Kalendarju Museumin Novembru - Dicembru 2016

Page 1


† Verbum Dei caro factum est Is-86 Sena Ħarġa Numru 6 Novembru - Diċembru 2016

Editorjal Tagħmilni Ħaġa Waħda Fik Snin ta’ Grazzja 60 Sena mill-Inkorporazzjoni 60 Sena Soċju Mil-Laqgħa Ġenerali Dun Ġorġ: Monaku fl-Ispirtu, Attiv fl-Appostolat (L-Aħħar Parti) Qrajt Ktieb tal-Fundatur Gwida Għal Ulied il-Bnedmin fit-Triq tal-Paċi u Kitbiet Oħra Il-Klassiċi fil-MUSEUM II-Kumbattiment Spiritwali Każ Morali L-Abort

343 346 348 350

353 357 361

Mort Irtir Ma Naħkem lil Ħadd

364

Missjoloġija Lest Tħallas il-Prezz?

368

Laudato Si’ Il-Bniedem Dejjem fil-Qalba tal-Knisja Il-Pittura tal-Faċċata Is-Samaritan it-Tajjeb ta’ David Teniers iż-Żgħir Letteratura Il-Bieb taż-Żonqor Il-Membri Jiktbu Il-Misteru tal-Ħajja u l-Mewt Ħniena Rrid X’Sar Minnha l-Eżortazzjoni? Ħsieb is-Soċju Museumin Storja tal-Kalendarju Museumin Mill-Kalendarji “Antiki”... Djarju Museumin Assenjatur Talba

Rivista ta’ kull xahrejn għall-użu privat tal-membri tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M.

Direzzjoni u Amministrazzjoni: Dar Ġenerali 207 Triq San Ġorġ Preca, Marsa MRS 9010

Issettjar u stampar: Veritas Press, Ħaż-Żabbar

www.sdcmuseum.org e-mail: info@sdcmuseum.org

372 374 377 381 382 384 386 390

394 398 407


Tagħmilni Ħaġa Waħda Fik

Editorjal

Ż

gur li fost it-talbiet li għandna fl-Arloġġ Museumin it-talba talPligoloġija li nitolbu kuljum għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar hija waħda minn dawk l-iktar profondi. Hija talba ta’ adorazzjoni lillpjagi divini fejn il-membru bħal donnu jidħol fi djalogu għax isellem, isejjaħ, ibierek u jirringrazzja lil dawk li huma biss huma l-unur denn ta’ Alla. F’din it-talba l-membru jitlob lill-Iben inkarnat biex jagħmlu sieħeb tad-divinità tiegħu. Fl-aħħar huwa joffri lis-Santissma Trinità dawn l-istess pjagi biex jaqla’ l-kbira grazzja li jsir ħaġa waħda f’Alla. Permezz ta’ din it-talba l-membru jitlob li jitwaħħad ma’ Alla u jagħmel dan ta’ kuljum biex kontinwament ifakkar lilu nnifsu: • li Alla waħdu huwa l-iskop ta’ ħajtu; • li hu qiegħed f’din id-dinja biex ikun ta’ Alla biss; • li jrid isir qaddis u dan ifisser li tagħmilha mal-Qaddis; • li din l-intimità ma’ Alla ħa tiddeċidilu kollox; • li mingħajr Alla qalbu ma ssib qatt kwiet; • li Alla waħdu biżżejjed. U għax il-membru jaf li din mhix biċċa xogħol ta’ erbat ijiem u

li ma tistax issir bil-kapaċità individwali biss, allura ta’ kuljum jitlob il-grazzja li jsib lil Dak li hu l-kollox. Jitlob il-grazzja li jsir ħaġa waħda f’Alla, għax il-membru jaf kemm hi faċli li jsir ħaġa waħda miegħu nnifsu, ma’ kreatura oħra, ma’ oġġett ieħor u ma’ ħlejjaq u affarijiet oħra li huma kollox barra Alla għax essenzjalment inessuh u jaljenawh minnu.

Il-ħajja tal-membru ma tagħmilx sens jekk hija aljenata minn Alla. Kif jista’ jkun tagħmel sens li membru jkun aljenat minn Dak li lilu jappartjeni għax ta’ ħaddieħor ma jistax ikun? Ħajtu tagħmel sens 343


biss u effettivament tħalli l-frott jekk hu jgħixha f’Alla li hu mħabba. Il-membru li qed jipprova jifhem kemm huwa maħbub minn Alla iwarrab dak kollu li jfixklu milli jkun jista’ jħobbu lura. Il-membru jifhem u jemmen li l-kliem li qal Alla fuq Ġesù fil-waqt tal-magħmudija fil-Ġordan huwa l-istess kliem li jingħad għalih u fuqu: “Dan hu Ibni/binti l-għażiż/a: Fih/a sibt l-għaxqa tiegħi.” (Mt 3, 17) Meta jipperswadi ruħu minn din il-verità sublimi, il-membru, bil-ferħ kollu u b’entużjażmu dejjem imġedded, ma jkun irid xejn ħlief li jaħtaf lil Dak li diġà ħatfu. Għalhekk huwa qiegħed iħaddan din il-vokazzjoni partikulari. L-affarijiet l-oħra mbagħad ikunu sempliċiment ilkonsegwenza ta’ din id-dinamika tbaqbaq bl-imħabba ta’ bejnu u bejn Alla.

344

F’dawn il-jiem id-dinja Kattolika, b’mod speċjali dawk li jixxennqu għaċ-ċokon u għas-sempliċità imma daqstant ieħor għarradikalità, tfakkar iċ-ċentinarju tal-mewt tal-Beatu Charles De Foucauld, Fundatur tal-Aħwa ż-Żgħar li kien maqtul fl-1 ta’ Diċembru 1916. Dan il-bniedem għadda numru ta’ snin aljenat minn Alla f’ħajja esaġerata u eċċessiva tant li komunament kien magħraf bħala “l-ħanżir”. Dan sakemm lejn l-aħħar ta’ Ottubru 1886 (130 sena ilu), fil-knisja


ta’ Santu Wistin f’Pariġi, huwa kellu konverżjoni waqt li kien għarkupptejh qed iqerr għand l-Abbé Huvelin. F’ittra li iktar tard kiteb lil ħabibu Henry de Castries huwa stqarr: “Minnufih malli sirt nemmen li hemm Alla, rajt li ma stajtx nagħmel ħaġa oħra ħlief li ngħix għalih; is-sejħa reliġjuża tiegħi twieldet fl-istess waqt li fih twieldet il-fidi tiegħi.” Sakemm għadna hawn, Alla jibqa’ jagħtina okkażjoni waħda wara l-oħra biex ninżlu iktar filprofondità ta’ din ir-relazzjoni

li għandu jkollna miegħu. U qatt m’għandna naqtgħu qalbna jekk insibu lilna nfusna neqsin għax dgħajfa u limitati. Alla huwa dejjem lest għalina. Hija biss isSena Ġubilari tal-Ħniena li ser tintemm, għax il-kompassjoni ta’ Alla ma tispiċċa qatt. F’jum mewtu Foucauld kitbilha hekk lil kuġintu Madame de Bondy: “Kemm hu minnu li qatt ma nħobbu biżżejjed. Iżda Alla – li jaf minn liema tafal sawwarna u li jħobbna iżjed milli omm tista’ tħobb lil binha – Alla, li ma jqarraqx, qalilna li ma jkeċċix lil min imur għandu.” ⧀

Nawguraw lill-Soċji u l-Kandidati kollha tas-Soċjetà l-Milied it-Tajjeb u nitolbu lil Alla biex matul l-2017 (110 snin mit-Twaqqif tas-Soċjetà) nitħeġġu biex ngħixu ħajja iktar fqira, sempliċi, mansweta, umli u mmarkata bl-imħabba għad-disprezzi u bi mħabba kbira għall-aħwa. 345


60 Sena Mill-Inkorporazzjoni

Ħ

Snin ta’ Grazzja

add qabel kellna l-irtir fl-Iskola Saint Michael. Kellimna l-Fundatur. Il-kelma tiegħu taħraq kebbsitilna qalbna b’ġenerożità bla limitu ma’ Alla li hu hekk tajjeb, kif kien jafu personalment hu, il-Fundatur. Konna deċiżi: se nidħlu għal impenn mal-Mulej sal-mewt, nafu fiż-żgur li “meta Alla jordna lil xi ħadd għal xi fini, jagħtih ukoll il-mezzi”. Ma kienx hemm problemi, mela, min-naħa ta’ Alla, u meta jinqalgħu l-problemi minnaħa tagħna nafu li l-Mulej għandu soluzzjoni dejjem. Kellna fiduċja assoluta fih. Fhimna tajjeb li l-Mulej kien qed juri magħna tjubija kbira meta sejħilna fis-Soċjetà Museumina. “Garanzija ta’ eternità fil-ġenna,” kien spiss jinsisti s-Superjur Ġenerali Eugenio Borg.

Għaddew sittin sena. Lil Dun Ġorġ gawdejnieh għal sitt snin oħra, bil-laqgħat ta’ nhar ta’ Erbgħa ta’ siegħa l-waħda, imma li tixtieqhom ma jispiċċaw qatt. Kliemu għadu jidwu fil-kitbiet tiegħu, imma x’differenza! F’dawn is-sittin sena wera biċ-ċar li l-barka tiegħu baqa’ jroxxha bla waqfien fuq is-Soċjetà.

346

U x-xewqa tiegħu għas-Soċjetà li “d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju” bdiet isseħħ, u bdiet titfa’ l-għeruq tagħha f’kontinent wara l-ieħor. Kien għadu ħaj il-Fundatur meta s-Soċjetà bdiet tniedi l-irtiri ta’ tlitt ijiem. “Dawn iridu jagħmlu


tajjeb meta jiġi nieqes il-Fundatur,” kien qalilna Patri Ġużeppi Delia SJ f’wieħed minn dawn l-ewwel irtiri. Huma l-appuntament ta’ kull sena li nkunu weħidna mal-Mulej, tant għandu x’jgħidilna. Ħażin jekk tant inkunu dejjem sejrin li ma jibqgħalniex ħin għalihom!

Meta nisma’ kliem il-Fundatur mir-recordings li laħqu ġabru s-Soċji anzjani, inħossu jkellimni. Kliemu għadu mimli tifsir, profond u prattiku. Kliem magħżul bi preċiżjoni teoloġika, anke jekk xi wħud bdilniehom ma’ kliem li nużaw illum, aktarx inqas preċiżi. Nista’ ngħid li ħajti kienet waħda mimlija: minn Magħżul kont nissieħeb ma’ Soċju fil-klassi tadduttrina, u sal-lum li jien mimli bissnin il-Mulej ħassejtu jiġri warajja, isuqni, jimlieni bil-kuraġġ, jurini t-triq, jagħdirni meta nwarrbu minn quddiem għajnejja, jagħtini tant esperjenzi … li ma nistax ħlief ngħidlu “grazzi” bil-bqija tal-ħajja li fadalli. Mas-Salmista nistaqsi: “X’se rrodd lill-Mulej għall-ġid kollu li għamel miegħi?” (Salm 116, 12)

Is-Soċjetà kienet għalija tieqa fuq l-eternità: minnha stajt nittawwal u nara x’ħejja l-Mulej “għal dawk li jħobbuh” (1Kor 2, 9). Kont naf li l-Mulej qed jipprovdili tant opportunitajiet biex nikber, biex inkun utli, biex id-dmirijiet

tiegħi fil-MUSEUM u barra millMUSEUM inwettaqhom sewwa, biex inkun katekista tajjeb, Soċju li jaf jitgħallem ħa jkollu x’jgħallem. Fhimt sewwa li “ħadd ma jagħti minn dak li m’għandux”. Mela l-opportunitajiet li jibgħat il-Mulej kienu kollha atti tal-Providenza, li ma stajtx ma napprezzahomx. Tassew li l-Mulej “skont il-muntanja jagħtiha s-silġ”.

Kull persuna li laqqagħni magħha l-Mulej – u dawn kienu tant – kienet rigal, kienet ċans biex nitgħallem, biex nagħmel il-ġid, biex insibu fil-proxxmu, biex napprezza l-kwalitajiet sbieħ li l-Mulej jitfa’ f’kulħadd. Il-Providenza ta’ Alla ma baqgħetx biss ‘attribut f’Alla’ imma saret tidher, tmissha b’idejk kuljum, il-mod kif Alla jurik kemm ma jieqaf qatt iħobb. U jekk – nerġa’ nikkwota lil Eugenio Borg – is-Soċjetà Museumina “kienet tassew soċjetà providenzjali”, għalina membri tagħha hija r-rieda ta’ Alla, l-għajn tal-paċi, il-mezz biex tqiegħed lil Alla l-ewwel, qabel kull ħaġa oħra. Hija l-mod kif tħalli lill-Mulej jurik x’irid minnek.

Għaddew sittin sena millInkorporazzjoni – qisu lbieraħ. Imma iva, li kelli nerġa’ nitwieled, bħal Eugenio Borg kont nitlob ’il-Mulej jerġa’ jqegħidni fil-MUSEUM. ⧀

Nicholas Balzan 347


60 Sena Soċju

K

ien il-Ħadd 24 ta’ Ġunju 1956 meta ġejna inkorporati membri fisSoċjetà. Kienet Inkorporazzjoni xi ftit differenti minn tas-soltu għax ma tmexxietx mis-Superjur Ġenerali Ewġenju Borg peress li kien irtirat minħabba l-mard. Minfloku mexxa l-Assistent tiegħu Karmenu Callus li kien assistit mill-Primarju Spiru Spiteri u s-Segretarju Ġenerali Ġużeppi Schembri li wkoll għamel id-diskors taċ-ċirkustanza. Id-Diskors Is-Segretarju beda l-kelmtejn tiegħu billi rrefera għal tliet koinċidenzi li seħħew dakinhar: l-ewwel waħda li l-festa talPatrun San Ġwann il-Battista dik is-sena inzertat fil-ġurnata tal-Ħadd; it-tieni li ċ-ċerimonja kienet qed issir f’nofs il-festi talinawgurazzjoni tad-Dar Ġenerali, fis-sala l-ġdida fis-sular ta’ fuq, innaħa tal-Ħamrun; it-tielet li konna 17 li qed niġu inkorporati, numru minn tlieta (7, 17 u 27) li kienu tant għeżież għall-Fundatur. Wara s-Segretarju kompla jitkellem dwar il-vokazzjoni tagħna bħala vera sejħa minn Alla u dwar l-intenzjoni retta fl-appostolat Museumin. Trobbija u Ħidma fis-Soċjetà Jien trabbejt sa minn ċkuniti fil-Qasam ta’ Ħal Qormi. Kont 348

assidwu fl-attendenza, anke wara l-Griżma tal-Isqof li rċevejt millIsqof Emanuel Galea. Meta kont fil-klassi tal-Preparatorja xtaqt ħafna li nsir Magħżul u fil-fatt sirt f’Marzu 1950. Konna 10 li għamilna ċ-ċerimonja, għalkemm fil-klassi konna 18 b’kollox. Il-Prefetti rabbewna fl-għożża tasSoċjetà u tellgħuna f’kultura ta’ qari spiritwali billi kienu jħajruna nissellfu l-kotba mil-librerija talklassi, l-aktar dik tal-Aspiranti. Fuq kollox tlajna bl-aspirazzjoni li nsiru membri Museumini.

Is-Superjur tal-Qasam ta’ dak iż-żmien beda jħarriġni sa milletà ta’ ftit aktar minn 12-il sena billi qegħidni ma’ Soċju biex nidra ngħallem klassi duttrina. Xi żmien wara spiċċajt ngħallimha waħdi għax is-Soċju spiss kien jinqabad bis-sahra. Darba fost l-oħrajn ġie


Dun Ġorg għall-għarrieda u baqa’ dieħel fil-klassi taċ-ċkejknin li kont qed ngħallem. Dakinhar kienet festa għalihom u għalija, għax beda biċ-ċajt u biċ-ċajt spiċċa. Imma f’nofs iċ-ċajt kellimhom fuq il-ġenna u x’hemm fiha! Wara qassmilhom il-ħelu li ġablu s-Superjur u t-tfal marru d-dar ferħanin mal-ġenituri tagħhom.

Qasam Ġdid f’Ħal Qormi F’Ottubru 1955 is-Soċjetà fetħet il-Qasam ta’ Qormi II fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ u s-Superjuri bagħtuni hemm flimkien ma’ sitt Soċji oħra. Minħabba f’hekk sibt ruħi Kandidat waħdi, b’Superjur u Kultur ġodda. Madankollu bl-għajnuna ta’ Alla komplejt sejjer bil-ħidma Museumina taħt l-ubbidjenza u b’kooperazzjoni ma’ sħabi f’dak li ġie assenjat lili biex inwettaq. Fraħt meta ngħatatli l-klassi tad-duttrina u

magħha dik tal-Magħżulin; fihom it-tnejn it-tfal kienu jattendu numerużi. Wara li temmejt il-kors tar-Responsorju ġejt inkorporat u kont l-ewwel Soċju tal-Qasam il-ġdid. Għajnuna fid-Diffikultajiet Bħal f’kull vokazzjoni, ma kienx kollox ward u żahar! Kien hemm it-tlajja kif ukoll l-inżul. Iżda filwaqtiet ta’ qtigħ il-qalb kien hemm ħafna x’jagħmel tajjeb: it-talb, l-Ewkaristija, il-Parrinija, l-eżempji ta’ sħabna, il-Laqgħat Ġenerali, il-klassi tad-duttrina, il-ħsieb li konna qed naħdmu ma’ Sinjur kbir, il-Fundatur li kien dejjem f’moħħna u f’qalbna, l-għejxien tar-Regola, Marija, omm is-sejħa tagħna, u fuq kollox is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu, l-oġġett uniku ta’ ħsibijietna li tant xtaqna nagħmluh magħruf u maħbub. ⧀ Daniel Felice

349


Dun Ġorġ: Monaku fl-Ispirtu, Attiv fl-Appostolat (It-Tielet u l-Aħħar Parti)

Mil-Laqgħa Ġenerali

Liema Kontribut għat-Tagħlim Reliġjuż?

J

ekk Dun Ġorġ antiċipa xi ħaġa, jew aħjar, jekk Dun Ġorġ kien profeta fil-Knisja, ma kinetx fl-ambitu tat-tagħlim tal-katekiżmu mogħti f’idejn il-lajċi. Dun Ġorġ ma ħareġ b’xejn ġdid u b’xejn profetiku. Dun Ġorġ f’dan il-qasam kien sempliċiment qed jimxi mal-linji tal-Knisja u mal-ħsieb talMaġisteru ta’ żmienu hekk kif imfisser mill-Papiet fl-enċikliċi u d-dokumenti bħal E Supremi (1903) u Evangeli Praecones (1951) u l-bqija, dokumenti li flimkien mal-Maġisteru tal-Papa Piju XII wasslu għall-Konċilju Vatikan II u li riedu li fil-ħidma tal-evanġelizzazzjoni jieħdu sehem lajċi mħejjija tajjeb għal dan ix-xogħol. Jekk irridu noqogħdu nfettqu u nkunu preċiżi, irridu ngħidu wkoll li lanqas dan ma kien xi ħsieb ġdid, għax fil-kategorija tal-kjeriċi (dawk li llum ngħidu li rċevew ministeru) kien hemm ukoll lajċi (persuni mhux ordnati) li kienu jgħallmu l-katekiżmu. F’Malta kellna, per eżempju, lil Nazju Falzon. F’dan is-sens huwa impreċiż li ngħidu li Dun Ġorġ antiċipa l-Konċilju! Jekk xejn Dun Ġorġ ċaqlaq il-Knisja f’Malta fillinja tal-Knisja Universali li riedet li lajċi mħejjija jieħdu sehem fil-ħidma tal-evanġelizzazzjoni, 350

inkluża l-katekeżi, u mhux xi sagristan li jidħol jgħid xi ħaġa lit-tfal meta l-qassis ma jkunx jista’. Ilkoll nafu li kien hemm diversi ħidmiet ta’ tagħlim kemm mill-kleru kif ukoll mill-Azzjoni Kattolika li bdiet taqbad f’Malta f’dak iż-żmien.

L-Għażla tal-Imwarrbin L-għerf u l-ġenjalità ta’ Dun Ġorġ jidhru l-ewwel nett fl-għażla ta’ dik il-kategorija ta’ nies immaqdra bħala bizocchi, idiōtēs, dawk li posthom fit-tarf tas-soċjetà, inkluża l-mara. Dawk li Dun Ġorġ


riedhom fil-fatt isiru mtarrfin jekk dawn ma kinux. U hawn jinftehmu r-regolamenti dwar l-ilbies, id-drawwiet u r-riti li Dun Ġorġ ried għas-soċjetà mwaqqfa minnu. Drawwiet li jġibu lil min iħaddanhom fil-kategorija taliżgħar fi ħdan il-poplu ta’ Alla skont it-tradizzjoni axxetika tal-Padri tad-Deżert u l-ħajja monastika. Mhux ta’ b’xejn il-Ġerarkija m’aċċettatx ħafna minn dawn ir-regolamenti ta’ Dun Ġorġ u li hu fil-fatt kellu jibdilhom jew jagħżel li jneħħihom. F’din l-ispiritwalità taċ-ċokon hemm ukoll l-imħabba li Dun Ġorġ kellu lejn il-Misteru tal-Inkarnazzjoni li mhu xejn ħlief il-misteru tat-tixjin ta’ Alla u ċ-ċokon tiegħu. Jiena lil Dun Ġorġ hawnhekk narah profeta għax fiż-żmien li fih fil-Knisja lokali u universali l-ħajja monastika, f’dan is-sens wiesa’, tilfet dan l-element u saret sinjal ta’ prestiġju, Dun Ġorġ ħoloq forma ta’ ħajja bi spirtu monastiku bħala alternattiva għall-ħajja konventwali. Anke

l-kunċett ta’ MUSEUM bħala post li jippreserva jidħol hawn daqskemm il-monasteri kienu minn dejjem ċentri li fihom tiġi mħarsa l-identità u l-kultura Nisranija.

F’Il-Kunvent tal-Kruċjati Dun Ġorġ jgħid li ma teżistix klawsura għax kull min jidħol f’dal-kunvent jgħaddi mis-Salib. Huwa kunvent miftuħ għal kulħadd. Hawnhekk Dun Ġorġ fl-1907 antiċipa dak li kellu jiġi iktar tard fil-Knisja blapprovazzjoni tal-Istituti Sekulari fl-1945 mill-Papa Piju XII u iktar tard bil-Koncilju Vatikan II li l-ewwel u qabel kollox sejjaħ lil kulħadd lura lejn l-oriġni biex nifhmu l-identità u l-missjoni tagħna, imbagħad bl-użu talespressjoni ‘ħajja kkonsagrata’ minflok ‘ħajja reliġjuża’ wera li hawn diversi forom ta’ ħajja kkonsagrata għal Alla u s-Saltna tiegħu, bit-tħaddin tal-Kunsilji Evanġeliċi klassiċi jew oħrajn. Fil-fatt, jekk noqogħdu mad-

351


definizzjoni tal-Liġi Kanonika dwar x’inhi l-ħajja kkonsagrata, il-ħajja li Dun Ġorġ waqqaf taqa’ taħt din il-kategorija. M’għandniex nibżgħu minn dan jew inħarsu lejh bħala theddida għall-identità lajkali tal-MUSEUM, għaliex l-għeruq tal-ħajja kkonsagrata mhumiex ġerarkiċi iżda lajkali. Skont San Bażilju u t-tradizzjoni monastiko-axxetika tal-Lvant, il-monaku mhuwa ħadd iktar ħlief in-Nisrani u n-Nisrani jekk irid ikun tassew Nisrani huwa monaku. U dan għax l-ispirtu monastiku mhu xejn ħlief l-għejxien radikali tal-Magħmudija bl-irfigħ u l-ġarr tas-salib wara Kristu. Il-monaku huwa staurophoros daqskemm hu inkarnazzjoni ta’ Kristu mogħti u mġennen għas-salvazzjoni tal-erwieħ (ħeġġa appostolika). Ix-xebh ma’ Kristu f’kollox, u l-aktar fil-misteru tal-Għid, huwa l-għan tal-monaku li jgħix moħbi fi Kristu msallab għad-dinja biex jgħix għal Alla (id-dimensjoni eskatoloġika). F’Dun Ġorġ dan jieħu l-forma tad-devozzjoni kbira lejn is-salib u l-ħsieb kostanti tanNovissmi. Ngħożżu l-Identità li Writna Biex is-Soċjetà żżomm l-ispirtu talFundatur tagħha San Ġorġ Preca u l-identità li huwa taha, trid tieħu ħsieb li ma titlifx dawn l-għeruq monastiċi li minnhom tnisslet. Hemm ħafna elementi li jqarrbu 352

lis-Soċjetà lejn il-Monastiċiżmu u jagħtuha din l-identità. Tkun ħasra jekk jintilfu jew li s-Soċjetà tħalli lil min idawwarha minnhom bliskuża tal-lajċità. Tajjeb li fil-ħidma ta’ tiġdid u aġġornament tneħħew xi elementi li m’għadhomx jinftiehmu u jagħmlu sens fiddinja tal-lum. Iżda meta s-simboli jinbidlu, hemm il-periklu li tinbidel l-identità.

Xtaqt għalhekk nagħmel dawn il-mistoqsijiet: Jekk bdiltu u neħħejtu xi simboli, drawwiet u elementi, kif żammejtu l-ispirtu li kien hemm fihom? Sibtu xi simboli oħra li jwasslu l-istess messaġġ bil-lingwaġġ tal-lum? Blenfasi li intom lajci, kif żammejtu dan il-wirt monastiku-axxetikuprofetiku ta’ bluha u ġenn qaddis, wirt ta’ Dun Ġorġ lilkom? Il-mibki Professur Dun Peter Serracino Inglott kien wera l-fehma tiegħu li Dun Ġorġ mela vojt kbir f’Malta proprju filqasam tat-tradizzjoni monastikoaxxetika. Żgur li mhux biss fil-kitba - għaliex kellna f’Malta trattati talħajja axxetika u mistika maqlubin bi lsienna u mfasslin ukoll minn saċerdoti Maltin - imma proprju fl-ispirtu li bih huwa għex u li xtaq inisslu f’uliedu, il-membri tasSoċjetà tal-MUSEUM. ⧀

Rev. Dr Charlò Camilleri O.Carm.


Gwida Għal Ulied il-Bnedmin fit-Triq tal-Paċi u Kitbiet Oħra

I

Qrajt Ktieb tal-Fundatur

t-turisti twasslu quddiem l-istatwa ta’ Mosè, il-kapolavur ta’ Michelangelo li jinsab fil-knisja ddedikata lil San Pietru fil-Ktajjen f’Ruma. Hu u jurihom difett fl-irkoppa ta’ Mosè, il-gwida qalilhom: “U Michelangelo, malli lesta l-istatwa, xejrilha daqqa ta’ martell fuq l-irkoppa waqt li qalilha: ‘Tkellem!’” Forsi Buonarroti stħajjel li seta’ mill-irħam joħroġ il-persuna ta’ Mosè ħajja mill-ġdid!

Ma naħsibx li tkun ħaġa ideali li nimitaw lil Michelangelo u millkitbiet tal-Fundatur nippretenduh ħaj mill-ġdid. Jidhirli li, meta kiteb “Xejn ma jiġri bl-addoċċ iżda kollox taħt il-ġudizzju providenzjali ta’ Alla”, kien qed jinkludi l-ħin ta’ mewtu. Ma jidhirlix li nkunu qed nixtiqulu l-ġid jekk lil min għex f’era passata nġibuh jgħix f’era futura, għax jimbokka cultural shock u jibqa’ taħtu. Pajjiżna llum altru li m’għadux bħal fi żmien Dun Ġorġ. Lanqas jintgħaraf!

Minħabba f’hekk il-kitbiet talFundatur għandna nistrinġuhom u l-estratt tagħhom - il-vitalità u l-ispirtu tal-MUSEUM nassorbuhom f’ħajjitna. Permezz tal-istil tal-ħajja tal-membri 353


l-kitbiet tiegħu jistgħu jibqgħu rilevanti. Kemm għandna x’nirringrazzjaw u nitolbu għal min għal snin sħaħ, b’sagrifiċċji kbar personali, stinka fuq li stinka sabiex il-kitbiet tal-Fundatur jaslu f’idejna u, nispera, fil-librerija personali tagħna. Issa m’għandniex skuża. Kemm qed nikkwotawhom il-kitbiet ta’ Dun Ġorġ fil-lezzjonijiet, fillaqgħat, fit-talb u fil-powerpoints? Nażżarda ngħid li jgħin ħafna jekk l-għarfien tal-kitbiet, tat-talb u tal-ġakulatorji ta’ San Ġorġ Preca nippreżentawh taħt forma ta’ ‘bżonn’ għall-ħajja kwotidjana. Kien b’dawn il-ħsibijiet f’moħħi li bdejt nuża xi kitbiet tal-Fundatur fil-laqgħat tiegħi, speċjalment ilktieb Gwida Għal Ulied il-Bnedmin fit-Triq tal-Paċi u Kitbiet Oħra. Bdejt nistaqsi lili nnifsi: “Il-kontenut tal-ktieb kien worth it li sirt nafu?

354

Il-pariri ta’ San Ġorġ Preca f’dan il-ktieb huma rilevanti u jwasslu għall-paċi f’ħajja sfrenata?” Malli rrealizzajt li t-tweġiba kienet iva, ma stajtx noqgħod lura milli naqsam il-ġid li ħadt jien maloħrajn.

Ngħaddu issa biex naraw fiex jikkonsisti dan il-ktieb. L-ewwel nett hu bargain għaliex hu ‘threein-one’ jew aħjar ‘buy-one-get-twofree’. L-ewwel għandna Gwida Għal Ulied il-Bnedmin fit-Triq tal-Paċi, imbagħad L-Osservatorju tax-Xjuħ u fl-aħħar Il-Mexxej tal-Għomja. L-ewwel ktejjeb, Gwida Għal Ulied il-Bnedmin fit-Triq tal-Paċi, kien stampat l-ewwel darba għalih waħdu fl-1960. Fih l-awtur jagħmilha ta’ gwida. Dan ħafna drabi ma jkunx jaf x’ħobż jiekol dak li jkollu quddiemu u għalhekk jindirizzah “Int min int”. Imbagħad ifissirlu dak li għandu jgħidlu u


jaħtaf l-okkażjoni biex permezz ta’ ‘Nota’ jerġa’ jenfasizza l-punt li jkun għadu kif għamel. Dan il-format il-Fundatur jużah biex jagħti mitt parir jew tagħlima dwar suġġetti varji biex fl-aħħar jagħlaq b’konklużjoni siewja. Nieħdu eżempju: Gwida Nru. 52 Int min int, agħmel ħbieb tiegħek lill-qaddisin, innota l-eżempji tajba tagħhom u rrikorri lejhom biex jitolbu għalik għax huma ħbieb ta’ Alla. Nota: Il-qaddisin fid-dinja imitaw lil Ġesù, apprezzaw il-faqar, is-sofferenzi u d-disprezzi u b’hekk waslu fir-renju tiegħu tal-paċi.

Niġu għat-tieni ktejjeb, L-Osservatorju tax-Xjuħ. Dan kien ippubblikat għall-ewwel darba fl-1999. Fih Dun Ġorġ għal darb’oħra jittratta suġġetti

varji li wħud minnhom ikun diġà rrefera għalihom b’mod differenti fil-kotba l-oħra. Din id-darba jinqeda b’xiħ anonimu li jsejjaħlu “ix-xwejjaħ N”. Dan l-anzjan għaref, permezz ta’ mitejn u tlieta u erbgħin osservazzjoni, junura lill-persuni tat-terza età. Kif ngħidu, “kliem ix-xiħ żomm fih”. Nagħtu xi eżempji: Ix-xwejjaħ N osserva u qal li fiddinja Alla waħdu jeħlisna minn bniedem ħażin u qarrieqi. (nru. 58) Ix-xwejjaħ N osserva u qal li kull min żera’ l-ħażen kellu jaħsad ħwejjeġ ħżiena u meta ħeles minn banda weħel f’oħra. (nru. 100) Ix-xwejjaħ N osserva u qal li l-akbar tradituri huma ta’ madwarek, għax il-bosk bil-ħatab tiegħu jinħaraq. (nru. 119)

355


Ix-xwejjaħ N osserva u qal li fiddinja mhux ta’ min jibża’ minn Alla, iżda wisq ta’ min jibża’ minn dawk li ma jibżgħux minn Alla. (nru. 240)

It-tielet u l-aħħar ktejjeb iġib l-isem Il-Mexxej ta’ l-Għomja (Dux Coecorum). Oriġinarjament din il-kitba kienet dehret biċċa biċċa fil-Kalendarju Museumin (1953/1957). Fiha wkoll il-Fundatur jittratta suġġetti varji, iżda bħala kittieb u għalliem tajjeb din id-darba jbiddel is-set-up u l-protagonisti. Dun Ġorġ lil dawk li għandhom bżonn id-direzzjoni jsejħilhom għomja. Issa min hu agħma jrid ikollu fiduċja f’min imexxih; għalhekk il-parir talFundatur hu li min irid jitmexxa fittriq it-tajba jaqbillu jagħżel mexxej u studjuż Kattoliku, possibilment wieħed li kien imrobbi fl-iskola tal-verità u tal-ġustizzja. Il-ktieb jibda billi l-mexxej tal-għomja għal darba biss jgħid: “Int min int, isma’ u studja.” Imbagħad, bħal fiż-żewġ kotba l-oħra, jagħti lista ta’ mitejn u tmienja u disgħin tagħlima dwar suġġetti varji. Nagħtu xi eżempji: Ħadd ma jagħmel ġid fid-dinja daqskemm min jgħallem il-verità u l-ġustizzja. (nru. 91)

356

Aħjar fama tajba minn ħafna flus. (nru. 111) Il-ħżiena jaħdmu bil-magna talgideb. (nru. 134)

Il-giddieb ta’ min jibża’ minnu għax fehmtu hija dejjem l-ingann. (nru. 253)

Innota. L-isem tal-film Back to the Future jista’ jkollu żewġ interpretazzjonijiet li t-tnejn jgħoddu għal min jaqra l-kotba ta’ Dun Ġorġ. Nistgħu naqrawhom u mill-epoka passata li fiha nkitbu nerġgħu lura u niffaċċjaw il-futur b’aktar ħeġġa. Iżda nistgħu wkoll, meta naqraw il-kitba tal-Fundatur b’nostalġija, neħlu fl-era passata u nibqgħu b’daharna mdawwar lejn il-futur. Mhux it-tnejn Back to the Future? Liema nagħżlu f’idejna! Biss niftakru li minn din l-għażla jiddependi jekk l-ispirtu tal-Fundatur nimmakkjawhx u nagħmuh irrelevanti jew jekk l-ispirtu ħaj tiegħu jixprunaniex għall-futur tas-Soċjetà Museumina u għall-ġid tal-Knisja ta’ Kristu. Għidlu ’l Michelangelo! ⧀

George Camilleri


II-Kumbattiment Spiritwali ta’

I

Lorenzo Scupoli

Il-Klassiċi fil-MUSEUM

l-ktieb II-Kumbattiment Spiritwali hu meqjus bħala wieħed mill-akbar klassiċi fit-Teoloġija Axxetika flimkien mal-ktieb l-ieħor L-Imitazzjoni ta’ Kristu. Kien hemm żmien meta dan il-ktieb famuż, l-istess bħalma ġara fil-każ ta’ L-Imitazzjoni ta’ Kristu, kien attribwit lil diversi awturi, imma l-kritiċi llum iżommu li huwa xogħol Lorenzo Scupoli.

L-Awtur Lorenzo Scupoli twieled f’Otranto fl-Apulja, l-Italja, għall-ħabta tassena 1530 u miet Napli fl-1610. Ta’ kważi 40 sena, fl-1569, ingħaqad mat-Teatini, kongregazzjoni ta’ kjeriċi regulari mibdija minn San Gejtanu. Hu kien ordnat saċerdot fl-1577, imma fl-1585 kien sospiż a divinis wara li saret akkuża falza kontra tiegħu u baqa’ sospiż sa ftit qabel mewtu meta kien iddikjarat għalkollox bla ħtija u reġa’ kiseb l-isem tajjeb li kellu. Waqt iż-żmien ta’ umiljazzjoni u frustrazzjoni hu aċċetta dak kollu li ġie fuqu b’umiltà u offra t-tbatijiet tiegħu lil Alla. Il-ktieb Il-Kumbattiment Spiritwali ppubblikah fl-1589 fiż-żmien li kien sospiż. 357


Malajr il-ktieb sar best-seller. F’qasir żmien inqaleb f’diversi ilsna, u malmixja tas-snin saru traduzzjonijiet saħansitra bil-Grieg, bl-Armen, blGħarbi, bil-Ġappuniż u ilsna oħra. Fl-ewwel għoxrin sena biss kellu diġà 60 pubblikazzjoni.

Fil-Greċja l-ktieb kien maqlub minn San Nikodemus tal-Muntanja Qaddisa (c.1749-1809) li kien hu nnifsu mistiku u missier spiritwali. Hu l-aktar magħruf għax ikkompila l-Philocalia li hu ta’ importanza immensa fost l-Ortodossi u qaleb ukoll l-Eżerċizzi Spiritwali ta’ San Injazju ta’ Loyola. Fis-seklu 19 Il-Kumbattiment Spiritwali kien tradott fir-Russu minn San Teofanu l-Eremita (181594) li anki għen fit-traduzzjoni talPhilocalia bir-Russu. Hu kkalkulat li sal-lum dehru aktar minn 600 edizzjoni tiegħu. L-ewwel edizzjoni bil-Malti dehret fis-snin 30 tas-seklu 20; ftit tassnin ilu dehret traduzzjoni oħra li saret minn P. Ġiġi Camilleri SJ.

358

Il-Ktieb L-ewwel edizzjoni li nafu biha kienet ippubblikata f’Venezja fl1589 u kien fiha biss 24 kapitlu qosra; aktar tard dehret l-edizzjoni finali b’66 kapitlu. Jista’ jkun, skont kif jaħsbu xi wħud, li t-Teatini jew xi ordni reliġjuż ieħor kellhom parti fil-kompożizzjoni finali ta’


dan il-ktieb. Imma, hu x’inhu, minkejja d-dubji dwar min kien l-awtur veru, dawn ma jnaqqsu xejn mill-valur u l-effikaċja ta’ dan “il-ktieb tad-deheb” kif isejjaħlu San Franġisk de Sales (15671622). Kien “il-ktieb favorit u għażiż” ta’ dan il-majjistru kbir tal-ħajja spiritwali li għal tmintaxil sena kien iġorr dejjem miegħu kopja tal-ktieb. Il-Qaddis kien jaqra ftit paġni minnu kuljum, kien jiggwida ruħu kollu fiduċja fil-għerf soprannaturali u uman tiegħu, u kien jirrikkmandah lil dawk kollha taħt id-direzzjoni tiegħu. L-iskop ta’ dan il-ktieb hu li jmexxi lir-ruħ għall-quċċata tal-perfezzjoni permezz ta’ kumbattiment kostanti u kuraġġuż kontra n-natura mħassra tagħna li għandha t-tendenza li żżommna nimxu ’l bogħod minn dak il-għan. L-awtur jindika primarjament ħames mezzi biex dak li jkun jilħaq il-perfezzjoni spiritwali: l-ewwel, li wieħed ma jafdax fih innifsu; it-tieni, fiduċja sħiħa f’Alla; it-tielet, kumbat­timent u użu metodiku talfakultajiet biex wieħed jikkoreġi d-difetti tiegħu u b’hekk jirbaħ lix-xitan u jakkwista l-virujiet; ir-raba’, talb u meditazzjoni; il-ħames, Tqarbin.

Scupoli u l-Fundatur Ma nafux jekk Dun Ġorġ qarax il-ktieb Il-Kumbattiment Spiritwali u jekk kienx influwenzat minnu, imma jidher li, aktar iva milli le, kien qrah. Ibda biex, fi żmienu kien ktieb magħruf ħafna u moqri regolarment, speċjalment mirreliġjużi u dawk li kienu qed iħejju għas-saċerdozju. Fost il-kotba miktubin minn Dun Ġorġ hemm wieħed li l-aktar għandu xebh mal-ktieb ta’ Scupoli, fis-sens li t-tema ewlenija tiegħu hija proprju l-kumbattiment spiritwali. Mhix ħaġa kbira li hu seta’ ħa l-idea biex jiktbu mittitlu tal-ktieb ta’ Scupoli. Dan huwa l-Ġinnasju Spiritwali li ħareġ l-ewwel darba fis-snin tletin għall-użu privat tal-membri talMUSEUM u reġa’ kien ippubblikat għal kulħadd fl-1981.

Fid-daħla tal-Ġinnasju Dun Ġorġ jgħid li “din l-opra hija ġabra ta’ tagħlim minn diversi awturi gravi spiritwali”, bla ma jsemmi ebda wieħed minnhom. Barra li tinħass sewwa l-influwenza tal-kitba ta’ San Ġwann tas-Salib, bla dubju l-awtur inqeda b’kitbiet oħrajn, bħalma huma l-Kempis, San Franġisk de Sales u, probabilment ħafna, kif diġà għedna, Il-Kumbattiment Spiritwali ta’ Lorenzo Scupoli, kif se naraw. 359


Ngħiduha kif inhi, l-idea li biex wieħed jgħix il-ħajja tal-grazzja u jilħaq il-perfezzjoni jeħtieġlu jikkumbatti kontinwament kontra l-ġibdiet ħżiena ma ħariġx biha l-ewwel darba Lorenzo Scupoli, għax insibuha kemm fiż-żewġ Testmenti tal-Bibbja kif ukoll hi tema rikorrenti f’kitbiet spiritwali anki qabel Scupoli. Imma, nistħajjel jien, mhux ħaġa kbira li l-Fundatur seta’ twebbel jikteb fuq dan is-suġġett mill-isem tal-ktieb li qed nitkellmu fuqu.

Qed nikteb hekk għax anki l-isem, Ġinnasju, mill-ewwel jagħtik x’tifhem li l-ktieb jittratta dwar il-kumbattiment. U f’dan il-ktieb il-Fundatur juża ta’ spiss il-kelma ‘lotta’ (ġlieda) li wieħed jeħtieġlu jagħmel biex jegħleb dak kollu li jfixklu fil-mixja tiegħu lejn Alla. Difatti fil-Ġinnasju Spiritwali, li jiġbor fih 100 kapitlu, insibu 45 minnhom li jibdew bil-kliem “Kif tillotta meta tkun ittentat…” (Attendenzi 22-66). Dan biex ma nsemmux kapitli oħra li jittrattaw fuq il-ġlieda spiritwali, e.g. kapitli 15, 16 u 17, intitolati rispettivament ‘X’jenħtieġ li wieħed jinża’ biex jidħol jissara’, ‘X’jenħtieġ li wieħed jilbes biex jidħol jissara’ u ‘Ftit huma li jkantaw vittorja fil-ġlieda mattentazzjoni’. 360

Naturalment, m’aħniex ngħidu b’daqshekk li Dun Ġorġ qabad u ħa l-ideat li nsibu f’Il-Kumbattiment Spiritwali u daħħalhom filĠinnasju. Xejn minn dan. Imma ma neskludux li xi wħud mis-suġġetti tal-kapitli (li hu jsejħilhom ‘Attendenzi’) setgħu kienu ispirati mill-kitba ta’ Scupoli.

Kien hemm żmien meta l-ktieb Il-Kumbattiment Spiritwali kien użat ħafna mis-Soċji, l-aktar qabel il-Gwerra, u ġieli wkoll kien assenjat bħala qari spiritwali flAssenjatur u speċjalment fl-irtiri tal-ewwel Ħadd tax-xahar.

Għandu mnejn li llum issib diversi minna li dan il-ġawhra ta’ ktieb ftit li xejn jafu bih, aħseb u ara kemm qrawh. Ta’ min iħajjar lil dawn biex jaqbduh u jaqraw xi paġni minnu; żgur isibu paġni li jagħmlulhom ħafna ġid fil-mixja tagħhom wara Ġesù. Il-ktieb faċilment isibuh fl-edizzjoni Maltija ppubblikata mil-Lumen Christi ta’ Għawdex. Jekk wieħed jippreferi jaqrah blIngliż jew bit-Taljan, fuq l-internet tiskanta kemm għadhom anki llum joħorġu edizzjonijiet ġodda tiegħu. Għax, kif jgħid il-qawl Ingliż, “old gold never loses its value”. ⧀ John Formosa


L-Abort

Każ Morali

Ġulja, tfajla minn familja serja u rispettabbli, nqabdet tqila barra ż-żwieġ. Qabadha paniku kbir u għalhekk iddeċidiet li tagħmel abort biex tgħatti l-iżball tagħha.

B

is-saħħa tal-progress fix-xjenzi bijoloġiċi u mediċi, il-bniedem kiseb mhux biss mezzi terapewtiċi (ta’ fejqan) iktar effettivi, imma wkoll setgħat ġodda fuq il-ħajja umana fil-bidu u fl-ewwel stadji tagħha. Iżda l-periklu li jinqabżu l-limiti dejjem hu preżenti. Il-Knisja, bl-Istruzzjoni fuq ir-Rispett tal-Ħajja Umana fl-Oriġni Tagħha u d-Dinjità tal-Prokreazzjoni, maħruġa mill-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi fl-1987, twieġeb għal xi diffikultajiet li jinqalgħu dwar dan is-suġġett.

Il-ħajja fiżika tal-bniedem tifforma l-valur fundamentali għall-ħajja preċiżament għax fuq din il-ħajja fiżika jieqaf u jiżviluppa kull valur ieħor bħal dak li l-bniedem hu msejjaħ għall-ħajja ta’ dejjem, li hu l-valur suprem tal-bniedem.

It-tnissil tal-ħajja umana għandu karattru speċjali li hu tiegħu biss u li ġej min-natura speċjali tal-persuna umana. Fil-Mater et Magistra naqraw: “It-trasmissjoni tal-ħajja umana hi fdata min-

natura nfisha għal att personali u liberu u, bħala tali, suġġett għal-liġi ta’ Alla, liġi qaddisa u immutabbli li għandha tingħaraf u tiġi obduta minn kulħadd. Għalhekk wieħed ma jistax jinqeda b’mezzi u jimxi fuq metodi li jistgħu jkunu leċiti fit-trasmissjoni tal-ħajja ta’ pjanti u annimali.” (Mater et Magistra, 194) Għal darb’oħra ngħidu li dak li hu xjentifikament possibbli mhux bilfors hu moralment aċċettabbli. Dan jgħodd għal tant żviluppi oħra fix-xjenza u t-teknoloġija. 361


Għalhekk hu meħtieġ it-tagħlim tal-Knisja dwar il-persuna umana. Sa mill-mument tat-tnissil tagħha, il-ħajja ta’ kull bniedem għandha tkun irrispettata għaliex il-bniedem hu l-kreatura waħdanija fid-dinja li Alla ried għalih u li r-ruħ spiritwali tiegħu hi

362

maħluqa immedjatament minnu u ġġib fiha x-xbieha tiegħu. Alla hu s-sid tal-ħajja mill-bidu sat-tmiem tagħha. Il-bniedem hu f’idejn Alla. Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, waqt li jikkonferma dak li għedna s’issa, jikkwota l-Konċilju Vatikan


II meta jgħid: “Alla, sid il-ħajja, ried iħalli f’idejn il-bnedmin il-qadi nobbli favur il-ħajja u dan il-qadi l-bniedem irid jaqdih bil-mod li jixraqlu. Il-ħajja trid tiġi mħarsa b’ħerqa kbira sa mill-mument tat-tnissil: l-abort u l-infantiċidju huma delitti mill-agħar.” (Gaudium et Spes, 51) Fid-Didakè, dokument tal-bidu tal-Knisja, naqraw: “Toqtolx tarbija qabel titwieled u lanqas teqridha wara li titwieled.” (Didakè 2, 2) Fid-Dikjarazzjoni tal-Jeddijiet tal-Familja (1974) l-Knisja tikkonferma li “l-ħajja umana għandha tkun assolutament irrispettata u mħarsa sa millmument tat-tnissil” (nru. 4). Meta l-bniedem ibagħbas mal-ħajja ta’ ħlejqa ġdida jkun mhux biss jilgħabha ta’ Alla, imma jġib ruħu b’inġustizzja u b’nuqqas kbir ta’ mħabba lejn l-oħrajn li għandhom dritt jeżistu.

Imbagħad għandna d-Dikjarazzjoni dwar Aborti Prokurati talKongregazzjoni għad-Duttrina talFidi li tgħid fid-dettall: “Sa millmument li l-ovum tkun fertilizzata tkun bdiet ħajja ġdida li la hi dik tal-missier u lanqas dik tal-omm; hi ħajja ta’ kreatura umana ġdida li tikber għaliha. Din qatt ma kienet issir umana kieku ma kinetx diġà umana. Dan il-fatt, evidenti minn dejjem… kiseb xhieda ġdida li

twettqu mix-xjenza tal-Ġenetika Moderna. Din uriet li, sa mill-ewwel mument, il-programm hu stabbilit ta’ x’inhu li din il-ħlejqa ħajja għad tkun: bniedem, u bniedem partikulari bil-karatteristiċi tiegħu ġa ffissati. Sa mill-fertilizzazzjoni tibda l-avventura ta’ ħajja umana, u kull waħda mill-kapaċitajiet kbar tagħha tinħtieġ iż-żmien … biex tieħu postha u tkun f’qagħda li taġixxi.” (nru.12-13) Kliem ċar daqs il-kristall li hu kkonfermat mis-sejbiet riċenti tal-Bijoloġija. L-abort hu att vili għax jeqred lil min hu l-aktar debboli u allura ma jistax jiddefendi ruħu. Ġulja, kieku ma ppanikkjatx u kienet taf x’jgħid Il-Katekiżmu talKnisja Kattolika, forsi ma kinetx tiżbalja. Infatti l-Katekiżmu jgħid: “Sa mill-ewwel seklu l-Knisja għallmet li kull abort prokurat hu ħażin moralment. Dan it-tagħlim ma tbiddilx. Jibqa’ dejjem l-istess. L-abort dirett, jiġifieri kemm jekk wieħed iridu għalih innifsu kemm jekk iridu bħala mezz għal xi ħaġa oħra, hu dejjem kontra l-liġi morali b’mod gravi: 'M’għandekx teqred l-embrijun b’abort, lanqas teqred tarbija għadha titwieled.'" (Didake 2, 2 - KKK 2271) ⧀ Joseph Camilleri

363


Ma Naħkem lil Ħadd 13-15 ta’ Mejju 2016

I

Mort Irtir

l-ħajja ċelebi li aħna ngħixu bħala Soċji fil-MUSEUM mhix faċli, imma hija sabiħa. Alla, li sejħilna għaliha, jagħtina diversi okkażjonijiet li fihom nistgħu napprezzaw is-sbuħija ta’ din id-dimensjoni tal-vokazzjoni tagħna filwaqt li jipprovdilna wkoll għajnuniet għaliha. Li jkolli ċans nirrifletti dwar il-ħajja ċelebi tiegħi waqt irtir tas-Soċjetà narah bħala grazzja kbira mogħtija minn Alla. U dan kelli ċ-ċans nagħmlu waqt irtir ta’ tmiem il-ġimgħa li s-Soċjetà ppreparat għall-membri iktar kmieni din is-sena. It-tema ta’ dan l-irtir kienet ‘Ma naħkem lil ħadd’. Ikolli nistqarr li Dun Anton Theuma li mexxa l-irtir kien ta’ għajnuna kbira għalija biex nirrifletti fuq l-istedina li Alla jagħmilli biex jien li jien imsejjaħ għal ħajja ċelebi nkun ta’ kulħadd mingħajr ma nippossiedi lil ħadd. Dan sabiex, filwaqt li ningħata kompletament lil Alla f’relazzjoni intima ta’ mħabba, inkun nista’ nħobb lill-oħrajn bl-istess mod kif iħobb Alla.

364

Waqt il-meditazzjonijiet tal-irtir stajt nirrifletti u nitlob fuq dak li qasam magħna s-saċerdot dwar kif għandha tkun l-imħabba matura ta’ min hu msejjaħ għallħajja ċelebi. Hemm sinjali li juru


jekk l-imħabba tiegħi lejn l-oħrajn hijiex matura jew le. Hawn nixtieq li nirriflettu ftit fuq uħud minnhom filwaqt li neżaminaw lilna nfusna dwar il-ħbiberiji tagħna bħala persuni msejħa biex ngħixu ħajja ċelebi. Qabel insemmu dawn is-sinjali tajjeb inżommu ħsieb importanti f’moħħna. Kull persuna għandha bżonn ta’ ħbieb sani li jgħinuha tgħix b’mod sabiħ il-ħajja. Dan jgħodd ukoll għal min huwa ċelebi. Ikun żbaljat min jaħseb li, għax huwa ċelebi, jista’ jkampa waħdu jew m’għandux bżonn ħbiberiji jew affettività. Biċ-ċelibat jien m’għażiltx li ma nħobbx, imma għażilt li nħobb b’imħabba filkaratteristika universali tagħha. Għalhekk bħala ċelebi rrid inkun attent ħafna għat-tip ta’ ħbiberiji li jien inħaddan u niddixxerni jekk dawn il-ħbiberiji humiex jgħinuni biex ngħix is-sejħa li għamilli Alla fil-milja tagħha.

Għalhekk se nsemmu xi sinjali ta’ ħbiberija immatura. Dawn huma sinjali li juru li l-affettività tiegħi bħala persuna tkun tiddependi wisq minn persuna waħda b’tali mod li ma tħallinix inħobb b’mod san lil persuni oħra. Il-preferenzjalità hija l-ewwel sinjal ta’ mħabba li għadha ma mmaturatx. Din tidher meta jien

niddedika ħin, flus, attenzjoni u mezzi oħra ma’ persuna waħda u neskludi lill-oħrajn. Dan in-nuqqas ikun jidher mill-fatt li jien ma nkunx qed niddedika lil ħaddieħor l-istess ħin li niddedika lil din il-persuna partikulari li nkun niddependi minnha affettivament. Jekk vera għandi ħbiberija matura, l-istess imħabba, mogħdrija u dedikazzjoni li jien nuri lejn persuna li nħossni miġbud lejha nurihom ukoll lejn il-persuni l-oħrajn. Bħalma n-nuqqas ta’ ħbiberija hija sinjal ta’ immaturità, hekk ukoll il-ħbiberija preferenzjali lejn persuna partikulari, għax hija ħbiberija magħluqa għal persuni oħra, hija ħbiberija li teskludi. Ħbiberija immatura tidher ukoll mill-fatt li l-persuna tkun inflessibli jew riġida fil-ħbiberiji tagħħa. Dan jiġri meta tibda tirraġuna b’dan il-mod: “Jien irrid inkun ma’ dik il-persuna inkella ma’ ħadd; jew f’dak il-Qasam jew imkien...” Il-kriterju aħħari li fuqu jien nibni l-għażliet tiegħi ma jibqax is-Saltna ta’ Alla imma jsir dik il-persuna partikulari u l-gosti u x-xewqat tagħha. Dan ikun jidher b’mod ċar fija meta dik il-persuna tibda tikkundizzjonani fil-ħajja umana, spiritwali u appostolika tiegħi. Meta l-imħabba tiegħi tkun diretta lejn persuna waħda, din ma tibqax imħabba universali. 365


It-tielet sinjal ta’ ħbiberija immatura huwa l-infedeltà. Meta l-persuna partikulari li nħobb kważi b’mod esklussiv ma tistax tissodisfa iktar il-bżonn tiegħi talaffettività, allura nfittex li nittrakka ma’ persuna oħra. Kif insib persuna ġdida li tissodisfa dan il-bżonn tiegħi, jien inwarrab lillpersuna ta’ qabel, bħallikieku tkun saret ta’ xkiel għalija. Din tissejjaħ infedeltà għax minflok nagħti importanza lill-persuna umana, hi min hi (imħabba universali), issir biss importanti dik il-persuna li tissodisfa l-bżonnijet tiegħi.

366

Ir-raba’ karatteristika ta’ mħabba immatura hija n-nuqqas ta’ verità. Dan iseħħ meta jien nibda nirrazzjonalizza u nsib ħafna ġustifikazzjonijiet li bihom nipprova nserraħ rasi għalfejn m’għandix nitlaq dik ir-relazzjoni possessiva jew għalfejn m’għandix nitlef lil dik il-persuna. Nibda ngħid: “X’qed nagħmel ħażin?... Jien qiegħed ngħinha.... Dik il-persuna mingħajri ma tgħaddix...” Dawn ikunu kollha ġustifikazzjonijiet li ma jkunux verità għax aktarx inkun qed nitfa’ dak li nħoss jien fuq il-persuna l-oħra.

Fejn hemm dipendenza affettiva, ir-relazzjoni ma tkunx appostolika. Hija relazzjoni li tfixkel lill-persuna mill-appostolat u l-impenn tagħha fil-vokazzjoni. Din tinħass meta jien inserraħ rasi li hemm persuna li hija ‘tiegħi’ u nibda naħseb ukoll li jien ‘tagħha’. Dan il-ħsieb ma jżommnix iffukat fuq l-għan prinċipali tas-sejħa tiegħi u fuq l-imħabba universali li jien imsejjaħ għaliha bħala ċelebi.


Din id-dipendenza affettiva jew imħabba immatura mhux bilfors tkun ma’ persuna tas-sess l-ieħor, imma tista’ tkun ma’ membru fis-Soċjetà, jew ma’ kollega fuq ix-xogħol li jien inħossni li għandi naqbel miegħu f’kollox ħalli nħossni ‘fiż-żgur’. Relazzjoni bħal din ma tħallinix liberu li ngħid le meta hemm bżonn ngħid le.

“Il-membri għandhom ikunu attenti u prudenti fir-relazzjonijiet kollha tagħhom. Huma għandhom jedukaw lil qalbhom ħalli jiksbu l-libertà interjuri biex ikunu jistgħu jibnu relazzjonijiet sani mal-oħrajn.” (Direttorju Ġenerali, Regolament nru. 11)

“Il-membri għandhom ikunu miftuħa għal relazzjonijiet u ħbiberiji diversi iżda mingħajr familjarità li tfixkel l-għejxien tal-vokazzjoni.” (Kostituzzjoni, Regolament nru.17)

Philip Bezzina

Il-Fundatur tagħna għaraf minn qabel ir-riskji li jista’ jkun hemm fil-ħbiberiji li jkollna mal-oħrajn. Ir-Regola Museumina ssemmi b’mod ċar l-importanza ta’ ħbiberiji sani fl-Ewwel Taqsima tagħha meta titkellem dwar il-ħajja tal-membri u ċ-ċelibat:

Il-ħbiberiji li għandna bħala membri Museumini mhumiex newtrali; jistgħu jgħinuna jew ifixkluna. Dan jiddependi ħafna mit-tip ta’ ħbiberiji li jkollna. Kemm hu importanti li nħallu lill-Mulej, permezz tad-Direttur Spiritwali tagħna, jgħinna niddixxernu x’tip ta’ relazzjonijiet u ħbiberiji għandna fil-ħajja tagħna. ⧀

367


Lest Tħallas il-Prezz?

K

Missjoloġija

ull meta Soċju jintbagħat f’post tal-missjoni, aħna nieqfu naħsbu fuq il-prezz li wieħed ikun qed iħallas biex jagħmel dan il-pass. Żgur li jaħsbu wkoll dwar dan il-prezz dawk li jkunu għaddejjin minn proċess ta’ dixxerniment dwar jekk għandhomx imorru jew le. Hija ħaġa normali li fost l-ewwel ħsibijiet li jiġu f’moħħna meta nisimgħu bil-missjunarju huma d-diffikultajiet, l-isfidi u l-iebes li hemm marbutin ma’ din is-sejħa. Dan jagħmel sens għax tassew li din id-deċiżjoni dejjem titlob għotja u allura prezz minn min jeħodha. Min-naħa l-oħra rridu nkunu saqajna mal-art u ma nesaġerawx jew nimmaġinaw diffikultajiet ta’ barra minn hawn b’tali mod li ssir impossibbli li wieħed jaċċetta li jmur. F’dan l-artiklu ħa nsemmu tliet prezzijiet li kull missjunarju, anke dak Museumin, ikollu jħallas. Din il-kitba hija addattament tal-artiklu He Can Demand Any Price ta’ Michael Griffiths.

368


Privileġġ Nobbli Imma qabel ma niktbu dwar il-prezz li jrid jitħallas, tajjeb nifhmu punt li huwa bażiku u kruċjali: kull missjunarju għandu jemmen u jipperswadi ruħu li rċieva grazzja kbira u għalih li jintbagħat f’post ieħor biex iwassal l-Evanġelju mhuwa xejn għajr privileġġ nobbli. Il-missjunarju iktar milli joqgħod jikkalkula l-prezz imissu jqis kemm ħabbu Alla u kemm għandu jixxennaq li jħobbu lura billi jagħti ħajtu kollha, bla riservi, għall-missjoni li hu msejjaħ għaliha. Hija ħaġa stupenda li tkun missjunarju u jekk għadek m’intix konvint sib ftit ħin biex tiltaqa’ ma’ xi wieħed minnhom forsi jikkonvinċik. Qatt ma tiltaqa’ ma’ missjunarju li tassew nesa lilu nnifsu għal Kristu u għall-Evanġelju tiegħu u wara ddispjaċieh u tqarras li aċċetta li jmur il-missjoni.

Imma kif ktibna fl-introduzzjoni, ma rridux inkunu romantiċi, naive jew utopiċi u naħsbu li kollox ser ikun faċli, ta’ suċċess u sabiħ! Altru li mhux hekk għax il-fallimenti u d-diżappunti ma jonqsux. Wara kollox anke Ġesù kellu jħallas prezz għalina: “Intom kontu mixtrijin bil-għoli. Sebbħu mela ’l Alla f’ġisimkom.” (1 Kor 6, 20) Ġesù li “xejjen lilu nnifsu billi ħa s-sura ta’ lsir” (Fil 2, 7) jistieden

lill-missjunarju biex isir xejn u jingħata kompletament mingħajr ma joqgħod iqis x’qed jagħti. Ġesù ssagrifika kollox u allura Hu stess jitlob prezzijiet għoljin imma li qatt mhuma ser jissuperaw il-prezz li ħallas Hu. Aħna nistgħu biss nimitaw l-għotja u l-imħabba ta’ Ġesù. Qatt ma nistgħu ngħadduha! Il-Privileġġ u l-Istat Kulturali F’art twelidek inti tgawdi minn privileġġ kulturali li jagħmlek tħossok f’postok. F’Malta n-nies tar-raħal ikunu jafuk, il-kollegi jkunu drawk u naturalment inti qatt ma tħossok ħuta barra mill-ilma f’art twelidek. Qatt ma jidħollok f’moħħok kif ser tesprimi lilek innifsek għax il-lingwa nattiva toħroġ b’mod naturali. B’xi mod f’pajjiżek inti ‘xi ħadd’. Il-missjunarju jitlef dan kollu, għallinqas fl-ewwel snin. Toħroġ barra fit-triq u ma jkun jafek ħadd. Trid terġa’ tibda tagħmel ħbieb ġodda, trid tkisser rasek biex tlaqlaq l-ewwel sentenzi, trid tidra ħafna affarijiet ġodda u trid terġa’ ssir qisek tarbija tat-twelid li trid titgħallem timxi. Fi kliem ieħor, titlef il-privileġġ kulturali tiegħek għax qiegħed imħawwel f’kultura ġdida u dan huwa prova kbira ta’ umiltà, il-prezz li ma tkun ħadd (to become a nobody), u dan anke jekk tagħmel numru ta’ snin. 369


Livell ta’ Għejxien Aħna li nipproponu li nkunu foqra dejjem u kullimkien, irridu kontinwament neżaminaw lilna nfusna biex naraw fejn aħna f’dan l-ispirtu ta’ frugalità. Il-Fundatur riedna nkunu u riedna nidhru li aħna foqra biex dak li hemm fuq barra jkun jirriffletti dak li hemm fil-qalb. Madankollu jkollna nammettu li aħna napprezzaw il-ħajja komda fejn bażikament għandna kollox. Il-missjunarju ma jistax iħalli art twelidu u jmur jgħix f’post fqir u jibqa’ jgawdi minn dawk l-affarijiet li kellu qabel. Xi missjunarji jmorru f’postijiet foqra qishom invażuri minn Mars għax bl-ammont u bil-kwalità ta' affarijiet li jġorru magħhom tant ikunu qegħdin jistonaw għax ma jkunux f’sintonija ma’ dak li għandhom in-nies komuni talpost. Dan ċertament huwa ta’ kontro-xhieda anke jekk huma

370

qatt ma jkunu fehmu hekk. Huwa wkoll nuqqas ta’ sensittività lejn in-nies lokali. Oħrajn huma missjunarji ta’ veru għax bl-istil ta’ ħajja tagħhom ikunu ferm qrib ta’ kif jgħixu n-nies. Jużaw it-trasport pubbliku, jissaportu s-sħana, l-irwejjaħ, it-trab, it-tajn, l-ikel ordinarju u l-bqija. Bħal San Pawl, il-missjunarju awtentiku “jsir kollox ma’ kulħadd, biex isalva lil kulħadd” (1 Kor 9, 19).

Familja u Ħbieb San Pawl jikteb: “Jien inżomm kollox bħala telf ħdejn il-qligħ kbir li nagħraf ’il Kristu Ġesù, Sidi; għalih kollox irrid nitlef u nqisu bħala knis biex nirbaħ ’il Kristu.” (Fil 3, 8) Bla dubju wieħed millogħla prezzijiet li jrid jitħallas mill-missjunarju huwa dak li jkun ’il bogħod mill-membri tal-familja tiegħu u mill-ħbieb, speċjalment dawk tal-qalb. It-tluq qatt ma jkun


mument faċli u waqt li jkun sejjer waħdu huwa jitkellem f’qalbu ma’ Ġesù u jgħidlu: “Dan għalik u għalik biss!” dan l-uġigħ itaffi mażżmien għax Alla jagħti l-grazzja u l-konsolazzjoni u kulħadd jidra u jitgħallem. Imma l-missjunarju jrid ikun ippreparat għal dawk il-mumenti ta’ solitudni fejn iħoss ħafna n-nuqqas ta’ dawk qrib tiegħu. F’dawn il-waqtiet huwa jiftakar f’Ġesù li ħalla d-dar tassema, li ma kienx mifhum minn xi wħud li kienu viċin tiegħu, li ħalla lil ommu u li fuq is-salib tahielna kompletament. Ġesù jaf x’jiġifieri tkun waħdek u għalhekk jitlob ukoll dan il-prezz. Ħsieb tal-Aħħar F’dawn iż-żminijiet partikulari u kruċjali għas-Soċjetà għażiża tagħna, kull Soċju għandu jikkunsidra b’serjetà kbira l-possibiltà li fil-prattika jagħmel

lilu nnifsu disponibbli biex jintbagħat il-missjoni. Imur, jitlaq, ikompli jħallas il-prezz biex jgħix il-vokazzjoni tiegħu billi jitwaħħad ma’ Ġesù u jaħdem kemm jiflaħ fejn Alla jogħġbu jħawlu. Waqt li wieħed ikun qed jaħseb u jiddixxerni, m’għandux joqgħod jikkalkula ħafna u jikkumplika l-affarijiet għax jispiċċa ma jmur qatt. Aħna qed nittrattaw ma’ Alla sempliċi u li ma jberikx il-kumplikazzjonijiet. Għandna nżommu l-affarijiet sempliċi u kontinwament naqtgħu l-irbit li ma jħalliniex liberi, li ma jħalliniex ngħixu sewwa l-missjoni tagħna f’Malta u li jagħmilha dejjem iktar diffiċli li nħallu kollox u mmorru. Irridu nisimgħu l-leħen ta’ eluf ta’ missjunarji madwar id-dinja jidwi f’qalbna u jinkuraġġina: “Minkejja kollox, kemm inħossuna imberkin, ferħanin u maħbubin!” ⧀ Roberto Zammit

371


Il-Bniedem Dejjem fil-Qalba tal-Knisja

Laudato Si’

I

l-Papa Ljun XIII, li dam imexxi l-Knisja għal 25 sena sħaħ, ħareġ l-enċiklika Rerum Novarum fl-1891, f’nofs il-papat tiegħu. Kienet enċiklika li xegħlet dawl kbir u kienet att ta’ kuraġġ. Uriet li n-Nisrani ma jgħixx f’dinja għalih imma hu impenjat biex id-dinja jagħmilha aħjar milli hi billi jissielet għal dawk li huma minn taħt, ir-romol, l-iltiema u l-foqra. Dawn il-problemi kienu u għadhom magħna sal-lum. Hekk jurina l-Papa Franġisku meta fl-enċiklika Laudato Si jwieġeb għall-‘ħwejjeġ ġodda’ ta’ żmienna, fejn l-ekonomija post-industrijali globalizzata qed tikkawża tħassib serju dwar il-bniedem u d-dinja li fiha jgħix. Skont il-ġustizzja, l-ekonomija dinjija trid twieġeb għall-bżonnijiet veri tal-bniedem biex jgħix u jikber b’mod integrali u jiffjorixxi. Il-Knisja ma tieqaf qatt tħambaq fuq id-dinjità umana u l-ġid komuni. B’xorti ħażina, meta n-nies isiru iktar iċċentrati fuqhom infushom u magħluqin għall-persuni l-oħra, il-kilba għallġid tiżdied u dan inevitabbilment jaffettwa d-dinjità umana. Iktar 372

ma qalb il-bniedem tkun battala, iktar għandha bżonn oġġetti x’tixtri, tippossiedi u tikkonsma. F’dan il-kuntest lanqas ma jista' jkun hemm ġid komuni veru. (nru. 203-204)

L-istess teknoloġiji ġodda jridu jkunu assessjati iktar għal kemm qed jikkontribwixxu għall-ġid komuni. Fl-Enċiklika l-Papa jirrikonoxxi l-qabża fil-kwalità tal-ħajja, imma jwissi fuq l-użu ħażin tat-teknoloġija, l-iktar meta tinħoloq dominanza fuq l-umanità u d-dinja b’mod sħiħ (nru. 104). Il-Papa għandu għal qalbu ħafna wkoll is-solidarjetà, b’mod speċjali mal-emarġinati u l-foqra, u din hi xi ħaġa li tispikka fl-enċiklika fejn jingħad: “Ejja ma nżommux biss


quddiem għajnejna l-foqra li għad iridu jiġu, imma anki dawk tal-lum li ħajjithom fuq din l-art hi qasira u ma jistgħux jibqgħu jistennew!” (nru. 162)

Is-solidarjetà trid tintwera anki bejn il-ġenerazzjonijiet. Il-Papa jgħidilna: “X’tip ta’ dinja rridu nħallu lil dawk li ġejjin warajna, lil dawk it-tfal li qegħdin jikbru llum?” (nru. 160) Huwa jitkellem ukoll mix-xogħol li jlibbes lill-bniedem bid-dinjità. Hemm bżonn nipproteġuh ixxogħol. Huwa bżonn kbir, huwa parti mir-raġuni u l-iskop tal-ħajja fuq din l-art, huwa mod kif wieħed jikber, jiżviluppa umanament u jsib il-milja tiegħu (nru. 128). L-enċiklika turina kif Alla eżerċita s-sussidjarjetà billi fada l-art lill-bniedem biex jiżviluppaha u jieħu ħsiebha, u allura jkun ko-kreatur ma’ Alla l-ħallieq. Xi kultant l-ossessjoni għall-profitt ma tħalliniex naraw sewwa dan il-pjan ta’ Alla.

Alla jibqa’ l-ħallieq ta’ kollox, ta’ kulma jidher, tal-bniedem u tal-ġid kollu li hawn. Il-ġustizzja tirrikjedi li l-ġid kollu għandu jitqassam b’mod ġust lill-umanità kollha. Għall-Papa din hija obbligazzjoni morali, kważi daqs kmandament. Waqt iż-żjara tiegħu fil-Bolivja hu tkellem u qal li l-fatt li wieħed jaħdem għat-tqassim ġust tal-frott li tagħti l-art u li jiġi minn ħidmet il-bniedem m’għandux jaqa’ taħt il-kappa tal-filantropija. Għandna dejjem nagħtu lill-bniedem dak li fil-verità huwa tiegħu.

Fl-artikli ta’ din is-sensiela stajna naraw il-Papa jagħmel l-almu tiegħu biex jibqa’ jsamma t-tagħlim soċjali tal-Knisja li hu dejjem relevanti. Għaliex? Għax dak kollu li semmejna huwa parti mill-‘ekoloġija integrali’ (kapitlu 4). “Kollox hu marbut qatigħ ma’ xulxin u l-problemi tal-lum jitolbu ħarsa li żżomm quddiem għajnejha l-aspetti kollha tal-kriżi dinjija.” (nru. 137) ⧀ Kevin Scicluna

373


Is-Samaritan it-Tajjeb ta’ David Teniers iż-Żgħir

I

Il-Pittura tal-Faċċata

llum iddeċidejt li nagħżel pittura ta’ artist Taljan li ma tantx hu magħruf, iżda li l-pittura tiegħu hi mibnija fuq artist li semmejna fil-ħarġa ta’ Marzu-April, jiġifieri Francesco Bassano.

374

David Teniers iż-Żgħir kien artist Fjamming li twieled f’Antwerp fil15 ta’ Diċembru 1610 u miet ta’ 80 sena fl-1690. Li hu interessanti dwaru hu li kien ġej minn familja ta’ artisti, fosthom missieru, ibnu u neputi tiegħu. Fix-xogħol tiegħu kien influwenzat kemm mix-xogħol ta’ missieru kif ukoll minn dak ta’ artisti kbar, fosthom Elsheimer u Rubens.

Fl-1632 ġie aċċettat bħala “master” mill-Konfraternità tal-Artisti San Luqa li tagħha sar president fl1644. Dan juri li kien artist li diġà kellu fama tajba u li xogħlu kien diġà mxerred sew, għalkemm kien għadu ta’ età żgħira. Fil-fatt jeżisti grupp ta’ pitturi tiegħu fil-Mużew ta’ Berlin li juru personaġġi rġiel u nisa u li jġibu d-data 1630. Dawn juru l-bravura tiegħu meta kellu biss 20 sena. Fihom jidher sens


qawwi ta’ kulur u armonija fiddisinn.

L-Arċiduka Leopold Wilhelm, li sar Gvernatur tal-Olanda Spanjola, qabbad lil David biex mhux biss ikun il-pittur tiegħu iżda wkoll jeħodlu ħsieb il-kollezzjoni ta’ pitturi li kellu u li kienet dejjem tikber. Minħabba f’hekk fl-1647 ittrasferixxa ruħu għal Brussel. Hemm kellu l-fakultà li jixtri l-pitturi biex ikompli jkabbar il-kollezzjoni tal-Arċiduka, naturalment b’somom kbar ta’ flus f’idejh. Fost l-oħrajn kellu pitturi ta’ artisti kbar Taljani li aktar tard spiċċaw f’ħafna mużewijiet importanti fl-Ewropa. Meta Leopold mar lura Vjenna ħa miegħu l-kollezzjoni prezzjuża ta’ pitturi li kellu, iżda lil David ma ħadux miegħu. Ismu kien stabbilit sewwa tant li l-Gvernatur il-ġdid Don Juan tal-Awstrija, li kien iben ir-Re Filippu IV ta’ Spanja, żammu miegħu. Fil-fatt il-prinċep beda jieħu l-lezzjonijiet tal-pittura mingħand David.

Fi żmienu David Teniers kien meqjus bħala wieħed mill-aqwa artisti fl-Ewropa. Fis-26 ta’ Jannar 1663 waqqaf f’Antwerp akkademja ġdida, The Antwerp Royal Academy of Fine Arts, li kienet iddedikata biss għall-pitturi u l-iskulturi. L-inizjattiva ġiet

milqugħa b’ferħ kbir, speċjalment mill-artisti, u dan juri l-fama tajba li kellu David bħala artist. Tajjeb ngħidu wkoll li bħal missieru huwa għamel diversi disinji biex ikunu l-bażi ta’ tapezzeriji kbar u sbieħ. David Teniers miet fi Brussel fil-25 ta’ April 1690. Hu maħsub li ħalla warajh madwar 2,000 pittura għaliex kien ħafif ħafna f’xogħlu.

Ngħaddu issa għall-pittura tagħna, l-aħħar waħda għal din is-sena. Ix-xena tal-pittura hi xi ftit imbiegħda mir-realtà ta’ fejn ġrat il-parabbola. L-ebda deżert ma jidher, iżda xenarju tipikament Ewropew. Il-ġrajja tidher li qed isseħħ fl-għabex tal-ġurnata: innota l-kulur tas-sema u l-għasafar sejrin lura fil-bejtiet tagħhom. Jidher post b’għoljiet baxxi u gruppi żgħar ta’ siġar imxerrdin mal-pittura kollha. Innies huma kollha lebsin ilbies ta’ meta saret il-pittura, jiġifieri tasseklu 17.

Il-ferut jidher li hu raġel imdaħħal ftit fiż-żmien, b’tarbux f’rasu u biċċa ċarruta ma’ qaddu, forsi l-unika drapp li ħallewlu l-ħallelin. Idewwih jidher is-Samaritan, bilfaxex f’idejh. Fejn saqajh jidhru l-ħall u ż-żejt li bihom diliklu l-feriti. Interessanti li ma’ qaddu għandu xabla, forsi biex il-pittur 375


ifakkarna li kien għaddej minn post diżabitat u allura ffrekwentat mill-ħallelin. Jidher attent sew għal dak li qed jagħmel u qed idur bil-ferut b’ċerta delikatezza.

Qrib ix-xena ninnutaw il-ħmar, il-bhima li fuqha kellu jgħabbi lill-ferut. Jidher ukoll kelb li ġieli ġie muri f’pitturi oħra li ktibna dwarhom, fosthom f’dik ta’ Jacopo Bassano li minnu hu influwenzat Teniers f’din il-pittura. Persunaġġ ġdid li ma rajniex qabel u li ma jissemmiex fir-rakkont talVanġelu hu t-tifel ħdejn il-ħmar u l-kelb, forsi ibnu jew il-qaddej li kien qed jivvjaġġa miegħu. Dettall interessanti u li żgur ma nistennewx li nsibu fil-pitturi talparabbola tagħna.

376

Bejn il-grupp tas-Samaritan u l-ieħor fejn hemm il-ħmar, jiġifieri f’nofs il-pittura, ninnutaw żewġ persuni mexjin ’il ġewwa. Naturalment jirrappreżentaw lillqassis u l-Levita li baqgħu sejrin. Mal-ġenb tal-għolja ta’ biswithom hemm ħjiel ta’ belt. Hija xena li tnissel kalma kbira. ⧀ Vincent Mangani

Nota: Uħud mill-pitturi murija fil-Kalendarju Museumin 2016 huma biss dettall tal-oriġinal. Jekk għandek aċċess, inħajrek tfittex il-pittura sħiħa biex hekk tapprezza aktar is-sbuħija ta’ kull biċċa xogħol tal-arti murija.


Il-Bieb taż-Żonqor ta’

I

Mario Azzopardi

Letteratura

l-poeżija li se nippreżenta llum jisimha ‘Il-Bieb taż-Żonqor’ u tidher bħala l-ewwel poeżija li hemm fil-ktieb Epistoli mid-Deżert ippubblikat minn Mario Azzopardi fl-2014. Dan il-poeta huwa magħruf bħala wieħed millaħjar esponenti tal-poeżija moderna f’Malta.

Mario Azzopardi twieled ilĦamrun fil-11 ta’ Settembru 1944, l-ewwel wieħed fost sitt aħwa. Huwa ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo u attenda St Michael’s Training College minn fejn iggradwa b’distinzjoni fit-Teorija u l-Prattika tal-Edukazzjoni. Aktar tard iggradwa wkoll mill-Università. Fil-bidu kien għalliem u tul is-snin għallem l-Arti, l-Edukazzjoni Drammatika u l-Letteratura fl-iskejjel talGvern. Ħa sehem f’ħafna proġetti teatrali u ta sehem qawwi ħafna fil-ġurnaliżmu. Minħabba t-temperament rivoluzzjonarju tiegħu, għandu kitbiet radikali u anki anti-akkademiċi. Azzopardi trabba f’familja mimlija superstizzjoni u li kellha sens negattiv ta’ Alla; għalhekk 377


il-Ħallieq ġie mpinġi lilu ‘bħala sors ta’ kastigi ħorox’. Għalkemm ta’ 15-il sena kien membru attiv fl-Azzjoni Kattolika, meta kellu 18-il sena kien iqis ruħu maqtugħ għalkollox mir-Reliġjon Kattolika u ’l quddiem spiċċa bħala anjostiku, jew forsi ateu. Dan aktarx sar b’reazzjoni għar-reliġjon kif ġiet ippreżentata lilu min-nanna u z-zijiet tiegħu li rabbewh.

Jekk spiċċa inkredulu hemm fih il-paradoss għax, speċjalment kif jidher mill-ktieb li semmejt filbidu, għalkemm Mario Azzopardi jistqarr l-ateiżmu tiegħu, fl-istess ħin jafferma kemm hu sinċier fittiftix tiegħu għall-verità. Filwaqt li

378

jistqarr li ma jemminx, hu jsemmi kemm-il darba b’mod indirett lil Alla (il-leħen ta’ ġo fih, isejjaħ lil xi ħadd li għadu ma jafux). Fil-ġabra ta’ poeżiji u poesaġġi li fih il-ktieb, Azzopardi juri li tilef il-fidi iżda hemm ukoll elementi qawwija ta’ fidi u ta’ ottimiżmu Nisrani u ma jonqsux ukoll poeżiji b’mistoqsijiet kbar dwar l-eżistenza u jekk hemmx xi ħaġa wara l-mewt inevitabbli. Fil-ktieb Epistoli midDeżert (li jfakkrek fil-ktieb blistess isem ta’ Carlo Carretto) issib ukoll ħjut ta’ twemmin u xi tama fil-qawmien għall-ħajja kif ukoll, lejn l-aħħar tal-ktieb, xi talbiet ta’ ħniena u ta’ maħfra lil dak li jista’ jagħti s-salvazzjoni lill-bniedem.


Jidher ukoll li Azzopardi għandu ammirazzjoni kbira lejn il-figura ta’ Ġesù Kristu, speċjalment lejn Kristu kurċifiss, sofferenti u abbandunat. Dan forsi minħabba l-fatt li l-Poeta kellu jgħaddi minn ħafna tbatija morali u anki fiżika, flimkien ma' ġranet twal ta’ solitudni u nuqqas ta’ komprensjoni minn oħrajn. Niġu għall-poeżija ‘Il-Bieb tażŻonqor’ li jiena nqisha bħala poeżija spiritwali ħafna u hawn se nagħti l-interpretazzjoni tiegħi dwarha. Semmejt li Mario Azzopardi huwa l-fittiex tal-verità b’riflessjoni reliġjuża profonda u hekk jidher f’din il-poeżija.

Permezz ta’ narrazzjoni, Azzopardi jgħid li wara mixja twila ta’ taħbit wasal quddiem bieb samm taż-żonqor u sabbat fuqu b’ħaġra xotta (il-kelma xotta hawn aktarx tirrappreżenta l-inxif tal-fidi fil-Poeta). Minn ġewwa sama’ leħen misjerjuż jgħidlu: “Min qed iħabbat? Int min int?” Il-Poeta wieġeb imriegħex: “Jien jien” u l-bieb baqa’ magħluq. Wara żmien twil ta’ penitenza fixxagħri, il-Poeta reġa’ mar iħabbat il-bieb għal darb'oħra u reġa’ sama’ l-leħen ta’ ġewwa jistaqsih: “Min int?” Din id-darba l-Poeta wieġeb imriegħed: ‘Jien Int’ u hawn il-bieb infetaħ.

Kif naraha jien, il-kelmiet ‘Jien jien’ huma ekwivalenti għal Jaħweh (Jien dak li jien) għax Alla biss jista’ jgħid li hu dak li hu (Eż 3, 14). Mela l-Poeta hawn aktarx li qiegħed jissuppervja u jqis ruħu bħal u daqs Alla. Meta wara żmien twil ta’ sawm u penitenza l-Poeta ħabbat għal darb'oħra (din id-darba mhux ‘sabbat’ iżda ‘ħabbat’ u allura hawnhekk diġà għandna speċi ta’ konverżjoni), it-tweġiba tiegħu kienet ‘Jien Int’ u din għandha mnejn tfisser li jien xbieha tiegħek u tfakkar li Alla ħalaq il-bniedem u għamlu jixbah lilu (ara Ġen 1, 27). Hawn ukoll insibu kuntrast ieħor. Fit-tweġiba tal-ewwel Azzopardi jgħid li wieġeb ‘imriegħex’ u fittweġiba tal-aħħar jikteb li wieġeb ‘jitriegħed’. Quddiem id-dar tal‘bieb taż-żonqor’ li hi d-dar ta’ Alla, wieħed għandu ‘jitriegħed’ kif jikteb San Pawl: “Ħabirku għassalvazzjoni tagħkom bil-biża’ u t-tregħid.” (Fil 2, 12b) Għalhekk jiena nqis din il-poeżija bħala waħda ta’ tiftix tal-verità, ta’ umiltà u ta’ sejba ta’ fejn jgħammar Alla għal min irid jasal għandu, imsaħħaħ minn żmien ta’ penitenza. ⧀ Ġorġ Borg

379


Il-Bieb taż-Żonqor Wasalt wara triq twila ta’ tħarbit quddiem Bieb samm tal-ġebel żonqri. U sabbatt b’saħħti kollha b’ħaġra xotta, u smajt dal-Leħen misterjuż-profond jistaqsi: • Min qed iħabbat? Int min int? • Jien jien, weġibt imriegħex. U l-bieb baqagħli samm, magħluq. Għalhekk imxejt b’għasluġ lejn id-deżert, b’rasi baxxuta w xkora għat-tkebbib. Għaddejt staġuni twal niekol l-insetti u s-selvaġġ u nordom wiċċi fl-art tat-trabijiet. U wara ż-żminijiet tax-xagħri, erġajt quddiem il-Bieb is-samm tal-ġebel żonqri. Ħabbatt mill-ġdid bil-ħaġra xotta. Reġa’ kien hemm il-Leħen misterjuż-profond jistaqsi: • Min int? • Jien INT, weġibt nitriegħed. U din id-darba l-Bieb taż-żonqor infetaħli. Mario Azzopardi

380


Il-Misteru tal-Ħajja u l-Mewt

M

Il-Membri Jiktbu

atul ix-xahar ta’ Novembru niftakru iktar mis-soltu dwar il-misteru tal-ħajja u l-mewt. Dan ix-xahar proprju jibda bis-Solennità talQaddisin Kollha u fit-tieni jum niċċelebraw l-Għid tal-Imwiet.

Hu xahar hekk imsejjaħ ‘talmejtin’ meta nibdew nagħmlu ftit riflessjonijiet fuq dak li x’aktarx hu l-akbar misteru li minn dejjem ħawwad il-moħħ tal-bniedam u nissel niket f’qalbu: il-mewt. Il-mewt hija l-akbar falliment tal-bniedem; jagħmel x’jagħmel quddiemha dejjem joħroġ tellief. Wara tant sforzi u tbatija biex wieħed jirnexxilu jikber, jeduka ruħu u jimmatura, jibni relazzjoni ta’ mħabba u jsib postu fil-ħajja, malajr jasal il-waqt li jkollu jħalli kollox u jsib ruħu wiċċ imb wiċċ mal-mewt tiegħu jew ta’ ħaddieħor. Il-bniedem imiss b’idejh il-misteru tal-ħajja iżda għal min għandu d-don tal-fidi l-mewt ma tfissirx it-tmiem imma l-bidu ta’ ħajja ġdida li ma tispiċċax. Hija l-pont għal sema ġdid fi ħdan Alla Missierna. Bħal Ġesù li ltaqa’ mal-mewt u ħareġ rebbieħ fuqha,

hekk kull min jemmen fih jibqa’ jieħu sehem mill-istess ħajja li Hu kiseb bil-qawmien tiegħu. Kull bniedem jesperjenza l-mewt. Hi fenomenu universali u neċessità għal kulħadd. Imma l-mewt mhijiex id-destin naturali tagħna; aħna maħtufin minn taħt id-dominju tagħha. Forsi hemm bżonn nibdew naħsbu fuqha aktar bħala proċess li rridu ngħaddu minnu biex in-naħa l-oħra nsibu lill-Missier tagħna tas-sema jistenniena. Możart qal: “Jekk irridu nqisu tajjeb il-mewt, jeħtieġ narawha bħala l-veru skop ta’ ħajjitna, aħna li qegħdin fi nżul ix-xemx ta’ ħajjitna.” ⧀

Philip Spiteri 381


Ħniena Rrid

D

aqsxejn ’il barra minn Ruiru, inti u dieħel Nairobi, hemm Huruma, slum tipika, imżewqa, mimlija sa ruħ ommha: appartamenti m’ogħla hawn jaqtgħulek nifsek inti u għaddej minn taħthom, ħwienet ċkejkna mal-bankini biex wieħed jara mnejn idabbar xelin filwaqt li l-idejn xotti qoxqox mill-flus, toroq dojoq miksija sitt pulzieri tajn wara ħalba xita, min fuq xogħlu, min ilu ma jaħdem għomor, tfal tat-triq, u nies, nies u aktar nies. Magħhom, f’nofshom, f’qalbhom, hemm Sister Vtan, Missjunarja tal-Karità, soru ta’ Madre Tereża. Missjunarja minn dawk ta’ veru.

382

Illum mort inżur lilha u lil ħutha. “Ejja imxi ftit miegħi,” qaltli u għaddejna minn sala għal oħra, qalb is-sorijiet u n-novizzi u l-morda u dawk fil-bżonn. Tmur meta tmur issibhom bil-kmiem imxammra, jitimgħu lit-tfal kuċċarina kuċċarina, jaħslu l-art, isajru, jaħslu l-ħwejjeġ, jaħslu linnisa, iqandlu lil min ma jiflaħx, jikkunslaw lit-tfajliet-ommijiet, jagħmlu ħbieb mat-tfal tat-triq. U l-għada jkomplu fejn ħallew, loving until it hurts, kif għallmithom il-fundatriċi tagħhom. Forsi għalhekk għażlu li jiġu jgħixu hawn, għax bil-lingwa Swahili Huruma tfisser ‘ħniena’.


Għadhom kif qatlulhom erbgħa mis-sorijiet tagħhom fil-Jemen. “Tibża’, sister?” “Ma tgħaddix ġurnata li ma naħsibx fihom,” qaltli. “Konna nafuhom. Kollha għaddew minn Huruma għallformazzjoni jew biex jgħaddu xi snin jaħdmu hawn, min max-xjuħ, min mat-tfal u n-nisa bi bżonnijiet speċjali, min mal-ommijiet żgħar imkeċċija mid-dar.” Hi u tirrakkontali kif qatluhom waħda waħda, wiċċha baqa’ seren. “Ħaddieħor telaq, imma huma le. Ma ridux jitilquhom lix-xjuħ. Sa ma mietu magħhom. Rajthom ir-ritratti? Bil-fardal fuqhom mietu. Mietu jaqdu.” Il-qamħa li tmut. Id-demm tal-martri li jiġri għal ġol-ħamrija u jsaqqi l-Knisja. Tiftakar kemm sid il-għalqa ppreferiena meta qabbadna naqdu l-bniedem, jaqbdek il-biki.

Dakinhar, jiena u miexi waħdi barra b’pass itqal mis-soltu, tieqaf karozza miegħi, tinżel il-ħġieġa u jsellimli missier Alex u Faith. “Count yourself blessed,” qalli, qisu ilu jistenna l-mument biex jgħidhieli u fl-aħħar wasal. “Count yourself blessed for what you are doing for our children.” Anqas niftakar x’għedtlu. Tella’ l-ħġieġa u saq. U jiena u miexi, ma’ kull pass, il-‘count yourself blessed’ tibda nieżla ftit ftit, ittaffik, tqawwik, tbikkik. Għidli inti jekk mhux is-Sinjur Alla bagħtu lil dan is-Samaritan it-Tajjeb jidlek biżżejt u l-inbid lill-mixħut malġenb tat-triq! Jalla għada wkoll sid il-għalqa jiftħilna għajnejna u narawh waqt li jberikna bl-għaraq, bid-dmugħ u bid-demm li nxerrdu aħna u naqduh fl-oħrajn. ⧀ Oliver Aquilina 383


X’Sar Minnha l-Eżortazzjoni?

X

i ftit taż-żmien ilu, waqt ikla, Kandidat minn Qasam ieħor esprima x-xewqa li fil-Qasam jisma’ iktar eżortazzjonijiet fuq il-vokazzjoni Museumina. Din l-istqarrija hekk spontanja qanqlet ħafna mistoqsijiet fija. Jaqaw jien ħsiebni biex ngħallem biss? It-tfal u ż-żgħażagħ qiegħed inxennaqhom xejn għal Alla? Qiegħed narahom jinbidlu għall-aħjar?

384

Id-dizzjunarju Collins jispjega l-kelma eżortazzjoni bħala diskors jew kitba li tipperswadi, tispira, tinkuraġġixxi. Fl-Atti (13,15) l-kapijiet tas-sinagoga, wara l-qari formali tas-Sibt, staqsew lil Pawlu u lil sħabu jekk xi ħadd minnhom riedx jgħid kelmtejn ta' tħeġġiġ lill-poplu. B'eżortazzjoni Museumina nifhem dik il-kelma ħajja, imrewħa għarruħ, imqanqla mill-fidi u l-ħeġġa awtentika ta' persuna għal oħra. Hi bħal fjamma ħierġa minn qalb min jeżorta u li tqabbad lil qalbek u timliek b'ħeġġa u kuraġġ. Hi dik il-ħeġġa li Soċju jesprimi permezz ta' kelma qasira informali fl-aħħar ta’ xi waħda mil-laqgħat tagħna (lezzjonijiet, Assenjaturi, passiġġati u l-bqija) u, minkejja li l-ħin ikun diġà skorra, aħna nissammru nisimgħuh. L-eżortazzjoni ssir meta min qed jisma' jħoss u jassimila l-ħeġġa ta' dak li tassew għandu xi ħaġa x'jagħti.


Fil-ktieb Meditazzjonijiet għal Żmien l-Irtir San Ġwann Battista De La Salle jgħid li t-tagħlim m’għandux jibqa' fl-arja jew filmoħħ, iżda għandu jiġi internalizzat billi jinżel fil-qalb. Fit-tmien taħdita jikkwota mill-Ittra ta’ San Ġakbu (2, 14) u jgħid: “Lit-tfal u liż-żgħażagħ ma jkun jiswielhom xejn li tkunu għallimtuhom il-misteri u l-veritajiet tar-reliġjon tagħna ... jekk ma tiħdux ħsieb li jipprattikawhom.” Ta' min jinnota wkoll il-verbi li juża dan il-qaddis: “waqt li tkunu magħhom”, “mexxuhom”, “nisslu fihom” u “ħajruhom”. Nistħajjel lil De La Salle jsaqsini: “X'qed tagħmel għattfal fit-23 siegħa u nofs tal-ġurnata li ma tkunx fil-klassi magħhom? FilQasam kemm tkun mat-tfal barra mill-ħin tal-lezzjoni? Għax minn kliemu De La Salle ftit li xejn juri li kien qed jirreferi għat-tagħlim filklassijiet! Għall-mistoqsija “X'inhu s-sigriet tas-sistema tiegħek?” San Ġwanni Bosco stqarr: “Hu impossibbli li ttella' t-tfal b'mod tajjeb jekk l-ewwel ma tirbaħx l-imħabba u l-kunfidenza tagħhom...Dan hu l-fus prinċipali ta' kull sistema ta' edukazzjoni.” L-ewwel kien jirbaħ qlub it-tfal billi “l-ħin kollu jara x'jivvinta biex iferraħhom”, jilgħab magħhom, jagħtihom ħinu u jitlob għalihom. Imbagħad seta' faċilment jispirahom permezz ta'

eżortazzjonijiet qosra iżda regolari u ferventi kull fejn kienu jkunu!

F’Let's be Catechists, ktieb żgħir iżda ta’ għajnuna kbira għall-katekisti, naqraw li “kull taħdita trid tkun sejħa għall-konverżjoni interjuri – li tgħin lis-semmiegħ jinterjorizza l-messaġġ fl-azzjonijiet ta' kuljum”. Fl-Eżortazzjoni Appostolika Catechesi Tradendae, f'paragrafu 20, il-Papa San Ġwanni Pawlu II jgħidilna li l-iskop tal-katekeżi huwa li “n-Nisrani jibda jimxi wara Kristu u jitgħallem fil-Knisja kif jaħseb, jiġġudika, jaġixxi u jittama kif iridna nagħmlu Hu”.

Fil-Gwida għal Min Jgħallem it-Tfal, Taqsima VI, Dun Ġorġ jinnota li “min jindaħal biex jgħallem” jeħtieg ikollu “ħażna ta' tagħlim, ħila kif jgħallem” u “ħlewwa biex jiġbed lejh it-tfal tal-klassi”. Iżda mbagħad iżid jgħid li “bosta li jgħallmu ... ma jagħmlux is-sagrifiċċju sħiħ, għax wara li jkunu għallmu t-tfal ma jibqgħux jieħdu iżjed ħsieb tagħhom, u għalhekk ħafna mill-ġid li jkun sar fihom jintilef”. Fil-fehma tal-qaddisin, it-tagħlim li jbiddel il-qalb jeħtieġ li jkun kullimkien: filklassi, fil-bitħa, fil-baħar u fil-wied! Mhux ta' b'xejn ħadt dehxa meta Soċju staqsieni meta kienet l-aħħar darba li tkellimt b'mod informali fuq Ġesù barra mill-klassi! ⧀ Rainer Bezzina 385


Ħsieb is-Soċju Museumin

F

’dan l-artiklu qasir nixtieq naqsam ftit riflessjonijiet dwar din it-talba sabiħa li aħna ta’ kuljum nitolbu għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar. La hija djalogu u lanqas monologu iżda meditazzjoni mill-iktar profonda. B’xi mod tfakkarna fil-parabbola tas-sigħat u b’mod speċjali fil-ħaddiema tal-aħħar siegħa. Il-meditazzjoni tibda bil-kelma ‘Jiena’ iżda tintemm b’referenza għal ‘aħna’: “l-imħabba ġabritna f’ħaġa waħda”. Forsi rridu nifhmu aħjar li "jien" qiegħed fis-Soċjetà Museumina għax "aħna" qegħdin fis-Soċjetà Museumina, u għalhekk hemm ko-responsabbiltà. Fil-bidu ta’ din il-meditazzjoni jiena rrid nistaqsi lili nnifsi liema teoloġija tal-vokazzjoni nħaddan: dik li Alla għandu pjan għalija u għalhekk sejjaħli, jew li jiena għandi pjan għal Alla u għalhekk jiena sejjaħt lili nnifsi? Tal-ewwel hija teoloġija; tat-tieni mhix ħlief kumdità ta’ moħħi.

386

Il-Fundatur kien jgħix miċċertezza tal-fidi li “xejn ma jiġri addoċċ iżda kollox taħt il-ġudizzju providenzjali ta’ Alla” (Arloġġ Museumin, 11:45 a.m.). Dan ifisser li aħna rridu ninkwadraw


il-vokazzjoni tagħna f’din ir-realtà l-kbira tal-Providenza ta’ Alla. Dan hu l-mod ta’ kif Alla lili u lilek uriena kif iħobbna, billi tana din il-vokazzjoni. Mela l-ewwel u qabel kollox il-vokazzjoni hija att tal-imħabba ta’ Alla. Qiegħed titbissimlu xejn lil Alla bħalma jitbissmu l-maħbubin li jkunu għażlu li jħobbu b’mod esklussiv lil xulxin?

Għaliex Qegħidni? Biex Nitgħallem u Ngħallem Kull vokazzjoni tiżviluppa u timmatura. Il-Fundatur beda bi ħsieb u għalih l-Acerbo Nimis kienet il-katalist. Iżda t-tnebbiħa ta’ Alla sawret il-vokazzjoni b’mod differenti minn kif fil-fatt raha filbidu Dun Ġorġ. Illum inħarsu lejn il-vokazzjoni tagħna bħala sejħa li tingħax f’ħames espressjonijiet simultanji: Profetika / Lajkali / Ċelebatarja / Kontemplattiva u Attiva-Appostolika. Il-Fundatur f’din it-talba jiffoka biss fuq it-tagħlim. Nitgħallem biex ngħallem. Kemm qegħdin infittxu li nitgħallmu? Kemm qegħdin infittxu li l-inbid il-ġdid inpoġġuh f’damiġġjani ġodda? Kemm qegħdin infittxu li ma rraqqgħux iżda nħejju tibdiliet ġodda li jwieġbu għas-sinjali ġodda ta’ żminijietna? Le, mhux aħjar bi ġlekk imqatta’ milli mingħajr ġlekk, għax kull membru medjokri

jiġġenera ambjent medjokri. U Qasam medjokri aħjar magħluq milli miftuħ, għax jiġġenera membri medjokri.

Kemm Indum Fiha? Sakemm Nibqa’ Fidil. Xi ftisser li tkun fidil? Għal liema fedeltà qegħdin nirreferu hawnhekk? Żgur li mhux għallfedeltà li jitkellem minnha ċ-ċiniku meta jirreferi għal min hu fidil bħala baħnan. Fidil huwa Alla li ma jerġax lura minn kelmtu! Kemm Soċji reġgħu lura minn kelmithom. “Waħħal mal-ħitan ta’ kamartek il-kelma paċenzja,” kien jgħid il-Fundatur. Iżda llum inħoss li għandna ngħidu wkoll li għandna nwaħħlu mal-bieb ta’ kamritna s-sinjal li jgħid: No U Turns. Tkun fidil ifisser li tgħid iva meta suppost li tgħid iva u tgħid le meta suppost li tgħid le. Dan ifisser li int m’intix persuna maħkuma millaptiti iżda ggwidata mid-dover. Mhux maħkuma mill-passjoni, imma ggwidata mill-imħabba. Kriterju wieħed għandek u din hi l-Liġi ta’ Alla u mhux il-partiti tal-bnedmin. Fedeltà tfisser li għajnejk huma għassiesa ta’ qalb safja u mhux ta’ bir dejjem vojt għax imxaqqaq! Tegħmeż u titbissem għax taħseb li mhu qed jarak ħadd u meta tegħmeż tkun taf li bexxaqt qalbek għal dik li mhix ‘martek’ u suppost tkun sinċier biżżejjed li tammetti, tqerr 387


u tindem. Veru li mhu qed jarak ħadd? Fedeltà tfisser li nifsek ikun orazzjoni (għax titlob l-Arloġġ) u mhux il-ħin kollu tiġġerra (jew tisserfja) bla kwiet u dejjem nifsek maqtugħ. Fedeltà tfisser l-għejxien tal-virtù tal-manswetudni fejn tkun lest li tiret iżda qatt li tikseb l-art tal-konfidenza, tal-ħbiberija, tal-imħabba, tal-qalb tat-tfal, tażżgħażagħ u tal-kbar.

388

Xi Ħlas Ikolli? Ħsad Abbandunanti u bil-Benedizzjoni. Ħsad li jkabbar Alla, fl-art li hija tiegħu u li fiha int biss ħaddiem mikri. Niftakru kif Alla lil Mosè talbu jneħħi l-qorq għax dik kienet art qaddisa, l-art ta’ Alla. Ħsad ta’ dak li jħossu li tħabat il-lejl kollu u ma qabad xejn. Ħsad ta’ min ma jistenniex aktar minn dinier, avolja ħadem u tħabat sa minn sbiħ il-jum. Ħsad bħal tal-ħaddiem inkwetat li sa fejn jaf hu żera’ żerriegħa tajba iżda sab is-sikrana. Ħsad li la huwa oġġett u lanqas bniedem jew bnedmin, imma li hu Alla nnifsu. “Nada te turbe. Tħalli xejn iħawdek, tħalli xejn ifixklek, Alla biss huwa biżżejjed,” kienet titlob Santa Tereża. Ħsad li jixtieq min hu monaku fil-ħsieb u fix-xewqat fejn għalih l-oġġett wieħed tal-ħsieb u l-qalb tiegħu huwa Alla biss. “Propjetajietu xejn,” nitolbu aħna fl-Arloġġ. Imma dan ma jfissirx li ma jkollok xejn.


Dan mhux dwar dak li għandek u lanqas dwar dak li int, imma dak li int marbut miegħu jew dak li l-ħin kollu tipproġetta dwarek innifsek għax ikun sar għalik il-kollox tiegħek. Mnejn Dan Kollu Għalija? Mill-Ħniena ta’ Alla Biss. Kontinwament irridu nifhmu li dan kollu ġej mill-ħniena bla tarf tiegħu, għax aħna faċli nkunu aljenati, suppervi, żienja, idolatri, egoisti, imkabbrin. Allura nitolbu spiss: “Żomm idejk fuqi, Mulej, għax mingħajr it-tieba u l-ħniena tiegħek ma nafx x’isir minni.”

X’Għandi Nagħmel? Nirringrazzja ’l Alla Tiegħi. Tkun il-ħin kollu f’qalbna t-talba tant sempliċi ta’ missierna l-Fundatur: “Grazzi, Sinjur Alla, u aħfirli, Sinjur Alla.”

Kif Nirringrazzja ’l Alla? Bl-Ispirtu u l-Verità. Dawn huma dawk li jaduraw verament lil Alla, dawk li jadurawh bl-Ispirtu għax imqanqlin millIspirtu s-Santu u bil-verità għax imnebbħin minn Ġesù li hu l-verità eterna u mhux kliem u tpaċpiċ. ⧀

Tonio Caruana

Tħalli xejn itaqqlek Tħalli xejn ibeżżgħek. Kollox jgħaddi, imma Alla jibqa’. Bil-paċenzja inti taqlà kollox. Min għandu ’l Alla ma jonqsu xejn. Alla waħdu biżżejjed. Santa Tereża ta’ Avila 389


Mill-Kalendarji “Antiki”... Ta’ 80 Sena Ilu Novembru 1936 Fejn hemm nuqqas ta’ qalb, hemm iżjed ilsien. Min mhux paċenzjuż, deni għalih u mhux għal ħaddieħor.

Mimdud billejl, bilqiegħda filgħodu, wieqaf f’nofsinhar, imxi filgħaxija. (Proverbji ta’ Missirijietna, p. 107)

Diċembru 1936 Billi s-Soċjetà tagħna tgħożż speċjalissima d-devozzjoni lejn il-kbir misteru tal-Inkarnazzjoni

390

Storja tal-Kalendarju Museumin

tas-Sinjur tagħna Ġesù Kristu, għalhekk huwa xieraq wisq li hija tipprepara ruħha għall-festa talMilied b’Novena skont l-ispirtu tal-Knisja. Din n-Novena tagħraf b’awtur tagħha lil San Gejtanu ta’ Tiene, protettur tagħna, u hemm imwiegħed li min jagħmilha bi kwalunkwe mod Alla l-Missier ikabbarlu dan id-don prezzjuż talfidi li hija l-kawża ta’ kull vittorja fuq l-għedewwa kollha tagħna spiritwali. Illum is-Superjur Partikulari jannunzja n-Novena tal-Milied li għandha tibda għada u jassenja l-mod kif issir fis-Soċjetà. (Tabella tal-Assenjatur)


hemm kostruzzjoni tajba permezz tat-tagħlim li tkun tagħti toħloq mit-tifel element ta’ reżistenza u jkun jidher ċar li Alla jkun irid jagħmel minnu vażun li jxerred il-fwieħa. (Editorjal p. 222) Meta s-Soċjetà kellha bżonn ta’ Superjur biex tiftaħ Qasam ġdid filParroċċa ta’ Ħ’Attard, is-Superjur Debono aċċetta li jħalli l-Qasam ta’ pajjiżu biex imur hu bħala Superjur ta’ Ħ’Attard. U dan baqa’ jagħmlu sakemm il-Qasam ta’ Ħ’Attard seta’ jmexxi bil-membri tiegħu. (Apprezzament: Sup. Ant. Debono, p. 225)

Ta’ 50 Sena Ilu Novembru 1966 Hemm bżonn li wieħed ikollu f’moħħu li bosta drabi l-familja teqred dak li int permezz talkatekiżmu tkun bnejt. Però mhux l-ewwel darba jingħataw każi, u mhux rari ħafna, li meta jkun

Meta tiġi quddiemek okkażjoni għal-leaderdhip titlaqhiex malajr. Ħu ħsieb tieħu parir għaqli, u minn bniedem tal-MUSEUM u mhux barrani għaliex il-barranin ma jifhmuniex. L-ewwel preferenza li għandek tagħti huwa l-MUSEUM u qis li ma tħalli ebda attività li tmiss lilek għal ħaddieħor, speċjalment meta tista’ tagħmilha int. Uża d-dixxiplina miegħek innifsek. Għalhekk, żagħżugħ, nagħmillek

391


il-qalb u sabiex tirnexxi f’dan il-ħsieb ta’ leadership ngħidlek: A: Itlob; B: Ħu parir; Ċ: Uża l-forzi tiegħek kollha. U dan għall-glorja ta’ Alla biss. (Leadership, p. 227)

Diċembru 1966 Agħmel kuraġġ; tħallix dik it-tbissima tas-soltu li tidher fik tintefa. Le, le, m’intix abbandundat mis-Sinjur Alla, imma għaddej minn prova li s-Sinjur Alla fissapjenza tiegħu għoġbu jpoġġi fuqek. Itlob bil-qalb u b’dik is-sempliċità ta’ tifel: “Sinjur Alla, tħallinix waħdi; agħtini l-għajnuna tiegħek.” (Waqt it-Tempesta, p. 247) Ta’ 25 Sena Ilu

Novembru 1991 Il-kariga ma beżżgħetnix. L-awtorità qatt ma rajtha tqila għalija. Moħħi kien dejjem kwiet għax qatt m’għamilt xejn biex insir Superjur. La tlabt u lanqas irrifjutajt, kif jitlob l-ispirtu tasSoċjetà tagħna. Iżda għalija kien beda żmien ġdid. Bdejt nara 392

l-Qasam mhux minn fuq il-bank iżda minn fuq is-­siġġu. Dħalt għallkariga b’ħerqa kbira, għax inħobb is-Soċjetà. Dejjem xtaqt li nservi bis-sħiħ kull fejn isejħuli. Wieħed mill-isbaħ mumenti li kont insib kien meta nasal il-Qasam kmieni waħdi u nibqa’ sejjer fil-kappella waħdi; ninxteħet għarkupptejja quddiem il-kurċifiss u ngħid bilqalb: “Bin il-bnie­dem ma ġiex biex ikun servut iżda biex jaqdi u jagħti ħajtu għal ħafna.” Wara kont nibqa’ sieket, rasi baxxuta kuntent f’riġlejn Ġesù. (Meta Sirt Superjur, p. 322) Ħsieb is-Soċju jista’ jinfirex fuq xi ħaġa li mhix fil-linja talMUSEUM. X’aktarx li ħsiebu jmur fuq l-oġġett li jħobb – ħaġa naturali. Imma għaliex mhuwiex il-MUSEUM l-ewwel imħabba tiegħu? It-thewdin tiegħu għandu jkun kif se jġib l-għaqda tiegħu ’l quddiem. Dak kollu li ma jressqux lejn is-Soċjetà għandu jħallih għal min m’għandux is-sejħa tagħna, Soċji fl-għaqda ta’ Dun Ġorġ. (Jien Qiegħed f’Din is-Soċjetà, p. 327)


ħin assenjat nistgħu nagħmlu xi materja oħra. Jekk ma nibżgħux għall-Assenjatur inkunu qed nagħmlu ħsara fl-għeruq tasSoċjetà u tal-Qasam. (Nibżgħu għall-Assenjatur, p. 359)

San Ġwann tas-Salib Diċembru 1991 Biex tasal tiggosta l-KOLLOX, qis li l-gost ma tfittxu f’xejn. Biex tasal tippossiedi l-KOLLOX, qis li ma tkun tippossiedi xejn. Biex tasal tkun KOLLOX, qis li ma trid tkun xejn. (Ix-Xejn u l-Kollox, L-400 Anniversarju mill-Mewt ta’ San Ġwann tas-Salib, p. 353) Spiss qed jaslilna l-ilment li f’ċerti Oqsma l-Assenjatur spiss qed ikun sospiż jew imnaqqas, u dan għal kull ħaġa ta’ xejn. Dan m’għandux isir u s-Superjuri għandhom jerfgħu r-responsabbiltà ta’ din il-ħaġa. Lanqas hi skuża meta ma jkunx hemm xi Servjent, għax fil-

Billi kont għadni żgħir, is-Soċji qalu: “Għandna Superjur boy. Issa naraw kif immorru. Jekk immorru tajjeb kollox sew, imma jekk le naraw x’nagħmlu.” Ġie fuqi Superjur anzjan tas-Soċjetà u qalli: “Tibżax, billi għadek żgħir ma jfissirx li m’intix tajjeb.” Dak iż-żmien ma tantx kienet ħaġa komuni tara Superjuri żgħar, għalkemm jien ma kontx l-uniku wieħed. Ngħid għalija ma tajt kas ta’ xejn. Ebda xewqa ma kelli ħlief li bis-sinċerità u bl-onestà kollha nagħti lili nnifsi bla riservi biex naqdi s-Soċjetà li tant inħobb. (Frater Fragilis, p. 360) ⧀ Miġbura minn Robert Aloisio

393


Avvenimenti

Settembru-Ottubru 2016

Djarju Museumin

Il-Kandidati fil-Kenja

G

rupp ta´ ħames Kandidati fl-aħħar sena tal-Kors ta’ Formazzjoni qattgħu ġimagħtejn fil-Qasam ta’ Ruiru, fil-Kenja. Matul din l-esperjenza huma organizzaw u ħadu sehem f´diversi attivitajiet flimkien mal-membri tal-post. Dawn kienu kamp ta’ attivitajiet mifruxa fuq tlett ijiem għas-subien, kamp ta’ ġurnata għall-bniet, seminar ta’ ġurnata għall-Magħżulin u ieħor għall-Aspiranti u sehem fil-laqgħat ta’ katekeżi tal-gruppi differenti li jattendu fil-Qasam. Kellhom ukoll laqgħat ma’ xi komunitajiet reliġjużi attivi f’Ruiru. Is-Segretarju Ġenerali, id-Direttur talKandidati u s-Superjur Johann Tabone (Naxxar) akkumpanjaw il-grupp. Waqt din l-istess żjara saret iċ-Ċerimonja tal-Kandidati lil Jack Opato nhar il-Ħadd 21 ta’ Awwissu. Apparti l-grupp minn Malta kien hemm preżenti xi familjari u ħbieb tal-Kandidat, u għadd sabiħ ta’ tfal, żgħażagħ u ġenituri tagħhom. Inwegħdu t-talb tagħna lil Jack ħalli “lejn Kristu Kurċifiss biss iħares il-ġranet kollha ta’ ħajtu”. ⧀

394


Ġimgħa għall-Pubbliku f’DĦS

B

ħalma sar is-sena l-oħra, isSoċjetà reġgħet organizzat ġimgħa ta’ attivitajiet u formazzjoni għall-pubbliku bit-tema “Uliedna”. Din saret fiċ-Ċentru tal-Konferenzi Dar il-Ħanin Samaritan bejn it-12 u s-17 ta’ Settembru. Matul il-ġimgħa saru diversi taħditiet b’diskussjoni u anke ntwerew tliet films marbutin mal-istess tema. Il-ġimgħa ntemmet b’Quddiesa filġnien iċċelebrata minn Dun Mario Dimech u animata minn grupp ta’ żgħażagħ mill-parroċċa talMellieħa. ⧀

B

Ġimgħat Ta’ Tagħlim

ejn ix-xhur ta’ Mejju u Ottubru l-Kummissjoni Appostolat għall-Adulti flimkien mal-Oqsma li applikaw ħadet ħsieb torganizza 23 Ġimgħa ta’ Tagħlim f’diversi postijiet f’Malta. Bħala tema kienet magħżula dik tal-ħniena bit-titlu Hesed-emet, Ħanin u ta’ Qalb Tajba. Kull ġimgħa kienet tinkludi ħames taħditiet li kollha kienu jolqtu xi aspett tal-ħniena, b’mod speċjali dak bibliku. L-attendenza tan-nies kienet waħda li tagħmlilna kuraġġ u għaldaqstant nirringrazzjaw lil Alla tal-ġid kollu li sar f’dawn ix-xhur permezz tal-Ġimgħat ta’ Tagħlim. ⧀

395


Il-Ġublew tal-Katekisti

B

ejn il-Ġimgħa 23 u l-Ħadd 25 ta’ Settembru membri miż-żewġ Sezzjonijiet tasSoċjetà attendew għall-Ġublew tal-Katekisti ġewwa Ruma. Matul dawn il-ġranet huma ħadu sehem f’attivitajiet varji li ġew organizzati għal din l-okkażjoni. Il-Ġimgħa filgħaxija attendew għal taħdita dwar ‘Il-Ħniena’ li saret filBażilika ta’ San Giovanni Battista dei Fiorentini.

Is-Sibt filgħodu ħadu sehem fil-pellegrinaġġ għall-Bieb talĠublew. Tul il-passaġġ imħejji lejn il-Bieb Imqaddes kien hemm numru ta’ posters ta’ qaddisin li ġew imsejħa ‘protetturi talkatekisti’. Fosthom kien hemm ukoll dak tal-maħbub Fundatur tagħna, San Ġorġ Preca. Filgħaxija mbagħad attendew għall-Vġili u l-qsim ta’ esperjenzi ta’ erba’ persuni minn pajjiżi differenti. Fosthom kien hemm katekist Afrikan li anke safa ostaġġ għax kien iwassal il-kelma ta’ Alla.

Il-qofol ta’ dawn il-jiem intlaħaq il-Ħadd filgħodu meta l-Q.T. l-Papa Franġisku ċċelebra Quddiesa li fiha għamel omelija mmirata l-iktar lejn il-katekisti. Filwaqt li rroddu ħajr lil Alla ta’ din l-esperjenza sabiħa, nitolbuh jgħinna biex ilkoll ngħixu u nxandru b’fedeltà l-aħbar prinċipali li semma l-Papa, ‘l-aħbar tal-imħabba ta’ Alla’ kif tidher filqawmien ta’ Kristu. ⧀

396


Missjoni fi Sqallija

“I

llum jeħtieġli noqgħod għandek.” (Luqa 19, 5) kienet it-tema magħżula għall-Missjoni Popolari Franġiskana organizzata fil-belt ta’ Cianciana fid-Djoċesi ta’ Agrigento fi Sqallija. Din ġiet imħejjija u tmexxiet mis-Sorijiet Franġiskani tal-Vanġelu u saret bejn is-17 ta’ Settembru u t-2 ta’ Ottubru 2016. Is-sorijiet huma preżenti wkoll ġewwa Bilisht li hi belt qrib Korçë fl-Albanija u issa ilhom numru ta’ snin jaħdmu u jikkooperaw malmembri tagħna f’dan il-pajjiż. Infatti l-equip f’din il-missjoni fi Sqallija kien jinkludi wkoll

lill-membri David Dye u Frans Zahra li ħadu sehem f’diversi attivitajiet organizzati għal kull età u kategorija ta’ nies. Il-missjoni kellha wkoll ix-xogħol li żżur lil kull familja u dar. Dan l-appostolat, minkejja li jitlob impenn kbir, kien apprezzat ħafna minn kulħadd. L-esperjenza serviet ukoll biex il-membri jagħrfu stil ieħor ta’ appostolat, filwaqt li komplew jesponu l-kariżma Museumina fidDjoċesi ta’ Agrigento. Din se tkun qed tibgħat qassis residenti biex iservi fl-inħawi ta’ Korçë, ħaġa li bla dubju ser tkun ta’ benefiċċju kbir għall-Kattoliċi tal-post. ⧀

397


Assenjatur għal Novembru u Diċembru 2016 Dommatika Lezzjoni 76: Il-mewt ta’ Kristu bħala sagrifiċċju u fidwa Lezzjoni 77: Il-mewt ta’ Kristu bħala sodisfazzjon lil Alla Lezzjoni 78: Il-mewt ta’ Kristu bħala mertu Lezzjoni 79: Effetti tal-mewt ta’ Kristu

Morali Lezzjonijiet 57-58: Għemil il-bniedem: x’inhu, prinċipji u taqsim Lezzjonijiet 59-60: L-impedimenti ta’ għemil il-bniedem u l-effett volontarju Bibbja Lezzjoni 23: Il-forom letterarji fil-Bibbja (3) Lezzjoni 24: Dokumenti importanti tal-Knisja dwar il-Bibbja Lezzjoni 25: L-ispirazzjoni filBibbja u t-Teoloġija tagħha

398

Spiritwalità Lezzjoni 52: Id-dnub jeħodna żmerċ (2-3) Lezzjoni 53-56: Xbihat ta’ Alla

Storja Lezzjoni 1: Id-dinja li fiha twieldet il-Knisja Lezzjoni 2: Il-Palestina tat-TĠ Kateketika Lezzjonijiet 26-27: Punti prattiċi għall-katekist

Liturġija Lezzjoni 164: Anniversarji Lezzjoni 165: Il-Ħadd fil-Liturġija

Tagħlim Soċjali tal-Knisja Kompendju tat-Tagħlim Soċjali talKnisja – Konklużjoni: Lejn ċiviltà tal-imħabba. Dokument tal-Knisja L-Enċiklika tal-Papa Franġisku Laudato Si’: art. 182-208.


Assenjatur għal Novembru 2016 Omnes Sancti et Sanctae Dei — orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali tal-glorjużi bnedmin kollha qaddisin.

Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla jindokra kontinwament lis-Soċjetà tagħna bħala mimmi ta’ għajnejh u jeħlisha mill-potenza tal-għedewwa kollha tagħha. Ħsieb tax-xahar Li fid-dinja jeħtieġ ngħixu f’għalqa bil-qamħ u bis-sikrana u b’hekk, bl-eżerċizzju tal-virtù, nimmeritaw kuruna ta’ glorja bħal tal-qaddisin. Unjoni Museumina 6 Ġesù l-Imwiegħed Messija Epistola – Lhud 1, 1-4 Evanġelju – Lq 24, 36-49 Ktieb il-Kbir – Paġna 7

Qagħda 5 Salm 69 (68) 12 Il-Kotra tal-Ħut (Lq 5, 1-11) (Qagħda nru. 86) 19 In-Neputi ta’ Pawlu (Atti 23, 1-35) (Qagħda nru. 414) 26 Alla fidil (2 Tess 3, 1-18) (Qagħda nru. 303) Kommemorazzjoni 11 S. Eliżabetta tat-Trinità (Prof. 35) 25 B. Charles de Foucauld

Taħdita/Diskussjoni 18 Avvent u Milied Nisrani flOqsma tagħna Paġna tal-Fundatur 1 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 74 8 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 75 15 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 76 22 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 77 29 Il-Pulptu ta’ Patri Franku Pulptu Nru. 78 Regola 7 Niċċelebraw il-Grazzja tar-Regola KM Jannar-Frar 2013 17 Il-Kostituzzjonijiet u d-Direttorju KM Marzu-April 2013

399


Novembru 2016 1 It-Tlieta Il-Qaddisin kollha 2 L-Erbgħa L-Għid tal-Imwiet 3 Il-Ħamis S. Martin de Porres 4 Il-Ġimgħa S. Karlu Borromeo 5 Is-Sibt S. Eliżabetta u S. Żakkarija 6 Il-Ħadd It-32 tas-sena 7 It-Tnejn (S. Willibrordu) 8 It-Tlieta (B. Ġwanni Duns Scotus)

Morali Enċiklika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu Mansjonijiet Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Qagħda Prekatorju 60 Kant: Sliem għalik

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Quddiesa flimkien, Irtir talEwwel Ħadd, Unjoni Museumina Omnipotenza u passiġġata Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna u Professjoni Regola Dommatika Enċiklika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Eternità

Immensità

9 L-Erbgħa Dedikazzjoni talLaqgħa Ġenerali Bażilika tal-Lateran

Immutabiltà

10 Il-Ħamis S. Ljun il-Kbir

Sapjenza

400

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu


11 Il-Ġimgħa S. Martin ta’ Tours 12 Is-Sibt S. Ġożafat 13 Il-Ħadd It-33 tas-sena 14 It-Tnejn (S. Ġużepp Pignatelli) 15 It-Tlieta S. Albertu l-Kbir 16 L-Erbgħa (S. Margerita tal-Iskozja) 17 Il-Ħamis S. Eliżabetta tal-Ungerija 18 Il-Ġimgħa Dedikazzjoni talBażiliċi ta’ S. Pietru u S. Pawl f’Ruma 19 Is-Sibt (S. Matilde ta’ Hackeborn) 20 Il-Ħadd Kristu Sultan talĦolqien Kollu

Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi Qagħda Prekatorju 61 Kant: Sliem għalik

Quddiesa flimkien u passiġġata Morali Studji Bibliċi Sentenzi Leħen il-Maħbub Morali Enċiklika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola Taħdita Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Qagħda Prekatorju 62 Kant: Sliem għalik

A.M. Quddiesa flimkien P.M. Parteċipazzjoni filManifestazzjoni Djoċesana 10 posti Rużarju

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

● Qamar Kwinta

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

401


21 It-Tnejn Il-Preżentazzjoni tal-Verġni Marija 22 It-Tlieta S. Ċeċilja 23 L-Erbgħa S. Klement ta’ Ruma 24 Il-Ħamis Il-Martri talVjetnam 25 Il-Ġimgħa (Il-Madonna talMidalja Mirakoluża) 26 Is-Sibt (S. Ġwann Berchmans) 27 Il-Ħadd L-1 tal-Avvent

Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Epistolarju 10 posti Rużarju

Dommatika Enċiklika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi Qagħda Prekatorju 63 Kant: Sliem għalik

Quddiesa flimkien, Kult Latrija u passiġġata Eżami fl-Eżerċizzju

Morali 28 It-Tnejn Studji Bibliċi S. Katerina Labourè Sentenzi mit-TQ 29 It-Tlieta (S. Saturninu)

30 L-Erbgħa S. Andrija 402

Morali Enċiklika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà


Assenjatur għal Diċembru 2016 Omnes Sancti Innocentes — orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali tal-qaddisin kollha innoċenti. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla l-Missier jibgħat fil-Knisja tagħna ħafna ħaddiema fidili li jgħallmu l-verità u l-ġustizzja.

Ħsieb tax-xahar Li min jemmen tassew li Ġesù Kristu huwa Alla Inkarnat, dan jidher għalih veru mudell ta’ imitazzjoni indispensabbli.

Programmi u Assenjaturi Speċjali 8 Il-Kunċizzjoni 15-25 Novena u Milied 26 S. Stiefnu 31 L-Aħħar Jum tas-Sena

Unjoni Museumina 4 Il-persekuzzjoni għas-servi ta’ Alla Epistola – 1 Pt 4, 12-19 Evanġelju – Mk 13, 9-13 Ktieb il-Kbir – Paġna 8 Qagħda 3 Salm 70 (71) 10 Il-magħtub tax-xorok (Lq 5, 17-26) (Qagħda nru. 87)

Kommemorazzjoni 9 S. Franġiska Saverja Cabrini (Prof. 12) Taħdita 30 Grazzi u maħfra

Paġna tal-Fundatur 6 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 79 Regola 27 Ir-Regola f'Qalbek KM Lulju-Awwissu 2013

403


Diċembru 2016 1 Il-Ħamis (S. Edmund Campion) 2 Il-Ġimgħa (S. Bibjana) 3 Is-Sibt S. Franġisk Saverju 4 Il-Ħadd It-2 tal-Avvent

5 It-Tnejn (B. Filippu Rinaldi)

6 It-Tlieta S. Nikola ta’ Bari

7 L-Erbgħa S. Ambroġ 8 Il-Ħamis It-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Marija 9 Il-Ġimgħa (S. Juan Diego ta’ Guadelupe)

404

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu Mansjonijiet Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Qagħda Prekatorju 64 Kant: Sliem għalik

Quddiesa flimkien, Irtir tal-Ewwel Ħadd, Unjoni Museumina u passiġġata Eżami fl-Eżerċizzju

Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Leħen il-Maħbub 10 posti Rużarju Dommatika Enċiklika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Sawm għas-Soċji Laqgħa Ġenerali Kult lil Alla Tagħna fil-privat 10 posti Rużarju Assenjatur Speċjali 10 posti Rużarju Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja


10 Is-Sibt (Il-Madonna ta’ Loreto) 11 Il-Ħadd It-3 tal-Avvent 12 It-Tnejn (Il-Madonna ta’ Guadelupe) 13 It-Tlieta S. Luċija 14 L-Erbgħa S. Ġwann tas-Salib 15 Il-Ħamis (S. Pawla di Rosa) 16 Il-Ġimgħa (S. Adelajde) 17 Is-Sibt (S. Olimpja) 18 Il-Ħadd Ir-4 tal-Avvent 19 It-Tnejn (S. Ilarjun talĠorġja) 20 It-Tlieta (Il-Patrijarki Abraham, Iżakk u Ġakobb)

Qagħda Prekatorju 65 Kant: Sliem għalik

Quddiesa flimkien u passiġġata Eżami fl-Eżerċizzju Morali Studji Bibliċi Sentenzi Epistolarju Vaganza

Laqgħa Ġenerali Novena tal-Milied (l-ewwel jum)

Novena tal-Milied (it-tieni jum)

Sawm għas-Soċji Novena tal-Milied (it-tielet jum) Kult lil Alla Tagħna jsir privat Kant: Sliem għalik Quddiesa flimkien, Novena tal-Milied (ir-raba’ jum) u passiġġata Eżami fl-Eżerċizzju Novena tal-Milied (il-ħames jum)

Novena tal-Milied (is-sitt jum)

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità ● Qamar Kwinta Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena

Omnipotenza

Eternità

Immensità

405


21 L-Erbgħa S. Pietru Kanisju 22 Il-Ħamis (S. Franġiska S. Cabrini) 23 Il-Ġimgħa S. Ġwann ta’ Kety 24 Is-Sibt (S. Irma u S. Adele) 25 Il-Ħadd IL-MILIED 26 It-Tnejn S. Stiefnu 27 It-Tlieta S. Ġwann Appostlu u Evanġelista 28 L-Erbgħa Il-Qaddisin Innoċenti Martri 29 Il-Ħamis S. Tumas Becket 30 Il-Ġimgħa Il-Familja Mqaddsa 31 Is-Sibt S. Silvestru I 406

Novena tal-Milied (is-seba’ jum)

Novena tal-Milied (it-tmien jum)

Novena tal-Milied (id-disa’ jum)

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Dimostrazzjoni ta’ Ġesù Bambin

Ħniena

INKORPORAZZJONI

Omnipotenza

Programm Speċjali Qari tal-Ittra Popolari fuq il-Manswetudni Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola Laqgħa Ġenerali

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu Taħdita Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Assenjatur Speċjali għall-Aħħar Jum tas-Sena

Eternità

Immensità

Immutabiltà

Sapjenza

Ġustizzja

Ħniena


Kont sabiħ, Ġesù, kont ħelu, Meta f’belt minn tal-Lhudija, Minn omm xebba, f’lejla kiesħa, Alla ħaj, twelidt tarbija. Iżda l-għaġeb li sar f’Betlem Għadu jsir fuq l-artal tagħna Fejn titwieled f’Ostja ċkejkna Biex sal-aħħar tibqa’ magħna.

Talba

Kont ħanin, Ġesù, kont tajjeb Meta t-tfal kont tgħannaq miegħek U tberikhom u tferraħhom B’dik il-kelma ħelwa tiegħek. Iżda l-ħlewwa li kont turi Mat-tfal żgħar turiha magħna Meta moħbi f’Ostja ċkejkna Tiġi tgħannaq lir-ruħ tagħna. U kont kbir, Ġesù, f’imħabbtek Meta msallab mingħajr ħtija Tlabt il-maħfra għal min sallbek Bl-oħla kelma tal-mogħdrija. Iżda n-nar ta’ dik l-imħabba Għadu jħeġġeġ biex jifdina Fuq l-artal imqaddes tiegħek Fejn kuljum Int tmut għalina. Isma’ talbi, Ġesù ħelu, Mill-artal fejn tgħammar magħna, Ħares, bierek, ħaddan miegħek, Bħalma s’issa, l-gżira tagħna. Dun Karm Psaila “Iżda” – Għanja lil Ġesù fl-Ewkaristija

407



Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.