Jannar - Frar 2015
† Verbum Dei caro factum est
f b’hekk ni. tgħu loq likx a li nafu,
Il-85 Sena
au
jiet,
Ħarġa Numru 1
jiġi
onjiet ex xfuna
Jannar - Frar 2015
Jannar - Frar 2015
Editorjal Niltaqgħu għall-Ikel
3
Il-Pittura tal-Faċċata Mary’s Gift
33
Il-Kelma tas-Superjur Ġenerali Fliexken tal-Ispiżjar
4
Qrajt Ktieb tal-Fundatur Iż-Żewġ Bnedmin
36
7
Letteratura Tifhem?
39
Letteratura Loqom u Frak
42
Storja tal-Kalendarju Museumin Mill-Kalendarji “Antiki”...
48
Nixtieq Inkun Naf Kif Oriġina l-Vox Michaelis? X’Kienet ir-Regula Eptangelorum?
52
Il-Kelma tas-Superjura Ġenerali Nawguralek is-Sena t-Tajba Mill-Editur Il-Kalendarju Jagħlaq 85 sena
10
Snin ta’ Grazzja 10 Snin mill-Inkorporazzjoni
12
Ir-Regola Il-Manswetudni
14
Mill-Missjoni God Is Good, All the Time!
18
Spiritwalità mill-Ewropa It-Tellieqa Taċ-Ċriev
22
Teoloġija Servais-Théodore Pinckaers
26
Assenjatur
54 56 58
Anniversarji Thomas Merton
30
Ħsieb Laqgħa qasira ma’ Jean Vanier
67
Rivista ta’ kull xahrejn għall-użu privat tal-membri tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M. Issettjar u stampar: Veritas Press, Ħaż-Żabbar
Djarju Museumin Irtiri
Direzzjoni u Amministrazzjoni: Dar Ġenerali 207 Triq San Ġorġ Preca, Marsa MRS 9010 www.sdcmuseum.org e-mail: info@sdcmuseum.org
I
Niltaqgħu għall-Ikel
Editorjal
l-qsim tal-ikel dejjem kien parti mill-istorja umana. Fl-għerien ta’ Qesem instab l-eqdem forn li jmur lura għal xi 300,000 sena u l-evidenzi juru li n-nies kienu jiltaqgħu flimkien f’dan il-post għall-ikel. L-espressjoni biblika “naqsmu l-ħobż flimkien” hija antika ħafna u s-sens tagħha juri kemm l-ikla għandha l-qawwa li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet. L-istorja tgħallimna wkoll li anke fi żminijiet prekarji l-bniedem baqa’ jfittex il-mumenti li fihom jiltaqa’ biex jiekol u jiċċelebra. Meta fl-1902 Robert Falcon Scott mexxa l-espedizzjoni Discovery fl-Antartika, kellu flimkien ma’ sħabu jesperjenza ġranet twal ta’ dlam, kesħa u solitudni. F’dawn iċ-ċirkustanzi miżerabbli, il-grupp iddeċieda li jagħmel ikla ftit speċjali. Wara Scott kiteb: “B’ikla bħal dik, kollha kemm aħna qbilna li ta’ min wieħed jgħix fl-Antartika.” L-ikel qatt ma naqas fis-Soċjetà tagħna u l-hena tagħna meta norganizzaw ikliet bejnietna. Nieħdu gost nippreparaw xi ħaġa tajba għaż-żgħażagħ tal-Qasam. Tammira lil dawk li għax jifhmu fit-tisjir jagħmlu dan b’dedikazzjoni kbira. Oħrajn jgħinu kif jistgħu, imqar billi jqaxxru ftit patata! L-ikel ikompli jġibna flimkien u jsaħħaħ fina l-imħabba ta’ bejnietna. Imma aħna propjament niltaqgħu għal tip ieħor ta’ ikel li huwa t-tagħlim tajjeb li skont il-Fundatur hu l-iktar ħaġa prezzjuża li hawn fid-dinja. Is-Superjur idoqq il-qanpiena biex it-tfal jinġabru għal-laqgħa tagħhom. Imbagħad iktar tard idoqq il-ħames tokki u aħna niltaqgħu għall-Assenjatur. Hekk ħajjitna! U jekk ikla ppreparata bil-qalb tgħaqqad lin-nies flimkien, daqshekk ieħor laqgħa jew materja mħejjija bl-imħabba tista’ tferraħ, tifforma u tgħaqqad lil min jieħu sehem fiha. Is-Soċji japprezzaw meta waqt l-Assenjatur isibu lil min iservihom b’tagħlim relevanti. Is-Servjent għandu jieħu pjaċir jipprepara u jfittex biex lil sħabu jippreżentalhom xi ħaġa sostanzjali u tajba. Tassew li għandna bżonn nevalwaw it-tip ta’ “ikel” li qed noffru, għax essenzjalment għalhekk qegħdin fis-Soċjetà. Ma nistgħux infallu f’dik il-ħaġa li b’ġenerożità kbira tajna ħajjitna għaliha. Ejjew f’din is-sena l-ġdida, bil-kontribut ta’ kulħadd, inkomplu nieħdu gost niltaqgħu għall-“ikel” tagħna. ⧀
3
Fliexken tal-Ispiżjar
M
Il-Kelma tas-Superjur Ġenerali
eta kont żgħir kienet taffaxxinani l-ispiżerija tas-Sur Ġużè fi Triq il-Kbira, Ħal Lija. Kienet l-unika spiżerija fir-raħal u kienet differenti mill-ispiżeriji li kont ġieli nidħol fihom ma’ ommi meta ninżlu Birkirkara jew nidħlu l-Belt. Is-Sur Ġużè kien imdaħħal sew fiż-żmien u l-ispiżerija żammha bħalma kienet qabel il-Gwerra. Fil-vetrini ma kontx tara kaxxi tal-pilloli. Dawn kien iġibhomlok “minn ġewwa”, jiġifieri minn kamra żgħira li kellu wara l-bank. Fil-vetrini kellu ħafna fliexken kbar qishom vażuni, sbieħ fil-għamla imma vojti jew mimlija b’ilma kkulurit.
Meta kbirt u sirt midħla tal-bijografija ta’ Dun Ġorġ li kiteb Alexander Bonnici, sirt naf li Dun Ġorġ ġieli qal li hu fis-Soċjetà ma jridx “vażuni vojta tal-ispiżjar”. Bis-saħħa tas-Sur Ġużè mal-ewwel fhimt x’ried jgħid Dun Ġorġ. Sa mill-bidu huwa ried Soċji ta’ kwalità, imkissrin fit-tagħlim tal-Iskrittura u tat-Teoloġija u mħarrġin fil-ħajja spiritwali. Ħafna ma fehmuhx għax għalihom il-lajċi kienu “bifolchi”, nies ta’ ftit jew xejn skola li m’għandekx tippretendi wisq minnhom. L-istudju kien għall-qassisin u l-ħajja spiritwali b’Regola kienet għar-reliġjużi. Jingħad li meta fl-1920 kien ġie Malta Charles Dominic Plater, Ġiżwita magħruf fil-qasam tal-ħidma soċjali, kien sar jaf bis-Soċjetà u lil Dun Ġorġ kien issuġġerielu li jekk ibiddel xi regolamenti kien ikollu numru wisq akbar ta’ membri; imma Dun Ġorġ wieġbu li hu jippreferixxi l-kwalità milli l-kwantità. Oħrajn ammiraw is-Soċjetà u fehmu li l-ġid li kienet qed tagħmel kien ġej mill-kwalità tal-membri tagħha. Herbert Ganado F’Rajt Malta Tinbidel, filwaqt li jqis li “forsi l-kriterji tas-Soċjetà tal-Mużew huma rigorużi żżejjed”, jistqarr: “Il-membri tal-Mużew jissagrifikaw ruħhom ta’ kuljum, fil-bnazzi u fil-maltemp, biex imorru jgħallmu d-duttrina lit-tfal. U jippreparaw ruħhom sewwa spiritwalment u intellettwalment għax-xogħol tagħhom. Huma 4
mgħallma u organizzati tajjeb. Is-sagrifiċċju li jagħmlu li jqarwżu rashom u ma jilbsux ingravati, hu l-prova li min hu lest jiċċaħħad u jimmortifika ruħu sa dak il-punt u jisfida, biex ngħid hekk, li jaqa’ għaċ-ċajt, hu lest ukoll jagħmel kull sagrifiċċju ieħor biex jaqdi dmiru. U tista’ torbot fuqu.”
Wieħed tiġih li jistaqsi dwar x’kien jifhem bi kwalità l-Fundatur u kif riedhom ikunu l-membri tal-Għaqda tiegħu. Ir-Regoli u kitbiet oħra tiegħu ma jħallux dubju li Dun Ġorġ kellu fiduċja sħiħa fil-potenzjal tas-Soċji u riedhom jilħqu livell għoli kemm spiritwali kif ukoll intellettwali. Il-Karta Manwali Ħsieb is-Soċju Museumin u l-eżortazzjoni fil-Programm Sanctus Paulus Magister huma eżempji ewlenin ta’ dawn il-kitbiet li jikxfu x-xewqa u r-rieda talFundatur: “Neżortaw wieħed lil ieħor li ngħixu sottomessi lejn is-Superjuri tagħna u li nkunu dejjem sempliċi bla ebda malizzja fl-intenzjoni tal-opri tagħna, u li nkunu foqra fl-ispirtu, beżgħanin mir-regħba li hija l-għerq ta’ kull deni, u li nkunu mansweti billi npattu d-deni bil-ġid,...u li nkunu dejjem umli biex Alla jkun unurat minna,...u li ninħabbu b’imħabba ta’ proxxmu, ta’ aħwa, ta’ sħab fis-Soċjetà, ta’ ħbieb sinċieri u ta’ wlied Alla fi ħniena diżinteressata, u li ngħożżu d-disprezzi, jiġu mnejn jiġu. Nipprattikaw is-segregazzjoni mill-familjarità mal-barranin, nitkellmu biss għall-ġid b’għożża tas-silenzju, nimxu dejjem b’xagħarna kif tobbligana r-Regola u bl-ilbies bla frugħa; iżda fuq kollox nissemmnu bl-ikel tat-tagħlim salutari u tal-prattika tiegħu.”
5
Il-Kapitlu Ġenerali għal darb’oħra tenna li l-kwalità tas-Soċji hija determinanti għall-ġejjieni tas-Soċjetà u fi kliem ieħor irrepeta dak li kiteb il-Fundatur f’din l-eżortazzjoni. Il-Kapitlu rabat il-kwalità tas-Soċji mal-“koerenza tagħhom mar-Regola, il-ħajja integra tagħhom, l-għaqda u l-imħabba ta’ bejniethom, l-impenn għall-formazzjoni tagħhom infushom speċjalment bil-qari tajjeb u bl-Assenjatur, u l-imħabba lejn l-istess Soċjetà.” (Oasi li ttaffi l-għatx, nru.1) Jekk sa mill-bidu tas-Soċjetà l-kwalità tas-Soċji kienet determinanti, illum hija bil-wisq iżjed għax l-isfidi huma ikbar u l-aspettativi u l-ħtiġijiet tad-dinja ta’ madwarna kibru wkoll. Kif kiteb Romano Guardini fil-ktieb seminali tiegħu The End of the Modern World, id-dinja ġdida li twieldet fil-bidu tas-seklu għoxrin teħtieġ tip ta’ bniedem ġdid. Dan it-tip ta’ bniedem, kif jiddeskrivih f’dan il-ktieb u fil-ktieb li jkompli miegħu Power and Responsibility, jixbah ħafna lil kif Dun Ġorġ ried li jkunu s-Soċji tal-għaqda tiegħu.
L-assikurazzjoni tal-kwalità tas-Soċji għandha tkun prijorità għas-Soċjetà kollha. Dan mhux biss għax hi daqshekk determinanti għall-futur tagħha kif jgħid il-Kapitlu Ġenerali, imma daqstant ieħor għax hi determinanti għall-ħajja tas-Soċji nfushom. Kull Soċju qiegħed fis-Soċjetà Museumina, jew aħjar Alla qiegħdu fis-Soċjetà Museumina, biex isir bniedem aħjar kemm umanament kif ukoll intellettwalment u spiritwalment. Għalhekk hija prijorità li nirfinaw l-imġiba, is-sensibilità u l-gosti tagħna, li ngħollu l-livell ta’ qari, studju u tagħlim u li napprofondixxu t-talb, il-virtù u d-direzzjoni spiritwali. Il-mezzi biex nagħmlu dan huma ħafna. Xi wħud tipprovdihomlna s-Soċjetà u oħrajn irridu nfittxuhom aħna. B’kull mod li nistgħu nimlew il-fliexken tagħna. U nimlewhom bis-sustanza mhux bl-ilma kkulurit. ⧀
6
Nawguralek is-Sena t-Tajba
M
Il-Kelma tas-Superjura Ġenerali
ihajlo Jihajlov, priġunier politiku Jugoslav, huwa l-awtur tal-ktieb Underground Notes li fih jiddeskrivi l-esperjenzi tal-priġunieri ta’ miegħu. Hu jikteb li l-priġunieri Nsara ta’ veru kienu jbatu u jistinkaw biex jibqgħu fil-wiċċ u kienu jgawdu l-paċi interna, id-dinjità u l-kuraġġ, waqt li dawk li ma kinux, dawk imġarrin mill-kurrent tad-dinja, kienu jaqgħu fi dwejjaq, frustrazzjoni u depressjoni. Meta l-bniedem ma jagħrafx jiddixxerni bi prudenza dak li suppost iwettaq fiċ-ċirkustanzi li jsib ruħu fihom, allura jitħawwad hu u jgerfex il-pjan ta’ Alla għalih. Dan jgħodd għal kull bniedem, irrispettivament mill-istat tal-ħajja li jkun għażel. Ħajja Kkonsagrata Ilkoll nafu li l-Papa ħabbar li s-sena 2015 se tkun iddedikata għallħajja kkonsagrata. Fost ħafna riflessjonijiet il-Papa aċċenna propju għal dan il-fatt: il-persuna kkonsagrata, il-persuna mogħtija lil Alla bis-serjetà, mhux biss ma tkunx imdejqa jew frustrata imma tagħni lilha nfisha u l-ambjenti li tkun fihom.
Il-Konsagrazzjoni Tagħna Konsagrazzjoni tfisser tkun disponibbli għal Alla, imqiegħda għas-servizz tiegħu. Kristu huwa
l-ikkonsagrat per eċċellenza, kif wera lill-kongregazzjoni fissinagoga ta’ Nażaret meta fi kliem Isaija stqarr għalih innifsu: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax Hu wettaqni (ikkonsagrani).” (Lq 4, 18) Jekk m’aħniex ikkonsagrati bħar-reliġjużi u dawk li jirċievu l-Ordni Sagri, aħna kkonsagrati fis-sens li aħna mogħtija lil Alla. L-ewwel u qabel kollox din l-għotja tirrifletti l-Magħmudija u l-Griżma tal-Isqof li rċivejna, żewġ sagramenti li jinkludu d-dilka biż7
żejt, simbolu tal-konsagrazzjoni. U t-tieni minħabba ċ-ċelibat li nħaddnu. Ċelibi tfisser tingħata għal Kristu (1 Kor 7, 32) u li ma tiżżewwiġx sabiex fuq kollox tara liema hu l-aħjar mod kif ħa togħġob lil Alla. Mela aħna rridu nifhmu li minħabba ċ-ċelibat tagħna ma jrid jidħol xejn bejna u bejn Kristu. Xejn u ħadd. Il-persuni u l-oġġetti jridu jkunu mezz kif aħna nilħqu din il-mira. Aħna totalment tiegħu, attenti għal dak li jrid minna. Aħna ħaġa waħda miegħu, lesti nagħmlu dak li Hu jrid minna, jiswielna kemm jiswielna. Dan hu li jfisser “Lejh biss inħares il-ġranet kollha ta’ ħajti!” Din hija l-qdusija. Anke dwar l-appostolat, naraw x’inhu meħtieġ li jsir ħalli nagħmlu bilkuraġġ u b’lealtà sħiħa dak li Alla jrid minna skont kif titlob minna s-Soċjetà. Għax aħna ‘kkonsagrati’, aħna ta’ Alla u mhux tagħna nfusna. Lis-Soċji tal-bidu San Ġorġ kien qalilhom: “Jeħtieġ li mil-lum ’il quddiem tingħataw kompletament lil Alla.” Ġannina Hawnhekk ma nistax ma nsemmix lil Ġannina Cutajar hekk kif f’dawn ix-xahrejn niftakru b’mod speċjali fil-ftuħ tal-ewwel Qasam f’Raħal Ġdid fl-10 ta’ Jannar 1910 u fittwelid tagħha fit-13 ta’ Frar 1894. Inċidentalment infakkru wkoll it-twelid tal-Fundatur fit-12 ta’ Frar 1880. Żgur li Ġannina xtarret 8
x’kienet ir-rieda ta’ Alla għaliha hi u tpoġġi fil-prattika dak li Dun Ġorġ kien qed jipproponilha. Iktar ma l-bniedem jinħall mill-ġibdiet ta’ dak li jkun għal qalbu, iktar ikollu l-qawwa li jagħti preferenza lil Alla u iktar jesperjenza s-serenità. Bla dubju din kienet l-esperjenza ta’ Ġannina. U tiskanta li min jingħata kompletament lil Alla, irrispettivament mil-livell ta’ għajxien tiegħu u mil-livell ta’ skola li jkollu, jittrasmetti għaqal, serjetà, ħeġġa għat-tagħlim u għerf naturali. Għax fl-abbandun totali hemm is-serenità u allura kollox jaqa’ f’postu.
Tajjeb li fil-bidu ta’ din is-sena nieqfu ftit u nirriflettu bis-serjetà dwar x’inhi r-realtà li kull waħda minna qiegħda tgħix. Tajjeb li niflu l-prijoritajiet tagħna biex naraw jekk ir-rieda ta’ Alla tiġix l-ewwel f’kull aspett ta’ ħajjitna. Irridu niftakru li Alla tana din il-vokazzjoni u poġġiena hawn biex l-ewwel nagħmlu dak li Hu jrid minna fisSoċjetà, dak li jitolbu minna r-Regola u l-ispirtu Museumin ġenwin. Biex nagħrfu l-prijoritajiet irridu nkunu oġġettivi u sinċieri magħna nfusna u naraw x’direzzjoni ħajjitna qed tieħu. Irridu ngħarblu r-raġunijiet u l-motivazzjonijiet li aħna qed nagħtu lil dawn il-prijoritajiet, biex fuq kollox naraw jekk fihom hux qed nuru aktar Lilu milli lilna nfusna.
Ċelibi jew Single? Tajjeb nagħrfu d-differenza bejn ħajja ċelibi mogħtija tassew għal Alla, kif titlob minna l-vokazzjoni tagħna, u l-ħajja single fejn Alla mhux fl-ewwel post. Għax faċli nkunu ngħixu t-tieni stil ta’ ħajja waqt li mingħalina nkunu ngħixu tal-ewwel. Dan l-ingann mhux rari. Ħajja ċelibi megħjuxa fil-milja tagħha titlob impenn u saġrifiċċju għax tmur kontra l-kurrent ta’ dak li ħafna drabi nixtiequ, filwaqt li dik single tippreferi atteġġjamenti komdi u egoistiċi fejn nagħmlu li jidhirlna bil-possibilità li niġġustifikaw l-azzjonijiet tagħna u ngħidu li huma għal Alla meta fil-fatt ikunu għalina nfusna. Hawnhekk tajjeb nifhmu li ġeneralment lil nies tat-tip tagħna l-ispirtu ħażin ma jittantaniex biex nagħmlu dnubiet kbar imma jħajjarna biex nagħmlu t-tajjeb basta nwarrbu l-aħjar. Għax għalih l-aqwa li nkunu ħallejna barra r-rieda ta’ Alla. Dak hu xogħlu. “Wake Up The World!” Ħajja kkonsagrata tagħni lill-persuna u lill-ambjenti fejn din tgħix. Mhux ta’ b’xejn li
l-Papa jiktbilna: “I am counting on you to wake up the world.’’ Din hi d-direzzjoni li rridu nieħdu. U kif ħa nqajmu lid-dinja? Bix-xhieda tagħna kollha karità u ħniena għax li tkun ikkonsagrata tfisser tgħix ħajja ta’ karità u ħniena lejn ħaddieħor, kif turina b’qawwa s-silta li Ġesù qara minn Isaija fis-sinagoga ta’ Nażaret: “(Ġejt) biex inxandar is-sena tal-ħniena ta’ Alla.” (Lq 4, 19) Dan nagħmluh billi fl-Oqsma nitkellmu b’imħabba dwar xulxin u ngħixu aktar bil-qalb il-proponiment tant radikali li nkunu foqra, sempliċi, mansweti, umli, inħobbu d-disprezzi u ninħabbu bi mħabba kbira. Dan nagħmluh bl-aktar mod qawwi jekk, kif kompla jgħid il-Papa, inħarsu lejn il-passat li minnu nitgħallmu bi gratitudni, lejn il-preżent b’enerġija u kuraġġ, u lejn il-futur bit-tama. U nispiċċa b’dan il-parir li tajjeb li naħdmu biex inwettqu: L-għaqal ifisser li tkun taf x’għandek tagħmel. It-tattika tfisser li tkun taf kif tagħmlu. Il-virtù tfisser li tkun determinat li twettqu. Il-paci magħkom. ⧀
9
Il-Kalendarju Jagħlaq 85 Sena
M
Mill-Editur
atul din is-sena l-Kalendarju Museumin qed jagħlaq 85 sena għax kien f’Diċembru tal-1930 li deher għall-ewwel darba. Il-Kalendarju fil-bidu kien ħafna iqsar u maż-żmien żviluppa u nbidel u llum, apparti li għadek issib it-tabella tal-Assenjatur, issib ukoll numru ta’ artikli riċerkati u studjati miktubin bl-iskop li din ir-rivista tkompli tkun għajnuna oħra fil-formazzjoni tas-Soċji u l-Kandidati.
Matul din is-sena ser jibqa’ jkollna l-artikli tas-Superjur Ġenerali u tas-Superjura Ġenerali u dawn il-kitbiet għandhom jibqgħu jkunu dawl għal kull Soċju u Soċja fl-għejxien tal-vokazzjoni tagħhom. Ma’ dawn qed nintroduċu numru ta’ rubriki ġodda u allura f’din ilħarġa ser nintroduċuhom ftit biex ikollna stampa iktar ċara ta’ dak li ser inkunu qegħdin naqraw.
Snin ta’ Grazzja: F’din ir-rubrika ser inkunu nistgħu naqraw l-esperjenzi ta’ membri li matul is-sena jkunu qegħdin jiċċelebraw xi anniversarju tal-inkorporazzjoni tagħhom. Permezz ta’ dawn l-artikli xi Soċji ser jaqsmu magħna l-ħsibijiet tagħhom b’sens kbir ta’ radd il-ħajr lejn Alla li ggrazzjahom bil-vokazzjoni Museumina. 10
Ir-Regola: F’din ir-rubrika ser ikollna artikli dwar partijiet mir-Regola. L-iskop ta’ dawn l-artikli hu li nifhmu iktar l-ispirtu tar-Regola għax bħala membri biha rridu nitqaddsu. Mill-Missjoni: Membri li qed jgħixu fl-artijiet tal-missjoni ser jaqsmu l-esperjenzi tagħhom bl-iskop li jinżamm ftit kuntatt, kif ukoll biex permezz ta’ dawn l-artikli jkompli jikber fina l-interess lejn il-ħidma missjunarja tas-Soċjetà.
Kultura Nisranija fl-Ewropa: F’din ir-rubrika ser ikollna artikli dwar eżempji konkreti ta’ kif tiġi megħjuxa l-ħajja Nisranija fil-kontinent Ewropew. Minkejja kollox, hija realtà wkoll li għad hawn diversi komunitajiet Ewropej li qed jgħixu l-Fidi Nisranija tagħhom b'impenn.
Teoloġija: Permezz ta’ din ir-rubrika ser ikollna numru ta’ artikli dwar aspetti differenti tat-Teoloġija. It-Teoloġija dejjem kienet indispensabbli għallappostolat tas-Soċjetà. F’dawn l-artikli teoloġiċi l-membri għandhom għajnuna oħra għallistudju personali tagħhom f’dan is-suġġett.
Anniversarji: Kull sena ġġib magħha anniversarji importanti ta’ nies li ħallew impatt pożittiv fl-Ispiritwalità u li permezz tagħhom in-Nisrani tal-lum għadu jista’ jiggwadanja minn dak li għamlu, qalu jew kitbu. Hawnhekk ser nagħtu ħarsa lejn xi wħud minn dawn il-personaġġi. Qrajt Ktieb tal-Fundatur: Ma jistax ikun li aħna bħala membri tal-MUSEUM ma nkunux familjari mal-kotba tal-missier spiritwali tagħna. Din ir-rubrika għandha l-iskop li tħajjar lis-Soċji u lill-Kandidati biex iqallbu l-kotba tal-Fundatur u jixorbu mill-ispirtu tiegħu. Membri li jkunu qraw ktieb tal-Fundatur ser jaqsmu l-ħsibijiet personali tagħhom dwaru.
Nixtieq Inkun Naf: Permezz tal-artikli f’din ir-rubrika ser inwieġbu għall-mistoqsijiet li jsirulna mill-membri dwar suġġetti relatati mal-ħajja tagħna Museumina. Min jixtieq jista’ jibgħat xi mistoqsijiet
li jkollu biex jitwieġbu f’din ir-rubrika. Bis-saħħa ta’ hekk ikollna l-possibilità li nifhmu iktar dak li nagħmlu fil-MUSEUM.
Il-Pittura tal-Faċċata: F’din ir-rubrika ser jinkiteb artiklu b’apprezzament tal-pittura li tidher fil-faċċata ta’ kull ħarġa tal-Kalendarju. L-artiklu jinkludi wkoll riflessjonijiet spiritwali. Letteratura: Minn jikteb f’din ir-rubrika ser jieħu siltiet letterarji u jislet ħsibijiet spiritwali minn dawn il-kitbiet. Dan se jsir bl-iskop li nifhmu kemm il-letteratura hija sors kbir ta’ formazzjoni umana u spiritwali.
Storja tal-Kalendarju Museumin: F’din ir-rubrika ser jinġabru siltiet mill-Kalendarji Museumini ta’ 75, 50 u 25 sena ilu bl-iskop li nsiru nafu iktar dwar is-Soċjetà, dwar l-istorja tagħha u dwar dak li sa minn dejjem kien importanti għaliha. Huwa qari utli ħafna meta Soċju jqalleb il-Kalendarji Museumini tal-passat. Nittamaw li s-Soċji kollha jkomplu jsibu fil-Kalendarju Museumin qari interessanti u li jħalli l-ġid mixtieq. Kemm hu sewwa meta s-Soċji kollha jaqraw kull paġna ta’ kull Kalendarju għax jixtiequ jkomplu jiffurmaw lilhom infushom u għax iħobbu s-Soċjetà. ⧀ 11
10 Snin
mill-Inkorporazzjoni
M
Snin ta' Grazzja
eta s-Superjur ġie fuqi u staqsieni jekk irridx li ninkorpora f’Diċembru tal-2005, fraħt ħafna u bżajt mhux inqas. Fraħt għax meta tkun tħobb xi ħaġa tkun tixtieq li tingħaqad ma’ dak li tħobb. Imma bżajt għax ħassejtni li m’iniex den u ppreparat biex ningħaqad mas-Soċjetà.
Ftit xhur qabel sieħbi fil-kors tal-Università kien qasam miegħi sentimenti ta’ biża’, ġimgħa biss qabel it-tieġ tiegħu. Tgħid kien ser ikampa fiż-żwieġ? Tgħid kien ser jibdielu mill-mara li kien iħobb? Tgħid kien ser ikun fidil lejha ħajtu kollha? Mistoqsijiet li mhux lakemm twarrabhom. Imma l-imħabba tirbaħ fuq kollox. Tirbaħ fuq il-biża’ u fuq il-preokkupazzjonijiet l-oħra kollha.
Vokazzjoni dejjem hi vokazzjoni, hi liema hi! U jekk fiż-żwieġ ta’ sieħbi ma kienx kollox ċar, lanqas fl-għażla tiegħi tal-vokazzjoni Museumina. Imma għall-grazzja ta’ Alla u bl-għajnuna tad-Direttur Spiritwali u tal-Kultur iċċarajt ħafna millħsibijiet tiegħi u fhimt iżjed l-isfidi li kelli quddiemi bħala Soċju. U mingħajr ħafna iżjed kalkoli dħalt 12
għal din il-ħajja li, bħala Kandidat, kienet diġà ġabitli ħafna grazzji.
Mingħajr dubju l-ġurnata talInkorporazzjoni ġġib ħafna memorji sbieħ. Dak il-kliem impoġġi minn Dun Ġorġ fuq fomm is-Superjur Ġenerali, dawk il-proponimenti, dak ir-reġistru, u tant memorji oħrajn inisslu tbissima ħelwa għar-romantiċiżmu tal-vokazzjoni. Imma dawn xejn ma jkunu jiswew mingħajr il-preparazzjoni ta’ qabel bħala Kandidat u l-impenn ta’ wara bħala Soċju. Karatteristika fil-MUSEUM li għalija żgur kienet ta’ grazzja tul dawn is-snin bħala Soċju hija l-grupp tas-Soċji tal-Qasam li magħhom tgħallimt ngħix il-vokazzjoni tiegħi u li ta’ kuljum joffruli sfidi u opportunitajiet biex ninbidel
iżjed f’dak li Alla l-imbierek ħolom għalija li nkun meta laqqagħni mal-Fundatur permezz tas-Soċji li ħaddnu l-vokazzjoni Museumina qabli. Kemm il-mumenti formali, bħall-appostolat u l-Assenjatur, kif ukoll dawk inqas formali, bħall-ħidma fix-xogħol tal-Milied u l-ikel flimkien is-Sibt filgħaxija, huma grazzji li permezz tagħhom Alla jgħinni ngħix il-vokazzjoni tiegħi flimkien ma’ dawk li qed jiskopru u jgħixu l-istess grazzji. Għax kull membru huwa l-grazzja ta’ Alla għall-membru sieħbu! Kultant hu faċli tinduna b’din ilgrazzja imma kultant, mingħajr id-dawl tal-fidi, ma jirnexxilekx tara nitfa ta’ grazzja f’dak li jkun. F’mumenti bħal dawn tal-aħħar isSoċju jitlob il-grazzja jkun jixbah lil Alla, b’mod speċjali bil-ħlewwa fi kliemu u f’għemilu, u anki billi jaħfer minn qalbu lil min jonqsu. Grazzja kbira li nħossha għenitni fis-Soċjetà kienet il-ħin li kellna flimkien bħala Soċjetà, l-iktar waqt il-laqgħat ta’ nhar ta’ Erbgħa u anki waqt il-laqgħat formali jew informali fil-grupp tas-Soċji tal-età tiegħi. Nagħraf li dawn il-laqgħat kienu ta’ inkuraġġiment kbir għall-vokazzjoni tiegħi. Meta nara lis-Soċji u l-Kandidati l-oħra tas-Soċjetà miġburin għallaqgħa nhar ta’ Erbgħa, minkejja d-diffikultajiet li naf inkun għaddej minnhom, nagħmel il-qalb għax
inkun qed nara b’għajnejja stess nies oħra li jkunu qed jgħixu l-istess ħajja. U meta nitkellem ma’ Soċji minn Oqsma oħra u niddiskuti aspetti tal-vokazzjoni, nimtela bil-ferħ għax nara lil Alla jaħdem bl-istess kariżma li ħaddant jien f’ambjenti u sitwazzjonijiet differenti.
Waħda mill-grazzji li tani Alla fisSoċjetà hija l-okkażjoni li ninfetaħ għall-oħrajn, kemm billi naqsam ħajti magħhom kif ukoll billi nħallihom jaqsmu ħajjithom miegħi. Hija l-grazzja taċ-ċelibat li permezz tagħha Alla jogħġbu jressaqni lejh u lejn ħuti. Minħabba din il-grazzja jien nista’ nagħti lili nnifsi għallħidma li nitqabbad nagħmel misSuperjuri tiegħi. Jien nemmen li l-għotja tiegħi tista’ tgħin biex Alla jagħmel differenza fil-ħajja ta’ kull min niltaqa’ miegħu fil-Qasam, milliżgħar tifel sal-ixjeħ Soċju. Nixtieq nirringrazzja lil Alla għal dawn is-snin ta’ grazzja fisSoċjetà, speċjalment talli poġġieni u għadu jpoġġini f’sitwazzjoni fejn nagħmel il-ġid. B’hekk hu jogħġbu jdaħħalni parteċipi fil-ħidma tiegħu bil-kariżma li nebbaħ biha lillFundatur u li permezz tagħha jaqsam miegħi l-istess ħajja tiegħu. ⧀ René Axisa
13
Il-Manswetudni
I
Ir-Regola
d-Digriet tal-Konċilju Vatikan II dwar l-Aġġornament tal-Ħajja Reliġjuza (Perfectae Caritatis) jagħtina punti ta’ riflessjoni meta nikkonsidraw il-proċess tal-aġġornament tar-Regola li għaddiet minnu s-Soċjetà Museumina matul is-snin, u l-aktar fil-Kapitlu Ġenerali tal-1999 u dak Straordinarju Konġunt tal-2013.
Il-Perfectae Caritatis issemmi ħames punti li għandhom jiġu mħarsa f’kull aġġornament. L-ewwel fost dawn il-ħames punti hemm is-Sequela Christi fejn hu enfasizzat il-punt li l-istituti kollha għandhom iżommu l-mixja wara Kristu bħala l-ogħla regola tagħhom. Wara s-Sequela Christi tiġi l-“Kariżma tal-Istitut” u l-Perfectae Caritatis tenfasizza l-punt li għandhom ikunu magħrufa u mħarsa sewwa u bil-fedeltà kollha l-ispirtu u l-iskopijiet propji tal-fundatur kif ukoll it-tradizzjonijiet għaqlija għax dan kollu huwa l-patrimonju ta’ kull istitut. Punt ieħor li jolqotna huwa t-“Tiġdid spiritwali ta’ kull membru” fejn jingħad li saħansitra l-aħjar aġġornament skont il-ħtiġijiet tal-lum jibqa’ 14
bla frott jekk ma jkunx animat minn tiġdid spiritwali, li għandu dejjem jingħata l-ewwel post. (Ara Perfectae Caritatis 2.) Ħarsa lejn l-aħħar verżjoni tarRegola turina li l-punti msemmija fil-Perfectae Caritatis ġew imħarsin fl-aġġornament li sar.
Ir-Regola Tul l-Istorja tas-Soċjetà M’hemmx dubju li sa millbidu l-Fundatur kellu f’moħħu soċjetà Kristoċentrika li fiha s-Sequela Christi kellu jkollha post ċentralissmu. Tajjeb ninnotaw li sa minn qabel ittwaqqif tas-Soċjetà, jiġifieri sa mill-1904-05, il-Fundatur kiteb fir-Regula Eptangelorum: “Ilmembri għandhom jiżżejnu bl-
ispirtu ta’ Kristu ... u jżommu dejjem f’moħħhom dak li jgħid l-Imgħallem Divin: ‘Tgħallmu minni għax jien ta’ qalb ħelwa u umli.’ (Mt 11,29)” Fl-istess regola l-Fundatur jgħid li mad-dħul tagħhom fis-Soċjetà m’għandu jsir l-ebda ħlas: “.... bla ma jagħti xejn ħlief qalbu lil Ġesù Kristu.” Ħarsa lejn l-ewwel Regola ta’ qabel l-1916 turina wkoll kemm il-mixja wara Kristu kienet prijorità għallFundatur. L-ewwel programmi ta’ formazzjoni skont dawn ir-Regoli kienu mibnija fuq l-Evanġelju u kienu jinkludu riflessjonijiet fuq ilħajja ta’ Kristu, massimi u sentenzi mill-Evanġelju u l-Mons Domini li hija ċelebrazzjoni mibnija fuq il-Beatitudnijiet imsemmija filKapitlu 6 tal-Evanġelju skont San Mattew. Fil-verżjoni tal-2013 tar-Regola, il-punt tas-Sequela Christi joħroġ
ċar ħafna. Sa mill-Ewwel Taqsima li titkellem dwar ‘In-Natura u l-Fundament tas-Soċjetà’ nsibu li l-membri għandhom: a) ifasslu ħajjithom fuq il-massimi u l-Beatitudnijiet tal-Evanġelju biex ikunu skulari veri talImgħallem Ġesù (Kost 11); b) iżommu lil Kristu bħala l-uniku oġġett ta’ qalbhom u jkunu lesti biex b’mod radikali jiċċaħdu fi spirtu ta’ dixxipulat Nisrani (Kost 12); c) jagħtu kelma li jgħixu fi spirtu ta’ umiltà u manswetudni biex ikunu jixbhu izjed lil Kristu (Kost 13).
Hawn ta’ min wieħed jinnota li filwaqt li kull spiritwalità ma tistax ma tinbeniex fuq l-Evanġelju sħiħ, kariżmi differenti jenfasizzaw aspetti differenti tal-Evanġelju. F’dan il-kuntest wieħed jista’ josserva li fil-kariżma Museumina għandna spiritwalità kompleta
15
għax mibnija fuq il-Beatitudnijiet, u fl-istess ħin għandna spiritwalità li hi b’mod partikulari mibnija fuq dak li qal l-Imgħallem Divin: “Tgħallmu minni għax jien ta’ qalb ħelwa u umli.” (Mt 11, 29) Il-Manswetudni fir-Regola Museumina Fit-Tielet Taqsima tar-Regola, kemm fil-Kostituzzjoni kif ukoll fid-Direttorju Ġenerali, insibu għaxar kapitli li jittrattaw għaxar punti li fuqhom tinbena s-Sequela Christi fil-kariżma Museumina. Wara li l-ewwel kapitlu ta’ din it-Taqsima jitkellem dwar “L-imħabba ta’ bejn il-membri’, it-tieni kapitlu jitkellem dwar “Ilmanswetudni”.
Fil-Kostituzzjoni għandna l-Kapitlu 9 li fih tliet regolamenti. Il-Kostituzzjoni 45 tgħid li biex is-Soċjetà tkun vera skulara ta’ Kristu għandha tikkoltiva b’serjetà kbira l-virtujiet Evanġeliċi talmanswetudni u l-umiltà. IlKostituzzjoni 47 tistipula li l-membri għandhom kuljum jagħmlu l-vot tal-manswetudni. Bejn dawn iż-żewġ regoli għandna l-Kostituzzjoni 46 li hi ta’ importanza partikulari għax tispjega x’inhi l-manswetudni: “B’manswetudni wieħed għandu jifhem l-aktar il-ħlewwa u l-ġentilezza tal-qalb għax b’dawn l-attitudnijiet wieħed jasal biex 16
saħansitra jaħfer lill-għedewwa.” Fid-Direttorju Ġenerali għandna l-Kapitlu 7 li fih erba’ regolamenti (46 sa 49) ta’ natura prattika u li jinbnew fuq dak li nsibu filKostituzzjoni. Hekk allura s-‘salib fuq il-qalb waqt il-Missierna’ jfakkarna fil-vot tal-manswetudni; meta inġurjati għandna nitolbu għal min joffendina; naqraw l-Ittra Popolari fuq il-Manswetudni nhar San Stiefnu; u qabel azzjoni fil-qorti fuq inġurja personali għandna bżonn il-permess tadDelegat jew tas-Superjur Ġenerali biex wieħed ikun ċert dwar ilmotivazzjoni. Minbarra dawn iż-żewġ kapitli nsibu referenzi oħra għallmanswetudni f’partijiet oħra tar-Regola. Hekk fil-Kostituzjoni hemm stipulat li: a) l-Assenjatur għandu jibda bilProponiment ta’ San Vinċenz Ferrer bil-manswetudni bħala waħda mill-virtujiet filproponiment (Kost 38); b) is-Superjuri għandhom ikunu ispirati minn spirtu ta’ umiltà u manswetudni fit-tmexxija biex jinżgħu minn kull passjoni u jagħmlu dixxerniment u ġudizzju tajjeb (Kost 96); c) il-konkluzjoni talKostituzzjoni tgħid li r-Regola tirrifletti l-ispirtu tal-Fundatur u bl-osservanza tagħha l-membri jsiru jixbhuh
fl-ispirtu tiegħu, ħelu filmanswetudni u radikali flgħejxien tal-Evanġelju (Kost 173).
Meta niġu għad-Direttorju Ġenerali nsibu li fost il-kwalitajiet li għandu jkollu s-Superjur Ġenerali dan irid ikun bniedem umli biex Alla jinqeda bih u manswet biex il-membri ma jħossuhiex diffiċli jersqu lejh (DĠ 128). Għar-rigward tas-Superjur Lokali, dan għandu jkun bniedem ta’ qalb ħanina biex joħloq ambjent ta’ ħlewwa u paċi.
Il-Fundatur, Aħna u l-Manswetudni M’għandniex dubju li l-Fundatur ipprattika kemm dak li pprietka u kemm l-istil ta’ ħajja li fassal għalina l-membri tas-Soċjetà tiegħu. Il-Fundatur kellu ħlewwa u ġentilezza tal-qalb li wassluh biex saħansitra jaħfer anke lil dawk li naqsuh bl-ikrah. Kien bniedem serju u fl-istess ħin kapaċi jiċċajta f’ħinu u f’waqtu. Kien iħoss ilweġgħat ta’ dawk li jonqsuh u flistess ħin kien kapaċi, bil-qawwa ta’ Alla, jaħfer. Hemm diversi ġrajjiet f’ħajtu li jikkonfermaw dan il-fatt. Dan wassal biex il-kelma tiegħu, kemm dik miktuba kif ukoll dik mitkellma, tkun effettiva u tmiss ilqalb. F’diversi kitbiet tiegħu nsibu referenza għall-manswetudni,
apparti tliet kotba fuq is-suġġett: l-Ittra Popolari fuq il-Manswetudni li nkitbet madwar is-sena 1920, IlPalazz tal-Paċi miktub qrib is-sena 1940 u L-Iskola tal-Manswetudni ppubblikat għall-ħabta tas-sena 1950. Jidher ċar li l-Fundatur kien iqis il-manswetudni bħala virtù indispensabbli għall-membri, kif jidher sa mill-bidu tas-Soċjetà. Fid-dawl ta’ dan kollu tajjeb li nżommuha ċara f’moħħna li l-manswetudni mhix li tkun timidu jew inċert minnek innifsek, u lanqas li tkun beżżiegħ jew passiv. Il-manswetudni hi qawwa quddiem dak li jheddek, fuq ilmudell ta’ Kristu quddiem ilkruċifissjoni. Il-manswetudni hi libertà li twasslek biex ma tkunx ikkundizzjonat minn dak li jagħmillek ħaddieħor. Fuq kollox il-manswetudni hi aktar minn sempliċi virtù li wieħed jiksibha bl-isforzi tiegħu; hija don ta’ Alla, waħda mill-frott tal-Ispirtu (ilħlewwa) li jsemmi San Pawl flIttra lill-Galatin (Gal 5, 22-25). Ejjew nitolbu lil Alla jagħtina dan id-don u aħna min-naħa tagħna nikkooperaw mal-grazzja ta’ Alla ħalli nkunu nifilħu neħduha kontra l-ġibda tan-natura tagħna li malajr tirreaġixxi. ⧀
Pawlu Sammut 17
God is Good, All the Time!
Mill-Missjoni
“Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-salvatur tiegħi.”
Luqa 1, 46-47
M
eta jkun il-mument li jitfakkru xi anniversarji sbieħ, ikun ukoll il-waqt li nirringrazzjaw ’l Alla għall-grazzji kollha li għoġbu jberikna bihom tul is-snin. U hekk inħossu li għandna nagħmlu fl-okkażjoni tal-25 sena mill-bidu tal-ħidma tas-Soċjetà Museumina f’Ruiru, il-Kenja. Ma’ Marija nħossu li għandna nfaħħru ’l Alla u nifirħu fl-ispirtu tagħna għax Alla kien tassew ħanin u ġeneruż mas-Soċjetà matul din il-mixja. L-ewwel relazzjoni tas-Soċjetà mal-kontinent Afrikan bdiet filbidu tas-snin tmenin tas-seklu 20, meta numru ta’ membri ntbagħtu s-Sudan. Kien żmien ta’ qawmien għas-Soċjetà M.U.S.E.U.M., fejn kompliet issir iktar konxja u responsabbli mis-sejħa tagħha 18
missjunarja. Ftit snin wara s-Soċjetà wieġbet għal sejħa oħra mill-kontinent tal-Afrika, din id-darba mill-Kenja, post b’karatteristiċi ferm differenti minn dak tas-Sudan.
L-ewwel membri waslu l-Kenja fl-1 ta’ Ottubru tal-1989 u ntbagħtu fil-parroċċa ta’ Ruiru. Kienet dehra ġdida għall-komunità parrokkjali ta’ Ruiru li jaraw ilmembri Maltin kuljum magħhom fil-kongregazzjoni waqt ilQuddiesa ta’ filgħodu. Dak iż-żmien il-Kappillan kien patri Kappuċċin Malti u kien hemm ukoll xi sorijiet Maltin tal-Qalb ta’ Ġesù jaħdmu fil-parroċċa. Imma n-nies żgur li laqathom il-fatt li dawn il-membri kienu lajċi bħalhom mingħajr ebda distintiv għajr il-Verbum Dei li kien ikollhom dejjem. Ftit
ftit il-membri bdew jintegraw filkomunità u jintroduċu ruħhom u l-kariżma l-ġdida tas-Soċjetà li ġabu magħhom. Illum nistgħu ngħidu li s-Soċjetà hi milqugħa ħafna u permezz tal-kuntatt ta’ kuljum li l-membri jkollhom mattfal u ż-żgħażagħ ta’ Ruiru n-nies b’mod ġenerali jafu min aħna u jafu wkoll x’jistennew mingħandna.
Sa mill-bidu l-membri taw sehemhom fil-qasam edukattiv mhux biss permezz tal-gruppi tat-tfal u ż-żgħażagħ li kienu jlaqqgħu għall-preparazzjoni tas-sagramenti u l-formazzjoni Nisranija imma wkoll blinvolviment tagħhom fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-madwar. L-ewwel membri għamlu ftit snin jgħixu fid-dar tal-Kappillan sakemm fl-1992 is-Soċjetà xtrat
biċċa art u bniet id-dar li għad għandha sal-lum.
Fl-1998 fuq l-istess biċċa art inbena wkoll post sabiex jiġu organizzati l-korsijiet tas-snajja għaż-żgħażagħ interessati, bħallcarpentry u l-motor mechanics. Sal-lum għadna niltaqgħu ma’ rġiel u missirijiet tal-familja li jgħidulna kemm għenhom il-kors li ħadu fil-Preca Vocational Training Centre, xi għaxar snin qabel jew iktar. Illum is-Soċjetà tmexxi kors fil-ħiliet bażiċi tal-kompjuter, l-iktar għal żgħażagħ li jkunu temmew l-istudji sekondarji tagħhom u jkunu qed jippreparaw biex jew jidħlu fid-dinja tax-xogħol jew ikomplu bl-istudji tagħhom fil-livell terzjarju. 19
Dan il-bini jservi wkoll bħala Qasam tas-Soċjetà fejn isir l-appostolat formali ta’ kuljum. Bħalissa hawn jattendu grupp sabiħ ta’ tfal u żgħażagħ imqassma fil-klassijiet tal-Preparatorja, Magħżulin u Aspiranti, mill-ewwel klassi taliskola primarja sal-aħħar klassi tas-sekondarja, medda ta’ tnax-il sena. Il-ħeġġa li juru t-tfal għattagħlim u l-imħabba tagħhom lejn is-Soċjetà jimlewna b’ħafna kuraġġ biex ma naqtgħux qalbna quddiem l-iebes, u nibqgħu nippreparaw bis-serjetà, nistudjaw u ngħallmu l-kelma ta’ Alla u l-katekiżmu.
Hawn ukoll grupp ta’ Kandidati li jattendu l-Assenjatur u jagħtu sehemhom fit-tagħlim fil-klassijiet. L-ewwel Ħadd tax-xahar huwa ddedikat għall-formazzjoni talKandidati, u dakinhar isir il-Kors ta’ Formazzjoni jew attivitajiet oħra bħal irtiri u seminars bilħsieb li jgħinu lill-Kandidati jsiru jafu aħjar lis-Soċjetà u jiddixxernu dwar il-vokazzjoni tagħhom. Matul il-Ħdud l-oħra, filgħodu, tiġi organizzata l-attività principali tal-gruppi tas-sagramenti. Kull sena l-membri u l-Kandidati jippreparaw tliet gruppi għassagramenti tal-inizjazzjoni u kull xahar jorganizzaw ukoll laqgħat ta’ formazzjoni għall-ġenituri tattfal u ż-żgħażagħ. 20
Ftit snin ilu bdejna l-“Preca Lending Library” għall-Magħżulin u l-Aspiranti, jiġifieri dawk li jattendu l-iskola sekondarja u dawk fl-aħħar sentejn tal-primarja. Fil-librerija hemm ’il fuq minn elf ktieb, bejn text-books tal-primarja u tas-sekondarja, kotba tal-istejjer, National Geographic, bijografiji, kotba ta’ interess ġenerali, ħajjiet tal-qaddisin, kotba spiritwali u tant oħrajn, kollha bl-Ingliż u l-Kiswahili, il-lingwi uffiċjali tal-Kenja. Matul ilġranet tal-iskola l-librerija tinfetaħ darbtejn fil-ġimgħa waranofsinhar, imma fil-vaganzi niftħu fi ġranet oħra filgħodu. Bil-għajnuna ta’ Alla din illibrerija qed isservi ta’ għajn oħra ta’ tagħlim minn fejn it-tfal u ż-żgħażagħ jibbenefikaw għall-ġid tagħhom.
Biex tirringrazzja ’l Alla kif jixraq u tfakkar dawn is-snin ta’ ħidma, is-Soċjetà f’Ruiru organizzat żewġ attivitajiet prinċipali. Nhar il-Ħadd 16 ta’ Novembru 2014 waranofsinhar ġew organizzati żewġ laqgħat, waħda għall-ġenituri u oħra għat-tfal u ż-żgħażagħ. Hawnhekk it-tema prinċipali kienet l-istorja tal-Qasam ta’ Ruiru, fejn permezz ta’ preżentazzjoni bir-ritratti tajna ħarsa lejn l-iktar mumenti importanti matul dawn il-25 sena. Wara nġbarna flimkien fil-bitħa tal-Qasam u fi spirtu ta’ ferħ u ringrazzjament ittfal u ż-żgħażagħ esponew it-talenti tagħhom, b’kant, drama, tpinġija u sketches umoristiċi.
Il-Ħadd ta’ wara, nhar it-23 ta’ Novembru fil-11.00 a.m., kienet organizzata Quddiesa ta’ ringrazzjament fil-bitħa talQasam. Għal din il-Quddiesa attendew numru sabiħ ta’ tfal, żgħażagħ u ġenituri, li ħadu sehem permezz tat-talb u l-qari mħejjija u anki billi ħasbu għall-offerti ta’ ikel bħal ħaxix, frott, ħobż, dqiq u ross biex jiġu offruti waqt il-Quddiesa. Taw ukoll is-sehem tagħhom ilkorijiet tat-tfal tal-parroċċa u talAspiranti tas-Sorijiet tal-Qalb ta’ Ġesù li permezz tal-kant u ż-żfin tagħhom għamlu l-Quddiesa ferm isbaħ u ċelebrattiva. Fl-aħħar tal-Quddiesa tqassmet tifkira bi xbieha tal-Madonna u b’talba tal-Fundatur, u nqraw messaġġ għall-okkażjoni mis-Superjur Ġenerali, bijografija qasira talFundatur u ftit tagħrif dwar ilħidma tas-Soċjetà M.U.S.E.U.M. Wara l-Quddiesa kilna l-ikla ta’ nofsinhar flimkien.
X’inhuma 25 sena f’għajnejn isSinjur Alla jekk is-Salmista (Salm 90, 4) seta’ jkanta: “Elf sena huma f’għajnejk bħall-jum tal-bieraħ li għadda”? Kien jixraq matul dawn il-ġranet inżommu l-ħin kollu quddiem għajnejna l-kliem talFundatur: “Lil Alla waħdu unur u glorja, għal dejjem ta’ dejjem” għax tassew “kollox minnu, kollox b’ħiltu u kollox għalih.” Għaldaqstant ma stajniex inżommu ‘kollox għalina’
u ftit ġranet wara l-Quddiesa ta’ ringrazzjament mat-tfal u ż-żgħażagħ żorna istitut hawn f’Ruiru li jilqa’ fih tfal bi problemi familjari u għaddejnielhom l-offerti li kienu ġabu magħhom għall-Quddiesa. Nittamaw li dawn il-ġranet ta’ ferħ għalina nisslu ftit ferħ fil-qlub ta’ oħrajn ukoll.
Fil-Kenja tisma’ ħafna l-espressjoni “God is good, all the time!” Tassew hija verità kbira li Alla huwa tajjeb dejjem għax, kif kien jgħid ilFundatur, f’kull nifs li nieħdu Alla qiegħed iħobb! Hu ħabb lis-Soċjetà billi żammha u ħarisha matul dawn is-snin, fil-Kenja u fi bnadi oħrajn, u qiegħed jistedinha biex skont irrieda tiegħu tkompli tikber u tifrex l-appostolat u l-kariżma tagħha. Issa jmiss lil iktar qlub ġenerużi li bla biża’ jagħtu l-pass, saqajhom b’fidi għarwiena, ħajjithom b’fiduċja f’Alla. Hekk il-Knisja fil-Kenja u lil hinn minnha tkompli tistagħna permezz ta’ din ix-xhieda li nibtet fil-gżira ċkejkna ta’ Malta bil-għan li tibqa’ tixtered fejn Alla jridha, ħalli bosta jersqu lejn l-Oqsma tagħha għax verament jaraw fihom “oasi li ttaffi l-għatx”. ⧀ Il-Membri tal-Qasam ta’ Ruiru
21
It-Tellieqa taċ-Ċriev
Spiritwalità mill-Ewropa
Kautokeino ilwaqt li tonfoħ il-fwar minn imnifsejha, ċerva kbira tħabbat bid-dwiefer ta’ saqajha mal-art miksija bis-silġ, bla sabar biex tibda t-tellieqa. Tlett irġiel imlefilfin fl-anoraks tagħhom jitħabtu biex iżommuha qabel it-tluq tal-korsa l-kbira tar-raħal ta’ Kautokeino. Iċ-ċerva trid ittellaq maċ-ċriev sħabha l-oħra waqt li jiġbdu lill-kuċċiera fuq is-slitti. Il-premju tal-kompetizzjoni mhux tant is-somma modesta mogħtja lir-rebbieħa daqskemm il-prestiġju li jiksbu matul is-sena li tkun ġejja fi ħdan il-komunità nomada Sami tal-Lapponja.
F
Kautokeino hu wieħed miċ-ċentri tal-Lapponi, jew aħjar tas-Sami, kif isejħu lilhom infushom billi ‘Lapponi’ hi kelma Svediża li fiha element ta’ disprezz għal dan ilpoplu, għax tfisser “l-imċerċrin”. Il-Lapponja hi reġjun ta’ art kbira, id-daqs tan-Norveġja, jiġifieri ta’ 388 elf kilometru kwadru. Hi art għerja, mhix għammiela - li tinfirex min-Norveġja sal-
22
Fillandja, l-Isvezja u parti mirRussja. Ir-rotta tas-Sami hi minNord-Est tan-Norveġja għat-tliet pajjiżi l-oħra. Huma ilhom jgħixu mit-trobbija taċ-ċriev sa mis-seklu 16. Kautokeino tfisser ‘in-nofs’ għax fil-fatt ir-raħal jinsab f’nofs it-triq migratorja tradizzjonali ta’ dan il-poplu qadim nomadu. IsSami huma indiġeni protetti minn konvenzjonijiet internazzjonali u
meqjusin bħala l-poplu indiġenu fl-iktar naħa nordika tal-Ewropa.
It-Tellieqa Biex jaraw it-tellieqa s-Sami tal-Isvezja joqogħdu tul it-triq miksija bis-silġ, imgeddsin filkapep griżi tagħhom, bi strixxi ta’ drapp ikkulurit fit-truf. Ikun hemm ukoll il-ġirien tagħhom Fillandiżi li huma wkoll akkaniti għat-tellieqa. Kulħadd irid ikun l-aħjar fl-eleganza, b’ilbies sabiħ tradizzjonali li jgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra. Ma jonqsux ix-xalel bil-fur abjad tal-orsijiet. Issinjal tat-tluq fis jingħata, b’ferħ kbir tal-pubbliku, b’xi konkorrenti jitilqu qabel is-sinjal, miġbudin miċ-ċriev li minkejja ġranet sħaħ ta’ taħriġ jibqgħu dejjem diffiċli biex jiġu kkontrollati.
Il-premju tat-tellieqa jieħdu min jasal l-ewwel fil-knisja għallQuddiesa ta’ Ħadd il-Għid, li għasSami hi festa liturġika kbira. L-Għid fil-Lapponja hu ffesteġġjat aktar mill-Milied u jgħaqqad flimkien il-komunità qabel ma tibda l-migrazzjoni tar-rebbiegħa meta r-ragħajja jwasslu l-merħliet taċċriev lejn il-baħar. Matul il-Ġimgħa
Mqaddsa ġemgħa sabiħa ta’ Sami jinġabru mgeddsin fil-knisja talinjam għat-talb tat-tridu tal-Għid u għall-Magħmudijiet u ż-Żwiġijiet li jiġu ċċelebrati dakinhar.
It-Twelid tal-Fidi Nisranija fil-Lapponja Il-Fidi Nisranija twieldet fost ilpoplu Sami fis-seklu 17 minn predikaturi Luterani kbar. Imma kien fis-seklu 19 li ntrebħet kultura li kienet qed tagħmel ħafna ħsara, dik tal-alkoħoliżmu. Dan kien mertu tal-pastor Luteran Lars Levi Laestadius, li kien appostlu ta’ moviment pjetuż ta’ “tiġdid tal-erwieħ” li beda fl-1840. Pjetuż għax kien moviment ta’ ħajja Nisranija rigoruża. Laestadius irnexxielu jeħles lis-Sami millvizzju tal-alkoħol, ħaġa komuni f’artijiet fejn tagħmel ħafna kesħa fit-tul. Illum il-moviment ta’ Lars Levi Laestadius hu magħruf sew u nafuh bl-isem ta’ Laestadjoniżmu li daħal f’naħat oħra tal-Ewropa, fl-Amerka u fl-Afrika. Billi Laestadius innifsu kien ta’ oriġini indiġena, ħabrek biex il-liturġija tkun iċċelebrata bil-lingwa nattiva tagħhom f’epoka meta l-politika tal-istati Skandinavi kienet qed
23
"Il-kliem sagru jkellem direttament lill-qlub tas-Sami billi jnissel fihom ġabra profonda."
24
thedded il-kultura Sami. Żmien ilGħid hu l-okkażjoni biex l-indiġeni jiltaqgħu ħalli jiffesteġġjaw il-lejl polari li jaħbat mal-Qawmien ta’ Kristu. Qabel l-esperjenza Kristjana kienu jipprattikaw riti marbuta mal-kwiekeb ċirkompolari. Kellhom twemmin immarkat bil-qima lill-ors. L-ors bil-fur sabiħ abjad jagħmel parti mill-ambjent ta’ dawn in-naħat polari u minn dejjem kellu s-siwi tiegħu. Kien ukoll twemmin imsejjaħ Noiade, mibni fuq dak tan-ninfi fil-mitoloġija Griega, spirti femminili li jaħkmu fuq l-għejun, ix-xmajjar u n-nixxigħat tal-ilma ħelu. Il-fidi Nisranija fost il-poplu Sami għadha tinħass qawwija sal-lum. Il-ġemgħat ta’ talb jivvibraw bilkant u bis-salmi tradotti minNorveġiż. Il-pastor ta’ Kautokeino, fil-preżent Bjarne Gustad, jgħid: “Bis-Sami s-salmi jinstemgħu isbaħ milli bin-Norveġiż u t-traduzzjoni bis-Sami tassew toqgħod. Il-kliem sagru jkellem direttament lillqlub tas-Sami billi jnissel fihom ġabra profonda.” It-tip ta’ kant fil-knisja hu kkaratterizzat minn mużika tradizzjonali Sami, il-Joik, stil kantat bil-lajma u b’leħen gutturali li jevoka niket u serjetà skont it-tema. Il-Joik hu forma unika ta’ espressjoni mużikali u wieħed mill-iktar tipi ta’ kant tradizzjonali antik fl-Ewropa.
Jinstama’ bħall-kant tal-kulturi nattivi tal-Amerka. Interessanti li l-Joik kien ipprojbit fl-iskejjel tas-Sami fis-sekli mgħoddija għax kien assoċjat mar-riti tan-Noiade u mal-mitoloġiji pre-Kristjani. Imma dan it-tip ta’ kant tant hu minsuġ mal-kultura tas-Sami li żamm ħaj u hu sors ta’ ispirazzjoni fil-mużika kontemporanja ta’ dan il-poplu. Il-Magħmudijiet u ż-Żwiġijiet huma ċċelebrati matul dan il-perjodu meta l-familji jkunu flimkien u jiġbdu mijiet ta’ mistednin, ħafna minnhom imdandna b’ilbies tradizzjonali. Għalkemm b’ħafna kulur, iċ-ċerimonji taż-Żwieġ isiru b’serjetà kbira. Wara li l-pastor jistaqsi lill-koppja jekk iridux jieħdu lil xulxin fil-żwieġ, huwa
jbierek lill-għarajjes li jkunu għarkupptejhom quddiemu u jifrex idejh fuq rashom baxxuta. Kif joħorġu mill-knisja, il-ġenituri u l-ħbieb jilqgħu lill-miżżewġin ġodda u lix-xhieda li dakinhar ikunu meqjusin bħala l-prinċpijiet tal-okkażjoni. Fil-festin tat-tieġ il-koppja ġġedded l-għaqda li tkun inqatgħet bil-migrazzjoni tal-istaġun. L-ikla tat-tieġ tkun soppa bil-laħam taċ-ċriev, laħam u deżerta ta’ krema magħmula mittut selvaġġ. Ix-xalel imberfla biddeheb, iċ-ċinturini b’medalji talfidda, il-pettorati jleqqu b’għadd kbir ta’ lewlu għad-dawl taxxemx, iħabbru r-ritorn tad-dawl wara xhur twal ta’ dlam. Iħabbru r-rebħa ta’ Kristu fuq il-mewt. ⧀ Joe Galea 25
Servais-Théodore Pinckaers
It-Tiġdid tat-Teoloġija Morali Nisranija
Teoloġija
Introduzzjoni ervais-Théodore Pinckaers O.P. (1925-2008) twieled f’Liege, fil-Belġju. Kien jifforma parti mill-moviment Franċiz imsejjaħ ressourcement, moviment li ppropona metodu ta’ Teoloġija li tmur lura lejn l-għeruq tagħha: l-Iskrittura Mqaddsa u Missirijiet il-Knisja. Dan il-moviment ikkontribwixxa fit-tiġdid tat-Teoloġija Biblika, Patristika u Liturġika; kien ukoll strumentali għat-tiġdid tat-Teoloġija Morali Nisranija mitlub mill-Konċilju Vatikan II, tiġdid li għadu għaddej sal-ġurnata tal-lum. Pinckaers jibqa’ mfakkar b’mod speċjali għall-kontribut tiegħu fit-tiġdid tat-Teoloġija Morali Nisranija mibnija fuq il-virtujiet (virtue ethics). Ħafna mill-ħsibijiet tiegħu sabu ruħhom fit-tagħlim tal-Maġisteru tal-Knisja, speċjalment fl-Enċiklika dwar is-sisien tad-Duttrina Morali tal-Knisja, il-Veritatis Splendor tal-Papa San Ġwanni Pawlu II, u fil-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika.
S
Il-Kontribut ta’ Pinckaers għat-Tiġdid tat-Teoloġija Morali Nisranija Pinckaers telaq mill-punt li t-Teoloġija Morali Nisranija ma tikkonsistix prinċipalment f’obbligi u projbizzjonijiet. Lanqas mhi xi sett ta’ regoli u konsegwenzi. Għallkuntrarju l-Morali Nisranija hija 26
r-risposta għall-aspirazzjonijiet u x-xewqat tal-qalb tal-bniedem, għall-verità u għat-tajjeb. Bħala tali l-Morali Nisranija sservi ta’ gwida li meta nimxu fuqha tgħinna nkabbru u nqawwu dawn l-aspirazzjonijet fiddawl tal-Evanġelju. Infatti Pinckaers ikkonsidra l-Evanġelju bħala s-sors primarju tal-Morali Nisranija, filwaqt li żamm b’missjoni ewlenija tal-
Morali l-edukazzjoni tal-persuna għall-formazzjoni Nisranija. Permezz tal-metodu storiku li uża, Pinckaers identifika t-tappi ewlenin fl-istorja tal-Morali Nisranija. Hu indirizza l-ħtieġa li t-Teoloġija Morali tiddistakka ruħha mill-‘Manwali tal-Morali’ u mill-‘Forom tal-Każi Morali’ li tant spikkaw fil-Knisja fi żmien l-Illuminiżmu u l-Era Moderna. Pinckaers irrikonoxxa li, wara l-Konċilju ta’ Trentu, it-Teoloġija Morali Nisranija rriduċiet ruħha sempliċiment għas-servizz tassmigħ tal-Qrar. Dan wassal għal tip ta’ morali bbażata fuq liġijiet u konsegwenzi, b’detriment għallinternalizzazzjoni tal-virtujiet teologali u morali, għal-Liġi Evanġelika mibnija fuq il-grazzja, kif ukoll għall-Beatitudnijiet u d-doni tal-Ispirtu s-Santu. Pinckaers ibbaża t-Teoloġija tiegħu b’mod speċjali fuq l-Iskrittura Mqaddsa, Missirijiet il-Knisja u d-Dutturi l-kbar, partikularment San Tumas ta’ Akwinu. Dan għamlu mingħajr ma ħalla barra l-Filosofija tal-Istorja u l-Metafiżika. Wieħed mix-xogħlijiet tiegħu, Le renouveau de la morale. Etudes pour une morale fidèle à ses sources et à sa mission présente (It-tiġid talMorali: Studji għall-moralità fidila lejn is-sorsi u l-missjoni preżenti tagħha), jixhed ix-xewqa u l-isforz
ta’ Pinckaers li t-Teoloġija Morali tintegra fiha mill-ġdid it-Teoloġija ta’ San Tumas ta’ Akwinu, Teoloġija bbażata fuq il-virtujiet teologali, il-ħbiberija u l-Beatitudnijiet. Infatti fid-diversi xogħlijiet tiegħu Pinckaers ikkuntrasta żewġ tipi ta’ morali: waħda mibnija fuq il-liġijiet u l-konsegwenzi u l-oħra bbażata fuq l-imħabba u l-ħbiberija; aktar tard iddefinixxa dan l-aħħar tip ta’ morali bħala ‘morali ta’ kuntentizza’ jew ‘morali tal-Beatitudnijiet’. Permezz ta’ dan il-metodu Pinckaers, flimkien ma’ awturi oħra fosthom Alasdair MacIntyre, irnexxielu jintegra mill-ġdid fitTeoloġija Morali diversi dixxiplini oħra tat-Teoloġija li matul is-sekli żviluppaw indipendentement minn xulxin, fosthom it-Teoloġija Biblika, Spiritwali u Dommatika.
Pinckaers analizza fid-dettall il-libertà u r-rieda ħielsa talbniedem. Skont Pinckaers, illibertà u r-rieda ħielsa tal-bniedem huma r-riżultat tad-dinjità talbniedem maħluq bħala ‘xbieha ta’ Alla’ (Imago Dei). Pinckaers enfasizza li l-interpretazzjoni tallibertà u r-rieda ħielsa tal-bniedem huma kruċjali għad-definizzjoni tal-vokazzjoni Nisranija. Fi kliem ieħor, dak li wieħed jifhem b’libertà u rieda ħielsa tal-bniedem jiddetermina dak li wieħed jifhem b’sejħa Nisranija. Pinckaers sostna 27
u dixxerniment kontinwu ta’ x’inhu awtentikament u oġġettivament tajjeb, kemm għallpersuna individwali kif ukoll għallumanità. Pinckaers ikkonkluda li l-ewwel tip ta’ libertà twassal għal moralità bbażata fuq illiġijiet u l-konsegwenzi, filwaqt li t-tieni tip ta’ libertà twassal għal moralità bbażata fuq il-virtujiet u l-kuntentizza vera. Minkejja li ma ċaħadx il-kapaċità tal-bniedem li jagħżel bejn żewġ ħwejjeġ opposti, Pinckaers isostni li, minkejja l-limitazzjonijiet u d-dgħufijiet tal-bniedem, hija biss il-libertà għal dak kollu li hu tajjeb, sabiħ u veru li twassal il-persuna biex tikkonverti, tikber, tiġġedded u allura ssir tixbah aktar lil Kristu. li l-libertà vera tal-bniedem ma tikkonsistix f’li wieħed jagħżel bejn żewġ possibiltajiet opposti għal xulxin (freedom of indifference), ħafna drabi bejn it-tajjeb u l-ħażin, iżda l-libertà li wieħed jagħmel dak it-tajjeb li hu maħluq għalih u li jaspira li jagħmel. Pinckaers laqqam dan it-tip ta’ libertà bħala ‘libertà għall-perfezzjoni’ jew ‘libertà għall-qdusija’ (freedom for excellence). Dan it-tip ta’ libertà titlob mill-bniedem responsabiltà 28
Pinckaers sostna li l-ħajja ta’ kull Nisrani għandha tkun animata mill-persuna ta’ Kristu, ir-ras talĠisem Mistiku tiegħu, il-Knisja, u mill-ħidma tal-Ispirtu s-Santu. Ġesù Kristu huwa preżenti filħajja tan-Nisrani fil-kelma ta’ Alla kif ukoll fis-Sagramenti, speċjalment fl-Ewkaristija. Ispirat minn San Pawl, Pinckaers tenna li l-ħajja Nisranija trid tkun sostnuta prinċipalment bil-ġisem u d-demm ta’ Kristu fl-Ewkaristija (cf. 1 Kor 10, 16-17).
Konklużjoni Li tistħarreġ il-patrimonju intellettwali u spiritwali ta’ Pinckaers fit-tiġdid tat-Teoloġija Morali Nisranija mhix biċċa xogħol faċli. Diversi awturi kontemporanji, fosthom Matthew Levering u Tracey Rowland, isostnu li waħda mill-kontribuzzjonijiet ewlenin ta’ Pinckaers għat-tiġdid tat-Teoloġija Morali mitlub millKonċilju Vatikan II hi l-interess u l-isforz tiegħu li jerġa’ jintegra mill-ġdid it-teoloġija ta’ San Tumas ta’ Akwinu, b’mod partikulari ilBeatitudnijiet, il-liġi evanġelika tal-grazzja, il-virtujiet teologali u l-liġi naturali. Xi kontribuzzjonijiet u temi oħra li jibqa’ jissemma għalihom jinkludu: l-isforz li għamel biex it-Teoloġija Morali terġa’ tispira ruħha mill-għeruq
tagħha, jiġifieri mill-Iskrittura u t-Tradizzjoni tal-Knisja; iċċentralità ta’ Ġesù Kristu u d-doni tal-Ispirtu s-Santu fit-Teoloġija Morali; id-differenza bejn illibertà għall-perfezzjoni jew għallqdusija (freedom for excellence) u l-libertà li wieħed jagħżel bejn żewġ possibiltajiet opposti għal xulxin (freedom of indifference); l-importanza tal-kelma u s-Sagramenti, speċjalment talEwkaristija; il-bniedem maħluq bħala xbieha ta’ Alla (imago Dei); id-dinjità tal-persuna umana; l-għan aħħari u d-divinizzazzjoni u s-santifikazzjoni tal-bniedem. Pinckaers wettaq dan kollu f’perspettiva Trinitarja li tinkludi kemm id-dimensjoni personali kif ukoll dik soċjali tal-persuna umana. ⧀ Jonathan Sammut
Bibljografija •
•
•
Pinckaers, Servais-Théodore. Morality: The Catholic View. South Bend: St. Augustine’s Press, 2001. The Pinckaers Reader: Renewing Thomistic Moral Theology. Edited by John Berkman and Craig Steven Titus, translated by Mary Thomas Noble, Craig Steven Titus and Hug Connolly. Washington: The Catholic University of America Press, 2005. The Sources of Christian Ethics. Washington: The Catholic University of America Press, 1995.
29
Thomas Merton 100 Sena minn Twelidu
Anniversarji
“L-għodwa hi friska u mill-isbaħ. L-għasafar qed jgħannu. Il-wied miksi binnida mixgħula bir-raġġi tax-xemx. Il-ġilju qed jiftaħ għax-xemx ta’ Ġunju. U jien naf li qiegħed f’posti, fejn għandi nkun.”
D
awn huma kelmiet middjarju ta’ Trappista Amerikan għat-22 ta’ Ġunju 1966. Dak iż-żmien Fr Louis – hekk kien jismu Thomas Merton bħala Trappista – kellu 51 sena u kien diġà ilu 25 sena fl-Ordni taċ-Ċisterċensi tal-Osservanza Stretta fl-Abbazija ta’ Gethsemani, Kentucky. Huma kelmiet miktubin fl-eqqel ta’ kriżi vokazzjonali kbira li kien għaddej minnha Merton wara li kien sar iħobb lil Margie Smith, nurse żagħżugħa li kien iltaqa’ magħha ftit xhur qabel waqt li kien qed jirkupra fl-isptar minn operazzjoni f’dahru. Thomas Merton huwa meqjus bħala l-iktar awtur Kattoliku influwenti Amerikan tas-seklu għoxrin. L-awtobijografija tiegħu The Seven Storey Mountain (1948) biegħet iktar minn miljun 30
kopja u ġiet tradotta fi ħmistax-il lingwa. Kiteb iktar minn 60 ktieb ieħor, mijiet ta’ poeżiji u artikli fuq suġġetti li jvarjaw mill-ħajja monastika sad-drittijiet ċivili, innon-vjolenza u l-ġirja għall-armi nukleari.
Merton twieled fil-31 ta’ Jannar tal1915 fi Prades, fi Franza. Missieru Owen Merton, imwieled New Zealand, kien Protestant u ommu Ruth Jenkins, imwielda l-Amerika, kienet fis-setta tal-Quakers. Ilġenituri kienu t-tnejn artisti u ltaqgħu fi skola tal-arti f’Pariġi. Kellu żgħożija mqallba ħafna u kkonverta għall-Kattoliċiżmu meta kien qed jistudja f’Columbia University. Kellu 23 sena. Wara iktar minn sentejn jiddixxerni biex jara x’ried Alla minnu, fl-10 ta’ Diċembru tal-1941 daħal matTrappisti. Lejn l-aħħar ta’ ħajtu
interessa ruħu b’mod speċjali fir-reliġjonijiet Asjatiċi, l-iktar fil-Buddiżmu Zen, u ppromwova ħafna d-djalogu reliġjuż bejn il-Lvant u l-Punent. IdDalai Lama, li ltaqa’ ma’ Merton kemm-il darba, faħħru u qal li fost l-Insara li ltaqa’ magħhom hu kien l-iktar wieħed li fehem x’inhu l-Buddiżmu. Thomas Merton miet b’xokk elettriku fl-10 ta’ Diċembru tal-1968, waqt konferenza fuq id-djalogu bejn il-Lvant u l-Punent f’Bangkok, it-Tajlandja, eżattament f’għeluq is-27 sena minn meta daħal mat-Trappisti.
Faċilment wieħed jista’ jsir jaf id-dettalji bijografiċi ta’ Merton mill-ħafna materjal li hawn dwaru. Għalhekk immorru mill-ewwel għall-mistoqsija: Min kien tassew Merton? Merton kien Trappist, imma essenzjalment hu kien iħares lejh innifsu bħala kittieb: “Jien kittieb, għax għalija li nikteb huwa li naħseb u li ngħix, u sa ċertu punt li nitlob ukoll. 27 ta’ Settembru, 1958.” Il-kitba l-iktar magħrufa tiegħu, li wkoll għamlitu magħruf ħafna, hija l-awtobijografija tiegħu. Fiha nsibu deskrizzjoni ta’ Merton li nistgħu nxebbhuha mal-immaġni ta’ San Pietru fuq it-Tabor, meta lil Ġesù jgħidlu: “Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn!” (Mt 17, 4) Insibu fiha l-idealiżmu ta’ żagħżugħ mimli entużjażmu, qrib it-30 sena, li kkonverta, sab lil Alla u sab il-vokazzjoni tiegħu fil-ħajja monastika. Madanakollu, għaxar snin wara fid-djarju tiegħu jikteb hekk: “Il-fervur ta’ dawk il-ġranet kien speċjali u żagħżugħ. Jista’ jispirani biex infittex fervur ġdid u differenti, li hu iktar matur u profond. Dan irrid insib. Ma nistax immur lura għall-fervur tal-bidu jew għall-axxetiċiżmu li kien jakkumpanjah. Il-fervur il-ġdid ma jridx ikun imħawwel fl-axxetiċiżmu iżda fl-umaniżmu. 11 ta’ Diċembru, 1958.”
31
Wara qamar il-għasel, Merton kellu jħabbat wiċċu mar-realtà iebsa li jaċċetta lilu nnifsu kif inhu. Għalkemm ħafna kienu jammirawh u jħarsu lejh bħala mudell, Merton kien konxju ħafna tiegħu nnifsu, tan-nuqqasijiet tiegħu, talbżonnijiet tiegħu. Hekk jiddeskrivi l-istat spiritwali tiegħu ħames snin wara l-pubblikazzjoni talawtobijografija tiegħu: “Il-grazzja tiegħu (ta’ Alla) qed taħdem, u dan ifisser li wasalt biex infiq. O l-bżonn tal-fejqan! Nimxi minn post għal ieħor ta’ ruħi, u niskopri li qisni belt ibbumbardjata. 3 ta’ Marzu, 1953.”
Għaraf li t-triq tal-qdusija mhix ħafifa u ma tistax timxiha ‘f’erbat ijiem’: “L-għaġla tħassar lillqaddisin u lill-artisti. Iridu suċċess malajr u tant ikollhom għaġla li lanqas ikollhom ċans ikunu sinċieri magħhom infushom.” New Seeds of Contemplation, p. 98. Kif diġà ssemma fil-bidu, lejn l-aħħar ta’ ħajtu, wara iktar minn 24 sena Trappista, meta kien qed jgħix bħala eremita f’parti millmonasteru, Merton sar iħobb lil Margie Smith, nurse żagħżugħa li ltaqa’ magħha fl-isptar waqt perjodu ta’ konvalexxenza wara operazzjoni f’dahru. Nistgħu ngħidu li din l-imħabba ma ħallitux ikompli jirraġuna sew u, bħal kull raġel mitluf fl-imħabba 32
tal-bidu, xi ftit blugħat għamel ukoll. Kien jiktbilha ittri u poeżiji, iċemplilha bil-moħbi millmonasteru, u bil-għajnuna ta’ xi ħbieb tiegħu jorganizza laqgħat sigrieti magħha. Kien tassew qed jilgħab mal-vokazzjoni tiegħu; ittarraf u ssogra ħafna. Imma bilgrazzja ta’ Alla, u b’ħafna tbatija, irnexxielu jaqta’ minn magħha. Għaraf li ma kienx qed ikun fidil lejn Alla li kien sejjaħlu għaċċelibat fil-ħajja monastika. Kien kapaċi jwettaq dak li diversi snin qabel kien irrifletta fuqu fid-djarju tiegħu: “Il-ferħ tagħna jkun filli nħalluh imexxina lejn dak li Hu jixtieq għalina, anki jekk dan ikun b’xi mod terribbli. Hekk kif Hu jkun jixtieq xi ħaġa, din ma tibqax ‘ir-rieda tagħna’. Issir sagrifiċċju. Issir ir-rigal tagħna nfusna kollna kemm aħna. 29 ta’ Diċembru, 1952.”
Għaliex Merton? Għax Merton, fid-dgħufijiet kollha tiegħu, kien ta’ ispirazzjoni ġenwina għal eluf kbar li ltaqgħu miegħu f’kitbietu. Kien Trappista, kittieb u raġel li jaf iħobb, imma li fuq kollox ried ikun biss ta’ xi Ħadd li huwa tost, għajjur u ambizzjuż, ta’ xi Ħadd li ma jridx biċċa, imma jrid kollox. ⧀ Anton Grima
Mary’s Gift
Il-Pittura tal-Faċċata
Ftit Tagħrif Dwar l-Artist Daniel Bonnell -arti sagra ta’ Daniel Bonnell hija mferrxa f’diversi knejjes, mużewijiet u kollezzjonijiet privati madwar id-dinja. Bonnell studja l-fotografija u t-tpinġija fil-Kulleġġ tal-Arti f’Atlanta fl-1978 u f’Savannah f’2012. Huwa raġel miżżewweġ u għandu żewġt itfal. Esebixxa x-xogħlijiet tiegħu f’diversi postijiet, kemm rinomati bħal St. Paul’s Cathedral f’Londra kif ukoll f’oħrajn mhux daqshekk popolari bħal f’South Carolina. Esperjenza diversi sitwazzjonijiet li permezz tagħhom fehem iktar it-tbatija u l-faqar. Issentejn missjoni jgħix mal-homeless ta’ New York, il-vjaġġi qalb diversi rħula mwarrba fl-Afrika u l-lezzjonijiet tal-arti lil studenti diffiċli f’Savannah, kienu fost is-sitwazzjonijiet li għamluh iktar sensittiv u uman. Dan kollu influwenza l-arti tiegħu.
L
Għal Bonnell l-arti sagra hija l-frott ta’ ħajja kontemplattiva u ħajja ta’ talb fl-irfiħ tas-salib tal-ħajja: l-uniku bieb għall-veru realtà tal-eżistenza fejn wieħed ibiddel ‘is-saltna tal-jien’ mas-‘Saltna ta’ Alla’.
Fl-arti tiegħu Bonell juża l-metodu monastiku tal-Lectio Divina billi joħloq ċiklu bejnu u bejn l-arti: proċess ta’ qari, riflessjoni, meditazzjoni u trasformazzjoni. L-artist jesperjenza dan il-proċess kemm waqt li jkun qed ipinġi l-kwadru kif ukoll meta l-kwadru jkun lest. Dan il-proċess jesperjenzah mhux biss l-artist iżda wkoll l-osservatur. Huwa dan li ser nippruvaw nagħmlu permezz ta’ din ir-rubrika.
33
‘Mary’s Gift’ Mary’s Gift hija pittura maħduma biż-żebgħa taż-żejt u tinsab fil-Knisja Episkopali ta’ San Luqa, Hilton Head Island, South Carolina fl-Istati Uniti. Dan il-kwadru juri l-episodju tal-midinba li dilket saqajn Ġesù għand Xmun il-Fariżew (Lq 7, 37-50).
Qies: 48x32 pied. Maħduma fl-2001
Il-figura ta’ Kristu fuq il-lemin tiddomina kważi nofs il-kwadru, iżda minkejja dan għajnejk millewwel jinġibdu lejn il-wiċċ imdawwal tal-mara midinba mixħuta f’riġlejn Ġesù. Il-wiċċ ta’ Ġesù qed iħares lejn l-azzjoni li qiegħda tagħmel Marija, ħaġa li ma għamilx il-Fariżew li għandu kien mistieden. B’idu l-leminija fuq rasha qiegħed jilqa’ l-ġest u l-adorazjoni li qiegħda tagħtih, kif ukoll iberikha. Iż-żewġ idejn ta’ Ġesù jiffurmaw bħal passaġġ bejn il-wiċċ ta’ Ġesù u Marija. Dan il-passaġġ mhux qed jimmira lejn il-bewsa ta’ Marija, lejn l-għajnejn magħluqin tagħha jew lejn iżżejt ifuħ, iżda lejn il-persuna sħiħa. Il-pala tal-id miftuħa qiegħda tipponta lejn il-qalba ta’ persuntha, lejn il-qalb sinċiera u niedma li minnha ħierġa l-azzjoni tagħha.
L-id miftuħa ta’ Ġesù tgħid ħafna: “Qiegħed taraha lil din il-mara?” (Lq 7, 44) Madankollu din id-darba mhux qed jgħid lil Xmun il-Fariżew imma qed jgħid lilek li qed tikkontempla dan il-kwadru. Dak li kien moħbi u mistur ġo Marija issa ġie għad-dawl tal-musbieħ li hemm maġenb ir-riġel ta’ Ġesù (Lq 8, 17), musbieħ li qed juri l-azzjoni (Lq 7, 47). Marija kellha qalb niedma u għamlet ġest ta’ mħabba u għalhekk ġew mogħtija lilha ħafna mħabba, 34
maħfra, ħniena u grazzji (Lq 8, 18). Il-maħfra u l-grazzji li rċeviet Marija jidhru fil-pinzellati koħol madwar Marija u madwar Ġesù.
Marija użat il-mezzi biex timmanifesta l-qalb niedma tagħha. Liema? Id-dmugħ tagħha, ix-xagħar sabiħ tagħha, il-bews safi tagħha u l-fwieħa prezzjuża tagħha. Użat mezzi u ġesti materjali biex turi xi ħaġa profondament spiritwali. Tatu u offrietlu kollox, anki l-passat tagħha. Qiegħda tbus ir-riġlejn ta’ Ġesù li terrqu madwar il-periferiji mwarrbin. Hu propju dan li ġibidha lejn Ġesù.
li akkwistajna bis-salib ta’ Kristu. Maġenb il-wiċċ ta’ Ġesù jidher ukoll il-qamar, element li jirrepeti ruħu f’diversi kwadri ta’ Bonnell. Dan jirrappreżenta lil Alla l-Missier.
Il-mara midinba għamlet il-mezzi u kkonvertiet. Dan hu wkoll l-ispirtu tas-Soċju Museumin: “Ħsieb isSoċju, jiġifieri l-ispirtu tiegħu, hu li jeżamina lilu nnifsu waqt il-prova dwar is-sentenza fundamentali ta’ Kristu: ‘Min irid jiġi warajja, jiċħad lilu nnifsu’ u li jitlob f’kull nuqqas il-grazzja tal-konverżjoni.” ⧀ Ivan Grixti
Mill-ġdid l-id miftuħa ta’ Ġesù turi iktar. Tfakkarna fl-id tal-kurċifiss ta’ Matthias Grünewald. L-istess id li kienet imsammra mas-salib u li permezz tagħha ġejna mifdijin qiegħda tagħti l-maħfra lill-mara midinba. Jekk wieħed iħares lejn l-isfond tal-id, bi ftit sforz jinnota persuna msallba. Skont l-artist dan huwa l-Ħalliel ikkonvertit li jirrappreżenta mill-ġdid ilħniena u l-maħfra infinita ta’ Alla
35
Iż-Żewġ Bnedmin
M
Qrajt Ktieb tal-Fundatur
eta kont għadni Kandidat, bħala Paġna tax-Xahar kien assenjat ilktieb tal-Fundatur Iż-Żewġ Bnedmin. Niftakar li qalu lili biex naqrah u allura forsi fhimt xi ħaġa iktar milli kieku kont fuq il-bank qed nisma’ biss. Nistqarr li kienet il-kurżità tat-titlu tal-ktieb li ġegħlitni nqalleb xi paġni u mbagħad niddeċiedi li dan ikun wieħed mill-kotba li għandi naqra.
Malli qallibt l-ewwel paġni tal-ktieb mill-ewwel indunajt li dak li kiteb il-Fundatur fil-kwiet tal-kamra tal-bejt kien kollu frott tal-esperjenza li ġarrab hu stess u ta’ dak li kien jinnota jseħħ fil-proxxmu tiegħu. Ħassejt li dan kien eżerċizzju tajjeb għalija biex nagħmel ftit eżami fuqi nnifsi. Il-kitba kollha f’dan il-ktejjeb hi bhal tħajjira sabiex, waqt li tipprova tifhem x’kellu f’moħħu u f’qalbu l-Fundatur, tinduna li għalkemm qed tgħix fid-dinja int mistieden biex ma tkunx tagħha. Nimmaġinah lill-Fundatur f’dawn ilftit paġni jgħidilna li għandna grazzja li ma nkunux tad-dinja.
36
F’kull paragrafu, f’kull vers li hu ħażżeż għall-fuljetti li kien iqassam, u b’mod speċjali taħt dan it-titolu ta’ Iż-Żewġ Bnedmin, Dun Ġorġ riedna nindunaw b’dak li jwassal għas-salvazzjoni u dak li jieħu għar-rovina. U allura jedha jikteb bi profondità dwar ilbniedem il-qadim f’kuntrast malbniedem il-ġdid.
Il-bniedem il-ġdid, jiġifieri l-bniedem spiritwali, huwa jien u int meta nindunaw u nikkonfermaw li aħna m’aħna xejn. Hu l-ispirtu ta’ Alla ta’ ġo fina li jġegħilna nifhmu u naċċettaw ixxejn tagħna. Il-bniedem il-qadim din il-verità ma jifhimha b’xejn. Imma l-Fundatur iżommna saqajna mal-art u jurina biċ-ċar li dan il-bniedem il-qadim hu jien, hu int. Litanija mirquma u miġbura b’tant imħabba millFundatur tispjegalna kif ninnutaw il-bniedem il-qadim li hemm ġo fina, jew inkella kif isejjaħlu hu stess “il-bniedem naturali”.
Għażiż ħija fis-Soċjetà, għażiż Kandidat li qed tieħu bis-serjetà s-Sequela Christi, fittex li teżamina ruħek sew dwar dawn iż-żewġ bnedmin li hemm ġo fik.
Mal-mixja tagħna x-xitan ma jaħmilx u allura arah jedha jitfa’ l-lixka u, bħalma jgħid missierna l-Fundatur, “jistadlek u jnissel fik attitudni ta’ ‘Għada min rah?’ Mhux issa ċ-ċans? Agħmel biex tissemma fost in-nies, ħu gost irrakkonta l-iżbalji tal-proxxmu, apprezza l-flus, l-unuri u l-pjaċiri tas-sensi. Ħobb biss lil min iħobbok, patti deni b’deni ... qatt tagħmel xejn għalxejn ... u nistgħu nibqgħu sejrin”. Sentenza li dan l-aħħar qrajt u li laqtitni tgħid hekk: “Satan knows your name but calls you by your sin, whereas God knows your sin but calls you by your name!” Wieħed mis-Superjuri tasSoċjetà u li jien sfortunatament qatt ma kelli x-xorti li nitkellem miegħu u narah kien is-Superjur Ġenerali Ċikku Saliba. Fil-ktieb tiegħu Ternarju jew x’Jgħallem in-Numru 3, hu jiġbor sensiela ta’ tagħlimiet li kollha kemm huma jiġbru fihom tliet kelmiet. Nifhem li dawn ġabarhom wara li hu min jaf kemm-il darba semmagħhom jiġu ppritkati u ħerġin millqalb tal-Fundatur stess. Meta jitkellem dwar l-għedewwa ta’ ruħ il-bniedem, u allura l-alleati tal-bniedem il-qadim, il-bniedem naturali, jgħidilna li dawn huma tlieta: il-ġisem, id-dinja u d-demonju. 37
“Kelli seftur paxxejtu u meta kkmandajtu ma obdinix,” tgħidilna l-Iskrittura. Il-ġisem huwa l-aqwa għadu tal-bniedem u kull fejn tmur trid iġorru miegħek. Ma jaf jgħid qatt biżżejjed. Imbagħad id-dinja bit-tlellix fieragħ tagħha tkompli tgħinu. Id-dinja hija qarrieqa, twiegħed iżda le tagħti. San Ġakbu jgħidilna li l-ħbiberija mad-dinja hi għadu ta’ Alla (Ġak 4, 4). Dak li tgħożż id-dinja hu qżież quddiem Alla. U x-xitan huwa l-ikbar ingannatur. Kulħadd jagħti minn dak li għandu. Mela x-xitan jagħti qerq u gideb; hu missier ilgidba. U jafu jkunulek dawn it-tlett iħbieb li jagħmlu s-susa ġewwa fik, ħabib. Oqgħod attent għax dak li hu antik maż-żmien isewwes, sakemm ma jkunx indukrat. Minn żmien għal żmien ikollu bżonn xi naqra restawr. Anke l-kulur jaf jintefa. U jekk ma tagħtix kas tiegħek innifsek minn dak li toffri n-natura qarrieqa, allura jista’ jkun li int ukoll tispiċċa ingannat. Forsi tgħid: “Min, jien? Issa ili li inkorporajt u rabbejt il-kallu fis-Soċjetà!” U mingħalik li int b’saħħtek u ssewwes! Fil-Qasam fejn hemm nifsek u tqatta’ ħinek, tibda tinħass ukoll riħa ta’ moffa, b’mod speċjali meta turi xi azzjoni minn tiegħek.
38
Biex ma nkunx għedt ħafna, ilFundatur ħasbilna sew għaliha din. Kemm kien feraħ meta ġiet aċċettata d-direzzjoni spiritwali! Kienet l-ewwel ħaġa li staqsa dwarha. Hu mill-bidu fehem li kull bniedem, dment li jieħu n-nifs, għandu mnejn jimrad u allura filktieb tiegħu Iż-Żewġ Bnedmin ma jixbax jikteb u juri b’tant imħabba u delikatezza dak li jgħinna u dak li jtellifna. Jalla ssib ħin li taqrah dan il-ktieb ħafif imma ta’ piż. Għalkemm mhux twil, jaf ikunlek ta’ ġid tul ħajtek kollha, apparti li jservik ta’ eżami spiritwali u jinkuraġġik u jħeġġek għall-ftuħ tal-qalb permezz tad-direzzjoni spiritwali li turik b’mod ċar iżżewġ bnedmin. Meta kollox ikun mibni fuq pedament sod u f’postu, l-ebda riefnu u ingann ma jkun faċli li jinfilsa fih. Dan li nawgura lili u lilek, għaziz ħija. Kif jgħid missierna San Pawl, “min jiżra’ fil-laħam mil-laħam jaħsad ittaħsir u min jiżra’ fl-ispirtu millispirtu jaħsad il-ħajja ta’ dejjem” (Gal 6, 8). ⧀ Jonathan Brincat
Tifhem?
Joe P. Galea (mill-Ktieb ‘Dmija fil-Borra’, Lirika 2005 – 2007) Xtaqt li għedtlek, ’ma bqajt m’għedtlekx – qatt il-kliem ma ġieni rħis; af li meta ħbatt se ndommu bdejt ningħasar taħt il-piż....
Letteratura
Tifhem inti: relazzjoni tfur fużjoni ta’ weġgħat, mhux għalkemm taqbad tiġborha f’keffa kliem ifur xewqat...
Ix-xewqat huma spjetati, b’qies u b’rażan ma jafux; ix-xewqat la jirfsu l-għatba, ma jibqax fejn ma jkasbrux.
Il-kliem mibki huwa meraq, il-kliem mibki hu għasir, il-kliem mibki hu l-essenza – huwa l-melħ ma jafx b’taħsir!
Tifhem inti: dal misteru ta’ fużjoni jfur fir-ruħ l-ebda kliem ma jasal jesgħu għajr il-kliem li jfur mid-dmugħ.
Tifhem issa l-għala m’għedtlek, l-għala bqajt ma ksirtx is-skiet? Li qatt għedtlek kont niżżarma, kont mill-qiegħ insir biċċiet.
39
J
oe P. Galea jew Fra Ġoel hu kittieb ta’ bosta poeżiji. Hu kien membru ta’ komunità ta’ eremiti ġewwa l-Italja. L-esperjenza monastika tiegħu llum qiegħed jgħixha flimkien ma’ Maltin oħra hawn Malta.
Il-poeżiji ta’ Fra Ġoel huma kollha liriċi, jiġifieri huma mera tal-qalb mimlija bl-imħabba u bis-sentimenti tal-poeta. Il-poeżiji tiegħu, fosthom anke din ta’ hawn, huma mimlijin emozzjonijiet intensi li juru waqtiet ta’ mħabba mimlijin passjoni. Hu jipprova jsarraf l-esperjenza mistika fi kliem. Fra Ġoel jitkellem bit-ton u bl-aċċenti ta’ namrata li tindirizza lill-maħbub. Ilpoeżiji tiegħu jixbhu ħafna lill-kitbiet mistiċi ta’ San Ġwann tas-Salib u Santa Tereża ta’ Avila, li huma meqjusa bħala kittieba mistiċi u spiritwali. Xogħol dan il-poeta Malti jidħol fit-tradizzjoni tal-poeżija reliġjuża ta’ xeħta mistika kontemplattiva. Il-poeżiji ta’ Fra Ġoel jirrakkontaw lirikament it-tiġrib tal-lejl tar-ruħ fil-laqgħa tagħha ma’ Alla. Kull lirika hi intima.
Għall-poeta s-silenzju huwa l-ambjent privileġġjat biex ilbniedem jasal għand Alla. F’dan l-ambjent ta’ silenzju, il-kliem dejjem jintuża bil-qies u bla ħela. Il-kliem hu prezzjuż.
Hawnhekk jidher li s-skiet hu mezz aktar adatt millkomunikazzjoni materjali biex jesprimi l-komunjoni bejn il-poeta u Alla, għax il-komunikazzjoni trid tinqeda bis-sinjali materjali bħalma huwa l-kliem. Il-poeta jiskuża ruħu tas-skiet li jżomm.
Santa Tereża ta’ Avila darba kitbet hekk: “Darba fhimt kif ilMulej jinsab fil-ħwejjeġ kollha u kif jinsab fir-ruħ: u ħsibt li stajt inxebbah dan ma' kif sponża tixrob l-ilma fiha.”
F’din il-poeżija niltaqgħu ma’ żewġ maħbubin – il-poeta u Alla. Ilpoeta qed jindirizza lil Alla b’ċertu mistħija li turi minn barra t-tqanqil ġewwieni tagħha. Il-poeta jinħass li qed itemtem u jlaqlaq, bħal min jagħraf u jħoss li ebda sengħa fiddamma tal-kliem ma tista’ twasslu biex jesprimi sewwasew dak li qiegħed ibaqbaq ġewwa fih.
40
F’din il-poeżija nħossu l-preżenza qawwija ta’ Alla fuq naħa u l-konċentrazzjoni tar-ruħ lirika u meditattiva fuq in-naħa l-oħra. Alla hu l-kollox, il-qofol, dak li jagħti tifsira lill-poeżija ta’ Fra Ġoel. Hu l-uniku tifsira tal-ħsibijiet u tas-sentimenti tiegħu, kif kienet tħobb issostni Santa Tereża ta’ Avila meta kienet tistqarr li “Alla waħdu biżżejjed”.
Fra Ġoel jikteb poeżija mistika li tfakkarna ħafna fil-poeżiji mistiċi u spiritwali ta’ San Ġwann tas-Salib. Fi Fjamma ta’ Mħabba, il-qaddis Karmelitan jikteb hekk:
O fjamma ħajja ta’ mħabba Li bil-ħlewwa tferi lil ruħi Fiċ-ċentru l-iktar fond tagħha! Ladarba Issa int m’intix oppressiva, Issa kkonsma! Jekk din hi r-rieda tiegħek: Ċarrat il-velu ta’ din il-laqgħa ħelwa! (...) Kemm ħlewwa kollha mħabba Inti tqajjem f’qalbi Fejn waħdek u fis-sigriet inti tgħammar! U fin-nifs ħelu tiegħek, Mimli b’ġid u glorja, B’liema ħlewwa timla qalbi bl-imħabba!
Anthony Dimech 41
Loqom u Frak
L
Letteratura
-erba’ testi evanġeliċi jsemmu l-ewwel miraklu tat-tkattir tal-ħobż. Normalment l-Evanġelju ta’ Ġwanni ma jimxix fuq l-istess mudell u suġġetti tat-tliet evanġelisti l-oħra. Ġwanni għażel li jinkludi dan ilmiraklu (Ġw 6, 1-13) bħala preludju għad-diskors li għamel Ġesù meta ħabbar lis-semmiegħa tiegħu li hu kien ser jagħti lil ġismu u lil demmu bħala ikel u xorb u ppreżenta lilu nnifsu bħala l-ħobż tal-ħajja u li min jiekol minnu ma jmut qatt.
Interessanti li fit-test ta’ Ġwanni hemm dettall żgħir li ma jġibuhx l-evanġelisti l-oħra. Id-dettall jinsab fil-kelmiet li qal Ġesù meta kulħadd kiel u xaba’: “Iġbru l-loqom li baqa’ biex xejn ma jinħela.” Ġesù mhux biss tema’ lil dawk l-eluf ta’ nies b’ħames ħobżiet tax-xgħir u żewġ ħutiet iżda ried li l-loqom jinġabru għax għal Ġesù l-loqom ukoll kellhom l-użu tagħhom u l-ħela mhu tajjeb għal ħadd. Mal-loqom l-evanġelisti Mattew u Marku jsemmu wkoll il-frak tal-ħobż flepisodju tal-fejqan ta’ bint il-mara Kangħanija. Din l-omm marret għand Ġesù biex tikseb il-fejqan ta’ bintha b’talba ħerqana għall-għajnuna. Ġesù, biex jittestja l-fidi tagħha, qalilha: “Mhux sewwa li tieħu l-ħobż tal-ulied u tixħtu lill-ġriewi.” (Mt 15, 26) B’fidi u tama kbira l-omm weġbitu: “Hekk hu, Mulej, iżda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak li jaqa’ minn fuq il-mejda tas-sidien tagħhom.” (Mt 15, 27) Ġesù faħħar lil din il-mara għall-fidi kbira tagħha u fejqilha lil bintha kif tassew kienet tixtieq. Hawn ukoll il-frak tal-ħobż ma kellux jinħela u Ġesù, li żgur li kien jaf kollox, għamel il-miraklu tal-fejqan barra mit-territorju tal-Lhud.
Aħna kemm drabi narmu l-loqom u l-frak! Kemm farka ġid b’kelma tajba ma ngħiduhiex! Kemm loqom u frak jinħlew u jintrifsu mas-saqajn! 42
Il-Frak fil-Poeżija Din tal-loqom u frak twassalni biex nidħol għas-suġġett li xtaqt nippreżenta llum. Fil-letteratura ta’ kull pajjiż insibu li minbarra x-xogħlijiet sbieħ ta’ proża u poeżija xi drabi xi kittieba, l-aktar il-poeti, iżommu u jippubblikaw xi frak. Dan il-frak aktarx ikun xi ħsieb qasir li jkun leħħ f’moħħ il-kittieb u li mbagħad meta jinkiteb jibqa’ frak għax ma jkollux l-entità sħiħa, l-aktar ta’ poeżija, iżda waħdu wkoll kapaċi joqgħod u jinqara bil-gost.
Fil-letteratura Maltija nsibu li Dun Karm, il-Poeta Nazzjonali tagħna, kiteb xi frak żgħir ta’ dan it-tip. L-aktar poeta li kiteb minn dan il-frak li qegħdin insemmu hu Patri Marjanu Vella OFM għax l-għadd tagħhom hu ta’ madwar sebgħin waħda. Forsi wkoll il-poeta ma jkunx fil-burdata li jikteb poeżija sħiħa jew toħroġlu biss l-ewwel strofa u ma jkunx jixtieq jarmiha jew jiskartaha. Naħseb xi ħaġa hekk kien jiġrilu Patri Marjanu lejn l-aħħar ta’ ħajtu. Xtaqt nagħti żewġ eżempji ta’ dan it-tip li lili tant jogħġbuni u naħseb li min jaqrahom jintlaqat minnhom ukoll:
Aħfer, Mulej, il-ħedla, ta’ fomm mimli bis-skiet, ftakar li trabbejt waħdi bejn it-tajjar u l-fsied.
Il-poeta hawn semma li trabbu waħdu għax kien tifel uniku fil-familja. Huwa ma jgħidx x’inhi ‘l-ħedla ta’ fomm mimli bis-skiet’ iżda żgur li qiegħed jitkellem dwar il-ħedla jew in-nuqqas ta’ ħeġġa spiritwali u għalhekk jitlob maħfra tagħha lillMulej. Eżempju ieħor ħelu, għalkemm hu iżjed mistur, huwa dan:
Li qalli ma ngħidlekx, dak nafu jiena – ħares xi ġmiel! Illum tlaħlaħt fil-Ħniena.
Patri Marjanu ma riedx jgħid x’kien dak il-ġmiel li ra jew forsi aħjar li ġarrab b’dak li tarraflu xi ħadd (il-Mulej?) iżda fl-aħħar vers huwa jikteb li ‘tlaħlaħ’, ġest ħelu ta’ min jitnaddaf permezz tal-Ħniena, hawn miktuba bl-ewwel ittra kapitali, jiġifieri qiegħed jirreferi għall-ħniena kbira ta’ Alla lejh. Tajjeb ngħidu li Patri Marjanu kien bniedem ta’ spiritwalità kbira u lejn l-aħħar ta’ ħajtu kellu jgħaddi minn sofferenzi kbar ta’ mard li ġarrabhom fis-silenzju. 43
Xi Farkiet Oħrajn Għall-grazzja ta’ Alla ilni mmidd idi biex nikteb artikli qosra u poeżiji sa minn mindu kont għadni student il-Liċeo. Mhux dejjem kont inkun fil-burdata u allura kelli nitgħallem nistenna, l-aktar fil-poeżija li trid tleħħ l-ispirazzjoni poetika biex tikteb xi ħaġa. Beda jiġrili xi kultant li nibda nikteb xi versi u jkolli nieqaf ħesrem fl-ewwel linji jew fl-ewwel strofa. Dari kont naqbad dan il-frak u narmih. Minn ftit tas-snin lil hawn tgħallimt li m’għandix narmi jew inqatta’ dan it-tip ta’ frak għax, kif qal il-Mulej Ġesù, “xejn m’għandu jinħela”. Fl-aħħar ktieb ta’ poeżija li ħriġt, ‘Ċrieki fl-Għadira’ (2013), hemm xi eżempji ta’ dan. Dan l-aħħar ktibt iżjed minn dan il-frak. Donnok meta tixjieħ iżjed tapprezza kull farka li l-Mulej jogħġbu jispirak biha, anki jekk dik il-farka tieħu forma ta’ aforiżma jew forsi wkoll kumment żgħir fuq il-ħajja. Billi l-biċċa l-kbira ta’ dan il-frak fihom laqta spiritwali, għedt li jkun tajjeb jekk naqsam x’uħud minnhom magħkom. Wara kollox il-kultura li rċevejt mill-vokazzjoni Museumina żgur li dejjem għenitni biex bosta ħwejjeġ narahom mil-lat umanistiku, iżda fuq kollox spiritwali. Wara kull waħda se nagħmel kumment ċkejken biex kull farka tinftiehem iżjed bil-ħeffa. 1.
Kemm jaqa’ ċatt il-kliem meta jonqosna s-sliem.
Din għandha minn aforiżma (sentenza qasira mimlija tifsir u tixbah lillproverbji). Hawnhekk il-kelma ‘ċatt’ tfisser ‘bla gost’. Meta tonqos il-paċi bejnietna, il-kliem joħroġ sfurzat jew bla gost għax kollox jiġi mill-qalb, kemm tajjeb u kemm ħażin. 2.
Irrid l-iva deċiżiva iżda ngħid il-le kattiva.
Dawn iż-żewġ versi ħassejthom diversi drabi ġewwa fija. Naqra bl-umiltà dak li kiteb San Pawl fl-Ittra tiegħu lir-Rumani, “Ma nafx x’jien nagħmel; naf li mhux dak li rrid nagħmel iżda dak li ma rridx... skont il-bniedem ta’ ġewwa togħġobni l-liġi ta’ Alla iżda nilmaħ fil-membri ta’ ġismi liġi oħra titqabad kontra l-liġi ta’ moħħi u tjassarni taħt il-liġi tad-dnub li hemm ġo ġismi. Imsejken bniedem li jien! Min se jeħlisni minn dan il-ġisem tal-mewt? Niżżiħajr lil Alla permezz ta’ Ġesù Kristu Sidna!” (Rum 7, 15, 22-25) 44
3.
Kemm-il darba l-bieb għalaqna u medhija bina nfusna lanqas tieqa ma bexxaqna.
Aħna mimlijin egoiżmu u mhux lakemm neħilsu minnu għalkollox. Ikun hemm drabi li nagħlqu l-bieb ta’ qalbna għall-proxxmu u għandu mnejn lanqas biss nitħajru nbexxqu tieqa ċkejkna, jiġifieri mhux biss ma nħalluhx jidħol iżda lanqas biss nittawlulu minn ġewwa biex forsi nindunaw x’għandu bżonn u nitqanqlu biex ngħinuh. 4.
Ħadd ma jobsor kemm leħħiet Iżuruna mis-smewwiet.
Din tista’ titqies bħala aforiżma oħra. Il-leħħiet huma l-ispirazzjonijiet biex nagħmlu t-tajjeb li ġejjin mill-Ispirtu s-Santu. Leħħa (ta’ berqa) jew tinduna biha jew le. Aħna rridu nkunu attenti biex nindunaw bil-leħħiet tal-Ispirtu li jolqtu, iżjed milli l-għajnejn, il-moħħ u l-qalb. B’dawn il-leħħiet nistgħu nimxu ’l quddiem u bil-grazzja ta’ Alla ninbidlu għall-aħjar. 5.
O kemm xewqat intensi jikbru magħna: xewqat li jmorru ’l hinn mill-ħajja tagħna.
Din għandha xi rabta żgħira ma’ dik ta’ qabilha. Ix-xewqat tajbin u qaddisa li jiġuna jistgħu jkunu qawwija ħafna. Qiegħed ngħid li huma xewqat qaddisa għax huma xewqat li ‘jmorru ’l hinn mill-ħajja tagħna’, jiġifieri jaqbżu l-limiti tal-mewt bħax-xewqa li jkollu kull bniedem li jgħix għal dejjem jew ix-xewqa li naraw lil Alla wiċċ imb wiċċ. Dawn xewqat li jiġu mingħand Alla stess u jagħtihom lil min jemmen u jittama fih. Santa Tereża ta’ Lisieux ħalliet miktub li Alla ma jpoġġix f’qalbna xewqat kbar kemm kbar li hu mhux kapaċi jagħmilhom realtà għalina. 6.
Id-dawl tiegħi hu ċkejken, nemniem, iżda bih nista’ nasal fis-sliem.
45
Hawn qiegħed nirriferi għad-dawl tat-twemmin. Imqar fidi ċkejkna, kif qal Ġesù nnifsu, kapaċi tqanqal il-muntanji, jiġifieri tista’ tagħmel il-mirakli. Bid-dawl tal-fidi nista’ nimxi fil-paċi ta’ qalbi sa ma nasal għall-mistrieħ u l-paċi ta’ dejjem. 7.
Ħalli ’l qalbek kollha ħrara Tfittex dawl biex tista’ tara.
Il-qalb onesta li tgħix fid-dlam tal-inċertezza u d-dubji hi kollha ħrara biex tiltaqa’ mad-dawl veru, għalhekk għandek tħalliha tagħmel dan, jiġifieri tfittex id-dawl. Dawn iż-żewġ versi għandhom ukoll minn dik li tissejjaħ aforiżma. 8.
Jekk naħrablu, hu jilħaqni u bil-ferħ jinfexx jgħannaqni.
Għalina li nemmnu tant fl-imħabba ta’ Alla lejna, huwa ċar li l-kelma ‘hu’ qiegħda għall-Mulej Alla u li jekk nitħajru naħarbulu jiġi jfittixna u meta jsibna joqgħod jgħannaqna miegħu bil-ferħ. Wara kollox mhux hekk jagħmel tifel li jkollu ġeru qiegħed iżommu f’idu u jaħrablu. It-tifel imur mill-ewwel jiġri warajh u xħin jaqbdu mill-ġdid, minflok jgħajjat miegħu jew isawtu għax ikun ħarablu, joqgħod jifraħ bih u jgħannqu miegħu waħda f’waħda. 9.
Dalwaqt nisimgħu l-għajta, ‘Ġej l-għarus!’ Tgħid minna ’l min se jsejjaħ u se jbus?
Din l-istrofa hija ispirata mill-Parabbola tal-Għaxar Xebbiet. Nittama u nemmen li aħna qegħdin mal-grupp ta’ dawk li ħadu ż-żejt magħhom flimkien mal-imsiebaħ u baqgħu jistennew lill-għarus bla ma tħarrku minn quddiem il-bieb. L-għarus huwa Ġesù li meta wasal daħħal lil dawk li baqgħu bl-imsiebaħ mixgħula jistennewh u hu sejħilhom biex jaqsmu miegħu l-ferħ tal-festa. Id-dawl tal-imsiebaħ jista’ jfisser il-fidi, l-opri tajba li nagħmlu, l-intenzjoni retta jew l-imħabba li tibqa’ tixgħel fid-dlam tal-lejl biex iddawwal lil ħajjitna. 46
10. Qaluli, “Għad jiċċarrat
l-aħħar velu u tara lill-Maħbub b’għajnejh jixegħlu.”
Din żgur li meta ktibtha ispirajt ruħi mit-tagħlim u mit-talb tal-Fundatur tagħna San Ġorġ Preca. Lil Ġesù Dun Ġorġ kien iħobb isejjaħlu, fost titli oħrajn, “il-maħbub ta’ qalbna” u l-kliem ta’ Ġesù fil-Vanġelu riedna nsejħulu “Leħen il-Maħbub”. Waħda mit-talbiet l-iżjed għeżież li kitbilna hija dik li ngħidu nhar ta’ Ħamis fil-“Qima ta’ Wiċċ Kristu” u li tispiċċa bi klajmaks qawwi ħafna: “O siegħa feliċi li fiha naraw il-wiċċ tant mixtieq li jifforma l-għaxqa tal-qaddisin.”
Quddiem għajnejna għandna ħafna velijiet li bihom ma narawx dak li hu veru, l-assolut. Bil-mod il-mod jibda jaqa’ jew jiċċarrat velu wara l-ieħor. Fil-pont tal-mewt se jiċċarrat l-aħħar velu u naraw, kif nittamaw, il-wiċċ ta’ Ġesù mhux b’qilla iżda bi ħlewwa u konfort għax tassew inkunu żammejnieh bħala l-Maħbub ta’ qalbna. Din ‘il-ħlewwa u konfort’, l-espressjoni qaddisa ta’ San Ġorġ Preca, jien fissirtha billi ktibt li naraw lill-Maħbub ‘b’għajnejh jixegħlu’.
Għeluq Nerġa’ għal-loqom u l-frak li semmejt fil-bidu tal-artiklu. Dawn il-ftit versi li dammejt ma jistgħux jissejħu poeżiji fil-veru sens tal-kelma għax huma żgħar wisq fl-għajnejn, iżda ħassejt li mhumiex ta’ min iwarrabhom. Wara kollox quddiem Alla xejn mhu daqshekk żgħir li hu insinifikanti u allura anki l-frak mhux ta’ min iħallih jinħela u wisq anqas jintrifes għax jista’ jkun ukoll ta’ ġid u ta’ ikel bnin għall-oħrajn. ⧀ Ġorg Borg
47
Mill-Kalendarji “Antiki”...
Storja tal-Kalendarju Museumin
Ta’ 75 Sena Ilu
Jannar 1940 Intom għandkom tkunu tafu tajjeb kif Ġesù fiż-żmien tal-ħajja tiegħu mortali kien isib l-għaxqa tiegħu billi joqgħod mat-tfal, jifraħ bihom u lilhom jgħannaq. Iżda għaliex din il-ġibda kollha? Għax huma kienu puri u innoċenti. (Lezzjonijiet qosra għaż-żgħażagħ, II-purità, p. 5) Dak li huwa tajjeb u ġust ma kienx jista’ jagħtina kmand mingħajr issetgħa li ntemmuh – San Bażilju. (Għajdut tas-Santi Padri – Fuq ilKmandamenti ta’ Alla, p.12) 48
Frar 1940 7 ta’ Frar: Erbgħa Tar-Rmied, Laqgħa Ġenerali m’hemmx – Isir id-Djalogu tal-Pjagi, Professjoni u l-Kult Eptanġeliku. (Tavola għallKalendarju Museumin, p. 2) Ġurnata waħda tifel ilmenta maddirettur bravu li kellu għax kien dejjem imħabbat mill-ħsibijiet ħżiena. U d-direttur qallu: ‘Tista’ inti timpedixxi lill-għasafar milli jiġu fuq xi siġra viċin iddar tiegħek?’ - ‘Le.’ - ‘Però tista’ timpedixxi li huma jagħmlu l-bejta, mhux veru?’ (Lezzjonijiet qosra għaż-żgħażagħ, II-purità, p. 14)
Ta’ 50 Sena Ilu: Jannar 1965 Il-Christus Rex, l-Għaqda tal-Kleru Djoċesan, b’mod l-aktar xieraq għoġobha tikkommemora lillmaħbub missier tagħna Dun Ġorġ fl-Auditorium tal-Istitut Kattoliku nhar it-2 ta’ Diċembru li għadda... għaliha kienet mistiedna s-Soċjetà tagħna, kien preżenti l-E.T. Mons. Arċisqof (Gonzi) li ppresjieda, l-E.T. Mons. Isqof Galea, diversi saċerdoti u mistidnin. (Editorjal, p. 1) Nota: Dakinhar Christux Rex kienet għamlet talba lill-Arċisqof biex jiftaħ il-Kawża ta’ Beatifikazzjoni ta’ Dun Ġorġ Preca. Il-Kawża kellha tistenna għaxar snin biex tinfetaħ, sal-24 ta’ Ġunju 1975.
Meta dakinhar tas-27 ta’ Lulju 1962 resaq wieħed Soċju talMUSEUM kmieni u talabni nqaddes għal ruħ Dun Ġorġ li kien miet matul il-lejl ta’ qabel, kont għadni fl-ewwel jum tas-saċerdozju tiegħi, ma kontx naf jekk għandix nitlob għall-mistrieħ ta’ ruħu jew għandix nitolbu biex infassal il-ħajja tiegħi ta’ qassis fuq dik tiegħu għax is-soltu lill-qaddisin aħna nitolbuhom u mhux nitolbu għalihom. (Dun Ġorġ Saċerdot talKanonku Victor Cilia, p.7)
Dun Ġorġ qatt ma żiegħel b’ħadd biex jidħol fil-MUSEUM jew biex ma joħroġx. Jekk kien ikun ħaqqek għajta, kont tlaqqatha bl-għeruq u x-xniexel. Seta’ kien is-Superjur Ġenerali.” (Dun Ġorġ u l-appostolat tal-lajċi tas-Segretarju Ġenerali Ġużeppi Schembri, p. 10) F’din is-sena inkorporaw masSoċjetà 46 Soċji f’Malta u 13 f’Għawdex (jikkomprendu Milied 1963 u San Ġwann 1964)... Soċji li ħallew mis-Soċjetà kienu 14. (Ġrajjiet u attivitajiet importanti tas-Soċjetà tas-sena 1964, p.12) Bl-inizjattiva tal-Arċisqof ġie mibgħut Ruma s-Soċju Salvinu Lombardi mill-Qasam Sliema biex jattendi għal kors ta’ studji soċjali li dam sitt xhur. (Ġrajjiet u attivitajiet importanti tas-Soċjetà tas-sena 1964, p.12)
Frar 1965 Hemm bżonn li dawk li għadhom ma daqux il-gost spiritwali ta’ dawn l-eżerċizzi, u m’għandhom ebda inkomodu gravi li jimpedihom, ineħħu minn moħħhom kull preġudizzju, jitfu l-fantasija, jagħmlu kuraġġ lilhom infushom u għas-sejħa tal-ewwel irtir li jmiss ikunu minn ta’ quddiem li joffru ruħhom biex jattendu. (Editorjal, p. 23) 49
Ħafna minna (Kandidati) waslu salGCE u għalhekk kapaċi biex jaqbdu pinna f’idejhom. Mela nużaw ilkapaċità tagħna biex ngħinu fixxogħol tas-Soċjetà li qegħdin fiha... nikkritikaw kostruttivament, nuru l-ideat tagħna anki jekk huma ideat ġodda u forsi ma jogħġbux lix-xjuħ. (Appell ta’ Kandidat, p.23)
Terġa’ ċ-ċella mhix xi gorboġ. Il-kamra hija mdaqqsa sewwa, sabiħa, arjuża, ma jonqosha xejn: għandha wkoll xeħta ta’ uffiċċju għax barra mis-sodda komda b’saqqu artab u żewġ gvieret – jien użajt waħda biss avolja marid bil-qalb – hemm ukoll skrivanija pulita. Il-kamra fiha wkoll ċerta kumdità li, mingħajr ma noffendi lil ħadd, naħseb li ftit minna jsibuha f’darhom stess. (Irtiri – f’Porzjunkola, Baħar iċĊagħak - Impressjonijiet ta’ dawk li attendew, ta’ J.A.M li ftit wara miet)
Nifraħ lill-patrijiet li aktar ma rawna nieklu aktar kienu jieħdu gost, avolja kilnielhom aktar minn ħamsin ratal ħobż f’ġurnata, u ngħidulhom: Mille Prosit. (Irtiri – f’Porzjunkola, Baħar iċ-Ċagħak, Impressjonijiet ta’ dawk li attendew, ta’ M.L.) Nota: Fl-1964 is-Soċjetà bdiet torganizza l-irtiri għas-Soċji fidDar Porzjunkola tal-Franġiskani f’Baħar iċ-Ċagħaq. 50
25 Sena Ilu Jannar 1990 F’dan il-Qasam (Valletta 1) kien hemm numru ta’ membri mhux ħażin, fosthom Ġużeppi (Josef) Calleja (pittur u skultur) u Oscar Testa li aktar tard sar pittur imsemmi u mar Ruma fejn iżżewweġ xebba li kienet tiġi mill-Papa Piju XII. F’dan il-Qasam hemm, fuq il-bieba tat-Tabernaklu, pittura li kien għamel Testa. (Storja tal-Oqsma, Qasam nru. 13) Alla qatt ma joħnoqlok ilħolm personali tiegħek, għax dak jagħmlek int; lanqas ma toħnoqulek is-Soċjetà talMUSEUM. Tgħinek biss torjentah lejn il-Kreatur u tagħmlu realtà. (‘Ħlomt’ ta’ Pauline Dimech, p. 12)
Is-snin tmenin raw żvolta ġdida fis-Soċjetà tagħna fil-qasam tattixrid taż-żerriegħa Museumina fl-esteru. Kienu snin sbieħ, minkejja kull dell li bosta drabi bilfors jimmarka avventuri ġodda. Kienu snin fejn l-isem MUSEUM jew is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija semgħu bih awtoritajiet ekkleżjastiċi għoljin minn Ruma sas-Sudan, mill-Kenja sal-Kajr u minn St. Louis fl-Istati Uniti sa Esmeraldas fl-Ekwador. (Il-bir tassnin disgħin, ta’ Joseph Abdilla, President Kummissjoni Esteru)
Frar 1990 Id-dinja tagħna hi dinja tar-radju, tat-televiżjoni, tal-films, tal-videos, talcassettes, tal-walkman – dinja tal-ħoss u tal-immaġni. Dinja ta’ riklami, dinja ta’ għagħa, ta’ storbju, ta’ ħoss bla ma jaqta’... Għax illum hekk: min jagħmel l-aktar storbju, min isabbat l-iżjed, min idamdam l-iżjed. F’dinja bħal din ibati l-ispirtu. (Editorjal, p. 29)
Ġuda li kellu tajjeb kien li meta mar tgħallaq mar waħdu u ma ħa lil ħadd miegħu. Aħna, għall-kuntrarju, l-eżempju ħażin tagħna żgur li jinfluwixxi fuq l-oħrajn ta’ madwarna u xi drabi jkollna Ġuda li miegħu jieħu għat-tgħalliq xi tnejn jew tlieta oħra. (Is-Superjur Ġenerali, p. 32) ⧀ Miġbura minn Robert Aloisio
51
Kif Oriġina l-Vox Michaelis?
X’Inhi l-Importanza Tiegħu fis-Soċjetà?
I
l-Fundatur minn kmieni wera devozzjoni speċjali lejn l-Arkanġlu San Mikiel li baqgħet tikber maż-żmien. Hu għażlu bħala d-Difensur tas-Soċjetà u ħallielna diversi kitbiet dwaru, b’mod speċjali l-Episodji ta’ San Mikiel li naqraw nhar il-festa tiegħu fid-29 ta’ Settembru.
Il-Vox Michaelis (li bil-Malti tfisser Il-Vuċi ta’ Mikiel) hu x’aktarx l-ewwel kitba tiegħu marbuta ma’ dan il-qaddis. Il-kitba ġġib in-Nihil Obstat bid-data tal-4 ta’ Settembru 1915.
Il-Vox Michaelis għandu forma ta’ salm u huwa akrostiku, jiġifieri hu miktub b’mod li jekk taqra l-ewwel ittra ta’ kull vers wara xulxin tifforma kelma, f’dan il-każ l-isem M-I-C-H-A-E-L.
52
Nixtieq Inkun Naf
Fit-traduzzjoni bil-Malti li ġeneralment nużaw dan l-akrostiku ma jinżammx. IsSoċju Luigi Pace tal-Qrendi (+ 2002) kien ippropona xi tibdil żgħir fil-verżjoni Maltija li nużaw biex l-akrostiku MICHAEL jibqa’ jinżamm. (Ara Kalendarju Museumin ta’ Settembru 1987, kopertina ii) Dun Ġorġ ried li dan is-salm Vox Michaelis jitkanta nhar il-festa ta’ San Mikiel fid-29 ta’ Settembru u fis-7, 17 u 27 jum ta’ kull xahar.
Il-Vox Michaelis fih diversi ħsibijiet interessanti li hawnhekk m’għandniex spazju biex nelenkawhom, imma jixraq li kultant nieqfu ftit naħsbu fuqhom. ⧀
X’kienet ir-Regula Eptangelorum?
D qosor.
in il-mistoqsija titlob artiklu twil, imma nippruvaw nagħtu tagħrif dwarha fil-
Fil-bidu tas-seklu l-ieħor ilFundatur kiteb abbozz ta’ Regola bil-Latin li ġġib l-isem Regula Eptangelorum. Il-manuskritt oriġinali ġie f’idejn is-Soċjetà fi Frar 1997. Mhix magħrufa d-data tiegħu, imma aktarx hu ta’ qabel l-1907. Mill-manuskritt stess jidher li kien hemm il-ħsieb li din ir-Regola tinbagħat lill-Papa San Piju X. Biha l-Fundatur jipproponi li titwaqqaf kongregazzjoni ta’ djakni permanenti ddedikati għattagħlim tal-katekiżmu. L-idea kienet li f’kull parroċċa jkun hemm sebgħa minn dawn id-djakni li kellhom jissejħu Petridi (ulied Pietru) u jkollhom jgħinuhom tnax-il raġel lajk li kellhom jissejħu Paulidi (ulied Pawlu).
Meta l-kitba kienet lesta, jidher li l-Fundatur bidel dawn l-ismijiet u beda jsejħilhom Eptanġli* u t-Tnax (Duodecim) rispettivament. Minħabba f’hekk, kull fejn filmanuskritt kien hemm l-ismijiet Petridi jew Paulidi twaħħlet bilkolla biċċa karta żgħira (u li mażżmien inqalgħet) biex tikkoreġi l-isem.
B’kollox din ir-Regula Eptangelorum fiha 33 kapitlu u tispiċċa b’eżortazzjoni. Ta’ min jgħid li ħafna minn dak li l-Fundatur jitlob mid-djakni jaqbel ma’ dak li hu jitlob millmembri tas-Soċjetà MUSEUM.
(*) Propju għalhekk tissejjaħ Regula Eptangelorum. ⧀ John Formosa
53
Novembru u Diċembru 2014
Djarju Museumin
Żjara ta’ Grupp ta’ Pellegrini mill-Istati Uniti
B
ejn it-Tnejn 3 u l-Erbgħa 12 ta’ Novembru grupp ta’ pellegrini mill-Istati Uniti żaru Malta fejn fost l-oħrajn kellhom l-okkażjoni li jsiru jafu aħjar lis-Soċjetà u l-ispirtu ta’ Dun Ġorġ. Is-Sinjura Ruth Lassater organizzat dan il-pellegrinaġġ u għal xi ġranet is-Sur Chris Godfrey kien ukoll parti minn dan il-grupp. Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Novembru huma żaru d-Dar Ġenerali u Fr. Daniel Scheidt, li hu l-kappillan tal-parroċċa ta’ San Vinċenz de Paul fid-Djoċesi ta’ Fort Wayne, indirizza lill-membri b’messaġġ qasir waqt il-Laqgħa Ġenerali. ⧀
N
Laqgħa tal-Milied
har is-Sibt 13 ta’ Diċembru fl-Awditorju tad-Dar Ġenerali ġiet organizzata laqgħa tal-Milied li għaliha kienu mistiedna l-ġenituri tas-Soċji u l-Kandidati, il-membri kooperaturi, l-assoċjati u ħbieb oħra tas-Soċjetà. Dan il-programm kien jikkonsisti f’qari ta’ poeżiji, kant ta’ għanjiet tal-Milied mill-Mirabitur Youth Choir u features b’temi marbutin mal-Milied u mal-ħidma tas-Soċjetà fil-Missjoni. Fl-aħħar tal-programm isSuperjur Ġenerali ta l-messaġġ tiegħu u l-awguri għall-Milied. ⧀ 54
25 Sena ta’ Preżenza fil-Kenja
B
ħala parti mill-attivitajiet biex jitfakkar il-25 anniversarju tas-Soċjetà talMUSEUM f’Ruiru, nhar il-Ħadd 16 ta’ Novembru ġiet organizzata laqgħa speċjali għat-tfal u ż-żgħażagħ li jattendu l-Qasam.
Kien hemm ħin għal-logħob fi gruppi u wirja ta’ talenti, bħal kant, drama, tpinġija u rakkonti ta’ ċajt li għalihom kienu preżenti wkoll il-ġenituri. Bejn attività u oħra ttellgħet preżentazzjoni dwar l-istorja tas-Soċjetà fil-Kenja. Imbagħad il-Ħadd ta’ wara, jiġifieri fit-23 ta’ Novembru, saret Quddiesa ta’ ringrazzjament. Flimkien malmembri u l-Kandidati attendew ukoll it-tfal u ż-żgħażagħ li jiffrekwentaw il-Qasam, flimkien ma’ għadd sabiħ ta’ ġenituri u parruċċani oħra. Kienet okkażjoni fejn il-Qasam irringrazzja ’l Alla u ċċelebra dak li Huwa għamel u għad irid jagħmel mas-Soċjetà filKenja u kullimkien. ⧀
55
L-Irtiri tal-Ewwel Ħadd tax-Xahar fl-2015
M
atul din is-sena ser ikollna 8 irtiri tal-Ewwel Ħadd tax-Xahar. Bħala temi għal dawn l-irtiri ser nisiltu ħsibijiet mill-ktieb Temptation and Discernment ta’ Segundo Galilea. Fit-tieni parti ta’ dan il-ktieb qasir imma fl-istess ħin profond, l-awtur jikteb dwar diversi demonji li faċilment jistgħu jgħollu rashom waqt li aħna nkunu qegħdin inwettqu l-appostolat tagħna. Infatti hu jsejħilhom id-Demonji tal-Ministeru. Il-kitba ta’ Galilea tisfidana u ġġegħilna nistaqsu lilna nfusna jekk aħniex qed naqgħu għal dawn it-tentazzjonijiet sottili jew inkella jekk fi spirtu ta’ dixxerniment aħniex qed nindunaw bihom u nwarrbuhom għax ma jagħmlu xejn ħlief ħsara. Dawn l-irtiri ser ikomplu jgħinuna biex fi spirtu ta’ talb nagħrfu l-istedina li qed jagħmlilna Alla biex minkejja kollox nimmaturaw dejjem aktar f’persuni aħjar. 1 ta’ Frar Meta ninqabad fl-attiviżmu
1 ta’ Marzu Meta nipprietka problemi iktar milli ċertezzi 3 ta´Mejju Meta ninqata´ min-nies 5 ta’ Lulju Meta neħel fl-esperjenza tiegħi 6 ta’ Settembru Meta nitlef il-ferħ tal-ministeru 4 ta’Ottubru Meta nitlef is-sens ta’ umoriżmu 1 ta’ Novembru Meta nidħol fi sqaq 6 ta’ Diċembru Meta nitlef il-qawwa
56
Irtiri ta’ Tmiem il-Ġimgħa fl-2015 Irtir A
Data: 6-8 ta’ Frar 2015 Post: Mt. St. Joseph Imexxi: Fr. Daniel Galea O. Carm. Suġġett: It-telefonata qiegħda on hold ... jekk jogħġbok żomm il-linja. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sal-25 ta’ Jannar 2015
Data: Post: Imexxi: Suġġett:
Irtir B
27-29 ta’ Marzu 2015 Dar tat-Talb, Il-Lunzjata Fr. Stefan Attard In-Nisrani jimxi fl-Ispirtu ta’ Alla.
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sal-15 ta’ Marzu 2015
Irtir Ċ
Data: 15-17 ta’ Mejju 2015 Post: Dar Manresa, Għawdex Imexxi: Ivan Farrugia sdc Suġġett: Minn Tarsis għal Ninweh L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sat-3 ta’ Mejju 2015
Irtir D
Data: 9-11 ta’ Ottubru 2015 Post: Dar il-Ħanin Samaritan Imexxi: Fr. Kevin Schembri Suġġett: B'xejn ħadtu. B’xejn agħtu. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sas-27 ta’ Settembru 2015
Irtir E
Data: 23-25 ta’ Ottubru 2015 Post: Mt. St. Joseph Imexxi: Mons. Isqof Charles Scicluna L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sal-11 ta’ Ottubru 2015
Data:
Irtir F
13-15 ta’ Novembru 2015 Post: Tas-Silġ, Marsaxlokk Imexxi: Fr. Ivan Scicluna O.F.M. Cap. Suġġett: Ngħannaq ix-‘xewka’ tiegħi. Alla jsibek fiddgħufija tiegħek. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sal-1 ta’ Novembru 2015
57
Assenjatur għal Jannar u Frar 2015 Dommatika Lezzjoni 24: It-Trinità fit-Testment il-Ġdid (2) Lezzjoni 25: Żvilupp Storiku tadDuttrina dwar it-Trinità (1) Lezzjoni 26: Żvilupp Storiku tadDuttrina dwar it-Trinità (2) Lezzjoni 27: Il-Proċessjonijiet f’Alla Morali Lezzjoni 6: Metodoloġija morali Lezzjoni 7: Djalogu bejn Ġesù u ż-żagħżugħ għani Lezzjoni 8: Il-bażi tal-moralità fitTestment il-Qadim Lezzjoni 9: Is-sens komunitarju fil-Poplu Magħżul ta’ Alla Lezzjoni 10: Kontenut u evalwazzjoni kritika tal-moralità fit-Testment il-Qadim Bibbja Lezzjonijiet 198-200: L-Ittra lil-Lhud Lezzjonijiet 201-202: L-Ittra ta’ San Ġakbu
Spiritwalità Lezzjoni 1: Spiritwalità fid-dinja tal-lum Lezzjoni 2: Kurrenti ta’ Spiritwalità Lezzjoni 3: X’inhi l-Ispiritwalità? Lezzjoni 4a: Spiritwalità Nisranija Lezzjoni 4b: Eżerċizzi Lezzjoni 5: L-Ispirtu ta’ Alla 58
Storja The Story of the Church, Her Founding, Mission and Progress, pp. 383-386 (Slides 75-78), The Thirty Years War, u pp. 386388 (Slides 79-84), The French Revolution (Part 1). Kateketika Lezzjoni 1: Id-dixxiplina Lezzjoni 2: Meta fil-klassi jkun hemm id-distrazzjoni (1) Lezzjoni 3: Meta fil-klassi jkun hemm id-distrazzjoni (2)
Liturġija: Lezzjoni 139: L-ordinazzjonijiet ta’ isqof, saċerdot u djaknu Lezzjoni 140: Ministeri istitwiti Lezzjoni 141: Is-Sagrament tażŻwieġ Tagħlim Soċjali tal-Knisja Il-Kompendju tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja - Kapitlu 2: Il-missjoni u t-tagħlim soċjali tal-Knisja
Evangelii Gaudium Matul ix-xhur ta’ Jannar u Frar għandna l-istudju tal-Evangelii Gaudium assenjat għal ħames darbiet. Is-Servjenti matul dawn ix-xahrejn għandhom jippruvaw itemmu din l-Eżortazzjoni Appostolika. Ara Noti oħra f'paġna 66
Assenjatur għal Jannar 2015 Omnes Sancti Apostoli — Orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali tal-Appostli. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla jitfa’ fina l-ispirtu ta’ vera penitenza u jagħtina żmien għaliha.
Ħsieb tax-xahar Żgur li aħna bdejna din is-sena, iżda xejn ma jassigurana li xi ħadd minna ma jkollux f’xi siegħa tagħha jara l-Wiċċ Venerabbli ta’ Ġesù Kristu, Imħallef Ġust, u jieqaf fit-tribunal divin tiegħu biex minnu jieħu sentenza irrevokabbli ta’ tgawdija jew ta’ tbatija għal dejjem. Liturġija tal-Epifanija 4 Naqraw u nirrifflettu dawn is-siltiet: Isaija 60, 1-6; Salm 72, 1-13; Efesin 3, 2-3, 5-6; Mattew 2, 1-12.
Lectio Continua 11 Salm 70, 2-6; Dewterenomju 17-18; Salm 71, 1-24. 25 Salm 73, 1-14; Dewterenomju 19-20; Salm 73, 14-28. Programm Speċjali 26 Il-konverżjoni ta’ San Pawl
Qagħda 3 Salm 45 (44) 10 L-ispirtu trux u mutu (Mk 9, 13-29) (Qagħda nru. 65) 24 Ittra tad-deċiżjoni (Atti 15, 22-41) (Qagħda nru. 400) 31 Salm 46 (45)
Kommemorazzjoni 9 San Karlu minn Sezze - Profil nru. 25 23 Santa Pawla - Profil nru. 37 Taħdita 16 L-Ekumeniżmu 30 Il-perseveranza
Paġna tal-Fundatur 6 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – IlPreżentazzjoni u Pulptu Nru. 1 13 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 2 20 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 3 Regola 17 Kostituzzjoni nru. 100-106 27 Kostituzzjoni nru. 107-117
59
JANNAR 2015 1 Il-Ħamis Marija Omm Alla Jum il-Paċi 2 Il-Ġimgħa S. Bażilju u S. Girgor Nazjanzenu 3. Is-Sibt S. Ġenoveffa
Assenjatur Vaganza 10 posti Rużarju Mansjonijiet Spiritwalità Kult tal-Pjagi Qagħda Prekatorju 72 Kant: Sliem għalik
4 Il-Ħadd Il-Liturġija tal-Epifanija L-Epifanija tal-Mulej Morali 5 It-Tnejn Studji Bibliċi S. Ġwann N. Sentenzi Spiritwali Neumann ● Qamar Kwinta Morali 6 It-Tlieta Evangelii Gaudium S. Gwerrinu ta’ Sijon Paġna tal-Fundatur 7 L-Erbgħa Sawm għas-Soċji S. Rajmondu ta’ Laqgħa Ġenerali Penjafort Kult fil-Privat Kateketika 8 Il-Ħamis Liturġija S. Severinu Kult ta’ Wiċċ Kristu Kommemorazzjoni 9 Il-Ġimgħa Spiritwalità S. Onorju Kult tal-Pjagi Qagħda 10 Is-Sibt Prekatorju 73 S. Aldo Kant: Sliem għalik 11 Il-Ħadd Il-Magħmudija tal- Lectio Continua Mulej 60
Sapjenza
Ġustizzja
Ħniena Omnipotenza
Eternità
Immensità
Immutabiltà
Sapjenza
Ġustizzja
Ħniena
Omnipotenza
12 It-Tnejn S. Margerita Bourgeoise 13 It-Tlieta S. Ilarju 14 L-Erbgħa S. Feliċ ta’ Nola 15 Il-Ħamis S. Massimu ta’ Nola 16 Il-Ġimgħa S. Marċell 17 Is-Sibt S. Anton Abbati 18 Il-Ħadd It-2 tas-sena. Jibda l-Ottavarju għallGħaqda tal-Knejjes 19 It-Tnejn S. Marju u Sħabu 20 It-Tlieta S. Fabjan u S. Sebastjan 21 L-Erbgħa S. Anjeże
Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi LM Dommatika Evangelii Gaudium Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali Attribut: Immutabiltà Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu Taħdita Spiritwalità Kult tal-Pjagi Sawm għas-Soċji Vestis u Kult lil Alla Tagħna Regola It-Tielet Ħadd
Morali Studji Bibliċi Proverbji Morali Evangelii Gaudium Paġna tal-Fundatur
Laqgħa Ġenerali
Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu Kommemorazzjoni 23 Il-Ġimgħa Spiritwalità S. Emerenzjana Kult tal-Pjagi Qagħda 24 Is-Sibt Prekatorju 74 S. Franġisk de Sales Kant: Sliem għalik 22 Il-Ħamis S. Publju
Eternità
Immensità Immutabiltà Sapjenza
Ġustizzja
Ħniena
Omnipotenza
Eternità
Immensità Immutabiltà Sapjenza
Ġustizzja
Ħniena 61
25 Il-Ħadd It-3 tas-sena Il-Konverżjoni ta’ S. Pawl 26 It-Tnejn S. Timotju u S. Titu 27 It-Tlieta S. Anġela Merici 28 L-Erbgħa S. Tumas ta’ Akwinu
Lectio Continua Programm Speċjali talKonverżjoni ta’ San Pawl Sawm għas-Soċji Vestis u Kult lil Alla Tagħna Regola Laqgħa Ġenerali
Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu Taħdita 30 Il-Ġimgħa Spiritwalità S. Ġjaċinta Mariscotti Kult tal-Pjagi Qagħda 31 Is-Sibt Prekatorju 75 S. Ġwann Bosco Kant: Sliem għalik 29 Il-Ħamis S. Ċesarju
62
Omnipotenza
Eternità Immensità Immutabiltà Sapjenza
Ġustizzja
Ħniena
Assenjatur għal Frar 2015 Omnes Sancti Martyres — Orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali tal-qaddisin kollha martri. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla bil-ħniena u bil-potenza tiegħu jkattar in-numru tal-Magħżulin filgħaqda tagħna.
Ħsieb tax-xahar Li kull bniedem jidħol fid-dinja u wara joħroġ minnha biex jidħol fl-eternità. O xi ħsieb serju l-eternità! L-eternità! Dejjem — dejjem! Qatt — qatt! Unjoni Maġġuri Epistola: Ħtiega tat-tagħlim: 2 Tim 2, 1-7; Vanġelu: Morru għallmu: Mark 16, 14-20; Ktieb il-Kbir: Paġna 38: Il-vokazzjoni tal-istat ħaġa ta’ Alla biss.
Lectio Continua 8 Salm 74, 1-23; Dewterenomju 21-22; Salm 75, 1-11. 22 Salm 76, 1-13; Dewterenomju 23-24; Salm 77, 1-21. Assenjatur Speċjali 10 In-Nawfraġju ta’ San Pawl 12 It-Twelid tal-Fundatur
Qagħda 21 Fermi fil-fidi (Kol 1, 15-29) (Qagħda nru. 290) 28 Terremot kbir (Atti 16, 2540) (Qagħda nru. 402) Kommemorazzjoni 20 San Robert Southwell - Profil nru. 50 Paġna tal-Fundatur 3 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 4 24 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 5 Regola 7 Kostituzzjoni nru. 118-125 17 Kostituzzjoni nru. 126-134 27 Kostituzzjoni nru. 135-140
63
FRAR 2015 Irtir tal-Ewwel Ħadd Unjoni Maġġuri 10 posti Rużarju Morali 2 It-Tnejn Studji Bibliċi Il-Preżentazzjoni Sentenzi Spiritwali tal-Mulej. 10 posti Rużarju Morali 3 It-Tlieta Evangelii Gaudium S. Ansgarju Paġna tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali 4 L-Erbgħa S. Andrija Corsini ● Qamar Kwinta Kateketika 5 Il-Ħamis Liturġija S. Agata Kult ta’ Wiċċ Kristu Mansjonijiet 6 Il-Ġimgħa Spiritwalità S. Pawl Miki u Sħabu Kult tal-Pjagi Sawm għas-Soċji 7 Is-Sibt Vestis u Kult lil Alla Tagħna B. Piju IX Regola 8 Il-Ħadd Lectio Continua Il-5 tas-sena Dommatika 9 It-Tnejn Studji Bibliċi S. Skolastika Sentenzi Leħen il-Maħbub 10 It-Tlieta Assenjatur Speċjali In-Nawfraġju ta’ S. tan-Nawfraġju ta’ San Pawl Pawl f’Malta 11 L-Erbgħa Il-Madonna ta’ Laqgħa Ġenerali Lourdes 1 Il-Ħadd Ir-4 tas-sena
64
Omnipotenza
Eternità
Immensità Immutabiltà Sapjenza
Ġustizzja
Ħniena Omnipotenza Eternità
Immensità
Immutabiltà
12 Il-Ħamis Il-Martri ta’ Abitene
Assenjatur Speċjali Il-135 Anniversarju tat-Twelid tal-Fundatur
13 Il-Ġimgħa Laqgħa Ġenerali Annwali S. Foska 14 Is-Sibt Laqgħa Ġenerali Annwali S. Ċirillu u S. Metodju 15 Il-Ħadd Laqgħa Ġenerali Annwali Is-6 tas-sena Morali 16 It-Tnejn Studji Bibliċi S. Oneżimu Proverbji Sawm għas-Soċji 17 It-Tlieta Is-7 Fundaturi Vestis u Kult lil Alla Tagħna tas-Servi ta’ Marija Regola 18 L-Erbgħa Ras ir-Randan Laqgħa Ġenerali Sawm u Astinenza Kateketika 19 Il-Ħamis Liturġija S. Valerju Kult ta’ Wiċċ Kristu 20 Il-Ġimgħa Kommemorazzjoni Dedikazzjoni talSpiritwalità Konkattidral ta’ S. Kult tal-Pjagi Ġwann, Malta Qagħda 21 Is-Sibt Prekatorju 76 S. Pjer Damiani Kant: Sliem għalik 22 Il-Ħadd L-1 tar-Randan Lectio Continua Eżami fl-Eżerċizzju Dommatika 23 It-Tnejn Studji Bibliċi S. Polikarpu Sentenzi Epistolarju Dommatika 24 It-Tlieta Evangelii Gaudium S. Serġju ta’ Ċesarea Paġna tal-Fundatur
Sapjenza Ġustizzja Ħniena Omnipotenza Eternità
Immensità
Immutabiltà
Sapjenza
Ġustizzja
Ħniena
Omnipotenza
Eternità
Immensità 65
25 L-Erbgħa B. Marija Adeodata Pisani 26 Il-Ħamis S. Porfirju ta’ Gaża 27 Il-Ġimgħa S. Gabrijel tal-Addolorata 28 Is-Sibt S. Oswaldu
Laqgħa Ġenerali
Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu Sawm għas-Soċji Vestis u Kult lil Alla Tagħna Regola Qagħda Prekatorju 77 Kant: Sliem għalik
Immutabiltà
Sapjenza
Ġustizzja
Ħniena
Noti oħra: Wieħed jista’ jinnota li n-numru ta’ lezzjonijiet assenjati ma jaqbilx mannumru ta’ drabi li dik il-materja partikulari tkun assenjati fit-tabellla talAssenjatur. Dan sar biex kulħadd ikollu ż-żmien adegwat biex itemm ilmaterjal assenjat. Ninnotaw ukoll li fil-każ tal-Ispiritwalità u tal-Kateketika qegħdin nerġgħu nibdew iċ-ċiklu ta’ lezzjonijiet mill-bidu. Il-materjal diġà jinsab fl-Oqsma.
Il-materjal għall-Qagħdat tas-Sibt kif ukoll dak relatat mal-irtiri tal-Ewwel Ħadd tax-Xahar minn żmien għal żmien ser jibda joħroġ b’mod separat midDelegazzjoni ta’ Malta u Għawdex u għaldaqstant mhux ser jibqa’ jkun inkluż fil-Kalendarju Museumin.
66
F
Laqgħa Qasira ma’ Jean Vanier
il-komunità tagħna, waħda mir-responsabiltajiet li għandi bħalissa hi li nakkumpanja lillassistenti fil-mixja interjuri u filħajja komunitarja tagħhom. Meta tgħaddi l-jum tisma’ lill-persuni, titgħallem ħafna iktar milli millkotba. Il-kotba bla dubju jistgħu jkunu utli u interessanti ħafna imma l-kelma ħajja ħierġa minn qalb umana hija iktar ħajja, propju għax ħierġa mill-qalb, qalb ħajja, ilpost fejn jgħammar Alla, il-post tattaqbida interjuri.
Waħda mill-mistoqsijiet li spiss nistaqsi lill-assistenti hija: “Int titlob?” Ma nkunx qed nistaqsi dwar jekk jgħidux it-talb imma jekk għandhomx waqtiet ta’ kwiet, mumenti ta’ nutriment mal-kelma ta’ Alla, ħin waħedhom biex jistrieħu f’Alla, ħin fejn japprofondixxu r-relazzjoni personali tagħhom ma’ Alla. It-tweġiba ħafna drabi tkun “M’għandix ħin”, u jien nista’ nifhmu dan.
Hemm tant x’nagħmlu fil-ħajja ta’ kuljum fl-Arche u bħal ħaddieħor nistgħu nsiru mħabbtin iżżejjed. Fiddar fejn noqgħod jien, per eżempju, ħafna qed jixjieħu u jeħtieġu iktar għajnuna medika. Jistgħu jagħmlu inqas u inqas waħedhom; kull persuna qed titlob iktar preżenza,
iktar ħin. Allura nifhem li l-ġranet huma mimlija.
Imma mbagħad ngħid xi ħaġa lillassistenti dwar il-ġranet tal-vaganzi tagħhom – hawn żgur li jistgħu jsibu ħin għat-talb! Ħafna drabi dan ikun mument imbarazzanti u jekk ilpersuna tkun sinċiera tammetti li lanqas f’dawn il-ġranet ma titlob. Meta nistaqsi jekk dan jiġrix għax ma jridux jitolbu, ir-risposta li spiss nieħu hi: “Nibża’ nkun qrib ħafna ta’ Alla għax jaf jitlobni xi ħaġa li ma nistax jew li ma rridx nagħmel.” Bħalkieku Alla kien se jobbligana nagħmlu affarijiet li ma rridux! Aħna għandna idea stramba ta’ Alla. Din hi marbuta, naħseb, mas-sens bażiku fina ta’ ħtija: Alla li jikkundanna u jikkastiga, Alla li jrid ineħħi minn ħajjitna dak li nħobbu. Imma dak mhux Alla. Alla huwa mħabba. Alla huwa ħniena. Alla jħobb lil kull wieħed u waħda minna u jaf min aħna. Alla qatt mhu ddiżappuntat bina. Alla jaf ilbiża’ l-kbir tagħna li ma nkunux maħbuba….anke l-biża’ li nkunu maħbuba. Alla jħobbna hekk kif aħna u jixtieq jurina kemm profondament jirrispettana. ⧀
Mill-ktieb Befriending the Stranger Miġbura minn Mario Bezzina 67
Mary’s Gift (2001) Daniel Bonnell
“
Li tmut għal sħabek tfisser li tieqaf tiġġudikahom, li tieqaf tevalwahom u b’hekk tkun liberu biex turihom kompassjoni. Il-kompassjoni u l-ġudizzju qatt ma jistgħu jeżistu flimkien għax il-ġudizzju joħloq id-distanza u d-distinzjoni li ma tħallikx verament tkun ma’ sieħbek. Ħafna mill-appostolat tagħna huwa mimli bil-ġudizzji. Ħafna drabi, mingħajr ma nafu, nikklassifikaw lill-oħrajn bħala tajbin ħafna, tajbin, newtrali, ħżiena u ħżiena ħafna. Dawn il-ġudizzji jinfluwenzaw profondament il-ħsibijiet, il-kliem u l-azzjonijiet tal-ħidma tagħna. U b’hekk l-appostolat tagħna jiġi limitat minħabba n-nases tal-ġudiżżji tagħna. Dawn il-limitazzjonjiet maħluqin minna stess ma jħalluniex inkunu disponibbli għall-oħrajn u jnixxfuna mill-kompassjoni. Henri J. Nouwen The Way of the Heart
”