ġieli fdatu b’missjonijiet delikati u diffiċli, anke f’pajjiżi mbiegħda. Iżda, minkejja dan ix-xogħol u l-ġiri kollu, Dom Chautard qatt ma nesa li hu kien qabel xejn bniedem ta’ Alla. Għalhekk qatt ma ttraskura d-doveri reliġjużi tiegħu u dejjem
fittex li jgħix fil-preżenza ta’ Alla. Tant kien persważ mill-primat talħajja interjuri li xtaq jipperswadi lil kull min bħalu kien impenjat fl-appostolat biex jibqa’ ffukat fuq l-għaqda ma’ Alla għax hekk biss l-appostolat jista’ jħalli frott dejjiemi. Kien għalhekk li ppubblika Ir-Ruħ ta’ Kull Appostolat, ktieb li kiseb it-tifħir tal-ogħla awtoritajiet tal-Knisja, fosthom San Piju X li kien isejjaħlu “l-ktieb tiegħi ta’ ħdejn is-sodda”, il-Papa Benedittu XV u l-Beatu Pawlu VI. Bih ried iwassal ilmessaġġ li “qatt m’għandna nħallu ’l Alla ta’ ħidmitna biex nagħmlu l-ħidma ta’ Alla”. Dom Chautard miet fid-29 ta’ Settembru 1935, hu u ġej lura mill-Kapitlu Ġenerali tat-Trappisti.
L-Appostolat u l-Ħajja Interjuri Fil-ftuħ tal-ktieb l-awtur jagħmilha ċara li Alla jridna naħdmu b’ħeġġa għall-glorja tiegħu u għall-ġid ta’ ħutna l-bnedmin. Kristu, iżda, għandu jkun dak li janima l-ħidma tagħna. Għalhekk jeħtieġ li nikkultivaw kemm nistgħu l-ħajja interjuri u naħdmu f’għaqda miegħu. Faċli nintilfu fix-xogħol u l-inizjattivi tagħna u ninsew lil Dak li bih u għalih qegħdin naħdmu. Il-ħajja attiva jrid ikollha l-bidu tagħha f’dik interjuri u tfawwar minnha. 291
L-awtur jitkellem fit-tul dwar il-perikli li jdawru lil min hu impenjat fil-ħajja attiva. L-istess appostolat jaf ikun għal xi wħud mezz ta’ qdusija u għal oħrajn tfixkil mhux żgħir. Min jintilef fuq l-attività u jittraskura t-talb u dak li titlob minnu l-ħajja tar-ruħ bilmod il-mod jibred, b’konsegwenzi li jistgħu jkunu tassew serji, kif jgħallem San Alfons. Biex iħares lilu nnifsu minn dawn il-perikli, l-operarju (kif kien iħobb isejjaħlu Dun Ġorġ) għandu jfittex li jibqa’ magħqud ma’ Alla permezz tal-mezzi li dejjem issuġġerew l-axxetika u l-mistika u li użaw tant tajjeb il-qaddisin. Minbarra li tipprovdi protezzjoni, il-ħajja interjuri ssaħħaħ ukoll ir-rieda ta’ kull min hu impenjat fl-għalqa tal-Mulej biex ikompli jaħdem minkejja d-diffikultajiet u l-fallimenti li jista’ jiltaqa’ magħhom. Hija tkattarlu wkoll ilħeġġa u l-merti, iġġiblu l-ferħ u l-konsolazzjoni u żżommu ffukat fuq Alla b’mod li qatt ma jitbiegħed mill-intenzjoni retta. Frott Kotran “Min jibqa’ fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott,” qalilna Kristu (Ġw 15, 5). Mela l-ħajja interjuri hija kundizzjoni sine qua non għal kull min jixtieq li l-ħidma tiegħu tħalli l-frott. U frott ikun hemm biss jekk Alla jbierek it-tħabrik 292
tagħna meta nagħmlu l-mezzi biex ngħixu magħqudin miegħu. Jista’ jkun li ma narawhx jew indumu ma narawh, imma nistgħu nserrħu rasna fuq il-kelma ta’ Kristu nnifsu.
L-aqwa frott li nistgħu nagħmlu huwa li nqaddsu lill-oħrajn. Dan nagħmluh bil-grazzja ta’ Alla imma wkoll bl-eżempju tagħna. Min jgħix magħqud ma’ Kristu jintgħaraf minn kliemu u għemilu li jkaxkru lil ħaddieħor għall-imitazzjoni. Meta aħna niltaqgħu ma’ bniedem tassew spiritwali, irridu jew ma rridux nintlaqtu mir-radjazzjoni ta’ qdusitu u nħossu x-xewqa li anke aħna nersqu aktar lejn Alla. Ukoll jekk bniedem ma jkollux id-don tal-kelma, il-ħajja interjuri tagħmlu tassew elokwenti. Il-Mezzi M’hemmx għalfejn ngħidu, ebda frott m’għandu jistenna min ma jibnix il-ħajja interjuri tiegħu fuq l-Ewkaristija. Dan hu l-aqwa mezz li tana Kristu biex ngħixu magħqudin miegħu. Iżda hemm ukoll mezzi oħrajn u Dom Chautard jitkellem fit-tul fuq xi wħud minnhom. Qabelxejn isemmi l-meditazzjoni u jgħid li din hi essenzjali għal min hu mixħut għall-appostolat. B’mod prattiku jgħid fiex tikkonsisti u jissuġġerixxi metodi differenti kif għandha ssir.
Jitkellem imbagħad dwar issbuħija u l-importanza talLiturġija u dwar il-ġid kbir li hemm merfugħ għal min jieħu sehem fiha kif jixraq. Hija tgħin lill-appostlu biex ifassal ħajtu fuq dik ta’ Ġesù u ddewqu minn issa l-ħajja tal-beati fis-sema. Hemm mod u mod, iżda, kif wieħed jipparteċipa fil-Liturġija. Għalhekk Chautard jispjega fid-dettal kif għandu jkun is-sehem tagħna biex nieħdu mil-Liturġija l-ġid kollu
li nistgħu. Ma jonqosx li jindika wkoll kif għandna nħejju ruħna għal-Liturġija, kemm b’mod remot kif ukoll b'mod immedjat. Din ittaqsima hija mmirati fuq kollox għas-saċerdoti, imma kull min jaqraha żgur li jibda jħares lejn ilLiturġija f’dawl tassew sabiħ. Mezz ieħor huwa l-kustodja talqalb li Chautard isejħilha ċ-ċava tal-ħajja interjuri. Iċ-ċava hija dik il-ġebla f’nofs l-arkata li
293
żżomm il-ġebel l-ieħor f’postu. Mela l-kustodja tal-qalb hija dik li żżomm sħiħa l-ħajja interjuri. Mingħajrha jaqa’ kollox. Hu jiddeskrivi din il-kustodja bħala “ħerqa abitwali jew spissa biex nippreservaw l-azzjonijiet kollha tagħna minn dak kollu li jista’ jgħarraq il-motiv jew it-twettiq tagħhom. Hija ħerqa kollha paċi u bla eċċitament, mingħajr traċċa ta’ sfurzar, iżda qawwija għax imsejsa fuq il-fiduċja bħal tat-tfal f’Alla.” Il-bażi tal-kustodja tal-qalb hija l-ħsieb tal-preżenza ta’ Alla. Fl-aħħar nett il-kittieb jgħid li l-appostlu għandu jkollu devozzjoni qawwija lejn Marija Immakulata. Lilha jżomm bħala xempju, kemm għall-ħajja interjuri kif ukoll għall-appostolat tiegħu. Fuq kollox lejha jirrikorri biex, filwaqt li jingħata għallħidma għas-Saltna ta’ Alla, jibqa’ magħqud ma’ Alla tas-Saltna. Dun Ġorġ u Dom Chautard Ma jidhirx li l-Fundatur kien jaf b’Ir-Ruħ ta’ Kull Appostolat jew bl-awtur. Madankollu kull membru Museumin li jaqra l-ktieb
294
żgur jibqa’ impressjonat bixxebh perfett li hemm bejn dak li jissuġġerixxi Dom Chautard u dak li ppreskriva l-Fundatur għallmembri tal-għaqda tiegħu u li hu stess kien jipprattika. Fil-fatt int u taqra l-ktieb f’qalbek tgħid: “Hawnhekk hawn Dun Ġorġ.” Ilbravura tal-Fundatur qiegħda filfatt illi l-prinċipji għoljin li jsemmi Chautard addattahom għas-Soċji tiegħu li kienu ħaddiema u riedu jlaħħqu wkoll mal-appostolat, jum wara l-ieħor. Għalhekk meta naqraw dwar il-ħajja interjuri u l-appostolat kif iddiskriviehom tant tajjeb Chautard, m’għandniex naqtgħu qalbna. Li hemm bżonn hu li naraw x’tgħidilna r-Regola u nimxu fuq id-direzzjoni li tagħtina. B’hekk, kif jgħid San Bernard, ma nkunux sempliċiment kanali imma ġwiebi biex, filwaqt li nipprovdu l-ilma għal ħaddieħor, aħna stess nibqgħu dejjem mimlijin bl-ilma ħaj li hu Alla l-Imbierek. Nota: Min ma jistax jakkwista kopja tal-ktieb jista’ faċilment iniżżlu mill-internet bil-lingwa li togħġbu. ⧀
Joseph Spiteri
Il-Moralità u l-Ispin Doctors
Każ Morali
Joyce, esperta fir-relazzjonijiet pubbliċi, ġiet avviċinata biex tgħin lil wieħed politiku billi tuża l-mezzi kollha, leċiti u mhumiex, biex jiġi oskurat politiku avversarju.
F
ejn tidħol il-propaganda politika moderna qed jingħataw importanza kbira r-relazzjonijiet pubbliċi. Jista’ jkollok l-aqwa programm u l-aqwa proposti għall-poplu, jista’ jkollok l-aqwa kandidati, saħansitra jista’ jkollok l-aqwa makkinarju propagandistiku, jekk m’għandekx relazzjonijiet pubbliċi effiċjenti qajla tista’ takkwista l-appoġġ popolari. Illum aktar minn qabel, il-partiti politiċi ma jistgħux jgħaddu u jiffunzjonaw mingħajr relazzjonijiet pubbliċi effiċjenti. Dawn tal-aħħar illum qed jingħataw importanza ferm ikbar minn qabel. Illum qed nindunaw kemm huwa importanti li min irid jirbaħ irid jaħdem kemm jiflaħ biex ikun hu l-ewwel, qabel l-avversarji tiegħu, li jaqbad u jaħtaf moħħ il-poplu.
Fl-Amerika r-relazzjonijiet pubbliċi kellhom żvilupp ġdid b’dawk li bdew jissejħu spin doctors. L-ewwel nett x’jiġifieri spin? It-terminu spin issellef minn ċertu logħob li fih jintuża l-ballun bħall-cricket, fejn spin bowler jagħmel spin billi jixħet il-ballun b’tali mod li dan fl-ajru jieħu rotta partikulari jew jaqbeż u jogħla b’vantaġġ għal min ikun xeħtu.
Fis-sens li qed nitkellmu minnu hawnhekk, spin hi kelma li toqgħod għal meta xi individwu jew grupp jagħmlu enfasi fuq xi ġrajja biex din titwemmen u tkun aċċettata, bil-konsegwenzi kollha fl-opinjoni pubblika. Spin hu eżerċizzju ta’ relazzjonijiet pubbliċi b’mod aktar konċentrat u bl-involviment ta’ nies esperti f’din il-materja. Malewwel daqqa ta’ għajn ma jidherx 295
eżerċizzju ħażin fih innifsu, għax hu intenzjonat biex jipperswadi b’qawwa akbar minn sempliċi relazzjonijiet pubbliċi. Spin doctor huwa aġent tal-istampa politika jew pubbliċista impjegat biex jippromovi, l-aktar mal-ġurnalisti, interpretazzjoni favorevoli ta’ dak li jkun qed iseħħ, naturalment biex jaġevola lil min ikun impjegah.
Bil-mod il-mod, fir-relazzjonijiet pubbliċi l-ispin bdiet tilbes sens peġġjorattiv, u għal ħafna nies saret tfisser espożizzjoni preġudikata għall-aħħar favur xi ħadd, ġrajja jew sitwazzjoni. Għal ħafna spin doctors, anke ta’ fama, il-kuxjenza tilfet irrwol tagħha fix-xogħol tagħhom. Waqt li r-relazzjonijiet pubbliċi ‘tradizzjonali’ kienu x’aktarx
296
jistrieħu fuq il-preżentazzjoni talfatti biex dawn isiru magħrufa u ġġudikati mill-poplu, l-ispin ħafna drabi saret timplika tattika qarrieqa u manipulattiva għallaħħar. Il-politiċi huma ta’ spiss akkużati bi spin (daqslikieku spin hi ħażina fiha nfisha) millavversarji politiċi tagħhom. Spin abbużata għandha t-teknika tagħha. Din tinkludi insistenza fuq interpretazzjoni partikulari ta’ ġrajjiet u kwotazzjonijiet, ċaħda bla ma fil-fatt tiċħad xejn bl-użu ta’ logħob bilkliem, użu ripetut ta’ frażijiet biex bħallikieku jiġu sostnuti ‘veritajiet’ li fil-fatt mhumiex ippruvati, użu ta’ ewfemiżmi biex jaħbu jew jippromovu l-aġenda ta’ xi ħadd, ripetizzjoni ta’ gideb
għax dan, iktar ma jkun goff u kbir, aktar jista’ jitwemmen, esaġerazzjoni ta’ difetti jew żbalji fil-kamp avversarju, ritardjar ta’ informazzjoni kerha billi jaħbuha jew jgħiduha f’mument propizju meta l-attenzjoni pubblika tkun okkupata bi ħwejjeġ kbar oħra, użu żleali tal-verità fl-istampa, assassinju ta’ karattri fil-kamp avversarju u ħwejjeġ simili oħra. L-użu ta’ l-ispin doctors, li dawk fosthom li huma bla skrupli jirrikorru b’ħeffa inkoxjenti għal metodi l-aktar vili li jolqtu l-istint baxx tal-bniedem, iqajmu emozzjonijiet u jiddemonizzaw l-avversarji. L-ispin tibda billi tfittex u ssib għalqa ideali għaliha: l-għalqa tal-konfużjoni u l-ambigwità. Hawn l-ispin doctors jippruvaw jikkontrollaw l-imħuħ.
Xogħol l-ispin doctors ta’ din ilkwalità hu immorali għax ikisser il-verità u jqarraq l-imħuħ. Qabel tiddeċiedi Joyce għandha ssegwi dak li jafferma Il-Katekiżmu talKnisja Kattolika: “‘La tagħtix xhieda giddieba kontra għajrek’ (Eż 20,15). Id-dixxipli ta’ Kristu ‘libsu l-bniedem il-ġdid maħluq skont Alla fil-ġustizzja u l-qdusija ġejja mill-verità’ (Ef 4,24).” (KKK 2504) “Il-verità jew is-sewwa hi dik il-virtù li biha wieħed juri ruħu veru f’għemilu kollu, jgħid il-veru bi kliemu, ma jilgħabx bil-kliem, ma jurix ħaġa b’oħra u lanqas żewġ uċuħ.” (KKK 2505) ⧀ Joe Camilleri
297
Il-Papa Franġisku bħala Mudell għas-Soċju 11-13 ta’ Marżu 2016
H
Mort Irtir
ekk kif meta tagħmel ħalba xita kollox donnu jerġa’ jieħu l-ħajja, hekk ukoll l-irtiri bil-magħluq fis-Soċjetà jgħinuna nerġgħu npoġġu kollox f’perspettiva. L-irtir forsi għalhekk jissejjaħ ‘bil-magħluq’ għax fissilenzju tal-ġewwieni ta’ qalbek int ikollok ċans taffaċja lilek innifsek u tħalli lill-Mulej jgħidlek: “Ara, se nġedded kollox.” (Apok 21, 5) U meta toħroġ mill-irtir hemm ċans li tħossok iktar ħafif għax tibda tara l-affarijiet minn perspettiva għalkollox differenti. Il-Papa Franġisku, sa mill-ewwel passi tiegħu bħala Vigarju ta’ Kristu, xebbahtu fil-mod kif jitkellem u jmur man-nies malmembri tas-Soċjetà tagħna u sibt fl-affarijiet sempliċi tiegħu l-ħajja tas-Soċju fin-normalità u s-sempliċità kollha tiegħu, bħal meta fil-bidu tal-pontifikat tiegħu beda kollox b’talba sempliċi li aktarx nitolbu aħna maż-żgħar filklassijiet tal-katekeżi: Missierna, Sliema u Glorja. Forsi għalhekk iddeċidejt li mmur għal dan l-iritir partikulari. Nixtieq naqsam magħkom xi punti li l-aktar laqtu lili personalment u li nħoss li jgħoddu għalina bħala membri fis-Soċjetà. M’iniex se 298
nġibhom f’ordni kronoloġiku imma kif semmiehom Dun Joe Inguanez. Fl-għaqda tagħna hija attitudni sana li fi spirtu ta’ djalogu nitkellmu fuq dawk l-affarijiet kollha li jferrħuna u jtaqqluna u nfittxu l-ġid mhux biss tagħna personali imma tal-membri kollha. Kemm huwa importanti li fi kliemna naħarbu l-kliem fieragħ ta’ “kemm jien kapaċi” biex la noħolqu frustrazzjoni f’min għadu ma wasalx fejn wasalna aħna u lanqas ma nagħmlu ħsara lilna nfusna bid-doża ta’ suppervja u egoiżmu li bosta drabi jġorr kliem ta’ dan it-tip.
Il-Beatu Papa Pawlu VI darba qal: “Aħna fil-Knisja għandna ħafna awtorità. Oqogħdu attenti li din ma ssirx poter.” Kemm huwa qaddis ir-regolament li l-Fundatur għamel lis-Superjuri illi hekk kif jidħlu l-Qasam iħarsu lejn il-kurċifiss u jgħidu: “Bin il-bniedem ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra.”
Is-silenzju waqt il-kapitlu jweġġa’ iktar minn opinjoni kontrastanti jew nuqqas ta’ qbil, għax la tkun qiegħed tħobb u lanqas tgħin biex isir it-tiġdid. Kif qal Dun
Joe: “Kulħadd għandu moħħ biex jaħseb u jagħti sehmu.”
Għandna naħarbu l-għejxien tar-Regola b’mod “amorali” billi ningħalqu bejn l-erba’ ħitan u nsiru moħħna biss biex nimbuttaw ilkarru tagħna u naħslu jdejna millħażen u l-inġustizzji ta’ madwarna. Għandna neżerċitaw il-ħniena, b’mod speċjali mat-tfal u ż-żgħażagħ li jiġu fl-Oqsma tagħna, billi nosservawhom,
299
nuruhom imħabba u nidħlu fiż-żarbuna tagħhom. Ma nkunux ħfief niġġudikawhom jew nittimbrawhom, anke jekk jagħmlulna l-ħajja diffiċli. Fi kliem Dun Joe, inħallu lil Alla jitkellem permezz tal-ħniena tagħna.
Il-Papa, bħala konservattiv radikali, qiegħed imur lura lejn l-oriġni tal-ħsieb tat-Tradizzjoni Mqaddsa. Huwa konservattiv mhux għall-kumdità jew biex iżomm l-istatus quo imma biex jgħix ilVanġelu b’mod radikali. Kemm hemm bżonn li anke aħna minn fostna nneħħu l-idea “li dejjem hekk għamilna ... x’fiha ħażin?” u noqogħdu lura milli niffurmaw opinjoni u ma nġedduhiex meta nagħrfu li qegħdin fl-iżball. Naħdmu mhux biex nagħmlu d-dover tagħna u daqshekk, imma qabel ma nibagħtu lit-tfal u ż-żgħażagħ lura lejn djarhom nippruvaw naraw li ħarġu aħjar milli daħlu. X’jiswa li ngħallmuhom kemm Alla jħobbna jekk imbagħad minflok nibagħtuhom fil-paċi
jħossu li keċċejniehom ’il barra. Il-predikatur wissiena biex naraw li jekk tifel jew żagħżugħ jixtieq jiftaħ qalbu ma jsibx ħajt imma persuni lesti li jisimgħuh. Semma l-każ ta’ tifla ġo knisja partikulari li kienet qiegħda tibku u xħin sar ilħin il-kappillan bagħatha ’l barra minflok ra x’kellha bżonn.
Naħarbu l-prophets of doom, dawk in-nies li għadhom jgħixu fil-passat u ma jarawx id-dawl tattama fil-preżent u fil-futur, dawk li moħħhom fis-suċċessi tal-passat u llum flok baqgħu jistinkaw qed ikunu huma stess medjokri.
Inħeġġeġ lil kull membru biex ma jkunx ħafif li jirrifjuta l-grazzja li jmur irtir b’xi skuża jew oħra. Li nċaqalqu l-ilma tal-vokazzjoni tagħna jgħinna biex ma nistaġnawx u nintnu. Inkunu mela dejjem lesti li nħallu lil min joqrosna u jċaqlaqna biex nimirħu f’mergħat ġodda u nkunu ta’ ispirazzjoni għal dawk li niltaqgħu magħhom. ⧀ Sandro Agius
Irtiri li Jmiss 21-23 ta' Ottubru – Mt. St. Joseph 11-13 ta' Novembru – Dar il-Ħanin Samaritan 300
Il-Qalb Tħabbat tal-Vanġelu
Missjoloġija
“Il-Knisja għandha l-missjoni li xxandar il-ħniena ta’ Alla, il-qalb tħabbat tal-Vanġelu.”
(Misericordiae Vultus, 12)
D
un Ġorġ kien iħobb jgħid li l-aqwa opra tal-ħniena hi ‘għallem lil min ma jafx’. Kien jgħid li Ġesù fuq kollox għażel li jgħallem u allura min jgħallem ikun qed jimita lilu, l-Imgħallem Divin tagħna l-bnedmin. “Mgħallem,” kien jgħidlu, “mhux li kien li d-dinja kollha timxi wara l-Vanġelu tiegħek!” Il-qalb ta’ Dun Ġorġ kienet tħabbat mal-qalb talVanġelu. L-ikbar xewqa li kellu kienet li jara l-Vanġelu mxandar u lil Kristu magħruf u maħbub. Għal Dun Ġorġ il-Vanġelu hu sejħa għarriflessjoni u għad-dħul fil-misteru ta’ Alla. Fil-Pulptu ta’ Patri Franku (98) l-Fundatur jikteb dwar ‘It-tagħlim mezz għall-prudenza’ u jikkwota l-parabbola taż-żewġ bennejja f’għeluq id-Diskors tal-Muntanja
(Mt 7, 24-27). Hu jippreżenta l-bennej għaqli li bena fuq ilblat bħala mudell u jeżorta hekk: “Minn hawn aħseb kif jopra l-għaqli u kif jopra l-iblah, u ifhem li r-riflessjoini hija propjetà talgħaqli.” Dun Ġorġ kien konvint li l-iktar mod li bih kien jista’ jħenn għal ħutu u jħobbhom kien billi jgħallimhom u jħeġġiġhom jirriflettu. Dan kien il-ħsieb tiegħu meta beda jiltaqa’ mal-ewwel grupp ta’ żgħażagħ fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Gejtanu. Naħseb li Dun Ġorġ, minbarra li kien jara lilu nnifsu bħala ‘bidwi’ (Ġorġ) fl-għalqa tad-dwieli talMulej, kien jara lilu nnifsu wkoll bħala ‘bennej’ li għandu jibni fuq il-blat. Kull Fundatur huwa bennej li jqiegħed is-sisien tal-ordni jew tas-soċjetà li jwaqqaf. U bennej 301
irid ikun attent li jibni bl-ordni. “Żomm l-ordni u l-ordni żżomm lilek!” kien iħobb jgħid. Dun Ġorġ kien iħobbha l-ordni, mhux biss fil-ħajja personali tiegħu u fisSoċjetà li bena imma wkoll fiddinja. Għalih din l-ordni universali tiġi mill-‘prudenza’, kelma oħra li kien juża għall-kelma ‘għaqal’. Il-fatt li “n-numru tal-boloh huwa infinit” (Koħ 1,15), kif kien jaqra fit-traduzzjoni Vulgata li kienet tintuża fi żmienu, kien għalih fatt inkwetanti ħafna. Dan il-vers kien jikkwotah spiss fil-kitbiet tiegħu. Fil-verżjoni kontemporanja l-vers insibuh tradott hekk: “L-imgħawweġ ma tistax tiddrittah, u n-nieqes ma 302
tistax issib tarfu”. Donnu dan kien vers li kien jagħmlu konxju tarrealtà kiefra tad-dinja li fiha kien jilmaħ tant nuqqasijiet. In-nuqqas ta’ tagħlim li ġġib l-injuranza filħwejjeġ tal-fidi kien ikiddu wisq. Fit-talba għall-Missjoni jitlob hekk: “Alla, o Missier, … nitolbuk li tibgħat ħaddiema fid-dinja biex jgħallmu n-nies li qegħdin flinjuranza tal-fidi, u b’hekk dawn l-imsejknin jaslu biex jagħrfu lilek Alla wieħed veru…” Quddiem din il-miżerja tal-bniedem kien jittama li d-dawl ta’ Ġesù jixtered permezz tat-tagħlim it-tajjeb u li ħafna bnedmin jipperswadu ruħhom fuq il-verità li l-‘fidi kollox’. Fil-konkluzjoni ta’ Pulptu
98 jikteb hekk: “Nikkonkludi billi nurikom li m’hemm ebda ġid fejn m’hemmx kultura tat-tagħlim. Ittagħlim huwa l-għajn ta’ kull ġid, u ħadd ma jista’ jkun prudenti jekk bid-diliġenza ma jfittixx li jitgħallem.”
L-eku ta’ dan il-kliem insibuh fil-messaġġ tal-Papa għallJum Dinji tal-Missjonijiet għal din is-sena: “F’bosta mkejjen l-evanġelizzazzjoni tibda millħidma edukattiva, li għaliha l-opra missjunarja tiddedika impenn u żmien, bħall-bidwi ħanin taddielja fil-Vanġelu (ara Lq 13, 7-9) li b’sabar kapaċi jistenna l-frott wara snin sħaħ ta’ formazzjoni bilmod il-mod; hekk jitnisslu persuni li kapaci jevanġelizzaw u jwasslu l-Vanġelu fejn l-inqas wieħed jistenna li jarah jitwettaq.”
Nara li dan hu kliem li joqgħod tajjeb ħafna għall-formazzjoni filfidi li għaliha Dun Ġorġ waqqaf isSoċjetà. Il-formazzjoni teħtieġ ilkura u l-attenzjoni u għalhekk San Pawl eżorta lil Timotju biex jagħżel nies ‘ta’ fiduċja, li huma stess ikollhom il-ħila jgħallmuh ukoll lil oħrajn.” (2 Tim 2, 2) Dun Ġorġ, għax kien għaqli, kellu dan is-sabar li jara d-dielja tiela’ filwaqt li jieħu ħsiebha u jikkultivaha mill-aħjar li jista’. Hekk ifforma l-Fundatur u hekk għandna niffurmaw aħna: bis-sabar. Il-bniedem prudenti
huwa bniedem li jaf jistenna biex il-binja titla’ f’saħħitha u biex wara ma jiddispjaċihx. Ġesù jagħtina tixbiha oħra ta’ kif għandu jkun bennej għaqli: “Għax min minnkom ikun irid jibni torri u ma joqgħodx bilqiegħda biex l-ewwel nett iqis in-nefqa, ħalli jara għandux biżżejjed biex iwassal sa l-aħħar? Għax jekk jiġrilu li jqiegħed issisien biex imbagħad ma jkunx jista’ jtemm il-bini, kull min jarah jibda jwaqqgħu għaċ-ċajt u jgħid: ‘Dan il-bniedem beda jibni u ma kellux ħila jkompli sa l-aħħar.’” (Lq 14, 28-30) Il-missjoni hija qadja jisimha ħniena. Kull qadja titlob paċenzja u sabar u l-missjoni mhux b’inqas! Nafu li l-prudenza u l-għaqal huma virtujiet li jmorru kontra n-natura tagħna ta’ bnedmin li moħħna biex nissodisfaw lilna nfusna u allura meta neżortaw għall-ħajja virtuża malajr insibu reżistenzi u ħitan. Mela l-missjunarju jrid ħafna paċenzja: irid jinnota fis-skiet, irid joqgħod lura milli jiġġudika, irid iħabbat wiċċu mal-fallimenti li kultant ikollu, irid jittama li għalkemm għalissa mhux qed jara ċar biżżejjed imma Alla li sejjaħlu għandu kollox mifrux quddiemu. Forsi l-iktar post fejn din l-istennija hi evidenti huwa fir-relazzjonijiet li jkollna mal-persuni. Naħseb li l-ewwel paċenzja rridu neħduha 303
bina nfusna fil-fraġilitajiet u l-limitazzjonijiet li naraw fina. Għandna ngħidu ma’ David: “Għax jien nagħrafhom ħtijieti; id-dnub tiegħi dejjem quddiemi.” (Salm 51, 5) Li nagħrfu li aħna midinbin u fil-bżonn tal-għajnuna hija grazzja kbira li Alla jagħtina biex nibqgħu umli u hekk ikun jista’ jinqeda bina. Min-naħa l-oħra rridu noqogħdu attenti li ma naqtgħux qalbna u naħsbu li m’aħniex denji tas-sejħat ta’ Alla. Il-Papa Franġisku jissuġġerilna nħarsu lejn il-fraġilitajiet tagħna bil-fidi:
“Il-fidi tfisser ukoll nemmnu fih, nemmnu li tassew iħobbna, li hu ħaj, li għandu l-ħila jidħol b’mod misterjuż fil-ħajja tagħna, li ma jitlaqniex waħidna, li, bil-qawwa tiegħu u bil-kreattività bla tarf tiegħu, mill-ħażin joħroġ it-tajjeb.” (Evangelii Gaudium 278) 304
Fir-relazzjoni tagħna mal-oħrajn għandna nkunu karitattivi u nittrattaw bil-qalb tallaħam. Għandna napprezzaw u ninkoraġixxu l-passi żgħar li jagħmlu ta’ madwarna u noqogħdu b’seba’ għajnejn li ma tikbrilniex rasna. Għandna nżommu dan il-kliem tal-Appostlu Pawlu quddiemna: “Intom il-magħżulin ta’ Alla, il-qaddisin u l-maħbubin tiegħu. Ilbsu mela sentimenti ta’ ħniena, tjieba, umiltà, ħlewwa u sabar. Stabru b’xulxin, u jekk xi ħadd minnkom ikollu xi jgħid ma’ ħaddieħor, aħfru lil xulxin; bħalma l-Mulej ħafer lilkom, hekk agħmlu intom ukoll. U fuq kollox ilbsu l-imħabba li hi l-qofol talperfezzjoni.” (Kol 3,12-14) Fl-Udjenza Ġubilari tas-Sibt 12 ta’ Marzu ta’ din is-sena l-Papa tkellem dwar Ħniena u Qadi. Dakinhar Franġisku għamel riflessjoni dwar meta Ġesù ħasel riġlejn l-Appostli waqt l-Aħħar Ċena (ara Ġw 13, 1-20). Dwar dan l-episodju Franġisku qal: “Mela l-imħabba hi meta konkretament naqdu lil xulxin. L-imħabba mhix kliem; hi għemil u qadi, qadi umli, magħmul fis-skiet u fil-moħbi…” Dan il-ġest ta’ Ġesù hu ħafna għal qalb il-Papa. Donnu hawn il-Papa jara l-qalb tħabbat tal-Vanġelu, il-
ħniena ta’ Ġesù, l-Imgħallem Divin, li minflok ma jpoġġi bilqiegħda u jitkellem ‘bħal wieħed li għandu s-setgħa’ (Mt 7, 29) din id-darba jqum minn fuq il-mejda, ineħħi l-mantar u jieħu fardal u jdawru ma’ qaddu u jinżel jaħsel riġlejn id-dixxipli u hekk jagħmel l-aqwa prietka tiegħu. Ġesù kien jaf li l-kliem iqanqal imma l-eżempju jkaxkar! L-imgħallem Divin qalilna: “Huwa l-ispirtu li jagħti l-ħajja; il-ġisem ma jiswa għal xejn. Il-kliem li jiena għedtilkom huwa spirtu u ħajja.” (Ġw 6, 63) Hawn naraw kif ixxandir tal-Vanġelu huwa tassew l-aqwa opra tal-ħniena għax din l-aħbar għandha tixxandar blistess spirtu ta’ qadi li kellu Hu. Jekk Ġesù ġie fid-dinja bi spirtu ta’ qadi u biex iservi, kif jista’ l-Vanġelu jixxandar mod ieħor? It-tagħlim hu fuq kollox qadja, servizz li jingħata biex jaqta’ l-veru għatx tal-bniedem u jibqa’ għallħajja kollha. Fl-Unjoni Maġġuri Dun Ġorġ jeżortana: “Naħdmu billi ngħallmu bil-kelma u bl-eżempju, f’tama ta’ ħlas kbir għax it-tagħlim tajjeb huwa l-għajn ta’ kull ġid, u wisq iżjed meta jkun imsaħħaħ bleżempju.” ⧀ Mario Bezzina
305
Naffaċċjaw ir-Realtà
Laudato Si’
I
l-Papa Franġisku huwa tip ta’ mexxej li huwa konxju tad-diffikultajiet li għaddejja minnhom id-dinja u ma jiddejjaqx isemmi u juri tħassib serju dwar il-problemi reali li jeżistu. Fil-Laudato Si’ jikteb ċar u tond li l-bniedem qatt ma ttratta daqshekk ħażin u offenda d-dar komuni tiegħu daqs dawn l-aħħar żewġ sekli. Dan huwa kumment li fih ħafna piż u li jitfa’ responsabbiltà kbira fuq dawk li kellhom sehem minn dan id-diżastru. Madankollu l-Papa bl-ebda mod ma jrid jaqta’ l-qlub tan-nies u saħansitra ta’ dawk li ħolqu dan l-isfreġju. Hu jkompli jagħmlilna kuraġġ u jsejħilna biex insiru dejjem iktar għodda f’idejn Alla l-Missier bl-iskop li din il-pjaneta tagħna tkun verament dak li fil-prinċipju Alla ħolom għaliha u b’hekk tkun tista’ twieġeb għall-pjan tiegħu li qatt mhu nieqes mill-paċi, mill-ġmiel u mis-sħuħija. Fost l-oħrajn lill-Papa jinkwetah il-fatt ta’ kemm saret dgħajfa r-reazzjoni f’ħinha u f’waqtha tal-politika internazzjonali. Qisu spiċċajna li l-politika u l-politiċi, minflok imexxu skont il-prinċipji u l-valuri tagħhom, qed jiġu mmexxija minn qawwiet oħrajn bħalma huma s-sistemi finanzjarji, il-media u t-teknoloġija. Dan ma jiġrix biss lill-politiċi għax b’xorti ħażina nistgħu naqgħu fih aħna wkoll fil-ħajja ta’ kuljum. Il-bniedem minflok jiddetta ħajtu jispiċċa skjav ta’ min irid 306
jiddettahielu u f’din ir-realtà ħadd mhu eskluż. Kulħadd mingħalih qed jara l-interess partikulari tiegħu u dan diġà fih innifsu huwa żbaljat għax jitwarrab il-ġid komuni. U min ibati jekk mhux l-individwu meta l-ġid komuni jiġi ttraskurat? Illum kulħadd irid isir sinjur malajr u dan sar qisu l-bżonn u l-iskop tal-ħajja. Allura qed naraw ġenn mill-bejjiegħa biex jirriklamaw il-prodott tagħhom. Bilkemm tkun xtrajt ħaġa li ma
toħroġx xi ħaġa aqwa u tirrendilek tiegħek out-dated. Il-pressjoni ta’ min jirriklama toħloq bżonnijiet foloz u artifiċjali fuq l-individwu.
Lill-Papa tbeżżgħu l-idea li llum kull ħaġa li hi dgħajfa, bħallambjent, tispiċċa m’għandhiex min jiddefendiha kontra l-interessi ta’ suq li nagħmluh alla tagħna, liema interessi jsiru huma r-regola assoluta. Il-Papa jattakka wkoll lil dawk li llum il-ġurnata jridu jibqgħu mkaħħla mal-poter u se jibqgħu mfakkra għal kemm ma kinux kapaċi jindaħlu meta tant kien urġenti u meħtieġ li jagħmlu dan. Aħna wkoll xi drabi nistgħu neħlu ma’ xi idea li jkollna u li ma rridux inċedu. Nistgħu neħlu ma’ xi ċirkustanza li ma nkunux irridu ninqalgħu minnha u forsi kieku nċedu ftit u nkunu iktar umli l-affarijiet ikunu aħjar u isbaħ. Jalla li meta nistgħu nindaħlu biex intejbu xi ħaġa nagħtu s-sehem tagħna kollu. Madanakollu l-Papa japprezza li għad fadal ħafna li jaħdmu għallġid tal-oħrajn, b’mod speċjali min jintervjeni f’waqtu biex b’mod
pożittiv iħalli effett. Il-bniedem maħluq biex iħobb u, minkejja li għandu l-limiti tiegħu, fih hemm miżrugħ it-tajjeb. Għandu qalb ġeneruża, solidali u kapaċi tgħożż. F’Malta dan jidher ħafna, b’mod speċjali f’okkażjonijiet ta’ solidarjetà ma’ min hu fil-bżonn. Hu tajjeb li f’dawn iċ-ċirkustanzi jkun hemm ukoll ħafna għaqda u ferħ. Jalla dan jibqa’ jsir kuljum minn kulħadd, fl-affarijiet iż-żgħar. M’hemmx żmien partikulari meta wieħed għandu jgħin, għax li tgħin huwa bżonn ta’ kuljum. L-agħar ħaġa li tista’ tiġri hi meta wieħed idaħħal rasu fir-ramel u jippretendi li jew il-problemi mhumiex hemm jew li mhux qed iħallu effett negattiv. Din l-imġiba hi ħarba mir-realtà u tinżlilna għasel biex inkunu nistgħu nżommu l-istili ta’ ħajja, ta’ produzzjoni u ta’ konsum li nkunu qbadna. Bħall-Papa għandna bżonn li kontinwament naqraw is-sitwazzjoni u fejn hemm ilproblemi naffaċjawhom billi qabelxejn ninbidlu aħna. ⧀ Kevin Scicluna
307
Is-Samaritan it-Tajjeb ta’ François-Léon Sicard
F
Il-Pittura tal-Faċċata
’dan l-artiklu ser nikteb fuq skultura ta’ artist Franċiż. Għalkemm miet fl-għoxrin seklu, ftit nafu dwaru għax kien bniedem riservat ħafna u ma kienx jitkellem dwaru nnifsu. Hu meqjus bħala skultur bravu ħafna tad19 u l-20 seklu, tant li xogħol tiegħu jżejjen il-famuż Mużew Louvre f’Pariġi. Insibulu wkoll ħafna skulturi mxerrdin mal-Ewropa. Billi x-xogħol tiegħu jixbah ħafna lil dak ta’ Gustave Crauk (1827–1920) u Antoine-Augustin Préault (1809–1879), jista’ jkun li kkollaboraw flimkien fil-bidu tal-20 seklu. Sicard twieled f’Tours, fi Franza, fil-21 ta’ April tal-1862 u miet f’Pariġi fis-sena 1934. Studja taħt Louis-Ernest Barrias. Kien miżżewweġ lil Lilli Scheikevitch u kellhom tifel li semmewh Pierre. Fl-1891, jiġifieri ta’ 31 sena, ingħata l-premju Prix de Rome. Dan kien scholarship Franċiż li kien jingħata lil studenti tal-arti. Min kien jirbħu kien imur jistudja Ruma minn tlieta sa ħames snin, kollox imħallas mill-Gvern Franċiż. Minħabba f’hekk għex għal tliet snin ġo Villa Mediċi, bejn l-1892 u l-1895. Fl-1930 ġie aċċettat bħala membru tal-Akkademja tal-Belle Arti. Insibu diversi xogħlijiet tiegħu magħrufa, fosthom monument lil Georges Clemenceau li tpoġġa fiċ308
ċentru tal-belt ta’ Sainte Hermine. Insibu wkoll monument għallmejtin f’Mouilleron Pareds u ieħor importanti ddedikat lil Missier ir-Rebħa ġewwa Mouchamps. Għamel ukoll midalja bix-xbieha ta’ Clemenceau li għenu ħafna filkarriera tiegħu. Nagħtu ħarsa lejn l-iskultura f’din il-ħarġa tal-Kalendarju Museumin. L-iskultura tippreżentalna tnejn min-nies: lis-Samaritan u lill-ferut. L-istatwa hi fi stil neo-klassiku, jiġifieri xogħol tal-arti ispirat mirregoli u l-istil klassiku Ruman u Grieg tal-qedem. Kien popolari ħafna fi żmienu, speċjalment fi Franza. Iż-żewġ figuri jidhru għarwenin. Apparti dan, ma jidher
ebda dettall ieħor ħlief biċċa drapp nieżla fuq wara fin-nofs.
Il-ferut jidher mitluf u mitluq għal kollox. Għandu wiċċ u figura ta’ bniedem żagħżugħ. B’idu l-leminija qed iżomm ma’ ras isSamaritan, forsi biex iħossu aktar sigur. Qed iserraħ fuq il-ġisem tas-Samaritan li bi tbatija kbira jidher qed iqandlu. Min-naħa l-oħra s-Samaritan jidher qed ibati sew taħt it-toqol tal-ġisem li qed jipprova jerfa’. Qed jipprova jerfgħu fuq siequ l-leminija, forsi biex b’hekk jaqsam il-piż talġisem u l-ferut ikun mistrieħ aħjar. Minn wiċċu s-Samaritan jidher li hu xi ftit anzjan. Jidher attent fejn qed ipoġġi siequ biex ma jweġġgħux aktar milli jmissu. Fih nara bniedem b’saħħtu, imma fl-istess ħin qed jerfa’ b’ċerta ġentilezza. Sabiħ il-mod kif qed iħaddnu miegħu, donnu beżgħan li ma jmurx jaqagħlu minn idejh. Irrabta li tidher bejniethom turi biċċar li s-Samaritan, għalkemm qed jisforza u jbati, qed jagħmel dan l-att ta’ solidarjetà minn qalbu, imqanqal mill-ħniena, u mhux għax sfurzat jagħmel dan. ⧀ Vincent Mangani
309
Lill-Madonna ta’ Soledad ta’
Charles Bezzina
C
Letteratura
harles Bezzina twieled ir-Rabat, Għawdex, fl-1961. Huwa awtur ta’ tmien kotba ta’ poeżiji u għadd ta’ kotba oħrajn dwar it-Tieni Gwerra Dinjija f’Għawdex. Bezzina huwa poeta validu ħafna għax iwassal ittqanqil universali li jħoss il-bniedem għas-sabiħ u għat-tajjeb u l-poeżiji tiegħu huma miktuba f’versi mużikali u għalhekk jagħtu pjaċir lill-widna. Waħda mit-temi tal-kitba tiegħu hija s-solitudni billi, miċċirkustanzi li sab ruħu fihom, il-poeta jħossu maqbud f’din ilproblema. L-istess titli tal-kotba tal-poeżiji tiegħu juru li din ittema hija rikorrenti. Dan qiegħed ngħidu biex anki l-istess poeżija tiegħu li qiegħed nippreżenta hawn tiftiehem f’dan id-dawl. Il-kelma Soledad hija kelma Spanjola li tfisser ‘solitudni’. Mela l-Madonna ta’ Soledad hija l-Madonna ‘li qiegħda weħidha, li tgħix fis-sikta’. Id-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Soledad hi magħrufa u mxerrda ħafna u fl-istess ħin antika ferm u taf il-bidu tagħha mill-Kastellani, fi Spanja. F’Għawdex il-Familja 310
Castelletti kienet xerrdet iddevozzjoni tal-Madonna taħt dan it-titlu fiċ-Ċittadella.
Is-suġġett tal-poeżija huwa n-niċċa bix-xbieha tal-Madonna ta’ Soledad li tinsab taħt l-arkata l-qadima taċĊittadella u li ġġib id-data 1559. Din id-data hija sinifikattiva għax tiġi tmien snin biss wara l-Assedju ta’ Għawdex mill-Misilmin fi żmien il-Gran Mastru d’Homedes meta prattikament il-poplu Għawdxi kollu (minbarra x-xjuħ) ittieħed ilsir u għalhekk anki l-Madonna tas-Solitudni tieħu tifsira akbar f’dan il-kuntest partikulari. Din il-poeżija hija magħmula minn sitt strofi ta’ erba’ versi l-waħda u miktuba bil-vers ottonarju li hu l-vers tal-għana popolari Malti.
Iżda l-poeżija fiha ċerta solennità u togħla ħafna iżjed ’il fuq millgħana popolari.
Bezzina li qiegħed jgħix fissolitudni li tkiddu bis-sħiħ ‘mingħajr sliem u ruħ ħanin’ imur ifittex lill-Madonna ta’ Soledad fejn jittama li jsib min jifhmu u l-kenn mixtieq. Is-sabiħ ta’ din ilpoeżija hu li Bezzina juża l-kelmiet ‘arkati’ u ‘ħnejja’, waħda fil-plural u l-oħra fis-singular, iżda li jfissru l-istess. Huwa jgħid li qiegħed fiddalma ‘taħt l-arkati tad-destin’, frażi li nsibuha darbtejn, fl-ewwel u fl-aħħar strofa. Mill-banda l-oħra jgħid ukoll li hu sejjaħ lillMadonna ta’ Soledad meta ħassu waħdu fil-folla u twarrab jistenna mnikket u jibki ‘taħt il-ħnejja’, il-post fejn hemm in-niċċa bixxbieha tal-Madonna. Jgħid ukoll li għadu ma sabx irpoż minħabba t-tensjoni u d-diq u anki wkoll minħabba l-maltemp tal-ħajja. Din il-frażi ‘taħt il-ħnejja’ tidher ukoll darbtejn fil-poeżija billi qiegħda kemm fit-tieni u kemm fit-tielet strofa, għalkemm f’din tal-aħħar il-kelma ‘ħnejja’ għandha t-tifsira ta’ post speċifiku kif ukoll tingħata tifsira metaforika, jiġifieri fissens ta’ ‘taħt l-arkati tad-destin’. Wieħed jista’ jinnota wkoll li l-arkati suppost għandhom joffru l-kenn iżda għall-poeta dawn l-arkati ma fihomx kenn u mistrieħ billi l-maltemp għalih
għadu sejjer u m’hemmx li jaqta’. Forsi għalhekk iħossu skomdu u m’għadux jemmen f’dak li jgħidu l-oħrajn. Billi l-poeta qiegħed jitkellem mal-Madonna tas-Solitudni (huwa jsejħilha ‘Omm is-Sikta’ filpoeżija), jibqa’ jittama li Marija, li bħalu ġarrbet is-solitudni talħajja, tisma’ l-ilmenti tiegħu. Hawn għandna iperbola, jiġifieri figura tat-taħdit li tesaġera apposta biex tisħaq il-punt li trid twassal għax Bezzina jgħid ‘għandi f’qalbi elf ilment’. Fl-okkażjoni ta’ din ilpoeżija l-poeta jixtieq iberraħ ħajtu quddiem Ommna Marija biex isib tarf tal-problema u jkun jista’ jgħix ferħan.
Din il-poeżija ta’ fidi hija forsi xi ftit mudlama, iżda wara kollox hija l-istess Marija li ħafna qablu fiż-żmien u b’mod aktar qawwi kellha l-mumenti tagħha ta’ ‘fidi mudlama’. Fidi bħal din hija fidi wkoll, fidi li tgħaddi mit-tbatija tal-iżolament, iżda l-poeta jaf wisq tajjeb lil min qiegħed ifittex. Għalhekk jagħmel asserzjoni qawwija ħafna meta fl-aħħar strofa jindirizza lil Marija b’dan ilmod:
Irrid lilek għax int bħali f’solitudni ilek snin. ⧀
Ġorġ Borg 311
Lill-Madonna ta’ Soledad Għomri nfittxek ġewwa d-dalma taħt l-arkati tad-destin, għomri nonġor is-skiet tiegħi mingħajr sliem u serħ ħanin. Kien hemm żmien meta sejjaħtlek, qalb il-folla spiss staqsejt, jien twarrabt nistenna mnikket, taħt il-ħnejja bkejt u bkejt. Għadda ż-żmien w għadni nistenna bit-tensjoni, bla mistrieħ, id-diq żied, il-ħajja tbiddlet,
taħt il-ħnejja qam ir-riħ. Barra t-temp iriegħed dejjem, tidwi l-għaġla tal-bnedmin, m’għadnix nemmen f’dak li jgħidu, żmieni stramb għal dawn is-snin. Fejn int qiegħda, Omm is-Sikta? Għandi f’qalbi elf ilment, nixtieq ngħidlek ħajti kollha biex xi darba nkun kuntent. Irrid lilek għax int bħali, f’solitudni ilek snin, kemm nixtieqek issa miegħi taħt l-arkati tad-destin. Charles Bezzina
Pittura tan-niċċa bix-xbieha tal-Madonna ta’ Soledad li hemm taħt l-arkata l-qadima taċ-Ċittadella
312
Kompromessi u
Kumpensazzjonijiet
I
Il-Membri Jiktbu
l-ħajja tas-Soċju, speċjalment fid-dimensjoni profetika tagħha, trid tgħin lil dawk ta’ madwaru jistaqsu dwar dak li jmur lil hinn mis-sensi tagħna. Mhux l-ewwel darba, fuq il-postijiet tax-xogħol tagħna, kemm f’Malta u anke fl-esteru, jistaqsuna dwar il-vokazzjoni tagħha, dwar iċ-ċelibat u dwar l-istil ta’ ħajja li ngħixu. Fil-każ tal-missjunarji jistaqsuna wkoll dwar x’wassalna nitilqu minn art twelidna u kemm kien diffiċli biex nidraw ngħixu f’kultura ġdida.
Mhux faċli twieġeb mistoqsijiet bħal dawn. Xi drabi, meta nippruvaw nispjegaw dwar iċċelibat lil nies li ma tantx huma midħla tal-ħajja spiritwali, inkunu qisna qed nippruvaw nispjegaw is-sbuħija tal-mużika lil persuna nieqsa mis-smigħ. Drabi oħra r-reazzjoni tagħhom tkun ta’ ammirazzjoni lejn il-vokazzjoni tagħna, speċjalment meta jarawna nwettqu l-appostolat tagħna millqalb u b’dedikazzjoni minkejja li ngħixu ħajja ta’ ċaħda u kastità. Dawn in-nies ikomplu jgħinuna niskopru s-sbuħija tal-vokazzjoni Museumina u nkunu grati lejn ilMulej li sejħilna biex inħaddnuha. Fl-istess ħin iħeġġuna biex inkomplu ngħixu fedelment din 313
l-għażla radikali li għamilna filjum tal-Inkorporazzjoni tagħna.
Sabiex id-dimensjoni profetika tibqa’ tispikka fil-ħajja tagħna, jeħtieġ li nkunu ġeneruzi flimħabba tagħna u fidili lejn l-ispirtu Museumin. Jekk ma noqogħdux attenti jista’ jiġrilna dak li jikteb Peter Van Breemen filktieb The God Who Won’t Let Go. Dan l-awtur Ġiżwita juri li ħafna nies li jiddedikaw ħajjithom lil Alla u li huma kapaċi jgħidulu “iva” f’diversi mumenti fundamentali tal-ħajja tagħhom, fil-verità ma jeħdux lil Alla bis-serjetà. Jgħid li l-“iva” li jagħtu lil Alla mhix sħiħa għax donnhom jibżgħu jagħtuh kollox. Minkejja din l-“iva” jżommu ċertu distanza u, agħar minn hekk, “jinnegozjaw” dak li lesti jagħtuh u dak li jżommu għalihom: “Dan hu l-mod kif id-dinamika tal-ħajja tagħna spiss taħdem: nersqu lejn Alla imma fl-istess ħin nagħmlu żewġ passi lura. Il-kompromessi jipparalizzawna. Jerdgħulna l-enerġija u l-ferħ. Jibdew jherru l-ħajja tagħna bħalma s-sadid jeqred saħansitra l-azzar… ilkompromessi u għażliet oħra jidhrulna li huma raġonevoli; jagħmlu ħafna sens. Kapaċi nargumentaw dwar l-importanza tagħhom b’konvinzjoni kbira. Iżda xi mkien fil-qiegħ ta’ qalbna nafu li l-affarijiet mhumiex kif għandhom ikunu.” 314
Naħseb li dak li jikteb Van Breemen jgħodd ħafna għalina. Bl-għajnuna ta’ Alla konna kapaċi niċċaħdu minn diversi affarijiet li l-vokazzjoni tagħna titlob minna, speċjalment li jkollna familja, imma mbagħad inħallu l-ħajja tagħna timtela b’ħafna affarijiet li aktarx fil-maġġoranza huma sbieħ u tajbin imma ma jgħinuniex nimxu ’l quddiem fil-vokazzjoni tagħna. Jista’ jkun hemm Soċji li: • qatt ma jmorru jaraw logħba futbol ġo stadium, imma ma jitilfux logħba tat-tim favorit tagħhom fuq it-televixin u huma up-to-date dwar it-tim kważi daqs il-president talclub,
• wegħdu li jħarsu biss lejn Ġesù Kurċifiss, imma fl-istess ħin isibuha wisq diffiċli biex ibatu ftit miegħu, biex jagħmlu ftit sagrifiċċju u biex jiċċaħħdu minn ċerti kumditajiet u affarijiet li jogħġbuhom,
• jgħixu ċ-ċelibat, imma mbagħad iħallu ċertu ħbiberiji ma’ persuni li mhumiex fis-Soċjetà jokkupaw post ċentrali fil-ħajja tagħhom, xi drabi jiġġustifikaw ruħhom billi jgħidu li qed jippruvaw jagħmlu “ftit ġid” miegħu jew magħha,
• huma katekisti tajbin u jaqdu l-appostolat tagħhom b’ċerta ħeġġa fil-Qasam fejn trabbew, imma mbagħad isibuha wisq diffiċli meta jiġu mitluba jmorru f’Qasam ieħor, aktar u aktar jekk ikun fl-esteru.
Dawn huma biss ftit eżempji. Permezz tagħhom ma rrid niġġudika lil ħadd, anzi wħud minnhom huma sfida anke għalija. L-importanti hu li nkunu sinċiera magħna nfusna u, minflok noqogħdu ngħidu: “Imma x’fiha ħażin li…?”, nistaqsu lilna nfusna: “Din il-ħaġa koerenti ma’ dak li titlob minni r-Regola?” Ma ninsewx, ħbieb, dak li kienet tgħid Madre Tereża: “Il-Mulej m’għandux bżonn is-suċċess tagħna imma l-fedeltà tagħna. Kemm tkun ħasra jekk, minflok ngħixu l-vokazzjoni tagħna b’mod awtentiku, nikkuntentaw ruħna bil-kumpensazzjonijiet u l-kompromessi li jwaqqgħuna filmedjokrità! ⧀ Stephen Zammit
315
Il-Manswetudni
B
ħala Nsara u Museumini l-imħabba trid tmexxina fil-ħajja tagħna. Aħna li ngħixu fi grupp fil-familja, fis-Soċjetà tal-MUSEUM, fuq ix-xogħol jew l-iskola jkollna nagħmlu għażla bejn li nħobbu jew li mmorru kontra l-imħabba. Fid-Direttorju Spiritwali Dun Ġorġ jikteb: “Jekk ma tagħmilx kollox blimħabba ma tistax tkun f’siktek, għax l-imħabba biss tqiegħed f’postha l-qalb talbniedem. L-imħabba tagħmel ħafif dak li hu tqil, sabiħ dak li hu ikrah u tqiegħed f’postu dak li hu barra minn postu.” (Nru. 191) Aħna jeħtiġilna nitħarrġu fil-virtù tal-manswetudni għax il-Fundatur ra fiha l-imħabba fi grad għoli. Għamlilna l-vot tal-manswetudni u qegħdilna lil San Stiefnu bħala l-prottetur tagħha. Din il-virtù hija s-sinjal ta’ Ġesù l-Messija. Hekk ħabbar fuqu l-Profeta: “Ifraħ kemm tiflaħ, bint Sijon; għajjat bil-ferħ, bint Ġerusalemm! Ara, is-sultan tiegħek ġej għandek, ġust u rebbieħ, umli u riekeb fuq ħmar, fuq felu ta' ħmara.” (Żak 9, 9) Ġesù huwa l-mudell tagħna: “Tgħallmu minni għax jien għandi qalbi mansweta u umli.” (Mt 11, 29) Hu li fuq is-salib l-ewwel kelma li qal kienet talba lil Missieru għal dawk li sallbuh: “Missier, aħfrilhom għax ma jafux x’inhuma jagħmlu.” (Lq 23, 34) Il-Fundatur meta kien jitkellem fuq il-manswetudni kien isemmi l-fatt li aħna lkoll midinbin u lkoll nitolbu lil Alla biex jaħfrilna dnubietna, però bil-kundizzjoni li aħna nkunu ħfirna lill-oħrajn. Kien jistaqsina: “Fil316
Missierna aħna mhux hekk ngħidu: Aħfrilna dnubietna bħalma aħna naħfru lil min hu ħati għalina?” (Mt 6, 12) Imbagħad kien jgħidilna li jekk xi ħadd minna mhux lest jaħfer lil min ikun naqsu f’xi ħaġa, aħjar ma jgħidha xejn il-Missierna għax lil Alla jkun qed jgħidlu: “Lili taħfirlix għax jien ma rridx naħfer.”
Waqt il-prova tal-maħfra Dun Ġorġ iridna niftakru li jaqblilna nfittxu ħbieb mansweti, li nippruvaw inżommu l-paċi mal-oħrajn u li hemm bżonn inċedu, nissaportu u nisktu. Qegħdin fis-sena tal-Ġublew talĦniena u l-istedina hija li għandna nħennu bħall-Missier jekk irridu li meta nidhru quddiemu nsibu l-ħniena, għax Hu jkejjel lilna blistess kejl li nkunu kejjilna lilloħrajn. ⧀ Francis Felice
Jitkellmu Ħafna Fuqha! Darba qrajt storja Sudaniża ta’ wieħed politiku li staqsa lil qassis ġurdien xiħ: “Abuna, x’taħseb fuq il-paċi fis-Sudan?” Dak kien pront wieġbu: “Jitkellmu ħafna fuqha.” U hekk hu, għax bħall-imħabba, l-għaqda, is-solidarjetà u tant kliem ieħor, il-paċi hi valur li nisimgħu ħafna fuqu. Hija storja oħra, iżda, kemm hemm rieda li teżisti tassew il-paċi fid-dinja u fil-qlub tan-nies. “Il-Paċi Miegħek” Fil-MUSEUM ukoll nitkellmu ħafna fuq il-paċi… jekk xejn, ittislima ‘Il-paċi miegħek’ hija dik li ilna nisimgħu minn mindu rfisna l-ewwel darba l-għatba tal-Museum. Vera li mhix tislima esklussiva għall-MUSEUM, imma żgur li hija marbuta mill-qrib malgħaqda tagħna. Kultant niltaqa’ ma’ nies li forsi għax jindunaw li jiena Soċju jsellmuli b’din ittislima Evanġelika-Museumina.
Hija qabel kollox it-tislima li biha Ġesù twieled u t-tislima lillAppostli ħbieb tiegħu wara li qam mill-mewt. Hija t-tislima li Ġesù xtaq li d-dixxipli joffru meta bagħathom tnejn tnejn fil-missjoni tagħhom. Fejn Hemm it-Teżor Tiegħek Hemm Hi Qalbek Il-paċi nistgħu nifhmuha filkuntest tar-relazzjoni tagħna mal-oħrajn u f’dan il-kuntest
Il-Paċi hi teżor
li m’għandu
jinbidel ma' ebda
ħaġa
maħluqa.
317
tirreferi għall-ambjent li fih isaltnu l-imħabba u l-ġustizzja. Imma l-paċi trid tibda wkoll millqalb ta’ kull bniedem u hija dik li Dun Ġorġ isejħilha ‘l-paċi tal-qalb’. Taffaxxinani kemm-il darba Dun Ġorġ jirreferi għall-paċi fl-Unjoni Maġġuri. Tolqotni r-riflessjoni dwar il-paċi waqt it-talba tatTrinità Qaddisa: ‘Il-paċi hi teżor li m’għandu jinbidel ma’ ebda ħaġa maħluqa.’ Trid tkun taf għaliex għandek jew m’għandekx paċi f’qalbek? Ara x’tgħożż. Ara fejn hu t-teżor tiegħek. Biex jgħinna fir-riflessjoni u fil-prattika, Dun Ġorġ jagħti lista ta’ ħbieb tal-paċi: l-umiltà, l-imħabba, il-kastità, ilmanswetudni, il-ġenerożità, ilbżulija u l-qies. Ninħabbu Sinċerament Magħhom… u bilPerseveranza Għalhekk meta aħna nagħtu l-paċi lil xulxin, u meta nirċevuha, tajjeb nistaqsu ftit jekk aħniex ħbieb talħbieb tal-paċi. Kif jista’ jkun hemm il-paċi fija jekk ma nagħrafx lil Alla bħala dak li jmexxi u kif jista’ jkun hemm il-paċi mal-oħrajn jekk ma jkollix spirtu ta’ qadi ma’ sħabi? Kif nista’ nżomm il-paċi fija u madwari jekk f’qalbi għandi ħsibijiet ta’
318
mibegħda jew jekk minflok nimxi bl-imħabba nimxi bis-simpatija u bl-antipatija? Kif jista’ jkolli l-paċi jekk fir-rikreazzjoni tiegħi nfittex ħwejjeġ mhux safja jew jekk naħseb ħażin fl-oħrajn? Kif nista’ nkabbar il-paċi jekk ikolli qalb iebsa għal min ma naqbilx miegħu jew weġġagħni? Kif nista’ nżomm il-paċi fil-Qasam jekk naħseb fija nnifsi jew jekk ix-xogħol inħallih għal ħaddieħor għax fl-aħħar mill-aħħar isir xorta? U jekk ma nżommx il-qies fl-ikel, fil-kliem jew fl-għemil, kif tista’ ssaltan ilpaċi? Tibdilha ma’ Ħadd u ma’ Xejn Il-bniedem dejjem ifittex ilpaċi f’qalbu imma mhux dejjem ifittixha fejn jista’ jsibha. Santu Wistin kellu esperjenza twila ta’ dan imma meta sab il-paċi qal li qalbna ma ssib qatt kwiet jekk mhux f’Alla. Għalhekk nawgura lili u lilkom li nibqgħu nistinkaw biex lil Alla u r-rieda tiegħu ma nibdluhom ma’ ħadd u ma’ xejn għax jekk ikollna lil Alla mhux biss inkunu fil-paċi aħna imma nistgħu nwassluha lil ħaddieħor. ⧀
Daniel Micallef
Together4europe
F
l-aħħar ta’ Ottubru 1999 il-Federazzjoni Dinjija tal-Luterani u l-Knisja Kattolika ffirmaw dikjarazzjoni konġunta dwar id-Duttrina talĠustifikazzjoni. Għal din l-okkażjoni mexxejja ta’ bosta għaqdiet u movimenti Kattoliċi u Evanġeliċi mill-Italja u l-Ġermanja nġabru f’Augsburg fil-Ġermanja. Dakinhar stess filgħaxija saret laqgħa fiċ-Ċentru Ekumeniku ta’ Ottmaring. Kienet esperjenza qawwija ħafna għal dawk li attendew u minn hawn bdiet mixja oħra ta’ Ekumeniżmu.
U dak li sar bejn it-30 ta’ Ġunju u t-2 ta’ Lulju fi Munich, ilĠermanja, kien pass ieħor f’din ilmixja. Attendew aktar minn 1700 persuna minn 40 pajjiż differenti u li kienu jirrappreżentaw lil aktar minn 300 għaqda u moviment Nisrani. ‘Encounter, Reconciliation, Future’ kien il-motto ta’ din irraba’ laqgħa internazzjonali wara t-tnejn li saru fi Stuttgard u oħra mifruxa f’bosta bliet Ewropej.
Il-laqgħat ta’ Munich kienu maqsuma bejn Circus Krone fejn kienu jiltaqgħu l-parteċipanti kollha għall-Plenarji, u bosta ċentri fl-istess belt għall-forums u r-round tables li kienu jsiru waranofsinhar. Kienu bosta l-argumenti li tqajmu iżda l-ħsieb li l-għaqdiet
Insara huma indispensabbli biex iżommu l-Ewropa magħquda tfaċċa kemm-il darba. Il-ħsibijiet iduru mas-seba’ ivajiet: iva għallħajja, għall-familja, għall-ħolqien, għall-ekonomija ġusta, għassolidarjetà, għall-paċi u għarresponsabiltà lejn is-soċjetà. Iddsatax-il forum u s-sbatax-il round table messew ħafna minn dawn ilpunti. Hawn ġew diskussi suġġetti varji, minn ‘solidarjetà mal-aktar dgħajfa fis-soċjetà’ għal ‘kif aħna msejħin li ngħixu ta’ Nsara flisfera ekonomika’ u ‘il-martirju: ix-xhieda diffiċli tal-Insara ta’ żmienna’.
Fil-laqgħat li kien hemm flimkien il-Kardinal Reinhard Marx u l-Isqof Beinrich Bedrod-Strohm taw eżempju tal-ħbiberija tagħhom u t-triq flimkien. “L-Ekumeniżmu 319
tal-qalb joffri futur lill-Knejjes tagħna ħafna isbaħ minn kif nistgħu nimmaġinawh aħna,” stqarr iċchairman tal-Knejjes Evanġeliċi tal-Ġermanja. “Nilħqu l-iskop talgħaqda jekk aħna kapaċi naslu għal rikonċiljazzjoni sħiħa,” saħaq il-Kardinal Marx. L-opportunità biex naslu għal dan qiegħda filli niltaqgħu flimkien: “Il-persuna l-oħra ssaħħaħna u tgħinna nimxu t-triq tar-rikonċiljazzjoni.”
F’wieħed mill-forums li ġibed ħafna attenzjoni, il-Kardinal Kasper, li kien il-President tasSegretarjat Ekumeniku Kattoliku, tkellem fuq id-diffikultajiet flEkumeniżmu. “Fl-isfera tat-tagħlim u l-maħfra, kollha kemm intom qisu lilkom infuskom importanti ħafna!” Wera l-probabbiltà li filfutur mhux daqstant imbiegħed jista’ jsir ftehim bejn il-Knisja Kattolika u dik EvanġelikaLuterana fuq tagħlim dwar ilKnisja, it-tmexxija u l-Ewkaristija. F’konferenza stampa dwar it-tifrik fil-kontinent Ewropew, Maria Voce tal-Fokolarini stqarret: “Il-firdiet u l-qasmiet li qed naraw iseħħu fl-Ewropa huma kollha riżultat tal-fatt li l-kontinent tagħna qed iwarrab il-valuri. Dikjarazzjonijiet minn rappreżentanti tal-Knejjes mhumiex biżżejjed. Jinħass ilbżonn tal-ħajja Nisranija megħjuxa kif suppost u aħna msejħin biex nagħtu s-sehem tagħna f’dan.” 320
Fl-ewwel jum filgħaxija kien hemm sessjoni ta’ rikreazzjoni. Hawn spikkat il-kreattività talorganizzaturi. Permezz tal-arti, iddrama, iż-żfin u l-maġija, kompla jitwassal il-messaġġ ta’ ‘Encounter, Reconciliation, Future’. Matul it-tieni jum l-enfasi kienet fuq l-isfidi preżenti tal-Ewropa. X’inhuma r-responsabiltajiet lejn il-kontinenti l-oħra? X’jistgħu jagħmlu l-movimenti Nsara? Kien hemm bosta mistoqsijiet dwar ilqagħda preżenti tal-Ewropa blisfidi lokali u internazzjonali.
Marco Impagliazzo, il-President tal-Komunità ta’ Sant’Egidio, qal: “Għandna bżonn nimxu millEwropa tal-missirijiet għal dik tal-ulied. L-Insara hemm bżonn li jerġgħu jagħżlu l-Ewropa flimkien. Ma nistgħux nagħmlu dan weħidna. L-Ewropa ma tistax tgħix għaliha nfisha; trid tgħajjex l-ispirtu Nisrani tagħha favur l-oħrajn u mal-oħrajn. Issa hu ż-żmien tal-‘umaniżmu spiritwali’ u l-Knejjes u l-komunitajiet għandhom jagħtu l-kontribut tagħhom.” Gerard Testard minn EFESIA f’Pariġi enfasizza l-bżonn talInsara fl-isfera pubblika. Ma nistgħux inkunu ċittadini tassema fuq naħa u tad-dinja fuq l-oħra. Dawn iridu jgħixu flimkien.
Michael Hochschild, soċjoloġista u professur fuq il-ħsieb postmodern f’Time Lab ta’ Pariġi qal: “Hemm bżonn li bħala Nsara nuru li aħna forza deċiżiva li kapaċi tifforma s-soċjetà. Irridu nsiru movimenti soċjo-ċivili. Fiż-żmien li qed ngħixu, żmien ta’ inċertezzi u nuqqas ta’ viżjoni, il-movimenti u l-għaqdiet hawn preżenti jistgħu joffru alternattiva.” Huwa ta ħsibijiet profondi dwar x’inhuwa s-sens tan-Nisrani f’Ewropa maħkuma mill-biża’.
bnedmin. L-Imam Baztami stieden lil kulħadd biex jidħol fi djalogu. Fil-laqgħa bit-titlu ‘Lejn ħajja sostenibbli fl-Ewropa’, il-Kardinal Turkson, l-inġinier Daniele Renzi, Hans-Hermann Bohm u esperti oħra laqgħu l-istedina tal-Papa għal djalogu miftuħ fuq il-bidla filklima u l-isfidi ekoloġiċi. “Ix-xjenza u r-reliġjon għandhom ikunu fi djalogu biex jagħtu kontribut favur is-soċjetà.”
Fost il-bosta round tables ta’ filgħaxija nistgħu nsemmu dik dwar ‘Id-djalogu bejn l-Insara u l-Musulmani’. Pasquale Ferrana, l-ambaxxatur Taljan għall-Alġerija, semma li d-djalogu ma jsirx bejn kulturi u reliġjonijiet iżda bejn il-
Dak li sar f’dawn il-jiem diffiċli tagħsru fi ftit ħsibijiet. Kienet idea tajba tal-organizzaturi li xeħtu l-aktar diskorsi importanti fuq together4europe.org, is-sit uffiċjali tal-moviment. ⧀
Thomas Roemer mill-YMCA ta’ Munich għamilha ċara li jekk ma nibdlux l-Ewropa tal-biża’ f’Ewropa tat-tama nkunu qed neqirdu l-kontinent tagħna. BħallAppostli, l-Ewropa hija wkoll f’dgħajsa ma’ Ġesù: “Kristu huwa magħna fil-maltempati; hemm bżonn li jkollna l-fidi. Hu tela’ fiddgħajsa magħna biex isalvana.”
Is-Sibt 2 ta’ Lulju sar kunċert/ attività fi pjazza prinċipali fi Munich. Il-ħsieb warajh kien li dak li sar fil-magħluq jixxandar minn fuq il-bjut. Hawnhekk spikkat ħafna l-preżenza żagħżugħa, għad li t-traxxix taxxita tellef xi ftit mill-ambjent. Fost affarijiet oħra ntwerew messaġġi rrekordjati għall-okkażjoni millPapa Franġisku u l-Patrijarka Bartolomew.
Joe Camilleri
321
Mill-Kalendarji “Antiki”... Ta’ 80 Sena Ilu Settembru 1936 29 ta’ Settembru... Għas-Soċji kollha huwa preskritt li f’dan il-jum ikkonsagrat għall-qima speċjali ta’ San Mikiel Arkanġlu u tas-Seba’ Anġli flimkien li jassistu quddiem Alla u tal-Anġli kollha, li jisimgħu Quddiesa, jitqarbnu u jastjenu ruħhom mix-xogħol għallġieħ ta’ dawn l-ispirti beati. Kull Qasam u kull Soċju jżejjen l-Arloġġ materjali tiegħu b’żigarella ħadra għal dan il-jum biss. Illum isSoċjetà Museumina tesegwixxi l-Arloġġ Museumin b’mod korali u solenni u b’diviżjoni ta’ tliet laqgħat. (Programm fiss għad-29 ta’ Settembru) Ġiljan telagħlu għal kollox, silet l-istallett u ħin bla waqt qatilhom: Ġiljan, jaħasra! Kien qatel lil ommu u lil missieru... ‘Ġiljan,’ qallu dak li ma kienx għajr anġlu, ‘Ġiljan, jiena mibgħut minn Alla biex ngħarrfek li Hu laqa’ r-rażna tiegħek.’ ... Ġiljan 322
Storja tal-Kalendarju Museumin
inxteħet għarkupptejh jiżżiħajr ’l Alla għaż-żjara u l-bxara li bagħatlu u nfexx f’bikja ta’ mħabba lejn dak Alla li wrieh hekk il-ħniena u l-imħabba tiegħu. (Bijografija nru. 5, San Ġiljan Ospitalier, pp. 77-80) Tliet ħwejjeġ juru l-bniedem x’inhu: il-kotba, ir-rigali u l-ħbieb. (Proverbji ta’ Missirijietna, p. 83)
Ottubru 1936 Ftit qabel ma mietet hija qalet: “Jiena nħoss li l-missjoni tiegħi għadha se tibda: il-missjoni tiegħi li nġiegħel li tħobbu lil Alla kif inħobbu jien... li nuri lill-erwieħ it-triq ċkejkna tiegħi... Jiena rrid ngħaddi l-ġenna tiegħi billi nagħmel il-ġid fuq l-art.” (Bijografija nru. 6, Santa Tereża talBambin Ġesù, pp. 86-91) Huwa dmir strett ta’ kull Servjent li jersaq ippreparat fil-materja għattemmija tal-uffiċċju tiegħu u fuq kollox bi spirtu umli u b’intenzjoni retta. (Doveri tas-Servjenti Partikulari Museumini, p. 92)
Ta’ 50 Sena Ilu Settembru 1966 Arti speċjali ta’ Ġesù Edukatur hija l-‘pedagogia dell’incontro’, jiġifieri dik li wieħed jaħtaf l-okkażjoni... Dan mhux metodu li tant kien iħobb juża wkoll il-Fundatur?... Infatti l-ideal tal-katekeżi ma jirrestrinġix ruħu ġewwa l-ħitan tal-klassi. (Editorjal, p.182) Ġesù ma jobbliga qatt, ma jfixkel il-libertà ta’ ħadd. Il-ħidma kollha tiegħu jiżvolġiha f’atmosfera ta’ mħabba, ta’ adeżjoni spontanja, ta’ konvinzjoni u libertà. Din hi s-sistema ta’ Dun Ġorġ li filwaqt li kkonvinċa eluf ma sforza lil ħadd. (Editorjal, p.184)
Nhar il-Ħadd 24 ta’ Lulju 1966 is-Superjur Ġenerali għalaq 80 sena. Is-Soċjetà Museumina, għalkemm mhux soltu tagħha
tiċċelebra b’mod prominenti ġrajjiet bħal dawn, ħasset li kellha tagħmel eċċezzjoni għal dan l-ewwel Superjur Ġenerali li kien l-ewwel dixxiplu ta’ Dun Ġorġ u li l-aktar baqa’ dejjem fidil. (Għeluq it-Tmenin Sena tas-Superjur Ġenerali, p.185)
Is-Superjur Ġenerali kien jidher ferħan ħafna jarah imdawwar tista’ tgħid bis-Soċjetà kollha: “Jien nara li għamilt dan iż-żmien fis-Soċjetà, u għamilt kemm stajt biex l-intenzjoni tiegħi tkun biex jieħu glorja kbira Alla u għallġid tal-erwieħ, u sabiex tikber is-Soċjetà għax naf li s-Soċjetà qed tagħmel ħafna ġid għallglorja ta’ Alla. Neżortakom biex tibqgħu fis-Soċjetà... sal-aħħar nifs ta’ ħajjitkom... Ħobbu lil Alla b’qalbkom kollha. Inħobbuh fuq kollox, mhux għax hemm ilġenna jew għall-biża’ tal-infern, imma għax jimmeritah, jistħoqqlu l-imħabba tagħna lkoll.” (Għeluq it-Tmenin Sena tas-Superjur Ġenerali, pp. 187-188) F’ħafna Oqsma qed jonqsu t-tfal u saħansitra l-kbar. X’inhija l-kawża? Jien naħseb li waħda mill-kawżi hi n-nuqqas ta’ ħajja interjuri, nuqqas ta’ għaqda ma’ Kristu min-naħa ta’ ħafna Soċji u għalhekk nuqqas ta’ appostolat effettiv. (Ittra ta’ Soċju, qoxra ta’ wara) 323
Ottubru 1966 Imberkin dawk li l-għerf tagħhom mhux mibni fuq il-ħmerijiet u fuq is-superstizzjonijiet. (It-Tmien Beatitudnijiet ta’ Buddha, p. 206)
Żagħżugħ, kemm nieħu pjaċir narak... fuq ruħek u tgħaġġel biex tlaħħaq għall-klassi tad-duttrina li tkun qiegħda tistenniek. Emminni, inħossni ngħir għalik u nixtieq li nimitak ukoll għax tassew tqanqalni b’din l-attività kollha tiegħek, donnok ma tgħejjiex. Imma ħallini ngħidlek, ħabib, kultant, forsi anki fil-bogħod, narak xi ftit qalbek sewda u dik l-enerġija tas-soltu ma tidhirx fik... Imma xejn la tibża’. (Kelma ta’ Soċju Anzjan liż-Żgħażagħ Tagħna, Ġanni, p. 208) Darba fuq ix-xogħol sħabu qalulu li kien hemm min jgħid li Dun Ġorġ jagħmel il-mirakli. Toni bissempliċità kollha qalilhom li hu qatt ma kien rah jagħmel xejn. Wara li qagħad jirrifletti ftit ħass li b’dak il-kliem seta’ għamel xi tort lil Dun Ġorġ, u għalhekk mar sabu u bis-sinċerità kollha qallu x’kien qal fuqu u talbu jaħfirlu. Il-Fundatur b’affezzjoni kbira għannqu miegħu u bi tbissima 324
qallu li l-ewwel miraklu kien għamlu miegħu li ħelsu mit-tajn tad-dinja. Dun Ġorġ baqa’ jiftakar dak li kien qal fuqu Toni, u kultant fil-laqgħa ġenerali kien iqajmu bilwieqfa u jgħidlu: ‘Duca, x’riklam għamiltli man-nies?’ U hu kien iwieġbu: ‘Li ma tagħmilx mirakli!’ (Apprezzament: Antonio Duca, p. 210)
Aħna x’se nagħmlu meta naraw dan kollu? Se nibqgħu b’idejna fuq żaqqna u nħallu l-gazzetti jxerrdu u jxandru dak li jridu?... Mela, ħuti Soċji, naqbdu pinna b’idejna, niktbu artikli fil-perjodiċi tas-Soċjetà tagħna, fil-ġurnali ta’ Malta tagħna. Tikkonfondux fuq xiex tiktbu, l-aqwa li jkunu suġġetti li bihom tista’ tagħmel ilġid. (Opinjoni ta’ Soċju, p. 214) Ta’ 25 sena ilu
Settembru 1991 Naqraw il-gazzetti, naqraw ilmagazines, naqraw il-karti kollha li jaqgħu taħt għajnejna, imma fiex aħna fil-qari tal-Bibbja, tadDokumenti tal-Knisja, ta’ kotba spiritwali klassiċi, tal-kotba talFundatur, tar-rivisti tas-Soċjetà? (Editorjal, p. 259)
Darba waħda s-Superjur Ġenerali Ċikku Saliba mar iżur dan il-Qasam u billi wasal kmieni mhux ħażin qatta’ ftit ħin idur mal-inħawi tal-Museum. Meta reġa’ lura u ra l-ambjent li fih kienu jgħixu ċerti familji, tant skanta li fil-laqgħa li għamel lis-Soċji qalilhom li jekk ma jkunx hemm min jgħallem f’dak il-post kien lest li jmur jgħallem huwa stess. (Storja talOqsma – Qasam Nru. 31, Valletta II, p. 264)
problema tmewwithom, l-għajjat tat-tfal iweġġgħalhom rashom. Arahom iqumu b’ħilithom kollha kontra min iressaq xi idea ġdida għax jibżgħu minn xogħol ġdid li mhux bħal dak li dejjem għamlu... Int żomm quddiem għajnejk kliem San Pawl: “Jien nista’ kollox f’Dak li jqawwini.” (Is-Superjur Ġenerali, p. 293)
Ottubru 1991 Il-purtiera tal-ħadid iċċartet. Ilħajt ta’ Berlin waqa’... Mal-waqgħa tal-Komuniżmu waqgħu tista’ tgħid l-ideoloġiji l-kbar kollha, u għalhekk inħoloq vojt li Alla biss jista’ jimlieh. (Editorjal, p. 291)
Il-fjuri jridu jinxtraw u għalihom nonfqu l-flus u narmawhom bl-imħabba biex nuru li rridu nunuraw lil Alla. Fl-istess ħin inkunu nedifikaw lill-membri tal-Qasam u nedukaw lit-tfal kif għandhom dak li hu sabiħ joffruh lil dak li HU l-istess sbuħija u li sebbaħ kollox madwarna. (Frater Fragilis, p. 300) ⧀
Ftit kienu l-irġiel Misidjani li ma kinux fil-klassi ta’ Ġużeppi Gallo fil-Qasam tal-Imsida... Fl-1947 intgħażel Servjent Ġenerali talEkonomija u baqa’ sal-1981. Kemm dam rikoverat minħabba l-età u l-mard kien ta’ eżempju tajjeb għal kulħadd, speċjalment bin-natural ferrieħi tiegħu.” (Apprezzament: Ġużeppi Gallo, 1905-1991, p. 266)
Issib membri li kuntenti b’dak li sabu u jiddejqu quddiem inizjattivi ġodda. L-iċken
Il-bidu tal-Qasam tan-Naxxar nafuh lis-Superjur Ġenerali Ewġenju Borg li għall-ħabta tal1935, flimkien ma’ xi Soċji oħra, ġie fil-ħanut ta’ ċertu Lippu fejn kienu jinġabru diversi rġiel wara x-xogħol. Ġeġè daħal jieħu te u mbagħad ġabar madwaru l-irġiel u beda jkellimhom fuq Alla. Tant ħadu gost bih dawk l-irġiel li stednuh biex jerġa’ jmur... (Storja tal-Oqsma – Qasam Nru. 32, Naxxar, p. 294)
Miġbura minn Robert Aloisio
325
Avvenimenti
Lulju-Awwissu 2016
Djarju Museumin
Sehem f’Together4Europe Bejn it-30 ta’ Ġunju u t-2 ta’ Lulju erba’ membri ħadu sehem f’Together4Europe, attività organizzata fi Munich mill-Moviment talFocolari. It-tema magħżula għal din is-sena kienet 'Encounter, Reconciliation and Future'. L-attività bdiet b’kungress fejn membri minn iktar minn 300 moviment iddiskutew aspetti differenti tat-tema. L-attività ntemmet nhar it-2 ta’ Lulju b’rally f’Karlsplatz li għalih attendew madwar 5,000 ruħ. ⧀
Żjara fl-Istati Uniti F’Ġunju u Lulju grupp ta’ membri żaru l-Istati Uniti u ħadu sehem f’attivitajiet fl-Università ta’ Notre Dame, f’South Bend fl-Istat ta’ Indiana. Bejn is-27 ta’ Ġunju u l-1 ta’ Lulju tliet membri ħadu sehem fl-NDU Vision Summer Conference for Campus and Youth Ministers. It- tema tal-konferenza kienet ‘Inwieġbu għas-sejħa tal-ħniena’. Żewġ membri oħra studjaw żewġ 326
credits tat-Teoloġija fil-livell ta’ Masters fl-istess Università. Matul din iżżjara l-membri kellhom ukoll l-okkażjoni li fit-3 ta’ Lulju 2016 jiltaqgħu mal-grupp Dads and Lads li jiltaqa’ fi Preca Cottage. Fih numru ta’ missirijiet jiltaqgħu ma’ wliedhom subien adolexxenti u żgħażagħ u filwaqt li jqattgħu ħin flimkien il-missirijiet jagħtu formazzjoni fil-fidi. Il-laqgħa bdiet b’sessjoni informali ta’ informazzjoni dwar Malta. Wara kien hemm ħin ta’ logħob u BBQ. Il-laqgħa ntemmet b’laqgħa formali li fiha kull min kien preżenti qasam l-esperjenzi personali li jgħinuh jgħix il-ħajja ta’ fidi tiegħu. ⧀
Ġublew fl-Awstralja Matul l-2016 is-Soċjetà qed tiċċelebra sittin sena ta’ appostolat fil-kontinent tal-Awstralja. Għaldaqstant il-membri f’din id-delegazzjoni ltaqgħu fil-Holy Cross Centre, f’Templestowe, Melbourne, bejn il-Ġimgħa 15 u l-Ħadd 17 ta’ Lulju biex jiċċelebraw flimkien dan l-anniversarju. Dan is-seminar kien jinkludi taħditiet minn Fr. Noel Connolly SSC, diskussjoni fi gruppi, mumenti ta’ talb u ħin informali bejn il-membri. Għal din iċ-ċelebrazzjoni kienu preżenti wkoll l-Assistent Superjur Ġenerali u l-animatur Ivan Farrugia li bejn is-6 ta’ Lulju u l-4 ta’ Awwissu kienu qed iżuru l-Oqsma u l-membri kollha li jgħixu u jaħdmu fl-Awstralja ⧀
327
WYD fi Krakovja Grupp ta’ 5 Kandidati u 13-il Soċju attendew il-WYD li saret fi Krakovja, ilPolonja. Fl-ewwel ġimgħa huma għamlu esperjenzi ġewwa żewġ parroċċi fid-Djoċesi ta’ Poznań: San Luqa fejn diġà hemm il-Qasam u oħra ddedikata lill-Ħniena Divina ġewwa Oborniki. Huma kellhom ukoll ħin sabiex jiltaqgħu mal-membri li ilhom hemm sa minn Novembru tal-2010.
Fit-tieni ġimgħa l-grupp kien alloġġjat għand xi familji fil-parroċċa ta’ San Bartilmew, ġewwa Mogilany, distrett fil-periferija ta’ Krakovja. Hemm ħadu sehem fil-laqgħat ta’ katekeżi u fl-attivitajiet kollha li bdew l-Erbgħa 27 ta’ Lulju bil-Quddiesa tal-ftuħ. Il-Ħamis 28 saret laqgħa ta’ merħba lillQ.T. l-Papa Franġisku, il-Ġimgħa 29 Via Sagra, is-Sibt 30 Velja u l-Ħadd 31 Quddiesa solenni li temmet dan l-avveniment li għalih attendew maż-żewġ miljun u nofs pellegrin. ⧀ 328
Żjarat f’Kuba u l-Perù Bejn il-15 u l-25 ta’ Lulju 2016 is-Superjur Ġenerali u Tonio Callus KEĠ żaru l-Qasam ta’ Sagua la Grande, f’Kuba. Huma ltaqgħu mal-membri, ittfal u ż-żgħażagħ li jattendu l-Qasam. Għalkemm is-Soċjetà ilha preżenti biss ħames snin, jinħass sew is-sens ta’ apprezzament ta’ dawk li qed jiġu f’kuntatt magħha. Dan deher ċar ħafna fil-laqgħa mal-Isqof ta' Santa Clara, Mons. Arturo Amador, li jemmen ħafna li l-preżenza, il-ħidma u l-kariżma tas-Soċjetà huma ta’ benefiċċju għall-Knisja ta’ Kuba. Wara l-Qasam ta’ Sagua la Grande żaru l-Qasam ta’ Lurin, fil-Perù. Damu hemm sal-10 ta’ Awwissu. Matul dawn il-ġranet ukoll kellhom esperjenza ta' Qasam mimli ħajja bħalma s-Soċjetà għandha f’Lurin. Iltaqgħu tliet darbiet mal-grupp San Jorge Preca li jiltaqa’ kull nhar ta’ Tlieta. Kienu esperjenzi sbieħ iż-żjarat f’Mamacona u Casitas, żewġ zoni fejn il-membri kull nhar ta’ Ġimgħa jagħmlu appostolat mat-tfal u ż-żgħażagħ tal-post. Żaru wkoll Carabyllo, djoċesi oħra fejn ilmembri matul is-sena jmexxu korsijiet għall-katekisti, irtiri u seminars għaż-żgħażagħ li jkunu se jagħmlu l-Griżma. ⧀
329
Assenjatur għal Settembru u Ottubru 2016 Dommatika Lezzjoni 71: Is-sagrifiċċju ta’ Kristu huwa t-twettiq talimħabba ta’ Alla għad-dinja Lezzjoni 72: Il-Passjoni, għalkemm twettqet mill-bnedmin, kienet skont il-pjan ta’ Alla Lezzjoni 73: Ġesù miet għaddnubiet tad-dinja kollha – ilvalur tat-tbatija Lezzjoni 74: Il-mewt ta’ Kristu u l-inżul tiegħu fil-limbu Lezzjoni 75: Tifsira teoloġika talmewt sagrifikali ta’ Kristu
Morali Lezzjoni 53: Il-formazzjoni talkuxjenza permezz ta’ prinċipji riflessi Lezzjonijiet 54-55: Id-dmir li wieħed jimxi fuq il-kuxjenza Lezzjoni 56: Il-kuxjenza f’konfront mal-awtorità
Bibbja Lezzjonijiet 19-20: L-interpretazzjoni tal-Bibbja (2-3) Lezzjonijiet 21-22: Il-forom letterarji fil-Bibbja (1-2) Spiritwalità Lezzjoni 46: Punti prattiċi: il-parti tagħna fil-Patt Lezzjonijiet 47-50: Radd il-ħajr Lezzjoni 51: Id-dnub jeħodna żmerċ (1) 330
Storja The Story of the Church, Her Founding, Mission and Progress, paġni 492-497 (Slides 185-197 & videos: Stalin (part 3); Pius XII and the Jews) – Tmiem tat-Trattat
Kateketika Lezzjoni 24: Meta tibda ma’ klassi ġdida – punti prattiċi (2) Lezzjoni 25: Meta għandek bżonn taddotta metodi differenti
Liturġija Lezzjoni 162: Il-Liturġija u r-ritmi tal-Univers Lezzjoni 163: Iċ-Ċiklu Annwali talGħid
Tagħlim Soċjali tal-Knisja Il-Kompendju tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja – Kapitlu 12: Id-duttrina soċjali u l-ħidma tal-Knisja (ikompli sa Diċembru) Dokument tal-Knisja L-Enċiklika tal-Papa Franġisku Laudato Si’: art.156-181
Assenjatur għal Settembru 2016 Omnes Sancti Angeli et Archangeli — orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali ta’ San Mikiel u tal-anġli kollha beati. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla jagħti lis-Soċji kollha l-grazzja li jagħmlu dejjem l-Arloġġ Museumin u lill-Kandidati u lill-Magħżulin li jagħrfu t-teżor tas-Soċjetà Museumina.
Ħsieb tax-xahar Il-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi: mela dejjem fuq xufftejna: “Jekk isSinjur Alla jrid.” Unjoni Museumina 4 Il-kruha tad-dnub Epistola – Rum 7, 14-25 Evanġelju – Mt 5, 27-30 Ktieb il-Kbir – Paġna 5 Programm Speċjali 29 San Mikiel
Qagħda 3 Salm 67 (66) 10 Profeta f’pajjiżu (Lq 4, 15-30) (Qagħda nru. 84) 24 Vendetta fin-nar (2 Tess 1, 1-12) (Qagħda nru. 301)
Kommemorazzjoni 9 Santa Tereża ta’ Kalkutta 23 San Piju ta’ Pietrelcina 30 Santa Tereża tal-Bambin Ġesù Profil nru. 22
Taħdita 16 Il-kuntatt tagħna mat-tfal u ż-żgħażagħ li jattendu flOqsma tagħna Paġna Tal-Fundatur 13 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 68 20 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 69 Regola 17 Direttorju Ġenerali nru. 166-171 27 Direttorju Ġenerali nru. 172-179
331
Settembru 2016 1 Il-Ħamis (S. Eġidju) 2 Il-Ġimgħa (S. Elpidju) 3 Is-Sibt S. Girgor il-Kbir 4 Il-Ħadd It-23 tas-sena 5 It-Tnejn S. Tereża ta’ Kalkutta 6 It-Tlieta (S. Żakkarija)
7 L-Erbgħa (S. Reġina) 8 Il-Ħamis It-Twelid tal-Verġni Marija 9 Il-Ġimgħa S. Pietru Claver 10 Is-Sibt S. Nikola ta’ Tolentino 332
Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu Mansjonijiet Spiritwalità Kult tal-Pjagi
Qagħda Prekatorju 53 Kant: Sliem għalik
Sapjenza
Ġustizzja
Ħniena
Quddiesa flimkien, Irtir talEwwel Ħadd, Unjoni Museumina Omnipotenza u passiġġata Kapitlu Lokali
Eternità
Kapitlu Lokali
Immensità
Sawm għas-Soċji Laqgħa Ġenerali Il-Kult lil Alla Tagħna fil-privat 10 posti Rużarju Assenjatur Speċjali 10 posti Rużarju Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi Qagħda Prekatorju 54 Kant: Sliem għalik
Immutabiltà
Sapjenza
Ġustizzja
Ħniena
11 Il-Ħadd L-24 tas-sena 12 It-Tnejn (L-Isem ta’ Marija) 13 It-Tlieta S. Ġwann Krisostmu 14 L-Erbgħa L-Eżaltazzjoni tasSalib Imqaddes 15 Il-Ħamis Id-Duluri ta’ Marija 16 Il-Ġimgħa S. Kornelju u S. Ċiprijanu 17 Is-Sibt S. Robertu Bellarmino 18 Il-Ħadd Il-25 tas-sena
Quddiesa flimkien u passiġġata Dommatika Studji bibliċi Sentenzi Leħen il-Maħbub Dommatika L-Enċiklika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu Taħdita Spiritwalità Kult tal-Pjagi
Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola
Quddiesa flimkien u passiġġata
Morali 19 It-Tnejn Studji bibliċi S. Ġennaru u sħabu Sentenzi Epistolarju 20 It-Tlieta Il-Martri tal-Korea 21 L-Erbgħa S. Mattew
Morali L-Enċiklika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Vaganza
Omnipotenza
Eternità
Immensità
Immutabiltà
Sapjenza
● Qamar Kwinta
Ħniena
Omnipotenza
Eternità
Immensità
Immutabiltà 333
22 Il-Ħamis (S. Tumas ta’ Villanova) 23 Il-Ġimgħa S. Pietru ta’ Pietrelcina 24 Is-Sibt (Il-Madonna talĦniena) 25 Il-Ħadd Is-26 tas-sena 26 It-Tnejn S. Kożma u S. Damjan 27 It-Tlieta S. Vinċenz de Paul 28 L-Erbgħa S. Venċeslaw
Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi Qagħda Prekatorju 55 Kant: Sliem għalik
Quddiesa flimkien u passiġġata Dommatika Studji bibliċi Sentenzi Spiritwali Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola Laqgħa Ġenerali
29 Il-Ħamis S. Mikiel, Kustodju Programm Speċjali ta’ S. Mikiel u Difensur tasSoċjetà Museumina 30 Il-Ġimgħa S. Ġirolmu
334
Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi
Sapjenza
Ġustizzja
Ħniena
Omnipotenza
Eternità
Immensità
Immutabiltà
Sapjenza
Ġustizzja
Assenjatur għal Ottubru 2016 Omnes Sancti Societatis Jesu — orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali tal-qaddisin kollha tal-Kumpanija ta’ Ġesù. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla jagħmel ħniena mal-Museumini kollha, Soċji, Kandidati u Magħżulin, billi jagħtihom il-grazzja li jwarrbu malajr kull ħsieb ta’ suppervja. Ħsieb tax-xahar L-umiltà u l-konfużjoni jimxu wara s-supperv; l-eżaltazzjoni u l-glorja jimxu wara l-umli. Mela nkunu umli.
Unjoni Museumina 2 Il-mewt Epistola – 2 Kor 5, 1-10 Evanġelju – Lq 12, 35-48 Ktieb il-Kbir – Paġna 4 Qagħda 1 Salm 68 (67) 8 Indemonjat fis-sinagoga (Lq 4, 31-37) (Qagħda nru. 85) 15 Rakkont tal-konverżjoni (Atti 22, 1-30) (Qagħda nru. 413) 22 Il-bniedem tad-dnub (2 Tess 2, 1-13) (Qagħda nru. 302) Kommemorazzjoni 14 San Danjel Comboni 28 Beatu Mikiel Rua Profil nru. 34
Taħdita 21 Kif ngħixu d-dimensjoni lajkali tal-vokazzjoni Museumina Paġna Tal-Fundatur 4 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 70 11 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 71 18 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 72 25 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 73
Regola 7 Flok ir-Regola jintalbu 5 posti Rużarju 17 Direttorju Ġenerali nru. 180-188 27 Direttorju Ġenerali nru. 189-200 335
Ottubru 2016 1 Is-Sibt Qagħda S. Tereża tal-Bambin Prekatorju 56 Ġesù Kant: Sliem għalik 2 Il-Ħadd Is-27 tas-sena 3 It-Tnejn (S. Edmond tal-Iskozja) 4 It-Tlieta S. Franġisk ta’ Assisi 5 L-Erbgħa S. Fawstina Kowalska 6 Il-Ħamis S. Bruno
7 Il-Ġimgħa Il-Madonna tar-Rużarju 8 Is-Sibt Dedikazzjoni talKatidral tal-Imdina 9 Il-Ħadd It-28 tas-sena 10 It-Tnejn (S. Franġisk Borgia) 336
Ħniena
Quddiesa flimkien, Irtir talEwwel Ħadd, Unjoni Museumina Omnipotenza u passiġġata Morali Studji bibliċi Sentenzi Leħen il-Maħbub Morali L-Enċiklika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali
Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu 10 posti Rużarju
Eternità
Immensità
Immutabiltà
Sapjenza
Sawm għas-Soċji Vestis Ġustizzja Kult lil Alla Tagħna u Professjoni 10 posti Rużarju Qagħda Prekatorju 57 Kant: Sliem għalik
Quddiesa flimkien u passiġġata Dommatika Studji bibliċi Sentenzi Epistolarju
Ħniena Omnipotenza
Eternità
11 It-Tlieta S. Ġwanni XXIII 12 L-Erbgħa (S. Wilfred ta’ York) 13 Il-Ħamis (S. Edwardu l-Konfessur) 14 Il-Ġimgħa S. Kallistu I 15 Is-Sibt S. Tereża ta’ Ġesù 16 Il-Ħadd Id-29 tas-sena
Dommatika L-Enċiklika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali
Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi Qagħda Prekatorju 58 Kant: Sliem għalik
Quddiesa flimkien u passiġġata
Sawm għas-Soċji 17 It-Tnejn Vestis S. Injazju ta’ Antjokja Kult lil Alla Tagħna Regola 18 It-Tlieta S. Luqa
19 L-Erbgħa S. Pawl tas-Salib (S. Pietru ta’ Alkantara) 20 Il-Ħamis (S. Marija Bertilla Boscardin) 21 Il-Ġimgħa S. Orsola u sħabha
Morali L-Enċiklika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu Taħdita Spiritwalità Kult tal-Pjagi
Immensità
Immutabiltà
Sapjenza
Ġustizzja
Ħniena
● Qamar Kwinta
Eternità
Immensità
Immutabiltà
Sapjenza
Ġustizzja 337
22 Is-Sibt S. Ġwanni Pawlu II 23 Il-Ħadd It-30 tas-sena
Qagħda Prekatorju 59 Kant: Sliem għalik
Quddiesa flimkien u passiġġata
Dommatika 24 It-Tnejn Studji bibliċi S. Anton Marija Claret Sentenzi tal-Fundatur 25 It-Tlieta (S. Gawdenz ta’ Brescia) 26 L-Erbgħa (S. Evaristu)
27 Il-Ħamis (S. Frumenzju)
28 Il-Ġimgħa S. Xmun u S. Ġuda 29 Is-Sibt (S. Onoratu ta’ Vercelli) 30 Il-Ħadd Il-31 tas-sena 31 It-Tnejn (S. Wolfgang)
338
Dommatika L-Enċiklika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali
Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola
Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi
Eloquia Arloġġ Korali (l-ewwel parti) Kant: Sliem għalik
Ħniena
Omnipotenza
Eternità
Immensità
Immutabiltà
Sapjenza
Ġustizzja
Ħniena
Quddiesa flimkien, Arloġġ Korali Omnipotenza (it-tieni parti) u passiġġata Morali Studji bibliċi Proverbji
Eternità
Fittixtek fi ħtijieti Li bkejt bi dmugħ tad-demm Għaliex qaluli l-ġrajja Li ġrat f’Ġerusalemm.
Talba
U sħett il-ħsieb ta’ moħħi U l-ħeġġa tal-idejn, U l-kliem maħtuf ta’ lsieni U l-ġiri tal-għajnejn. Ħassart l-għanjiet ta’ qalbi U bdilthom f’eleġija. Daqqejt it-tnabar mejta U rmejt il-poeżija. U llum għadni nistaqsi: ‘Mulej, Mulej, fejn int?’ Oliver Friggieri Talba Oħra
339